Tillbaka till Europarl-webbplatsen

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Detta dokument finns inte på ditt språk, men du kan välja ett annat språk i språkraden ovan.

 Index 
 All text 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
It-Tlieta, 13 ta' Marzu 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 - Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Sur President, iva matul is-sena li għaddiet rajna li fl-Unjoni Ewropea l-qagħda tal-impjiegi qiegħda titjieb. Qegħdin ukoll naraw inqas faqar fl-Ewropa u inqas esklużjoni soċjali kif qalet tajjeb il-Kummissarju, però dan biżżejjed? Użgur li le. Naturalment kif intqal qabli għandna rata għolja ta’ ħaddiema żgħażagħ illi mhumiex qegħdin isibu x-xogħol. Għandna problema tal-faqar fost it-tfal kif qalet il-kollega tiegħi Lambert, però naturalment irridu nkomplu u ma nieqfux hawn.

Irridu nkomplu naraw illi pereżempju l-investiment isir wieħed illi jara titjib fis-swieq tal-prodotti u s-servizzi u dan biex iwassal għal tkabbir fit-tul u anke biex jgħin biex l-infiq tal-fondi pubbliċi jsir iktar sostenibbli. Irridu naraw kif ngħinu lill-kumpaniji żgħar u medji għaliex naturalment dawn joħolqu ħafna impjiegi fl-Ewropa. Irridu naraw illi l-ekonomija tagħna u l-iżvilupp tagħha jimxu id f’id iva mar-realtajiet soċjali lil hinn mill-politika tal-populiżmu, imma rridu ngħarfu li s-saħħa tal-ekonomija tagħna tiddependi fuq kemm inkunu qegħdin nitrattaw l-ekonomija fir-realtajiet illi jeżistu bħalissa fl-Ewropa.

Jiena naħseb illi jekk naħdmu flimkien u ma mmorrux la f’estrem u lanqas f’ieħor, is-suċċessi li kellna matul din l-aħħar sena terġa’ tirrepeti ruħha jekk Alla jrid is-sena d-dieħla.

 
Senaste uppdatering: 5 juni 2018Rättsligt meddelande - Integritetspolicy