Proċedura : 2010/2916(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0606/2010

Testi mressqa :

B7-0606/2010

Dibattiti :

PV 11/11/2010 - 5
CRE 11/11/2010 - 5

Votazzjonijiet :

PV 11/11/2010 - 8.12
CRE 11/11/2010 - 8.12

Testi adottati :

P7_TA(2010)0402

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 114kWORD 66k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0605/2010
3.11.2010
PE450.424v01-00
 
B7-0606/2010

imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B7‑0559/2010

skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura


Dwar il-kriżi fis-settur tal-bhejjem tal-UE


Luis Manuel Capoulas Santos, Paolo De Castro, Stéphane Le Foll, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi fis-settur tal-bhejjem tal-UE  
B7‑0606/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-vijabilità ta’ għadd kbir ta’ intrapriżi tal-bhejjem hija mhedda serjament mill-qabża riċenti fil-prezzijiet taċ-ċereali fl-UE, partikularment minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi mhux mistennija u wkoll minħabba spekulazzjoni,

B.  billi l-investimenti kbar meħtieġa fis-settur tal-bhejjem ipoġġu lil dan is-settur f’qagħda vulnerabbli għal kriżijiet fis-swieq, l-aktar fir-rigward tal-volatilità fis-suq taċ-ċereali,

C. billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi qegħdin jirbħu sehem dejjem akbar mis-suq fl-Unjoni Ewropea u qed iżidu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tal-bhejjem,

D. billi l-produtturi Ewropej huma żvantaġġjati fil-kompetizzjoni meta jitqabblu ma’ produtturi minn pajjiżi terzi minħabba li l-ispiża tal-produzzjoni tagħhom hija akbar, il-biċċa l-kbira b’riżultat tal-fatt li jridu jissodisfaw standards għoljin ħafna ta’ saħħa u benessri tal-annimali, sikurezza tal-ikel, ħarsien ambjentali u kundizzjonijiet tax-xogħol,

E.  billi huwa urġenti li l-UE tadotta miżuri biex twaqqaf il-volatilità tal-prezzijiet u tiġġieled kontra l-ispekulazjoni fis-suq, li kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin għaż-żieda riċenti fil-prezzijiet taċ-ċereali,

F.  billi l-produzzjoni kompetittiva tal-bhejjem għandha rabta li ma tinħallx mal-ispejjeż tal-għalf; billi, fil-kuntest tal-volatilità akbar tal-prezzijiet tal-materja prima, it-teħid ta’ deċiżjonijiet isir ħafna aktar kumpless għall-produtturi tal-għalf u għal dawk li jrabbu l-bhejjem,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, bħala parti mill-pakkett leġiżlattiv li jmiss dwar il-prodotti tal-ħalib imħabbar għall-aħħar tas-sena, miżuri speċifiċi u orizzontali biex tindirizza l-ispekulazzjoni u l-volatilità tal-prezzijiet anke f’setturi oħra;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tintroduċi għodod ġodda ta’ ġestjoni tas-suq li jkunu flessibbli biżżejjed li jirrispondu b’aktar ħeffa għal sitwazzjonijiet kritiċi fi ħdan Organizzazzjoni Komuni ta’ Swieq Agrikoli (OKS) waħda (Kapitolu II – Taqsima I Miżuri ta’ Emerġenza);

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tiġġieled kontra l-eċċessi tal-ispekulazzjoni fis-swieq Komunitarji kif ukoll fis-swieq dinjin, l-aktar fil-qafas tad-Direttiva l-ġdida dwar l-Istrumenti Finanzjarji;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li jkun hemm provvista adegwata ta’ ċereali għall-għalf; jieħu nota tat-tħabbira tal-Kummissjoni li sal-aħħar ta’ Novembru titfa’ fuq is-suq 2.8 miljun tunnellata ta’ ċereali – li bħalissa jinsabu maħżuna f’reġim ta’ intervenzjoni – permezz ta’ proċess ta’ sejħa għal offerti;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Novembru 2010Avviż legali