Retur til Europarl-portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Dette dokument er ikke tilgængeligt på dit sprog og du får det derfor på et andet sprog (de tilgængelige sprog ses på sprogbjælken).

 Indeks 
 Fuld tekst 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Emerġenzi umanitarji fil-Mediterran u s-solidarjetà fl-UE (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Din it-traġedja li għandna fil-Mediterran Sur President qiegħda, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar tħalli l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mifrudin. Sfortunatament, anke alleati kbar, bħal ma kienu, u għandhom jibqgħu, Malta u l-Italja. Jien niddejjaq nisma xi deputati, mill-Italja, pajjiż li jien tant inħobb, jgħidu affarijiet illi flok iressquna lejn xulxin biex nagħmlu l-battalja tagħna fl-Unjoni Ewropea, iva kontra min mhux qiegħed jagħti dan il-kontribut biex insolvu darba għal dejjem din il-problema.

Mhuwiex sew, għandkom raġun, illi xi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea ma għamlu assolutament xejn biex jgħinu lill-Italja, b’mod partikolari, naturalment lil Malta illi ilna issa s-snin kbar niffaċċjaw wiċċna ma’ din il-problema. Għandna diversi soluzzjonijiet, jien ngħid lill-Membri tal-Kunsill, għandna r-Regolament ta’ Dublin illi rridu naraw kif jitranġa. Ma jistax ikun illi nħallu r-regolamenti kif inhuma llum. Għandna bżonn li l-Istati Membri kollha jaqsmu din ir-responsabbiltà. Għandna bżonn li jkun hemm ċentri ta’ applikazzjoni f’pajjiżi sikuri fl-Afrika qabel dawn jiddeċiedu li jitħallew jitilqu biex jiġu fl-Ewropa. Imma ejja naħdmu din il-battalja flimkien għaliex jekk ma nagħmlux hekk ħa jerġa’ jkollna d-diżastri illi kellna sfortunatament fil-passat.

 
Seneste opdatering: 20. september 2018Juridisk meddelelse - Databeskyttelsespolitik