Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0122/2011Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0122/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kriżi attwali fl-Eġittu

7.2.2011

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Charles Tannock, Jacek Olgierd Kurski, Ryszard Antoni Legutko, Peter van Dalen, Adam Bielan, Michał Tomasz Kamiński, Tomasz Piotr Poręba f'isem il-Grupp ECR

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0120/2011

Proċedura : 2011/2555(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0122/2011
Testi mressqa :
B7-0122/2011
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B7‑0122/2011

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi attwali fl-Eġittu

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' qabel dwar is-Sħubija Ewro-Mediterranja,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona ta' Novembru 1995,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar "It-tisħiħ mill-ġdid ta' l-azzjonijiet ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni mas-sieħba tal-Mediterran - linji ta' gwida strateġiċi",

 wara li kkunsidra l-ewwel konferenza tan-Netwerk Ewro-Mediterranju dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fil-Kajr fis-26 u s-27 ta' Jannar 2006,

 war li kkunsidra l-Linji ta' Gwida ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tal-Ftehima Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, irratifikata fl-Eġittu fl-1982,

 wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma adottat fil-Laqgħa Għolja ta' Barċellona bejn il-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern f'Novembru 2005,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (APEM) tas-27 ta' Marzu 2006 u d-dikjarazzjoni tal-President tagħha,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat tal-19 ta’ Jannar 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Unjoni Ewropea u l-Eġittu ffirmaw pjan ta' azzjoni konġunt dwar il-Politika Ewropea ta' Viċinat f'Marzu 2007 li jfassal prijoritajiet, fosthom li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex titjieb l-effikaċja ta' l-istituzzjonijiet fdati bit-tisħiħ tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt u tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-aspetti kollha tagħhom,

B.  billi jagħti importanza kbira lir-relazzjonijiet ma' l-Eġittu u li elezzjonijiet ġusti u trasparenti huma l-unika triq biex isir progress għal soċjetà aktar demokratika, filwaqt li jisħaq fuq l-importanza ta' l-Eġittu u tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Eġittu għall-istabilità u l-iżvilupp taż-żona Ewro-Mediterranja,

C.  billi l-promozzjoni tar-rispett għad-demokrazija, għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet ċivili huma prinċipji u għanijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu bażi komuni għall-iżvilupp taz-zona Ewro-Mediterranja,

D.  billi l-protestanti fil-Kajr qalu li se jitilqu biss meta l-President Hosni Mubarak jirriżenja. Il-President Mubarak s’issa rrifjuta li jirriżenja, u qal li jekk jagħmel hekk ikun hemm il-kaos. Minflok qal li mhux se jerġa’ joħroġ għall-elezzjoni f’Settembru,

E.  billi l-Eġittu ilu repubblika mill-1956,

F.  billi r-radikalizzazzjoni reliġjuża tal-politika Eġizzjana tkun diżastru għall-pajjiż u għall-Iżrael – pajjiż ġar – u jista’ jkollha implikazzjonijiet għat-tħaddim tal-Kanal ta’ Swejż,

G.  billi l-Insara Koptiċi għadhom fil-mirin tal-estremisti u fit-30 ta' Jannar 2011 ħdax-il Kopt sfaw brutalment maqtulin f'Xarona, il-Provinċja tal-Minja, l-Eġittu,

1.  Jistieden lill-President Hosni Mubarak jirriżenja minn President tal-Eġittu ħalli jintemm l-impasse politiku u l-ekonomija tkun tista’ terġa’ tibda tiffunzjona u ħalli jingħata bidu għan-negozjati serji għal elezzjonijiet demokratiċi u għal riformi politiċi u ekonomiċi. Jissuġġerixxi li jitiqes li jingħata garanziji għall-immunità mill-prosekuzzjoni mogħtijin lill-President u lil familtu għal imġiba mhux xierqa jew abbuż tal-kariga jitqiesu u li jistgħu jingħatawlu bħala inċentiv biex jitlaq malajr mill-ħatra tiegħu ma jkunx hemm aktar vjolenza u diżordni pubbliku;

2.  Jitlob li jkun hemm sforzi diplomatiċi mill-UE fl-Eġittu għall-konċentrazzjoni fuq l-iżgurar tal-istabilità u l-ordni, u r-reżistenza għal dawk li jixtieq jifirxu l-vjolenza u l-biża';

3.  Jistieden lill-Gvern Eġizzjan il-ġdid li qed jiġi ffurmat li jkun kompletament impenjat favur il-pluraliżmu demokratiku u elezzjonijiet liberi u ġusti;

4.  Jiddikjara li l-poplu Eġizzjan għandu jkun jista’ jeżerċita liberament il-jedd għall-assemblea paċifika, u jgawdi l-protezzjoni sħiħa tal-forzi tas-sigurtà. L-attakki kontra l-ġurnalisti huma għalkollox inaċċettabbli billi huma l-infiltrazzjoni ta’ nies ta’ qattagħni jew pulizija pajżana li taparsi jkunu kontrodemostranti spontanji. Ir-rilaxx tal-priġunieri biex jaqdu funzjonijiet bħala dawn ukoll huwa inaċċettabbli;

5.  Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani ta’ bħalissa jirrispettaw il-jeddijiet tal-libertà tal-assemblea u l-libertà tal-espressjoni;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani ma jħallux li l-komunitajiet Insara Kopti jisfaw vittma tal-vojt li hemm bħalissa fis-sigurtà u jitlob li l-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw li dawn il-komunitajiet ikunu jistgħu jgħixu fil-paċi u jfissru t-twemmin tagħhom fil-pajjiż kollu;

7.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tissokta tindirizza l-qagħda iebsa tal-komunitajiet Insara Kopti mal-kontropartijiet Eġizzjani tagħha;

8.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin isemmu fil-konklużjonijiet tal-kunsill dwar il-qagħda tal-Insara fil-Lvant Nofsani li huma l-komunitajiet Insara li bosta drabi jitqiegħdu apposta fil-mirin tal-estremisti;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-Parlament Eġizzjan, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-pajjiżi tal-Mediterran li huma firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona u lill-President ta' l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.