Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
This document is not available in your language. Please choose another language version from the language bar.

 Index 
 Full text 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
Il-Ħamis, 19 ta' April 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová (B8-0186/2018)
MPphoto
 

  Francis Zammit Dimech (PPE). – L-ewwelnett nirringrazzja lill-kollegi f’dan il-Parlament li reġgħu rreferew għall-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.

Irrid ngħid li llum għandek 25 ġurnalist minn madwar id-dinja li qegħdin ikomplu jinvestigaw l-istejjer li hija kienet qiegħda taħdem fuqhom. Huwa b’hekk biss li x-xogħol investigattiv ta’ ġurnalisti bħal Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak inkomplu nħarsuh, għaliex meta ġurnalisti bħal dawn jitwaqqfu mix-xogħol tagħhom, dak li jkun qiegħed jiġri huwa attakk kontra s-soċjetà kollha biex ma nirċivux il-verità li għandna dritt għaliha.

Irrid ngħid li f’Malta, il-Gvern, flok ma jipprova jsib min huwa verament responsabbli għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ikompli b’attività bħal li jiġġustifika s-SLAPP li hija proċedura użata kontra ġurnalisti milli jagħmlu l-ħidma tagħhom. F’ċirkostanzi bħal dawn huwa d-dmir tagħna f’dan il-Parlament Ewropew li nkomplu niddefendu l-ġurnaliżmu investigattiv għaliex huwa mibni fuq il-libertà tal-espressjoni.

Il-ħsieb li nagħlaq bih huwa, huwa b’hekk biss li ma nħallux lil min irid jidfen lil dawn il-ġurnalisti jidfen ukoll il-verità li huma kienu qegħdin jistħarrġu.

 
Last updated: 26 September 2018Legal notice - Privacy policy