Proċedura : 2007/2624(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0355/2007

Testi mressqa :

B6-0355/2007

Dibattiti :

PV 25/09/2007 - 5
CRE 25/09/2007 - 5

Votazzjonijiet :

PV 26/09/2007 - 6.4

Testi adottati :

P6_TA(2007)0412

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 91kWORD 46k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B6-0351/2007
19 ta' Settembru 2007
PE394.794v01-00
 
B6‑0355/2007
imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Cristiana Muscardini, Roberta Angelilli, Adriana Poli Bortone
f'isem il-Grupp UEN
dwar il-ġugarelli perikolużi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ġugarelli perikolużi 
B6‑0355/2007

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 88/378/KEE(1) dwar is-sikurezza tal-ġugarelli,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/95/KE(2) dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-aħħar ftit xhur tħabbru fl-UE diversi kampanji voluntarji kbar sabiex jiġu rritornati lura lill-manifatturi ġugarelli li mhumiex sikuri,

B.  billi dawn il-kampanji ħolqu kuxjenza dwar il-problema tal-prodotti mhux sikuri li għadhom qed jidħlu fis-suq ta' l-UE, u din teħtieġ azzjoni urġenti ta' rimedju,

C.  billi 48% tal-prodotti li ġew identifikati li mhumiex sikuri kienu magħmula fiċ-Ċina u 27% huma minn oriġini mhux identifikata,

D.  billi 25% tal-prodotti kollha li ġew identifikati li mhumiex sikuri huma ġugarelli tat-tfal,

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-marka CE tkun garanzija tas-sikurezza u tal-kwalità u biex tieħu miżuri li jevitaw l-abbuż ta' din il-marka;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-effettività tas-sistema RAPEX sabiex tiżgura li jinstabu kemm jista' jkun prodotti li mhumiex sikuri miċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra li jidħlu fis-suq ta' l-UE;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti sabiex tittakilja l-problema ta' prodotti perikolużi minn oriġini mhux identifikat;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tħaffef ir-reviżjoni tagħha tad-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli, ittejjeb l-effiċjenza u l-koerenza ta' l-infurzar ta' din id-Direttiva, u tippreżenta din il-proposta lill-Parlament Ewropew mingħajr iżjed dewmien,

5.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw infurzar strett tal-liġi tal-prodotti, b'mod partikolari l-liġi dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, u sabiex iżidu l-isforzi biex jittejbu is-sorveljanza tas-suq u l-ispezzjonijiet nazzjonali;

6.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-possibilitajiet legali kollha li huma disponibbli għalihom sabiex jiżguraw li jkun evitat li ġugarelli li ma jilħqux l-istandards u ġugarelli li mhumiex sikuri, ma jitpoġġewx fis-suq jew inkella jitneħħew mis-suq jew jiġu rritornati lill-manifatturi;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ il-koperazzjoni ma' l-Amministrazzjoni Ġenerali Ċiniża għas-Superviżjoni tal-Kwalità, Spezzjoni u Kwarantina (AQSIQ);

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jistabbilixxu sistema ta' sorveljanza doganali u mekkaniżmi ta' infurzar kif suppost;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi assistenza teknika lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jimplimentaw regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza kif ukoll sabiex titjieb il-koperazzjoni doganali;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tintervjeni b'mod riġidu, flimkien ma' l-Istati Membri, sabiex tiddefendi d-drittijiet u l-aspettattivi tal-konsumaturi kull fejn hemm evidenza ta' mġiba qarrieqa u/jew ta' marki ta' l-oriġini qarrieqa jew li jiżgwidaw minn manifatturi jew importaturi barranin;

11.  Jitlob lill-Kunsill biex jadotta regoli li japprovaw ir-regolament dwar il-marka ta' oriġini tal-prodotti sabiex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni u kuxjenza xierqa dwar il-pajjiż ta' oriġini;

12.  Jisħaq fuq l-urġenza u l-importanza li l-kodiċi tad-dwana jiġi rriformat sabiex jippermetti kontrolli iżjed stretti fuq prodotti li jidħlu fis-suq Ewropew speċjalment sabiex tiġi ggarantita l-konformità ta' l-istandards ambjentali u tas-saħħa Ewropej;

13.  Jitlob, b'mod partikolari għall-ġugarelli, għal kontrolli maġġuri fuq il-'marka ta' konformità CE' li hija mwahhla b'mod unilaterali mill-manifattur sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tal-prodotti kif ukoll għal kontrolli stretti fuq il-konformità tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar 'sikurezza kimika' ta' prodotti li huma magħmulin għat-tfal speċjalment dawk ta' taħt l-età;

14  Jisħaq li din ir-rikjesta ssir ukoll sabiex l-industrija Ewropea tiġi protetta mill-kompetizzjoni mhux ġusta bbażata fuq 'dumping' ambjentali;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.
(2) ĠU L 11, 15.1.2002, p. 9.

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Settembru 2007Avviż legali