Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
This document is not available in your language. Please choose another language version from the language bar.

 Index 
 Full text 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
Il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità fl-elezzjonijiet Ewropej (dibattitu)
MPphoto
 

  Marlene Mizzi (S&D). – L-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Persuni b’Diżabilità jinsisti li kull persuna b’diżabilità għandha tiġi mogħtija d-dritt li tipparteċipa fi kwalunkwe elezzjoni billi tivvota jew billi tkun kandidat.

B’hekk qed nappella lil din il-Kamra biex sabiex verament tħaddan dak kollu li tgħid il-Konvenzjoni billi jkollna Elezzjonijiet Ewropej aktar aċċessibbli. Għaldaqstant għandna jkollna materjal li jifhem kulħadd u dibattiti li jirriflettu l-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilità. Ukoll hemm bżonn li jkun hemm stazzjonijiet tal-votazzjoni aktar aċċessibbli għal kull tip ta’ diżabilità fiżika. Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jħossuhom indipendenti u parteċipi daqs kulħadd. Apparti minn dan, għandu jkollna elezzjonijiet li jissarrfu f’aktar parteċipazzjoni politika tan-nies b’diżabilità għax bl-għajnuna tagħhom nistgħu noħolqu liġijiet li jinkludu lil kulħadd. Irridu nisimgħu u rridu nifhmu lilhom biex inkunu nafu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u b’hekk naddattaw liġijiet li verament jirriflettu soċjetà inklużiva. B’dan il-mod biss jista’ jkollna Parlament li jirrappreżenta lil kulħadd u li jirrispetta l-kapaċitajiet u d-drittijiet ta’ kull ċittadin Ewropew. Hekk biss jista’ jkollna Ewropa aktar aċċessibbli, Ewropa aktar inklużiva.

 
Last updated: 21 September 2018Legal notice - Privacy policy