Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0105/2008Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0105/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

26.2.2008

skond l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura
minn Philip Claeys, Frank Vanhecke u Koenraad Dillen
dwar il-proliferazzjoni ta' rapporti sussidjati mill-Unjoni Ewropea dwar ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni e l-'iżlamofobija'.

B6‑0105/2008

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proliferazzjoni ta' rapporti sussidjati mill-Unjoni Ewropea dwar ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni e l-'iżlamofobija'.

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fix-xhur li għaddew ENAR, Raxen u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali kollha ħarġu rapporti individwali dwar ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni, u/jew l-'Iżlamofobija,

B.  billi minn aspetti varji dawn ir-rapporti naqsu milli japplikaw metodoloġija xjentifika (pereżempju fl-2006 l-EUMC għamel studju dwar id-diskriminazzjoni mingħajr ma ddefinixxa dan it-terminu, jew ġew rilevati tendenzi mingħajr ma ġew ippreżentati ċifri b'mod oġġettiv li jissostanzjawhom),

C.  billi dawn ir-rapporti spiss ikollhom aġenda politika li toħroġ b'mod ċar (numru ta' partiti politiċi jiġu attakkati; issir pressjoni favur id-dritt tal-vot ta' barranin u/jew favur ir-regolazzjoni ta' emigranti illegali, eċċ.),

D.  billi l-awturi tar-rapporti differenti jaslu xi ftit jew wisq għall-istess konklużjonijiet, u dan ifisser li hemm duplikazzjoni ta' xogħol li ma jġib l-ebda valur miżjud,

1.  Jitlob lill-Kumissjoni biex, jekk ikun meħtieġ permezz ta' waqfien jew tnaqqis tas-sussidji, tinkoraġġixxi l-entitajiet imsemmija hawn fuq sabiex:

  • -jikkordinaw l-istudji tagħhom aħjar u jekk ikun hemm bżonn, jaħdmu flimkien biex jiġi evitat xogħol doppju,
  • -joqogħdu lura milli jieħdu pożizzjoni politika,
  • -jibbażaw l-istudji ta' analiżi li jagħmlu eslużivament fuq metodi xjentifiċi.