Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (Selected)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Index 
 Full text 
Document stages in plenary
Select a document: :

Texts tabled :

O-000054/2018 (B8-0022/2018)

Debates :

PV 31/05/2018 - 4
CRE 31/05/2018 - 4

Votes :

Texts adopted :


Debates
Thursday, 31 May 2018 - Strasbourg Revised edition

4. Responding to petitions on tackling precariousness and the abusive use of fixed-term contracts (debate)
Video of the speeches
PV
MPphoto
 

  Marlene Mizzi (S&D ). – Grazzi Sur President, Sur Kummissarju. Mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, il-Kumitat tal-PETI rċieva numru kbir ta’ petizzjonijiet dwar it-tħassib taċ-ċittadini fuq il-kuntratt tax-xogħol tagħhom, fuq bażi temporanja jew b’kundizzjonijiet prekarji. Huwa allarmanti verament li l-impjiegi prekarji qegħdin jiżdiedu madwar l-Ewropa, b’aktar u aktar ħaddiema jispiċċaw mingħajr sigurtà fuq il-post tax-xogħol, mingħajr ħlas suffiċjenti jew protezzjoni soċjali.

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-impjiegi diċenti u d-drittijiet tal-ħaddiema m’humiex biss indispensabbli għall-ġustizzja soċjali u għal ekonomija xierqa tas-suq imma wkoll għall-politika ta’ koeżjoni u għall-integrazzjoni ekonomika u soċjali bla xkiel fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-reġjuni tagħha.

Importanti li nifhmu li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn road map ċara u ambizzjuża kontra l-inugwaljanzi biex tegħleb il-prekarjat fis-suq tax-xogħol. Il-ħaddiema kollha, jgħid x’jgħid il-kuntratt tagħhom, irid ikollhom il-garanzija ta’ żewġ drittijiet bażiċi: kuntratt tax-xogħol ċar u diċenti u l-aċċess sħiħ għall-protezzjoni soċjali.

 
Last updated: 23 July 2018Legal notice