Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0080/2013/REV1Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0080/2013/REV1

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI DWAR IL-FTUĦ U L-MANDAT TA' NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)

11.2.2013 - (COM(2011)0626 – C7‑0339/2011 – (COM (2012)0535 – C7‑0310/2012 – 2011/0281(COD) – 2013/2529(RSP))

imressqa skont l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta' Proċedura
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (*)

(*) Tim tan-negozjati: il-President, ir-rapporteur u x-shadow rapporteurs


Proċedura : 2011/0281(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

B7‑0080/2013

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ftuħ u l-mandat ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)

(COM(2011)0626 – C7‑2011/0281 – 2011/0281(COD))
(COM(2012)0535 – C7‑0310/2012 – 2011/0281(COD)2013/2529(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   billi l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020,

Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri1,

 

____________________

 

1 ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

Or. en

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni1,

 

____________________

 

1 ĠU C 225, 27.7.2012

Or. en

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali" tistabilixxi sfidi, objettivi u orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tiġi riformata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [COM(2010)799] ta’ […] li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika). Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riforma, ikun xieraq li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] u jiġi sostitwit b’Regolament dwar l-OKS Unika ġdid. Ir-riforma għandha wkoll, kemm jista’ jkun possibbli, tarmonizza, tirrazzjonalizza u tissimplifika d-dispożizzjonijiet, partikolarment dawk li jkopru aktar minn settur agrikolu wieħed, inkluż li jkun żgurat li elementi mhux essenzjali ta’ miżuri jkunu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati.

(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali" tistabilixxi sfidi, objettivi u orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tiġi riformata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika). Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riforma, ikun xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u jiġi sostitwit b’Regolament dwar l-OKS Unika ġdid. Ir-riforma għandha wkoll, kemm jista’ jkun possibbli, tarmonizza, tirrazzjonalizza u tissimplifika d-dispożizzjonijiet, partikolarment dawk li jkopru aktar minn settur agrikolu wieħed, inkluż li jkun żgurat li elementi mhux essenzjali ta’ miżuri jkunu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati. Barra minn hekk, ir-riforma għandha tkompli fid-direzzjoni tar-riformi preċedenti lejn kompetittività ikbar u orjentament għas-suq.

Or. en

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-qafas politiku tal-Unjoni għas-sigurtà tal-ikel (COM(2010) 127) b'kunsiderazzjoni speċjali għall-iżgurar li l-miżuri tal-PAK ma jipperikolawx il-kapaċità għall-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel għall-medda twila taż-żmien fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-abilità tal-popolazzjonijiet tagħhom li jitimgħu lilhom infushom, filwaqt li josservaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

 

Or. en

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Għan prinċipali wieħed tal-politika agrikola komuni għandu jkun li tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel u s-sovranità tal-ikel f'kull Stat Membru, ħaġa li timplika ħtieġa, fir-rigward tal-produzzjoni, li r-regolamentazzjoni u s-sistemi ta' distribuzzjoni jippermettu li l-pajjiżi u r-reġjuni jiżviluppaw il-produzzjoni tagħhom b'mod li jagħmilha kemm jista' jkun possibbli li dawn jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom. Barra minn hekk, huwa ta' importanza vitali li jiġi rrimedjat il-bilanċ tal-poter fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel favur il-produtturi.

Or. en

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa waqt ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(2) Sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex din tkun tista’ tissupplimenta jew timmodifika ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġi definiti l-elementi li għalihom tista' tiġi eżerċitata dik is-setgħa, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għalihom tapplika dik id-delega. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa waqt ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Or. en

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat), il-Kunsill għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar ta’ prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi. Fl-interess taċ-ċarezza, fejn japplika l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, dan ir-Regolament għandu jirreferi espliċitament għall-fatt li l-miżuri jiġu adottati mill-Kunsill fuq dik il-bażi.

imħassar

Or. en

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Dan ir-Regolament għandu jkun fih l-elementi bażiċi kollha tal-OKS Unika. L-iffissar ta’ prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi huwa f’ċerti każijiet marbut, b’mod inseparabbli, ma' dawk l-elementi bażiċi.

(4) Dan ir-Regolament għandu jkun fih l-elementi bażiċi kollha tal-OKS Unika. L-iffissar ta’ prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi, bħala regola ġenerali, huwa marbut, b’mod inseparabbli, ma' dawk l-elementi bażiċi.

Or. en

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Għandhom jitqiesu l-objettivi stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea għall-Politika Agrikola Komuni futura fil-qasam tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, tas-sigurtà tal-ikel, tal-attività agrikola fl-Ewropa, tal-iżvilupp reġjonali bbilanċjat, tal-kompetittività tal-biedja Ewropea u tas-simplifikazzjoni tal-PAK.

Or. en

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Huwa speċjalment importanti għall-bdiewa li r-regoli amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni jiġu ssimplifikati, mingħajr ma din il-ħaġa tirriżulta fi standardizzazzjoni eċċessiva tal-kriterji li tonqos milli tqis karatteristiċi speċifiċi lokali u reġjonali.

Or. en

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Dan ir-Regolament u atti oħra adottati skont l-Artikolu 43 tat-Trattat jirreferu għad-deskrizzjoni ta’ prodotti u għar-referenzi għall-intestaturi jew subintestaturi tan-nomenklatura magħquda. Emendi għan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni jistgħu jeħtieġu aġġustamenti tekniċi konsegwenti għat-tali Regolamenti. Il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tkun tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tagħmel dawn l-emendi. Għall-fini taċ-ċarezza u tas-sempliċità, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti tal-agrikoltura li attwalment jipprevedi għal din is-setgħa għandu jitħassar u s-setgħa tiġi integrata f’dan ir-Regolament.

(7) Dan ir-Regolament jirreferi għad-deskrizzjoni ta’ prodotti u għar-referenzi għall-intestaturi jew subintestaturi tan-nomenklatura magħquda. Emendi għan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni jistgħu jeħtieġu aġġustamenti tekniċi konsegwenti għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. Għall-fini taċ-ċarezza u tas-sempliċità, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti tal-agrikoltura li attwalment jipprevedi għal din is-setgħa għandu jitħassar u għandha tiġi integrata f’dan ir-Regolament proċedura ġdida ta' aġġustament.

Or. fr

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex jitqiesu l-speċifiċitajiet tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ffissar tas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-prodotti.

imħassar

Or. fr

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Bħala miżura ta' emerġenza, l-intervent pubbliku fis-suq għandu jsir biss bil-għan li jistabbilizza l-volatilità estrema tal-prezzijiet minħabba domanda temporanja eċċessiva fis-suq Ewropew. Din m'għandhiex tintuża biex tistabbilizza l-produzzjoni strutturali eċċessiva.

Or. en

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għall-fini taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal struttura komuni, waqt li tinżamm il-politika segwita f’kull settur. Għal dak l-għan ikun xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prezzijiet ta’ referenza u l-prezzijiet ta’ intervent u li dawn tal-aħħar jiġu ddefiniti, partikolarment billi jiġi ċċarat li l-prezzijiet ta’ intervent għal intervent pubbliku biss jikkorrispondu għall-prezzijiet amministrati applikati msemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 8 tal-Anness 3 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura (i.e. għajnuna għal differenza fil-prezzijiet). F’dan il-kuntest ta’ min jifhem li intervent fis-suq jista’ jieħu l-għamla ta’ intervent pubbliku, kif ukoll għamliet oħra ta’ intervent li ma jużawx indikazzjonijiet ta’ prezzijiet stabbiliti minn qabel.

(13) Għall-fini taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal struttura komuni, waqt li tinżamm il-politika segwita f’kull settur. Għal dak l-għan ikun xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prezzijiet ta’ referenza u l-prezzijiet ta’ intervent u li dawn tal-aħħar jiġu ddefiniti, partikolarment billi jiġi ċċarat li l-prezzijiet ta’ intervent għal intervent pubbliku biss jikkorrispondu għall-prezzijiet amministrati applikati msemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 8 tal-Anness 3 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura (i.e. għajnuna għal differenza fil-prezzijiet). Ta’ min jifhem ukoll li intervent fis-suq jista’ jieħu l-għamla ta’ intervent pubbliku u ta’ għajnuna għal ħażna privata, kif ukoll għamliet oħra ta’ intervent li, b’mod totali jew parzjali, ma jużawx indikazzjonijiet ta’ prezzijiet stabbiliti minn qabel.

Or. en

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Kif ikun xieraq għal kull settur konċernat fil-dawl tal-prattika u l-esperjenza skont OKS preċedenti, is-sistema ta’ intervent għandha tkun disponibbli matul ċerti perjodi tas-sena u għandha tkun miftuħa matul dak il-perjodu jew fuq bażi permanenti jew għandha tinfetaħ skont kif ikunu l-prezzijiet fis-swieq.

(14) Kif ikun xieraq għal kull settur konċernat fil-dawl tal-prattika u l-esperjenza skont OKS preċedenti, is-sistema ta’ intervent pubbliku għandha tkun disponibbli, kulmeta jkun hemm ħtieġa murija, u għandha tkun miftuħa, jew fuq bażi permanenti jew skont kif ikunu l-prezzijiet fis-swieq.

Or. en

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-possibbiltà ta’ disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku. Miżuri bħal dawn għandhom jittieħdu b’mod li ma jitħalliex ikun hemm taqlib fis-swieq u li jkun żgurat aċċess ugwali għall-prodotti u trattament ugwali għax-xerrejja.

(16) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-possibbiltà ta’ disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku. Miżuri bħal dawn għandhom jittieħdu b’mod li ma jitħalliex ikun hemm taqlib fis-swieq, li jkun żgurat aċċess ugwali għall-prodotti u trattament ugwali għax-xerrejja u li jagħmilha possibbli li l-prodotti jkunu disponibbli għall-iskema għad-distribuzzjoni ta' ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) L-iskali tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi fis-setturi taċ-ċanga u tal-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż huwa essenzjali għall-għanijiet ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet u għall-applikazzjoni tal-arranġamenti tal-intervent f’dawk is-setturi. Barra minn hekk, dawn isegwu l-objettiv li tittejjeb it-trasparenza tas-suq.

Or. en

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) L-għajnuna għall-ħażna privata għandha tilħaq l-għanijiet tagħha li tistabbilizza s-swieq u tikkontribwixxi għal standard ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola. Din l-għodda, għalhekk, għandha tkun attivata mhux biss permezz ta' indikaturi marbuta mal-prezzijiet tas-suq, iżda wkoll bħala reazzjoni għal sitwazzjonijiet ekonomiċi partikolarment diffiċli fis-suq, fuq kollox dawk li jħallu impatt sinifikanti fuq il-marġini tal-profitt tal-produtturi agrikoli.

Or. en

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Biex tiġi standardizzata l-preżentazzjoni tal-prodotti differenti għall-finijiet ta’ titjib tat-trasparenza tas-suq, ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet u l-applikazzjoni ta’ arranġamenti ta’ intervent fis-suq fl-għamla ta’ intervent pubbliku u ħażna privata, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż.

(22) Biex tiġi standardizzata l-preżentazzjoni tal-prodotti differenti għall-finijiet ta’ titjib tat-trasparenza tas-suq, ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet u l-applikazzjoni ta’ arranġamenti ta’ intervent fis-suq fl-għamla ta’ intervent pubbliku u ħażna privata, u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi li jinsabu fl-Unjoni u l-iżviluppi tekniċi u r-rekwiżiti settorjali, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni sabiex l-iskali użati fl-Unjoni jiġu adattati u aġġornati għall-klassifikazzjoni tal-karkassi fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u vitella, il-laħam tal-majjal u l-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż.

 

Or. en

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Sabiex l-għodod eżistenti ta' ġestjoni tas-suq jissaħħu u jiġu kompletati u sabiex ikun żgurat li dawn jaħdmu bla xkiel, għandu jiġi implimentat strument ibbażat fuq il-ġestjoni privata tal-provvista u l-koordinazzjoni tad-diversi operaturi. Permezz ta' dak l-istrument, l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi li għandhom daqs xieraq fis-suq għandu jkollhom l-għażla li jirtiraw prodott matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni.

Or. en

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Sabiex ikun evitat li dan l-istrument ikollu effetti kuntrarji għall-objettivi tal-PAK jew li jimpedixxi l-funzjonament bla xkiel tas-suq inter, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex tistabbilixxi regoli dwar il-funzjonament u l-attivazzjoni tal-istrument. Barra minn dan, sabiex jiġi żgurat li dan l-istrument ikun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat f’dak li jikkonċerna r-regoli relatati mal-finanzjament tiegħu, inkluż il-każijiet fejn hija tqis li l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata jkun utli.

Or. en

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-konsum ta’ frott u ħxejjex u ta’ prodotti tal-ħalib fost it-tfal għandu jkun inkoraġġit, fosthom billi jiżdied b'mod permanenti s-sehem ta’ dawk il-prodotti fid-dieti tat-tfal fl-istadju meta jkunu għadhom qed jiżviluppaw id-drawwiet tagħhom fil-konsum tal-ikel. Għalhekk għandha tiġi promossa l-għajnuna tal-Unjoni għall-finanzjament jew kofinanzjament tal-provvista ta’ prodotti bħal dawn lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi.

(25) Sabiex jiġu promossi drawwiet sani fost it-tfal dwar il-konsum tal-ikel, il-konsum ta’ frott u ħxejjex u ta’ prodotti tal-ħalib fost it-tfal għandu jkun inkoraġġit, fosthom billi jiżdied b'mod permanenti s-sehem ta’ dawk il-prodotti fid-dieti tat-tfal fl-istadju meta jkunu għadhom qed jiżviluppaw id-drawwiet tagħhom fil-konsum tal-ikel. Għalhekk għandha tiġi promossa l-għajnuna tal-Unjoni għall-finanzjament jew kofinanzjament tal-provvista ta’ prodotti bħal dawn lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fl-iskejjel pre-primarji u fl-istabbilimenti l-oħra li joffru attivitajiet extrakurrikulari. Dawn l-iskemi għandhom ukoll jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PAK, inkluż iż-żieda fl-introjtu tal-azjendi agrikoli, l-istabbilizzazzjoni tas-swieq u s-sikurezza tal-provvisti, kemm fil-preżent kif ukoll fil-futur.

Or. en

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Biex ikun żgurat immaniġġjar baġitarju sod tal-iskemi, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet xierqa għal kull waħda minnhom. L-għajnuna tal-Unjoni m’għandhiex tintuża biex tieħu post il-finanzjament ta’ xi skema ta’ frott għall-iskejjel eżistenti. Fid-dawl tal-limitazzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu jistgħu jissostitwixxu l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-iskemi b’kontribuzzjonijiet mis-settur privat. Biex jagħmlu l-iskema ta’ frott għall-iskejjel tagħhom effikaċi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri ta’ akkumpanjament li għalihom l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtu għajnuna nazzjonali.

(26) Biex ikun żgurat immaniġġjar baġitarju sod tal-iskemi, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet xierqa għal kull waħda minnhom. L-għajnuna tal-Unjoni m’għandhiex tintuża biex tieħu post il-finanzjament ta’ xi skema eżistenti ta’ frott, ħxejjex u prodotti tal-ħalib għall-iskejjel nazzjonali . Fid-dawl tal-limitazzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu jistgħu jissostitwixxu l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għal dawn il-programmi futuri nazzjonali li jippromwovu l-konsum ta’ frott u ħxejjex fl-iskejjel b’kontribuzzjonijiet mis-settur privat. Biex jagħmlu l-iskema ta’ frott għall-iskejjel tagħhom effikaċi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri ta’ akkumpanjament li għalihom l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtu għajnuna nazzjonali.

Or. en

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Biex jiġi mħeġġeġ l-użu ta’ drawwiet tajbin għas-saħħa ta’ x’jieklu t-tfal, biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi Ewropej u biex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iskema ta’ frott għall-iskejjel fir-rigward ta': il-prodotti li jkunu ineliġibbli għall-iskema; il-grupp immirat tal-iskema; l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna, inkluż il-miżuri ta’ akkumpanjament; l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna; kriterji oġġettivi għall-allokazzjoni ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri, l-allokazzjoni indikattiva ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri u l-metodu għar-riallokazzjoni ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri abbażi tal-applikazzjonijiet riċevuti; l-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna, inkluż il-possibbiltà li jkun iffissat limitu massimu globali għal dawn l-ispejjeż; u l-ħtieġa li Stati Membri parteċipanti jippubbliċizzaw ir-rwol ta’ sussidju tal-iskema.

(27) Biex ikun żgurat li l-iskema tiġi implimentata b'mod effettiv biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti għaliha, biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi Ewropej u biex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema ta' għajnuna, il-Kummissjoni għandha tiġi delegata s-setgħa li tadotta ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-iskema ta’ frott u ħaxix għall-iskejjel fir-rigward ta': il-prodotti li jkunu ineliġibbli għall-iskema; il-grupp immirat tal-iskema; l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna, inkluż il-miżuri ta’ akkumpanjament; l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna; kriterji oħra relatati mal-allokazzjoni indikattiva u l-metodu għar-riallokazzjoni ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri abbażi tal-applikazzjonijiet riċevuti; l-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna, inkluż il-possibbiltà li jkun iffissat limitu massimu globali għal dawn l-ispejjeż; il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jirreklamaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ta' għajnuna u jiġbdu l-attenzjoni dwar ir-rwol ta’ sussidju mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Filwaqt li jitqies it-tibdil tat-tendenzi fil-konsum tal-prodotti tal-ħalib flimkien mal-innovazzjonijiet u l-iżviluppi fis-suq tal-prodotti tal-ħalib, biex jiġi żgurat li jkunu l-benefiċjarji u l-applikanti xierqa li jikkwalifikaw għall-għajnuna u biex tiġi promossa s-sensabilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ għajnuna, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iskema ta’ frott għall-iskejjel fir-rigward ta': il-prodotti li jkunu eliġibbli għall-iskema; l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna u l-grupp immirat tal-iskema; il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna; id-depożitu ta’ garanzija għall-eżekuzzjoni meta jsir ħlas bil-quddiem tal-għajnuna; il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u l-ħtieġa li stabbilimenti edukattivi jikkomunikaw ir-rwol ta’ sussidju tal-iskema.

(28) Biex tkun żgurata l-effettività tal-iskema fl-ilħiq tal-objettivi stipulati għaliha, biex ikun żgurat li jkunu l-benefiċjarji u l-applikanti xierqa li jikkwalifikaw għall-għajnuna u biex tiġi promossa s-sensabilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ għajnuna, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iskema ta’ frott għall-iskejjel fir-rigward ta': il-prodotti li jkunu eliġibbli għall-iskema; l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna u l-grupp immirat tal-iskema; l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna; il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna; id-depożitu ta’ garanzija għall-eżekuzzjoni meta jsir ħlas bil-quddiem tal-għajnuna; il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jirreklamaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ta' għajnuna u jiġbdu l-attenzjoni dwar ir-rwol ta’ sussidju mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Il-Kummissjoni għandha tqis li tipproponi skemi mfassla biex jippromwovu l-konsum ta' prodotti barra l-frott u l-ħxejjex u l-prodotti tal-ħalib fl-iskejjel.

Or. en

 

Emenda:  27

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-iskema ta’ għajnuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħops tintuża biss fi Stat Membru wieħed. Biex tinħoloq il-flessibbiltà u biex l-approċċ f’dan is-settur jiġi armonizzat mas-setturi l-oħra, l-iskema tal-għajnuna m’għandhiex titkompla, bil-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu megħjunin permezz ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali.

imħassar

Or. en

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Biex jiġi żgurat li l-għajnuna mogħtija biex l-organizzazzjonijiet tal-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel jilħqu l-objettivi tagħhom li jtejbu l-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, u biex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel iħarsu l-obbligi tagħhom, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi għall-finijiet tal-iskema tal-għajnuna, is-sospensjoni jew l-irtirar ta’ din l-approvazzjoni; il-miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni; l-allokazzjoni ta’ finanzjament mill-Unjoni għal miżuri partikolari; l-attivitajiet u l-ispejjeż li mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni; u l-għażla u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma, u fir-rigward tal-ħtieġa ta depożitu ta garanzija.

(31) Biex jiġi żgurat li l-għajnuna mogħtija biex l-organizzazzjonijiet tal-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel jilħqu l-objettivi tagħhom li jtejbu l-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, u biex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-operaturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel iħarsu l-obbligi tagħhom, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għall-finijiet tal-iskema tal-għajnuna, u r-rifjut, is-sospensjoni jew l-irtirar ta’ din l-approvazzjoni; id-dettalji tal-miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni; l-allokazzjoni ta’ finanzjament mill-Unjoni għal miżuri partikolari; l-attivitajiet u l-ispejjeż li mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni; u l-għażla u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma; u fir-rigward tal-ħtieġa ta' depożitu ta' garanzija;

Or. en

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Dan ir-Regolament jiddistingwi bejn il-frott u ħxejjex, li jinkludu l-frott u ħxejjex għall-kummerċjalizzazzjoni u, min-naħa l-waħda l-frott u ħxejjex maħsubin għall-ipproċessar u, min-naħa l-oħra l-frott u ħxejjex ipproċessati. Ir-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, programmi operazzjonali u assistenza finanzjarja mill-Unjoni japplikaw biss għall-frott u ħxejjex u għall-frott u ħxejjex maħsubin biss għall-ipproċessar.

(32) Dan ir-Regolament jiddistingwi bejn il-frott u ħxejjex, li jinkludu l-frott u ħxejjex għall-kummerċjalizzazzjoni bħala prodotti friski u, min-naħa l-waħda l-frott u ħxejjex maħsubin għall-ipproċessar u, min-naħa l-oħra l-frott u ħxejjex ipproċessati.

Or. en

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) Sabiex ikun żgurat li l-programmi operattivi fis-settur tal-frott u l-ħaxix ikunu iktar effettivi, partikolarment il-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet, dawn għandhom jiġu implimentati permezz ta' strutturi ta' daqs xieraq tas-suq. Għaldaqstant, huwa importanti li l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu mħeġġa biex jippreżentaw u jiġġestixxu programmi operattivi u miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet, totalment jew parzjalment.

Or. en

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-appoġġ għat-twaqqif ta’ gruppi tal-produtturi għandu jingħata għas-setturi kollha fl-Istati Membri kollha fl-ambitu tal-politika tal-iżvilupp rurali, għalhekk l-appoġġ speċifiku fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandu jieqaf.

(35) L-appoġġ għat-twaqqif ta’ gruppi tal-produtturi għandu jingħata għas-setturi kollha fl-Istati Membri kollha fl-ambitu tal-politika tal-iżvilupp rurali, għalhekk l-appoġġ speċifiku għat-twaqqif tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandu jieqaf. Dan l-appoġġ m'għandux ifixkel il-kundizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni għall-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-suq intern.

Or. en

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Waħda mill-miżuri ewlenin eliġibbli għall-programmi ta’ appoġġ nazzjonali għandha tkun il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbejjed tal-Unjoni f’pajjiżi terzi. Attivitajiet ta’ ristrutturar u konverżjoni għandhom ikomplu jkunu koperti minħabba l-effetti strutturali pożittivi tagħhom fuq is-settur tal-inbid. L-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għal investimenti fis-settur tal-inbid li jkunu indirizzati biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika tal-intrapriżi bħala tali. L-appoġġ għal distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji għandu jkun miżura disponibbli għall-Istati Membri li jkunu jixtiequ jużaw dak l-istrument biex jiżguraw il-kwalità tal-inbid, waqt li jitħares l-ambjent.

(40) Waħda mill-miżuri ewlenin eliġibbli għall-programmi ta’ appoġġ nazzjonali għandha tkun il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbejjed tal-Unjoni fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi. Għandha tkun disponibbli wkoll għajnuna għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta' żvilupp minħabba l-importanza tagħhom għall-kompetittività tas-settur tal-inbid Ewropew. Attivitajiet ta’ ristrutturar u konverżjoni għandhom ikomplu jkunu koperti minħabba l-effetti strutturali pożittivi tagħhom fuq is-settur tal-inbid. L-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għal investimenti fis-settur tal-inbid li jkunu indirizzati biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika tal-intrapriżi bħala tali. L-appoġġ għal distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji għandu jkun miżura disponibbli għall-Istati Membri li jkunu jixtiequ jużaw dak l-istrument biex jiżguraw il-kwalità tal-inbid, waqt li jitħares l-ambjent.

Or. en

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Id-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ lil dawk li jkabbru d-dwieli permezz ta’ allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ ħlas kif ġie deċiż mill-Istati Membri saru definittivi. Għalhekk, l-uniku appoġġ ta’ dan it-tip li jista’ jingħata huwa dak li jiġi deċiż mill-Istati Membri sal-1 ta’ Diċembru 2011 skont l-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni.

imħassar

Or. en

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Biex jiġi żgurat li programmi ta’ appoġġ għall-inbid jissodisfaw l-objettivi tagħhom u li jkun hemm użu mmirat tal-Fondi Ewropej, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli: dwar ir-responsabbiltà għall-infiq bejn id-data meta jiġu rċevuti l-programmi ta’ appoġġ u modifiki għal programmi ta’ appoġġ u d-data ta’ applikabbiltà tagħhom; dwar kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ miżuri ta’ appoġġ, it-tip ta’ nfiq u operazzjonijiet eliġibbli għal appoġġ, miżuri ineliġibbli għal appoġġ u l-livell massimu ta’ appoġġ għal kull miżura; dwar bidliet għal programmi ta’ appoġġ wara li jkunu saru applikabbli; dwar rekwiżiti u limiti għal ħlasijiet bil-quddiem, inkluż ir-rekwiżit ta’ garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem; regoli li jkollhom dispożizzjonijiet ġenerali u definizzjonijiet għall-finijiet ta’ programmi ta’ appoġġ; biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-miżuri ta’ appoġġ u l-finanzjament doppju ta’ proġetti; li bihom produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu biex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali u dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni volontarja ta’ distillaturi; regoli li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ, kif ukoll restrizzjonijiet biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ; dwar ħlasijiet lil benefiċjarji, inklużi ħlasijiet permezz ta’ intermedjarji ta’ assigurazzjoni.

(43) Biex jiġi żgurat li programmi ta’ appoġġ għall-inbid jissodisfaw l-objettivi tagħhom u li jkun hemm użu mmirat tal-Fondi Ewropej, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli: dwar ir-responsabbiltà għall-infiq bejn id-data meta jiġu rċevuti l-programmi ta’ appoġġ u modifiki għal programmi ta’ appoġġ u d-data ta’ applikabbiltà tagħhom; dwar kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ miżuri ta’ appoġġ, it-tip ta’ nfiq u operazzjonijiet eliġibbli għal appoġġ, miżuri ineliġibbli għal appoġġ u l-livell massimu ta’ appoġġ għal kull miżura; dwar bidliet għal programmi ta’ appoġġ wara li jkunu saru applikabbli; dwar rekwiżiti u limiti għal ħlasijiet bil-quddiem, inkluż ir-rekwiżit ta’ garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem; biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-miżuri ta’ appoġġ u l-finanzjament doppju ta’ proġetti; li bihom produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu biex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali u dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni volontarja ta’ distillaturi; regoli li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ, kif ukoll restrizzjonijiet biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ; dwar ħlasijiet lil benefiċjarji, inklużi ħlasijiet permezz ta’ intermedjarji ta’ assigurazzjoni.

Or. en

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) It-trobbija tan-naħal hija kkaratterizzata mid-diversità fil-kundizzjonijiet u rendimenti tal-produzzjoni u mill-mod kif huma mxerrdin l-operaturi ekonomiċi u l-varjetà tagħhom, kemm fl-istadju tal-produzzjoni kif ukoll f’dak tal-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, minħabba t-tixrid tal-varroasi f’diversi Stati Membri fis-snin reċenti u l-problemi li dik il-marda tikkawża lill-produzzjoni tal-għasel, tibqa’ meħtieġa azzjoni mill-Unjoni minħabba li l-varroasi ma tistax tinqered kompletament u għandha tiġi ttrattata bi prodotti approvati. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi u biex jitjiebu l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-apikultura fl-Unjoni, kull tliet snin għandhom jiġu mfassla programmi nazzjonali għas-settur bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-apikultura. Dawk il-programmi nazzjonali għandhom ikunu ffinanzjati parzjalment mill-Unjoni.

(44) It-trobbija tan-naħal hija kkaratterizzata mid-diversità fil-kundizzjonijiet u rendimenti tal-produzzjoni u mill-mod kif huma mxerrdin l-operaturi ekonomiċi u l-varjetà tagħhom, kemm fl-istadju tal-produzzjoni kif ukoll f’dak tal-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, minħabba l-inċidenza li qed tiżdied ta' ċerti tipi ta' invażjonijiet tad-doqqajs, u partikolarment minħabba t-tixrid tal-varroasi f’diversi Stati Membri fis-snin reċenti u l-problemi li dik il-marda tikkawża lill-produzzjoni tal-għasel, tibqa’ meħtieġa azzjoni kkordinata mill-Unjoni bħala parti minn politika Ewropea veterana minħabba li l-varroasi ma tistax tinqered kompletament u għandha tiġi ttrattata bi prodotti approvati. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi u biex jitjiebu s-saħħa tan-naħal, u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-apikultura fl-Unjoni, kull tliet snin għandhom jiġu mfassla programmi nazzjonali għas-settur bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-apikultura. Dawk il-programmi nazzjonali għandhom ikunu ffinanzjati parzjalment mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Biex jiġi żgurat l-użu mmirat ta’ fondi tal-Unjoni għall-apikultura, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’: il-miżuri li jistgħu jiġu inklużi fi programmi tal-apikultura, regoli dwar l-obbligi relatati mal-kontenut ta’ programmi nazzjonali, it-tfassil tagħhom u l-istudji relatati; u l-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil kull Stat Membru parteċipant.

(45) Biex jiġi żgurat l-użu mmirat ta’ fondi tal-Unjoni għall-apikultura, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’: id-dettalji tal-miżuri li jistgħu jiġu inklużi fi programmi tal-apikultura; regoli dwar l-obbligi marbutin mal-kontenut tal-programmi nazzjonali, it-tħejjija tagħhom u l-istudji relatati; u l-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil kull Stat Membru parteċipant.

Or. en

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 48 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a) Waħda mill-miżuri ewlenin eliġibbli għall-programmi ta’ appoġġ nazzjonali għandha tkun il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

Or. en

 

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 50

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Biex jiġi ggarantit li l-prodotti kollha jkunu ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli, u bla preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, standard ġenerali bażiku għall-kummerċjalizzazzjoni kif prospettat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq għandu jkun adatt għal prodotti mhux koperti minn standards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew skont il-prodott. Meta prodotti bħal dawn ikunu konformi ma’ standard internazzjonali applikabbli, kif xieraq, dawk il-prodotti għandhom jitqiesu bħala li jkunu konformi mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni.

(50) Biex jiġi ggarantit li l-prodotti kollha jkunu ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli, u bla preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, standard ġenerali bażiku għall-kummerċjalizzazzjoni kif prospettat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq għandu jkun adatt għal prodotti mhux koperti minn standards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew skont il-prodott. Meta prodotti bħal dawn ikunu konformi ma’ standard internazzjonali applikabbli, kif xieraq, dawk il-prodotti għandhom jitqiesu bħala li jkunu konformi mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, l-Istati Membri xorta waħda għandhom iżommu l-kapaċità li jadottaw jew li jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mas-setturi jew mal-prodotti appoġġjati mill-istandard ġenerali ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew li huma relatati mas-setturi jew mal-prodotti appoġġjati minn standards partikolari ta’ kummerċjalizzazzjoni, għal elementi li mhumiex armonizzati b’mod dirett minn dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 53a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a) L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu maqsumin b'mod ċar bejn regoli obbligatorji u termini riżervati fakultattivi. It-termini riżervati fakultattivi għandhom ikomplu jappoġġaw l-għanijiet tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u għaldaqstant għandhom ikunu limitati fl-ambitu tagħhom għall-prodotti mniżżlin fl-Anness I tat-Trattati.

Or. en

 

Amendment  40

Proposta għal regolament

Premessa 53b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53b) Fid-dawl tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u fl-interess taċ-ċarezza, it-termini riżervati fakultattivi li diġà jeżistu għandhom jiġu regolati minn dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 54

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Meqjus l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni dwar prodotti li tkun adegwata u trasparenti, għandu jkun possibbli li jiġi identifikat il-post tal-biedja, bl-aproċċ ta’ każ b’każ fil-livell ġeografiku xieraq, waqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ xi setturi, partikolarment fir-rigward ta’ prodotti agrikoli pproċessati.

(54) B'kunsiderazzjoni tal-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni dwar prodotti li tkun adegwata u trasparenti, għandu jkun possibbli li jiġi identifikat il-post tal-biedja, bl-aproċċ ta’ każ b’każ fil-livell ġeografiku xieraq, mingħajr ma jintesa l-fatt li informazzjoni mhux kompluta u inkorretta tista' teffettwa l-materjal ekonomiku u produttiv tal-qasam ikkonċernat, waqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali ta’ xi setturi, partikolarment fir-rigward ta’ prodotti agrikoli pproċessati.

Or. en

 

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 56

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) Ikun xieraq li jiġu pprovduti regoli speċjali fir-rigward ta’ prodotti importati minn pajjiżi terzi jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-pajjiżi terzi jiġġustifikaw derogi mill-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni sa kemm tkun iggarantita l-ekwivalenza tagħhom għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(56) Ikun xieraq li jiġu pprovduti regoli speċjali fir-rigward ta’ prodotti importati minn pajjiżi terzi, li għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-prodotti importati jitqiesu bħala li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni u li jippermettu li jkun hemm miżuri li jidderogaw mir-regoli li jirrikjedu li l-prodotti jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni unikament bi bqil ma' tali standards. Huwa wkoll xieraq li jiġu determinati r-regoli relatati mal-applikazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-prodotti esportati mill-Unjoni.

 

 

Or. en

 

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 58

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Biex jiġu indirizzati bidliet fis-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta’ kull settur, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ atti biex jiġu adottati u modifikati rekwiżiti u biex ikun hemm deroga minnhom b’rabta mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni, u regoli dwar iż-żamma ta’ konformità miegħu.

(58) Biex jiġu indirizzati bidliet fis-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta’ kull settur, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dettaljati dwar l-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni, u timmodifika u tidderoga mir-rekwiżiti relatati mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni, u regoli dwar iż-żamma ta’ konformità miegħu.

Or. en

 

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 61

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61) Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-karattru speċjali ta’ ċerti prodotti agrikoli u l-ispeċifiċità ta’ kull settur, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ tolleranza għal kull standard tal-kummerċjalizzazzjoni li lil hinn minnha l-lott kollu ta’ prodotti għandu jitqies bħala li ma jħarisx l-istandard, u fir-rigward ta’ regoli li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li bihom prodotti importati jitqiesu bħala li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward ta’ standards għall-kummerċjalizzazzjoni u li jippermettu li jkun hemm miżuri li jidderogaw mir-regoli li prodotti jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni biss skont standards bħal dawn u li jiddeterminaw ir-regoli relatati mal-applikazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti esportati mill-Unjoni.

(61) Biex jitqies il-karattru speċjali ta’ ċerti prodotti agrikoli u l-ispeċifiċità ta’ kull settur, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ tolleranza għal kull standard tal-kummerċjalizzazzjoni li lil hinn minnha l-lott kollu ta’ prodotti għandu jitqies bħala li ma jħarisx l-istandard.

Or. en

 

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 69

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69) Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, biex jiġu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti u biex jiġu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi ta’ produtturi jew operaturi, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-prinċipji għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika, u ta’ definizzjonijiet, restrizzjonijiet u derogi relatati mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata; fir-rigward tal-kundizzjonijiet li bihom speċifikazzjonijiet ta’ prodotti jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali; u fir-rigward tal-elementi tal-ispeċifikazzjoni ta’ prodott; it-tip ta’ applikant li jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika; il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, inkluż dwar proċeduri nazzjonali preliminari, skrutinju mill-Kummissjoni, proċeduri ta’ oġġezzjoni, u proċedura ta’ emendi, kanċellazzjoni u konverżjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta; il-proċeduri applikabbli għal applikazzjonijiet transkonfinali; il-proċeduri għal applikazzjonijiet relatati ma’ żoni ġeografiċi f’pajjiż terz; id-data li minnha l-protezzjoni għandha tibda tiddekorri; il-proċeduri relatati ma’ emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti. u d-data li minnha emenda għandha tidħol fis-seħħ.

(69) Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, biex jiġu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti u biex jiġu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi ta’ produtturi jew operaturi, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dettalji addizzjonali dwar id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika, u ta’ definizzjonijiet, restrizzjonijiet u derogi relatati mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata; fir-rigward tal-kundizzjonijiet li bihom speċifikazzjonijiet ta’ prodotti jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali; u fir-rigward tal-elementi tal-ispeċifikazzjoni ta’ prodott; it-tip ta’ applikant li jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika; il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, inkluż dwar proċeduri nazzjonali preliminari, skrutinju mill-Kummissjoni, proċeduri ta’ oġġezzjoni, u proċedura ta’ emendi, kanċellazzjoni u konverżjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta; il-proċeduri applikabbli għal applikazzjonijiet transkonfinali; il-proċeduri għal applikazzjonijiet relatati ma’ żoni ġeografiċi f’pajjiż terz; id-data li minnha l-protezzjoni għandha tibda tiddekorri; il-proċeduri relatati ma’ emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti; u d-data li minnha emenda għandha tidħol fis-seħħ.

Or. en

 

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 70

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata u biex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi u awtoritajiet kompetenti ma jiġux ippreġudikati bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ismijiet ta’ nbejjed li ngħataw protezzjoni qabel l-1 ta’ Awwissu 2009, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ restrizzjonijiet ta’ adozzjoni dwar l-isem protett u dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward ta’: l-ismijiet ta’ nbejjed rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi sal-1 ta’ Awwissu 2009; il-proċedura nazzjonali preliminari; l-inbejjed imqiegħdin fis-suq jew b’tikketta qabel data speċifika; u l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodotti.

imħassar

Or. en

 

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 74

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74) Biex tiġi żgurata l-konformità ma’ prattiki eżistenti ta’ tikkettar, ma’ regoli orizzontali relatati ma’ tikkettar u preżentazzjoni, u biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid; biex ikunu żgurati l-effiċjenza tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika u l-interessi leġittimi tal-operaturi, u biex l-operaturi ekonomiċi ma jiġux ippreġudikati, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li titħalla barra r-referenza għat-termini “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”; fir-rigward tal-preżentazzjoni u l-użu ta’ indikazzjonijiet ta’ tikkettar minbarra dawk ipprovduti f’dan ir-Regolament; ċerti indikazzjonijiet obbligatorji; l-indikazzjonijiet mhux obbligatorji; u l-preżentazzjoni; fir-rigward tal-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ tikkettar u preżentazzjoni ta’ nbejjed li jġibu denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika, li d-denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa; fir-rigward ta’ nbid mqiegħed fis-suq u b’tikketta qabel l-1 ta’ Awwissu 2009; u fir-rigward ta’ derogi dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni.

(74) Biex tiġi żgurata l-konformità ma’ prattiki eżistenti ta’ tikkettar, ma’ regoli orizzontali relatati ma’ tikkettar u preżentazzjoni, u biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid; biex ikunu żgurati l-effiċjenza tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika u l-interessi leġittimi tal-operaturi, u biex l-operaturi ekonomiċi ma jiġux ippreġudikati, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li titħalla barra r-referenza għat-termini “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”; fir-rigward tal-preżentazzjoni u l-użu ta’ indikazzjonijiet ta’ tikkettar minbarra dawk ipprovduti f’dan ir-Regolament; ċerti indikazzjonijiet obbligatorji; l-indikazzjonijiet mhux obbligatorji; u l-preżentazzjoni; fir-rigward tal-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ tikkettar u preżentazzjoni ta’ nbejjed li jġibu denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika, li d-denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa; fir-rigward ta’ nbid mqiegħed fis-suq u b’tikketta qabel l-1 ta’ Awwissu 2009; u fir-rigward ta’ derogi dwar it-tikkettar tal-esportazzjonijiet u l-preżentazzjoni.

Or. en

 

 

Emenda  48

Proposta għal regolament

Premessa 77

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77) Ikun xieraq li jiġu ddeterminati ċerti prattiki u restrizzjonijiet enoloġiċi għall-produzzjoni tal-inbid, partikolarment fir-rigward ta’ taħlit u l-użu ta’ ċerti tipi ta’ most tal-għeneb, meraq tal-għeneb u għeneb frisk li joriġinaw f’pajjiżi terzi. Biex jiġu ssodisfati l-istandards internazzjonali, għal aktar prattiki enoloġiċi, il-Kummissjoni għandha bħala regola ġenerali tibbaża lilha nfisha fuq il-prattiki enoloġiċi rakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV).

(77) Ikun xieraq li jiġu ddeterminati ċerti prattiki u restrizzjonijiet enoloġiċi għall-produzzjoni tal-inbid, partikolarment fir-rigward ta’ taħlit u l-użu ta’ ċerti tipi ta’ most tal-għeneb, meraq tal-għeneb u għeneb frisk li joriġinaw f’pajjiżi terzi. Biex jiġu ssodisfati l-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni għandha bħala regola ġenerali tibbaża lilha nfisha fuq il-prattiki enoloġiċi rakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), meta tagħmel proposti għal aktar prattiki enoloġiċi.

Or. en

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 82a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(82a) Għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali u fid-dawl tal-politika tal-ippjanar reġjonali fiż-żoni rurali bi tradizzjoni ta' produzzjoni tal-inbid, u lil hinn mir-rekwiżit li jinżammu d-diversità, il-prestiġju u l-kwalità tal-prodotti tal-inbid Ewropej, is-sistema preżenti ta' drittijiet għat-tħawwil fis-settur tal-inbid għandha tinżamm mill-inqas sal-2030.

Or. en

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Premessa 83

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(83) Wara li tintemm is-sistema ta’ kwoti, ikunu għadhom meħtieġa strumenti speċifiċi biex jiġi żgurat bilanċ ġust ta’ drittijiet u obbligi bejn l-impriżi taz-zokkor u dawk li jkabbru l-pitravi. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet standard li jirregolaw il-ftehimiet ta’ bejniethom.

(83) Fis-settur taz-zokkor huma meħtieġa strumenti speċifiċi biex jiġi żgurat bilanċ ġust ta' drittijiet u obbligi bejn impriżi taz-zokkor u dawk li jkabbru l-pitravi. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet standard li jirregolaw il-ftehimiet ta’ bejniethom.

Or. en

 

Emenda  51

Proposta għal regolament

Premessa 84

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(84) Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur taz-zokkor u l-interessi tal-partijiet, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ftehimiet bħal dawn, partikolarment fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jirregolaw ix-xiri, il-konsenja u l-akkwist tal-pitravi u l-ħlas għaliha.

(84) Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur taz-zokkor u l-interessi tal-partijiet, għandu jiġi provdut għal sensiela ta’ regoli fir-rigward ta’ ftehimiet bħal dawn, partikolarment fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jirregolaw ix-xiri, il-konsenja u l-akkwist tal-pitravi u l-ħlas għaliha.

Or. en

 

Emenda  52

Proposta għal regolament

Premessa 84a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(84a) Sabiex min ikabbar il-pitravi taz-zokkor ikun jista’ jikkompleta l-adattament tiegħu għar-riforma estensiva li saret fis-settur taz-zokkor fl-2006 u sabiex jitkomplew l-isforzi li wieħed isir kompetittiv, is-sistema preżenti ta’ kwoti għandha tiġi estiża sal-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2019–2020. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha titħalla talloka kwoti tal-produzzjoni lil Stati Membri li jkunu rrinunzjaw għall-kwota kollha tagħhom fl-2006.

Or. en

 

Emenda  53

Proposta għal regolament

Premessa 84b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(84b) It-tensjonijiet konsiderevoli u rikorrenti osservati fis-suq taz-zokkor Ewropew jirrikjedu mekkaniżmu li, sakemm ikun neċessarju, jirrilaxxa zokkor li ma jaqax taħt il-kwota fis-suq intern bl-applikazzjoni tal-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kwota. Dan il-mekkaniżmu, fl-istess ħin, għandu jippermetti importazzjonijiet addizzjonali mingħajr dazju sabiex ikun żgurat li jkun hemm biżżejjed materja prima disponibbli fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni u biex jitħares il-bilanċ strutturali ta’ dan is-suq.

Or. en

 

Emenda  54

Proposta għal regolament

Premessa 84c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(84c) Minħabba t-tneħħija definittiva tas-sistema tal-kwoti fl-2020, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament u lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Lulju 2018 dwar il-proċeduri xierqa sabiex jintemmu l-arranġamenti preżenti dwar il-kwoti u dwar il-futur tas-settur wara t-tneħħija tal-kwoti fl-2020, flimkiem ma’ kwalunkwe proposta meħtieġa sabiex is-settur kollu jkun ippreparat għall-perjodu ta’ wara l-2020. Qabel il-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta wkoll rapport dwar il-funzjonament tal-katina tal-provvista fis-settur taz-zokkor tal-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  55

Proposta għal regolament

Premessa 85

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(85) L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jwettqu rwoli utli fil-konċentrazzjoni tal-provvista u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki. L-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jwettqu rwol importanti billi jippermettu djalogu bejn operaturi fil-katina ta’ provvista, u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki u tat-trasparenza tas-suq. Ir-regoli eżistenti dwar id-definizzjoni u r-rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkopru ċerti setturi għandhom, għalhekk, jiġu armonizzati, razzjonalizzati u estiżi biex jipprovdu għal rikonoxximent fuq talba skont statuti stabbiliti fid-dritt tal-UE fis-setturi kollha.

(85) L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jwettqu rwoli utli fil-konċentrazzjoni tal-provvista billi jtejbu l-kummerċjalizzazzjoni, jikkoreġu l-iżbilanċi fil-katina tal-valur u jippromwovu l-aħjar prattiki, speċjalment billi jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat, u b’mod partikolari l-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-produtturi, inter alia billi l-għodda għall-ġestjoni tar-riskju jsiru disponibbli għall-membri tagħhom, billi titjieb il-kummerċjalizzazzjoni, tiġi kkonċentrata l-provvista u billi jiġu nnegozjati kuntratti, biex b’hekk tissaħħaħ is-setgħa ta’ negozjar tal-produtturi.

Or. en

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Premessa 85a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(85a) L-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jwettqu rwol importanti billi jippermettu djalogu bejn operaturi fil-katina ta’ provvista, u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki u tat-trasparenza tas-suq.

Or. en

 

Emenda  57

Proposta għal regolament

Premessa 85b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(85b) Ir-regoli eżistenti dwar id-definizzjoni u r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom, u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkopru ċerti setturi għandhom, għalhekk, jiġu armonizzati u estiżi sabiex jipprevedu rikonoxximent fuq talba skont l-istatuti stabbiliti bi qbil ma' dan ir-Regolamenti għas-setturi kollha. B’mod partikolari, hu essenzjali li l-kriterji ta’ rikonoxximent u r-regoli tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi stabbiliti fil-qafas tar-regoli Komunitarji jiżguraw li jiġu stabbiliti tali korpi fuq inizjattiva tal-bdiewa, li b’mezz demokratiku jiddefinixxu l-politika ġenerali tal-organizzazzjonijiet u jieħdu d-deċiżjonijiet relatati mal-funzjonament intern tagħhom.

Or. en

 

Emenda  58

Proposta għal regolament

Premessa 87

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(87) Fir-rigward ta’ pjanti ħajjin, laħam taċ-ċanga u vitella, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, bajd u laħam tat-tjur, għandha ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà li jiġu adottati ċerti miżuri biex jiffaċilitaw l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq li tista’ tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-suq u tiggarantixxi standard ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola konċernata.

(87) Għandha ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà li jiġu adottati ċerti miżuri biex jiffaċilitaw l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq li tista’ tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-suq u tiggarantixxi standard ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola konċernata.

Or. en

 

Emenda  59

Proposta għal regolament

Premessa 88

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(88) Biex tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, biex tiffaċilita l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw setturi ta’ pjanti ħajjin, laħam taċ-ċanga u vitella, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, bajd u laħam tat-tjur, biex tittejjeb il-kwalità; biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni; biex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq; u biex ikun jista’ jiġi stabbilit tbassir għal żmien qasir u tbassir fit-tul abbażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati.

(88) Biex tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, biex tiffaċilita l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni; biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni; biex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq; u biex ikun jista’ jiġi stabbilit tbassir għal żmien qasir u tbassir fit-tul abbażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati.

Or. en

 

Emenda  60

Proposta għal regolament

Premessa 90

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(90) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar kuntratti bil-miktub, formalizzati, l-Istati Membri jistgħu, fis-sistemi tal-liġijiet tagħhom stess dwar il-kuntratti, jagħmlu użu minn kuntratti obbligatorji bħal dawn bil-kundizzjoni li meta jagħmlu hekk id-dritt tal-Unjoni jitħares u partikolarment li jitħarsu l-funzjonament sewwa tas-suq intern u l-organizzazzjoni komuni tas-suq. Fid-dawl tas-sitwazzjonijiet diversi eżistenti fl-Unjoni kollha, fl-interess tas-sussidjarjetà, deċiżjoni bħal din għandha tibqa’ tittieħed mill-Istati Membri. Madankollu, fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, biex jiġu żgurati standards minimi xierqa għal kuntratti bħal dawn u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-organizzazzjoni komuni tas-suq, għandhom jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet bażiċi għall-użu ta’ kuntratti bħal dawn fil-livell tal-Unjoni. Minħabba li xi kooperattivi tal-ħalib jista’ jkollhom regoli b’effett simili fl-istatuti tagħhom, għall-fini tas-sempliċità huma għandhom jiġu eżenti mir-rekwiżit ta’ kuntratt. Biex jiġi żgurat li kull sistema ta’ dan it-tip tkun effikaċi, din trid tapplika ugwalment meta partijiet intermedji jiġbru l-ħalib mingħand il-bdiewa biex jikkonsenjawh lill-proċessuri.

imħassar

Or. en

 

Emenda  61

Proposta għal regolament

Premessa 90a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(90a) L-użu ta’ kuntratti formalizzati bil-miktub li jinkludu elementi bażiċi konklużi qabel il-konsenja mhuwiex mifrux. Madanakollu, tali kuntratti jistgħu jgħinu biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-operaturi, kif inhu l-każ tal-katina tal-prodotti tal-ħalib, u biex iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-bżonn li jittieħed kont aħjar tas-sinjali tas-suq, biex titjieb it-trasmissjoni tal-prezzijiet u biex jaddattaw il-provvista mad-domanda, kif ukoll biex jgħinu biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali mhux ġusti.

Or. en

 

Emenda  62

Proposta għal regolament

Premessa 90b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(90b) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar tali kuntratti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fis-sistemi tagħhom stess tal-liġi kuntrattwali, jagħmlu l-użu ta’ tali kuntratti obbligatorju, sakemm jagħmlu dan b’mod konformi mal-liġi tal-Unjoni u, b'mod partikolari, sakemm jirrispettaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni. Fid-dawl tad-diversità tas-sitwazzjonijiet li jeżistu madwar l-Unjoni fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-liġi tal-kuntratti, fl-interessi tas-sussidjarjetà, deċiżjoni bħal din għandha tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Għandhom japplikaw kundizzjonijiet ugwali għall-konsenji kollha f’territorju partikolari. Għalhekk, jekk Stat Membru jiddeċiedi li kull konsenja fit-territorju tiegħu minn bidwi lil proċessur għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, dan l-obbligu għandu japplika wkoll għall-konsenji li jkunu ġejjin minn Stati Membri oħra, iżda m’hemmx bżonn li japplika għall-konsenji lil Stati Membri oħra. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jitolbux li l-ewwel xerrej jagħmel offerta bil-miktub lill-bidwi biex isir tali kuntratt.

Or. en

 

Emenda  63

Proposta għal regolament

Premessa 91

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(91) Biex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u b’hekk, standard ġust ta’ għajxien għall-bdiewa fil-qasam tal-ħalib u prodotti tiegħu, il-qawwa ta’ negozjar li għandhom il-bdiewa vis-à-vis dik ta’ proċessuri għandha tissaħħaħ, u din għandha twassal għal distribuzzjoni aktar ġusta ta’ valur miżjud tul il-katina ta’ provvista. Għalhekk, biex jinkisbu dawn l-objettivi tal-PAK, għandha tiġi adottata dispożizzjoni skont l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat biex l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kostitwiti minn bdiewa fil-qasam tal-ħalib u prodotti tiegħu jew minn assoċjazzjonijiet tagħhom jitħallew jinnegozjaw it-termini ta’ kuntratti, inkluż il-prezz, għal parti mill-produzzjoni jew għall-produzzjoni kollha tal-membri tagħhom li jipproċessaw il-ħalib. Biex tinżamm kompetizzjoni effikaċi fis-suq tal-ħalib u prodotti tiegħu, din il-possibbiltà għandha tkun suġġetta għal limiti kwantitattivi xierqa.

imħassar

Or. en

 

Emenda  64

Proposta għal regolament

Premessa 91a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(91a) Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp vijabbli tal-produzzjoni u standard ġust ta’ għajxien għall-bdiewa, il-qawwa ta’ negozjar tagħhom fir-rigward ta' xerrejja prospettivi għandha tissaħħaħ, u din għandha twassal għal distribuzzjoni aktar ġusta tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista. Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi tal-politika agrikola komuni, għandha tiġi adottata dispożizzjoni skont l-Artikoli 42 u, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, li jippermettu li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kostitwiti minn bdiewa biss jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jinnegozjaw it-termini ta’ kwalunkwe kuntratt, inklużi l-prezzijiet, konġuntament għal parti mill-produzzjoni jew għall-produzzjoni kollha tal-membri tagħhom ma' xerrej sabiex ikun evitat li x-xerrejja jimponu prezzijiet li jkunu iktar baxxi mill-kostijiet tal-produzzjoni. Madankollu, huma biss l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jfittxu u jakkwistaw rikonoxximent li għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minn dik id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, dik id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-kooperattivi. Ukoll, l-organizzazzjonijiet eżistenti ta' produtturi rikonoxxuti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom isiru eliġibbli għar-rikonoxximent de facto skont dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda  65

Proposta għal regolament

Premessa 91b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(91b) Minħabba l-importanza tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO) u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) b’mod partikolari għar-reġjuni rurali vulnerabbli, u bil-għan li jiġi żgurat il-valur miżjud u biex tinżamm il-kwalità, partikolarment, tal-varjetajiet ta’ ġobon li jibbenefikaw minn DPO jew IĠP, u fil-kuntest tal-fatt li s-sistema tal-kwoti tal-ħalib qiegħda tiskadi, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw regoli biex jirregolaw il-provvista ta’ tali ġobon prodott f'żona ġeografika definita. Ir-regoli għandhom ikopru l-produzzjoni kollha kemm hi tal-ġobon ikkonċernata u għandhom jintalbu minn organizzazzjoni interprofessjonali, organizzazzjoni tal-produtturi jew grupp kif definit fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġni għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel . Tali talba għandha tkun appoġġjata minn maġġoranza kbira ta’ produtturi tal-ħalib li tirrappreżenta l-parti l-kbira tal-volum tal-ħalib użat għal dak il-ġobon u, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet u gruppi interprofessjonali, mill-parti l-kbira tal-produtturi tal-ġobon li jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira tal-produzzjoni ta’ dak il-ġobon. Barra minn hekk, dawn ir-regoli għandhom jiġu soġġetti għal kundizzjonijiet stretti, b’mod partikolari bil-għan li jiġi evitat li ssir ħsara lill-kummerċ tal-prodotti fi swieq oħra u biex jitħarsu d-drittijiet tal-minoranzi. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw minnufih u jinnotifikaw b’mod immedjat r-regoli adottati lill-Kummissjoni, jiżguraw li jsiru spezzjonijiet b’mod regolari, u jirrevokaw ir-regoli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

Or. en

 

Emenda  66

Proposta għal regolament

Premessa 91c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(91c) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-kwoti tal-ħalib se jiskadu fi żmien perjodu relattivament qasir wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara li jiġi revokat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw sakemm tintemm din l-iskema.

Or. en

 

Emenda  67

Proposta għal regolament

Premessa 91d (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(91d) Meta ġie deċiż li l-kwoti tal-ħalib se jitneħħew, ittieħed impenn biex tkun żgurata transizzjoni faċli għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. Ir-Regolament (UE) Nru 261/20121 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jirrappreżenta l-ewwel pass f’dik id-direzzjoni, u se tkun meħtieġa leġiżlazzjoni ulterjuri. Meta jkun hemm żbilanċ serju fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tkun awtorizzata biex tagħti għajnuna lill-produtturi tal-ħalib li b’mod volontarju jnaqqsu l-produzzjoni tagħhom, u biex timponi imposta fuq il-produtturi tal-ħalib li jżidu l-produzzjoni tagħhom matul l-istess perjodu u fl-istess proporzjon.

 

____________________

 

1 ĠU L 94, 30.3.12, p. 38.

Or. en

 

Emenda  68

Proposta għal regolament

Premessa 93

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(93) Biex jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali u organizzazzjonijiet ta’ operaturi jiġu ddefiniti b’mod ċar biex ikun hemm kontribuzzjoni għall-effikaċja tal-azzjonijiet tagħhom, biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur, u biex ikun żgurat il-ħarsien tal-kompetizzjoni u l-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni komuni tas-suq, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli dwar: l-għanijiet speċifiċi li jistgħu, għandhom jew m’għandhomx ikunu segwiti minn dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, inklużi derogi minn dawk elenkati f’dan ir-Regolament; ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, rikonoxximent, struttura, personalità ġuridika, sħubija, daqs, responsabbiltà u attivitajiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jidderivaw minn rikonoxximent, l-irtirar ta’ rikonoxximent u l-fużjonijiet; l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet transnazzjonali; l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet u l-provvediment ta’ mezzi tekniċi minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet; il-volum jew il-valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet; l-estensjoni ta’ ċerti regoli tal-organizzazzjonijiet għal dawk li ma jkunux membri u l-ħlas obbligatorju ta’ sottoskrizzjonijiet minn dawk li ma jkunux membri, inkluża lista ta’ regoli ta’ produzzjoni aktar stretti li jistgħu jkunu estiżi, aktar rekwiżiti fir-rigward ta’ rappreżentanza, id-distretti ekonomiċi konċernati, inkluż skrutinju mill-Kummissjoni tad-definizzjoni tagħhom, perjodi minimi li matulhom ir-regoli għandhom ikunu fis-seħħ qabel ma jiġu estiżi, il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li r-regoli jew il-kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu applikati għalihom, u ċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni tista’ tesiġi li l-estensjoni ta’ regoli jew il-kontribuzzjonijiet obbligatorji jkunu rrifjutati jew irtirati.

(93) Biex jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali u organizzazzjonijiet ta’ operaturi jiġu ddefiniti b’mod ċar biex ikun hemm kontribuzzjoni għall-effikaċja tal-azzjonijiet tagħhom, biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur, u biex ikun żgurat il-ħarsien tal-kompetizzjoni u l-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni komuni tas-suq, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli dwar: l-għanijiet speċifiċi li jistgħu, għandhom jew m’għandhomx ikunu segwiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, u, jekk ikun neċessarju, jistgħu jiżdiedu ma' dawk elenkati f’dan ir-Regolament; ir-regoli ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet minbarra l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għar-regoli tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi f'ċerti setturi, struttura, personalità ġuridika, sħubija, daqs, responsabbiltà u attivitajiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jidderivaw minn rikonoxximent, l-irtirar ta’ rikonoxximent u l-fużjonijiet; l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet transnazzjonali, inklużi regoli dwar il-provvediment ta' assistenza amministrattiva meta jkun hemm kooperazzjoni transnazzjonali; il-kundizzjonijiet għall-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet u l-provvediment ta’ mezzi tekniċi minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet; il-volum jew il-valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet; l-estensjoni ta’ ċerti regoli tal-organizzazzjonijiet għal dawk li ma jkunux membri u l-ħlas obbligatorju ta’ sottoskrizzjonijiet minn dawk li ma jkunux membri, inkluża lista ta’ regoli ta’ produzzjoni aktar stretti li jistgħu jkunu estiżi, aktar rekwiżiti fir-rigward ta’ rappreżentanza, id-distretti ekonomiċi konċernati, inkluż skrutinju mill-Kummissjoni tad-definizzjoni tagħhom, perjodi minimi li matulhom ir-regoli għandhom ikunu fis-seħħ qabel ma jiġu estiżi, il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li r-regoli jew il-kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu applikati għalihom, u ċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni tista’ tesiġi li l-estensjoni ta’ regoli jew il-kontribuzzjonijiet obbligatorji jkunu rrifjutati jew irtirati. il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali u l-kwantitajiet speċifiċi li jistgħu jifformaw il-bażi tan-negozjati kuntrattwali.

Or. en

 

Emenda  69

Proposta għal regolament

Premessa 94

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(94) Suq uniku jinvolvi sistema ta’ negozjar fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dik is-sistema ta’ negozjar għandha tinkludi dazji ta’ importazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni u għandha, fil-prinċipju, tistabbilizza s-suq tal-Unjoni. Is-sistema ta’ negozjar għandha tkun ibbażata fuq l-impenji aċċettati skont iċ-Ċiklu tal-Urugwaj ta’ negozjati kummerċjali multilaterali u fi ftehimiet bilaterali.

(94) Suq uniku jinvolvi sistema ta’ negozjar fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dik is-sistema ta’ negozjar għandha tinkludi dazji fuq l-importazzjonijiet u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni u għandha, fil-prinċipju, tistabbilizza s-suq tal-Unjoni, mingħajr ma tfixkel is-swieq tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Is-sistema ta’ negozjar għandha tkun ibbażata fuq l-impenji aċċettati skont iċ-Ċiklu tal-Urugwaj ta’ negozjati kummerċjali multilaterali u fi ftehimiet bilaterali.

Or. en

 

Emenda  70

Proposta għal regolament

Premessa 94a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(94a) Madankollu, l-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali m'għandhiex titlaq mill-prinċipju ta' reċiproċità, partikolamrnet fir-rigward tat-tariffi, is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti, l-ambjent u l-benessri tal-annimali; barra minn hekk, din għandha titwettaq sabiex tkun żgurata l-osservanza stretta tal-mekkaniżmi tal-prezzijiet tad-dħul, dazji speċifiċi addizzjonali u imposti kumpensatorji.

Or. en

 

Emenda  71

Proposta għal regolament

Premessa 96

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(96) Biex jitqiesu l-evoluzzjoni tal-kummerċ u l-iżviluppi fis-swieq, l-esiġenzi tas-swieq konċernati u meta jkunu meħtieġa għall-monitoraġġ ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista tal-prodotti ta’ setturi suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni; u l-każijiet u s-sitwazzjonijiet fejn il-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni ma tkunx meħtieġa.

(96) Biex jitqiesu l-evoluzzjoni tal-kummerċ u l-iżviluppi fis-swieq, l-esiġenzi tas-swieq konċernati u meta jkunu meħtieġa għall-monitoraġġ ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex timmodifika u tissupplimenta l-lista tal-prodotti ta’ setturi suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni; u l-każijiet u s-sitwazzjonijiet fejn il-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni ma tkunx meħtieġa.

Or. en

 

Emenda  72

Proposta għal regolament

Premessa 100

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet għall-inklużjoni ta’ kontroll tal-valur doganali ma’ valur ieħor li ma jkunx il-prezz tal-unità.

(100) Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet għall-inklużjoni ta’ kontroll tal-valur doganali kontra l-prezz tal-unità jew, meta neċessarju, kontroll tal-valur doganali kontra l-valur tal-importazzjoni b'rata fissa. Il-kontroll tal-valur fid-dwana bl-ebda każ m'għandu jsir permezz ta’ metodu ta’ tnaqqis li jnaqqas jew jevita l-impożizzjoni tad-drittijiet speċifiċi addizzjonali.

Or. en

 

Emenda  73

Proposta għal regolament

Premessa 103a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(103a) Sabiex ikunu faċilitati l-iżvilupp u t-tkabbir tal-ekonomija bbażata fuq il-prodotti bijoloġiċi, u biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-suq tal-Unjoni għall-prodotti industrijali bbażati fuq prodotti bijoloġiċi li inkella jinħolqu, għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-produtturi tal-prodotti industrijali ibbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi jkollhom aċċess biex jiżguraw il-provvista tal-materja prima agrikola bi prezzijiet kompetittivi globalment. Meta l-materja prima agrikola tiġi importata fl-Unjoni mingħajr imposti fuq l-importazzjoni għall-użu fil-produzzjoni ta' prodotti industrijali bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi, għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-materja prima tintuża għall-iskop iddikjarat.

Or. en

 

Emenda  74

Proposta għal regolament

Premessa 105

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(105) Is-sistema ta’ dazji doganali tagħmilha possibbli li ma jintużawx il-miżuri l-oħra kollha ta’ protezzjoni fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Is-suq intern u l-mekkaniżmu doganali jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirriżultaw inadegwati. F’każijiet bħal dawn, biex is-suq tal-Unjoni ma jitħalliex mingħajr difiża kontra t-taqlib li jista’ jinqala’, l-Unjoni għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni.

(105) Is-sistema ta’ dazji doganali tagħmilha possibbli li ma jintużawx il-miżuri l-oħra kollha ta’ protezzjoni fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Is-suq intern u l-mekkaniżmu doganali jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirriżultaw inadegwati. F’każijiet bħal dawn, biex is-suq tal-Unjoni ma jitħalliex mingħajr difiża kontra t-taqlib li jista’ jinqala’, l-Unjoni għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u mal-politika tagħha għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp.

Or. en

 

Emenda  75

Proposta għal regolament

Premessa 107

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-differenza bejn prezzijiet fl-Unjoni u dawk fuq is-suq dinji, u li jkunu fil-limiti stabbiliti skont l-impenji magħmulin fid-WTO, għandhom iservu biex jissalvagwardjaw il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-kummerċ internazzjonali f’ċerti prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. L-esportazzjoni ssussidjata għandha tkun suġġetta għal limiti f’termini ta’ valur u kwantità.

(107) Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-differenza bejn prezzijiet fl-Unjoni u dawk fis-suq dinji, u li jkunu fil-limiti stabbiliti skont l-impenji magħmulin fid-WTO, għandhom jinżammu bħala strument għall-ġestjoni tal-kriżi għal ċerti prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-futur ta’ dan l-istrument ikun ġie deċiż fil-qafas tad-WTO, fuq il-bażi ta’ reċiproċità. L-intestatura tal-baġit għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, għaldaqstant, għandha tiġi stabbilita għal żero b’mod proviżorju. Meta jintużaw, ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal limiti f’termini ta’ valur u kwantità u ma għandhomx ixekklu l-iżvilupp ta’ setturi agrikoli u ekonomiji f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Or. en

 

Emenda  76

Proposta għal regolament

Premessa 120

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 42 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat fir-rigward tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli biss skont kemm ikun determinat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-Artikolu 43(2) u (3) tat-Trattat u skont il-proċedura stabbilita hemmhekk.

Skont l-Artikolu 42 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat fir-rigward tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli biss skont kemm ikun determinat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-Artikolu 43(2) tat-Trattat u skont il-proċedura stabbilita hemmhekk.

Or. en

 

Emenda  77

Proposta għal regolament

Premessa 121a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(121a) Għandhom jitqiesu iktar il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur agrikolu fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari biex ikun żgurat li l-kompiti assenjati lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu jistgħu jitwettqu b'mod korrett u effettiv.

Or. en

 

Emenda  78

Proposta għal regolament

Premessa 121b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(121b) Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet relatati mal-liġi tal-kompetizzjoni f'dan ir-Regolament, u b'hekk jingħata kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet mid-diversi awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippublika linji gwida u gwidi ta’ prattika tajba sabiex jassistu lid-diversi awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, kif ukoll lill-impriżi fis-settur tal-agrikoltura u agroalimentari.

Or. en

 

Emenda  79

Proposta għal regolament

Premessa 122

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(122) Għandu jitħalla jkun hemm approċċ speċjali fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ bdiewa jew ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet tagħhom li l-objettiv tagħhom ikun il-produzzjoni konġunta jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti, sakemm din l-azzjoni konġunta ma teskludix il-kompetizzjoni jew tipperikola l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

(122) Għandu jitħalla jkun hemm approċċ speċjali fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet tagħhom li l-objettiv tagħhom ikun il-produzzjoni konġunta jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti, sa kemm din l-azzjoni konġunta ma teskludix il-kompetizzjoni. Hu partikolarment importanti li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki konċertati ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jitqiesu bħala meħtieġa għall-ilħiq tal-objettivi tal-PAK stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, u li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m'għandux japplikax għal tali ftehimiet sakemm il-kompetizzjoni ma tiġix eskluża. F’dan il-każ, għandhom jiġi applikati l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1/20031 u, fil-proċeduri kollha mibdija għall-esklużjoni tal-kompetizzjoni, il-piż tal-prova għandu jkun ir-responsabbilità tal-parti jew tal-awtorità li tallega l-ksur.

 

____________________

 

1 ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

Or. en

 

Emenda  80

Proposta għal regolament

Premessa 124

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(124) L-għoti ta’ għajnuna nazzjonali jipperikola t-tħaddim sewwa tas-suq uniku. Għalhekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-prodotti agrikoli. F’ċerti sitwazzjonijiet, jistgħu jsiru xi eċċezzjonijiet. Fejn japplikaw dawn l-eċċezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun f’qagħda li tfassal lista ta’ għajnuna nazzjonali eżistenti, ġdida jew proposta, li tagħmel osservazzjonijiet xierqa lill-Istati Membri u li tipproponi miżuri adatti.

(124) L-għoti ta’ għajnuna nazzjonali jipperikola l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Għalhekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-prodotti agrikoli. F’ċerti sitwazzjonijiet, jistgħu jsiru xi eċċezzjonijiet. Fejn japplikaw dawn l-eċċezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun f’qagħda li tfassal lista ta’ għajnuna nazzjonali eżistenti, ġdida jew proposta, li tagħmel osservazzjonijiet xierqa lill-Istati Membri u li tipproponi miżuri adatti.

Or. en

 

Emenda  81

Proposta għal regolament

Premessa 129

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(129) L-Istati Membri għandhom jitħallew ikomplu jagħtu pagamenti nazzjonali għall-ġewż kif ipprovdut attwalment skont l-Artikolu 120 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex itaffu l-effetti ta’ diżakkoppjar tal-iskema ta’ għajnuna preċedenti tal-Unjoni għall-ġewż. Għaċ-ċarezza, minħabba li dak ir-Regolament għandu jitħassar, il-provvediment għall-pagamenti nazzjonali għandu jsir f’dan ir-Regolament.

(129) L-Istati Membri għandhom jitħallew ikomplu jagħtu pagamenti nazzjonali għall-ġewż kif ipprovdut skont l-Artikolu 120 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex itaffu l-effetti ta’ diżakkoppjar tal-iskema ta’ għajnuna preċedenti tal-Unjonigħall-ġewż. Għaċ-ċarezza, minħabba li dak ir-Regolament għandu jitħassar, il-provvediment għall-pagamenti nazzjonali għandu jsir f’dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda  82

Proposta għal regolament

Premessa 131a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(131a) Id-data miġbura min-Netwerk tad-Data dwar il-Kontabilità Agrikola għandha titqies meta jiġu fformulati studji u riċerka bil-għan li jiġu evitati kriżijiet fid-diversi setturi agrikoli, peress li din tirriflettu l-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli. Din id-data għandha sservi ta' għodda utli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

Or. en

 

Emenda  83

Proposta għal regolament

Premessa 133

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(133) Biex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta’ tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żidiet fil-prezzijiet jew meta l-prezzijiet jinżlu b’mod sinifikanti fi swieq interni u esterni, jew minn kwalunkwe fattur ieħor li jolqot lis-suq, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri meħtieġa għas-settur ikkonċernat, inkluż, fejn ikun meħtieġ, miżura biex jiġu estiżi jew immodifikati l-kamp ta’ applikazzjoni, il-perijodu ta’ kemm idumu fis-seħħ jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra kif ipprovdut skont dan ir-Regolament, jew biex jiġu sospiżi dazji ta’ importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet u/jew perijodi.

(133) Biex tittieħed reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra it-tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żidiet fil-prezzijiet jew meta l-prezzijiet jinżlu b’mod sinifikanti fi swieq interni u esterni jew żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni, jew minn kwalunkwe fattur ieħor li jolqot lis-suq, meta dik is-sitwazzjoni x’aktarx li tkompli sejra jew li tmur għall-agħar, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri meħtieġa għas-settur ikkonċernat, inkluż, fejn ikun meħtieġ, miżura biex jiġu estiżi jew immodifikati l-kamp ta’ applikazzjoni, il-perjodu ta’ kemm idumu fis-seħħ jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra kif ipprovdut skont dan ir-Regolament, jew biex jiġu sospiżi dazji ta’ importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet u/jew perijodi.

Or. en

 

Emenda  84

Proposta għal regolament

Premessa 135

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(135) Impriżi, Stati Membri u/jew pajjiżi terzi jistgħu jintalbu jissottomettu komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan id-dokument, jimmonitorjaw, janalizzaw u jimmaniġġjaw is-suq fi prodotti agrikoli, jiżguraw it-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa tal-miżuri tal-PAK, jiċċekkjaw, jikkontrollaw, jimmonitorjaw, jevalwaw u jawditjaw miżuri tal-PAK, u jimplimentaw ftehimiet internazzjonali, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet. Biex jiġi żgurat approċċ armonizzat, razzjonalizzat u simplifikat, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri kollha meħtieġa fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet. B'dan għandha tqis il-ħtiġijiet tad-dejta u s-sinerġiji bejn l-għejun potenzjali tad-dejta.

(135) Impriżi, Stati Membri u/jew pajjiżi terzi jistgħu jintalbu jissottomettu komunikazzjonijiet għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan id-dokument, jimmonitorjaw, janalizzaw u jimmaniġġjaw is-suq fi prodotti agrikoli, jiżguraw it-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa tal-miżuri tal-PAK, jiċċekkjaw, jikkontrollaw, jimmonitorjaw, jevalwaw u jawditjaw miżuri tal-PAK, u jimplimentaw ftehimiet internazzjonali, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet. Biex jiġi żgurat approċċ armonizzat, razzjonalizzat u simplifikat, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet. B'dan għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn l-għejun potenzjali tad-data u tiżgura l-osservanza tal-prinċipju skont liema d-data personali ma tistax tiġi trattata iktar b’mod li jkun inkompatibbli mal-iskop oriġinali tal-ġbir tagħha, hekk kif irrimarka l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-opinjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 20111.

 

____________________

 

1 ĠU C 35, 9.2.2012, p. 1.

Or. en

 

Emenda  85

Proposta għal regolament

Premessa 137

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(137) Hija applikabbli leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna l-protezzjoni tal-individwi b’rabta mal-ipproċessa tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta.

(137) Leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna l-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u tal-moviment liberu ta' tali data, b'mod partikolari, huma applikabbli d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data1 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data2.

 

_____________________

 

1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

 

2 ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1.

Or. en

 

Emenda  86

Proposta għal regolament

Premessa 139

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(139) Biex tiġi żgurata transizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti previsti fir-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri meħtieġa, partikolarment dawk meħtieġa biex ikunu protetti d-drittijiet akkwiżiti u l-aspettattivi leġittimi ta’ impriżi.

(139) Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri meħtieġa, partikolarment dawk meħtieġa biex ikunu protetti d-drittijiet akkwiżiti u l-aspettattivi leġittimi ta’ impriżi.

Or. en

 

Emenda  87

Proposta għal regolament

Premessa 140

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(140) L-użu ta’ proċedura ta’ urġenza għandu jkun irriżervat għal każijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm prova li l-użu jkun meħtieġ biex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra theddid ta’ tfixkil fis-swieq jew fejn it-tfixkil fis-swieq ikun qed iseħħ L-għażla ta’ proċedura ta’ urġenza għandha tkun ġustifikata u l-każijiet li fihom il-proċedura ta’ urġenza għandha tintuża għandhom jiġu speċifikati.

(140) Il-proċedura ta’ urġenza għandha tintuża biex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra ċertu tfixkil fis-swieq u kontra parassiti, mard tal-annimali u tal-pjanti, telf ta’ fiduċja tal-konsumatur minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, jew għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi.

Or. en

 

Emenda  88

Proposta għal regolament

Premessa 143

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(143) Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, jekk f’każijiet ġustifikati kif adatt ikunu jeħtieġu hekk bażijiet imperattivi ta' urġenza, li jkunu relatati ma’ adozzjoni, emenda jew revoka ta’ miżuri ta’ salvagwardja tal-Unjoni, ma’ sospensjoni tal-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar jew ta’ pproċessar attiv jew passiv, jekk meħtieġ biex ikun hemm reazzjoni immedjata għall-qagħda tas-suq, u ma’ soluzzjoni ta’ problemi speċifiċi f’każ ta’ emerġenza, jekk azzjoni immedjata bħal din tkun meħtieġa sabiex jiġu ttrattati l-problemi.

(143) Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, jekk f’każijiet ġustifikati kif xieraq ikunu jeħtieġu hekk bażijiet imperattivi ta' urġenza, li jkunu relatati ma’ adozzjoni, emenda jew revoka ta’ miżuri ta’ salvagwardja tal-Unjoni, ma’ sospensjoni tal-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar jew ta’ pproċessar attiv jew passiv, jekk meħtieġ biex ikun hemm reazzjoni immedjata għall-qagħda tas-suq.

Or. en

 

Emenda  89

Proposta għal regolament

Premessa 143a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(143a) Għandhom jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja, b’mod partikolari meta prodotti agrikoli importati minn pajjiżi terzi ma jiggarantixxux is-sikurezza tal-ikel jew it-traċċabbiltà tal-ikel u ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet kollha tas-saħħa, l-ambjent u l-benessri tal-annimali stipulati għas-suq intern, meta jqumu kriżijiet għas-swieq jew meta jiġu identifikati nuqqasijiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet dikjarati fiċ-ċertifikati ta’ importazzjoni dwar il-prezzijiet, il-kwantitajiet jew il-kalendarju. Dan il-monitoraġġ tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli għandu jsir permezz ta’ sistema integrata għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet tal-ikel fl-Unjoni fil-ħin reali.

Or. en

 

Emenda  90

Proposta għal regolament

Premessa 146

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(146) Skont ir-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799], diversi miżuri settorjali, inklużi dwar kwoti tal-ħalib, kwoti taz-zokkor u miżuri oħra dwar iz-zokkor u r-restrizzjonijiet dwar it-tħawwil ta’ dwieli, kif ukoll ċerti għajnuniet mill-Istat, għandhom jiskadu wara perjodu raġonevoli wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Wara t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799], id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom ikomplu japplikaw sat-tmiem tal-iskemi konċernati.

imħassar

Or. en

 

Emenda  91

Proposta għal regolament

Premessa 147

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(147) Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta miżuri tranżizzjonali.

imħassar

Or. fr

 

Emenda  92

Proposta għal regolament

Premessa 149

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(149) Fir-rigward ta’ relazzjonijiet kuntrattwali fis-setturi tal-ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib, il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma ġustifikati fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tiegħu u fl-istruttura tal-katina ta’ provvista. Għandhom, għalhekk, jiġu applikati għal żmien twil biżżejjed (kemm qabel kif ukoll wara t-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib) biex jitħalla li jkollhom effett sħiħ. Madankollu, minħabba n-natura tagħhom ta’ effett fit-tul, huma għandhom, xorta waħda, ikunu ta’ natura temporanja, u jkunu suġġetti għal reviżjoni. Il-Kummissjoni għandha taddotta rapporti dwar l-iżvilupp tas-suq tal-ħalib, li jkopru b’mod partikolari l-inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jiġu mħeġġa jidħlu fi ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta, li għandhom jiġu sottomessi sat-30 ta’ Ġunju 2014 u sal-31 ta’ Diċembru 2018 rispettivament,

(149) Fir-rigward ta’ relazzjonijiet kuntrattwali fis-setturi tal-ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib, il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma ġustifikati fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tiegħu u fl-istruttura tal-katina ta’ provvista. Għandhom, għalhekk, jiġu applikati għal żmien twil biżżejjed (kemm qabel kif ukoll wara t-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib) biex jitħalla li jkollhom effett sħiħ. Madankollu, minħabba n-natura tagħhom ta’ effett fit-tul, huma għandhom, xorta waħda, ikunu ta’ natura temporanja, u jkunu suġġetti għal reviżjoni bil-għan li jiġi valutat il-funzjonament tagħhom u biex jiġi deċiż jekk dawn għandhomx jibqgħu japplikaw. Il-Kummissjoni għandha taddotta rapporti dwar l-iżvilupp tas-suq tal-ħalib, li jkopru b’mod partikolari l-inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jiġu mħeġġa jidħlu fi ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta, li għandhom jiġu sottomessi sat-30 ta’ Ġunju 2014 u sal-31 ta’ Diċembru 2018 rispettivament,

Or. en

 

Emenda  93

Proposta għal regolament

Premessa 150a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(150a) It-tendenzi tas-suq internazzjonali, il-popolazzjoni dinjija li qed tikber u l-approċċ strateġiku mitlub biex jiġi provdut ikel bi prezz raġonevoli għan-nies fl-Unjoni se jkollhom impatt enormi fuq l-ambjent li fih qed tiżviluppa l-agrikoltura Ewropea. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mhux iktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dwar it-tendenzi fis-suq u dwar il-futur tal-għodod ta' ġestjoni tas-suq agrikolu. Ir-rapport għandu jivvaluta l-adegwatezza tal-għodda eżistenti ta’ ġestjoni tas-swieq fil-kuntest internazzjonali ġdid u, jekk ikun meħtieġ, jeżamina l-possibbiltà li jinbnew stokkijiet strateġiċi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjal minn kwalunkwe proposta utli dwar l-istabbliment ta' strateġija fit-tul għall-Unjoni bil-għan li jiġu sodisfatti l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

Or. en

 

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-prodotti agrikoli kif iddefiniti fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu fis-setturi li ġejjin kif elenkati fl-Anness I:

2. Il-prodotti agrikoli kif iddefiniti fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu fis-setturi li ġejjin kif elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament:

Or. en

 

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) frott u ħxejjex ipproċessati, Parti X tal-Anness I;

(j) frott u prodotti tal-ħaxix ipproċessati, Parti X tal-Anness I;

Or. en

 

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) pjanti ħajjin, Parti XIII tal-Anness I;

(m) siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u partijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, Parti XIII tal-Anness I;

Or. en

 

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt u

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(u) alkoħol etiliku, Parti XXI tal-Anness I;

(u) alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, Parti XXI tal-Anness I;

Or. en

 

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt v

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) apikultura, Parti XXII tal-Anness I;

(v) prodotti tal-apikultura, Parti XXII tal-Anness I;

Or. en

 

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tar-ross, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex taġġorna d-definizzjonijiet għas-settur tar-ross stabbiliti fil-Parti I tal-Anness II.

imħassar

Or. en

 

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, 'avvenimenti klimatiċi avversi' għandha tfisser kundizzjonijiet tat-temp li jixbhu lil diżastru naturali, bħal ġlata, borra, silġ, xita jew nixfa li jeqirdu jew inaqqsu l-produzzjoni b’aktar minn 30 % meta mqabbel mal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi partikolari. Il-produzzjoni annwali medja għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-perjodu ta' tliet snin preċedenti jew fuq il-bażi tal-medja ta’ tliet snin li tkun ibbażata fuq il-perjodu ta' ħames snin preċedenti, barra l-aktar valur għoli u l-aktar valur baxx.

Or. en

 

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, 'sistemi avvanzati ta’ produzzjoni sostenibbli', 'metodi avvanzati ta’ produzzjoni sostenibbli' u 'miżuri avvanzati għal produzzjoni sostenibbli' għandhom ifissru prattiki tal-agrikoltura li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' kundizzjonalità stipulati fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru [...] (ir-regolament orizzontali dwar il-PAK) u li jevolvu kontinwament biex itejbu l-ġestjoni tan-nutrijenti naturali, iċ-ċiklu tal-ilma u l-flussi tal-enerġija biex titnaqqas il-ħsara għall-ambjent u l-ħela ta’ riżorsi mhux rinnovabbli u sabiex l-wċuħ tar-raba’, il-bhejjem u d-diversità naturali jinżammu f'livell għoli fis-sistemi ta’ produzzjoni.

Or. en

 

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazjoni, meta jkun meħtieġ minħabba emendi fin-nomenklatura magħquda, taġġusta d-deskrizzjoni tal-prodotti u r-referenzi għall-intestaturi u s-subintestaturi tan-nomenklatura magħquda f’dan ir-Regolament jew f’atti oħra adottati skont l-Artikolu 43 tat-Trattat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex, meta jkun meħtieġ minħabba emendi fin-nomenklatura magħquda, biex taġġusta d-deskrizzjoni tal-prodotti u r-referenzi għall-intestaturi u s-subintestaturi tan-nomenklatura magħquda f’dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari għas-settur tal-banana;

(a) mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati tal-banana;

Or. en

 

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tiffissa s-snin ta' kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-prodotti.

imħassar

Or. en

 

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Prezzijiet ta’ referenza

Prezzijiet ta’ referenza

Il-prezzijiet ta’ referenza li ġejjin għandhom huma fissi:

1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Parti II, Titolu I, Kapitolu I u l-Parti V, Kapitolu I, il-prezzijiet ta’ referenza li ġejjin huma fissi:

(a) fir-rigward tas-settur taċ-ċereali, EUR 101,31/tunnellata metrika, għall-istadju ta’ kummerċ bl-ingrossa għal oġġetti kkonsenjati fil-maħżen, qabel il-ħatt;

(a) fir-rigward tas-settur taċ-ċereali, EUR 101,31/tunnellata metrika, għall-istadju ta’ kummerċ bl-ingrossa għal oġġetti kkonsenjati fil-maħżen, qabel il-ħatt;

(b) fir-rigward ta’ ross għadu fil-ħliefa, EUR 150/tunnellata metrika għall-kwalità standard kif definita fil-punt A tal-Anness III, għall-istadju ta’ kummerċ bl-ingrossa għal oġġetti kkonsenjati fil-maħżen, qabel il-ħatt;

(b) fir-rigward ta’ ross għadu fil-ħliefa, EUR 150/tunnellata metrika għall-kwalità standard kif definita fil-punt A tal-Anness III, għall-istadju ta’ kummerċ bl-ingrossa għal oġġetti kkonsenjati fil-maħżen, qabel il-ħatt;

(c) fir-rigward ta’ zokkor ta’ kwalità standard kif definita fil-punt B tal-Anness III, għaż-zokkor mhux imballat, kif joħroġ mill-fabbrika:

(c) fir-rigward ta’ zokkor ta’ kwalità standard kif definita fil-punt B tal-Anness III, għaż-zokkor mhux imballat, kif joħroġ mill-fabbrika:

(i) għal zokkor abjad: EUR 404,4/tunnellata metrika;

(i) għal zokkor abjad: EUR 404,4/tunnellata metrika;

(ii) għal zokkor mhux raffinat: EUR 335,2/tunnellata metrika.

(ii) għal zokkor mhux raffinat: EUR 335,2/tunnellata metrika.

(d) fir-rigward tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, EUR 2 224/tunnellata metrika għal karkassi ta’ annimali tal-ifrat maskili ta’ grad R3 kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali tal-ifrat adulti skont l-Artikolu 18(8);

(d) fir-rigward tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, EUR 2 224/tunnellata metrika għal karkassi ta’ annimali tal-ifrat maskili ta’ grad R3 kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali tal-ifrat adulti skont l-Artikolu 9a;

(e) fir-rigward tas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib:

(e) fir-rigward tas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib:

(i) EUR 246,39 għal kull 100 kg għall-butir;

(i) EUR 246,39 għal kull 100 kg għall-butir;

(ii) EUR 169,80 għal kull 100 kg għal trab ta’ ħalib xkumat;

(ii) EUR 169,80 għal kull 100 kg għal trab ta’ ħalib xkumat;

(f) fir-rigward tal-laħam tal-majjal, EUR 1 509,39/tunnellata metrika għal karkassi tal-majjal ta’ kwalità standard definita skont il-piż u l-kontenut ta’ dgħif kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjal skont l-Artikolu 18(8) kif ġej:

(f) fir-rigward tal-laħam tal-majjal, EUR 1 509,39/tunnellata metrika għal karkassi tal-majjal ta’ kwalità standard definita skont il-piż u l-kontenut ta’ dgħif kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjal skont l-Artikolu 9a kif ġej:

(i) karkassi li jiżnu minn 60 sa anqas minn 120 kg: grad E;

(i) karkassi li jiżnu minn 60 sa anqas minn 120 kg: grad E;

(ii) karkassi li jiżnu minn 120 sa 180 kg: grad R.

(ii) karkassi li jiżnu minn 120 sa 180 kg: grad R.

 

(fa) rigward is-settur taż-żejt taż-żebbuġa:

 

(i) EUR 2388/tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa extra verġni;

 

(ii) EUR 2295/tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa verġni;

 

(iii) EUR 1524/ tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa lampante b’2 gradi ta’ aċidità ħielsa, filwaqt li dan l-ammont jitnaqqas b’EUR 36.70/tunnellata għal kull grad ta’ aċidità addizzjonali.

 

1a. Il-prezzijiet ta’ referenza għandhom jiġu riveduti, f’intervalli regolari, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, b’mod partikolari l-iżviluppi fil-produzzjoni, l-ispejjeż tal-produzzjoni, partikolarment l-ispejjeż tal-kontributi, u x-xejriet fis-suq. Meta jkun meħtieġ, il-prezzijiet ta’ referenza għandhom jiġu aġġornati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

 

L-intervalli għal reviżjoni jistgħu jkunu differenti fost il-kategoriji ta’ prodotti u għandhom iqisu l-mudelli ta’ volatilità ta’ kull kategorija ta’ prodotti.

Or. en

 

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Oriġini ta’ prodotti eliġibbli

Oriġini ta’ prodotti eliġibbli

Prodotti eliġibbli għal xiri b’intervent pubbliku jew għall-għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata għandhom joriġinaw fl-Unjoni. Barra minn dan, jekk ikunu ġejjin mill-għelejjel, dawn l-għalejjel għandhom ikunu nħasdu fl-Unjoni u jekk jiġu mill-ħalib, dak il-ħalib għandu jkun ġie prodott fl-Unjoni. xiri sfurzat.

Prodotti eliġibbli għal xiri b’intervent pubbliku jew għall-għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata għandhom joriġinaw fl-Unjoni. Barra minn dan, jekk ikunu ġejjin mill-għelejjel, dawn l-għalejjel għandhom ikunu nħasdu fl-Unjoni u jekk huma prodotti tal-annimali, il-proċess kollu tal-produzzjoni għandu jkun sar fl-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Skali u spezzjonijiet tal-Unjoni

 

1. Fis-setturi li ġejjin għandhom japplikaw l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi bi qbil mar-regoli stabbiliti fl-Anness IIIa:

 

(a) iċ-ċanga u l-vitella fir-rigward tal-karkassi ta’ annimali tal-ifrat adulti;

 

(b) il-majjal fir-rigward tal-karkassi ta’ qżieqeż minbarra dawk li jkunu ntużaw għat-tnissil.

 

Fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, l-Istati Membri jistgħu japplikaw skala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi fir-rigward il-karkassi tan-nagħaġ bi qbil mar-regoli stabbiliti fil-punt C tal-Anness IIIa.

 

2. Għandhom jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post marbutin mal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat u tan-nagħaġ f’isem l-Unjoni minn kumitat ta’ spezzjoni tal-Unjoni magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u minn esperti maħtura mill-Istati Membri. Dak il-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-ispezzjonijiet li jkunu twettqu.

 

L-Unjoni għandha tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet imwettqa.

Or. en

 

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku

Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu japplika fir-rigward tal-prodotti li ġejjin, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima u għar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati u/jew ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikoli 18 u 19:

L-intervent pubbliku għandu japplika fir-rigward tal-prodotti li ġejjin bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima skont kwalunkwe rekwiżit jew kundizzjonijiet addizzjonali li jista' jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati u/jew ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikoli 18 u 19:

(a) qamħ komuni, xgħir u qamħirrum;

(a) qamħ komuni, qamħ durum, sorgu, xgħir u qamħirrum;

(b) ross għadu fil-ħliefa;

(b) ross għadu fil-ħliefa;

(c) laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella tal-kodiċijiet NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50;

(c) laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella tal-kodiċijiet NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50;

(d) butir magħmul direttament u esklussivament minn krema pasturizzata li ssir direttament u esklussivament mill-ħalib tal-baqra f’impriża approvata fl-Unjoni, ta’ kontenut minimu ta’ xaħam fil-butir, skont il-piż, ta’ 82 %, u ta’ kontinut massimu ta’ ilma, skont il-piż, ta’ 16 %;

(d) butir magħmul direttament u esklussivament minn krema pasturizzata li ssir direttament u esklussivament mill-ħalib tal-baqra f’impriża approvata fl-Unjoni, ta’ kontenut minimu ta’ xaħam fil-butir, skont il-piż, ta’ 82 %, u ta’ kontinut massimu ta’ ilma, skont il-piż, ta’ 16 %;

(e) trab ta’ ħalib xkumat tal-aqwa kwalità magħmul mill-ħalib tal-baqra f’impriża approvata fl-Unjoni, bil-proċess ta’ sprej, b’kontenut minimu ta’ proteina ta’ 34,0 % skont il-piż tal-materjal xott mingħajr xaħam.

(e) trab ta’ ħalib xkumat tal-aqwa kwalità magħmul mill-ħalib tal-baqra f’impriża approvata fl-Unjoni, bil-proċess ta’ sprej, b’kontenut minimu ta’ proteina ta’ 34,0 % skont il-piż tal-materjal xott mingħajr xaħam.

Or. en

 

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Ħażniet strateġiċi

 

Sabiex ikunu evitati l-iżbilanċi severi fis-suq u biex tkun garantita l-kontinwità tas-setturi tal-bhejjem, għandhom jiġu stabbiliti ħażniet strateġiċi għall-għalf.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 160, biex tistabbilixxi l-ħażniet strateġiċi msemmija fl-ewwel paragrafu u tiżgura l-funzjonament xieraq tagħhom.

Or. en

 

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Perijodi ta' intervent pubbliku

Perijodi ta’ intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli għal:

L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 10 matul is-sena.

(a) qamħ komuni, xgħir u qamħirrum, mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Mejju;

 

(b) ross għadu fil-ħliefa, mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Lulju;

 

(c) laħam taċ-ċanga u vitella, tul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni;

 

(d) butir u trab ta’ ħalib xkumat, mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu.

 

Or. en

 

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Ftuħ u għeluq ta’ intervent pubbliku

Ftuħ u għeluq ta’ intervent pubbliku

1. Matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 11, intervent pubbliku:

1. Intervent pubbliku:

(a) għandu jkun miftuħ għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat;

(a) għandu jkun miftuħ għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat;

(b) jista’ jinfetaħ mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għal xgħir, qamħirrum, u ross għadu fil-ħliefa (inklużi varjetajiet jew tipi speċifiċi ta’ ross għadu fil-ħliefa), jekk is-sitwazzjoni tas-suq ikun jeħtiġilha hekk. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

(b) għandu jinfetaħ mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għall-qamħ durum, is-sorgu, ix-xgħir, il-qamħirrum, ir-ross għadu fil-ħliefa (inklużi varjetajiet jew tipi speċifiċi ta’ ross għadu fil-ħliefa), jekk is-sitwazzjoni tas-suq ikun jeħtiġilha hekk. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

(c) jista’ jinfetaħ għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni oħra , jekk il-prezz medju tas-suq tul perjodu rappreżentattiv adottat skont l-Artikolu 19(a) fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru, irreġistrat abbażi tal-Iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi, kif adottata skont l-Artikolu 18(8), ikun anqas minn EUR 1 560/tunnellata metrika.

(c) għandu jinfetaħ għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni oħra adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 162(2) jew (3), jekk il-prezz medju tas-suq tul perjodu rappreżentattiv stabbilit skont l-Artikolu 19(a) fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru, irreġistrat abbażi tal-Iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi, kif adottata skont l-Artikolu 9a, ikun anqas minn 90 % tal-prezz imħallas ta’ referenza stabbilit fl-Artikolu 7(1)(d).

2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , tagħlaq intervent pubbliku għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, fejn, tul perjodu rappreżentattiv adottat skont l-Artikolu 19(a), il-kundizzjonijiet ipprovduti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma jkunux issodisfati aktar.

2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Aritkolu 162(2) jew (3), tagħlaq intervent pubbliku għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, fejn, tul perjodu rappreżentattiv adottat skont l-Artikolu 19(a), il-kundizzjonijiet ipprovduti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma jkunux issodisfati aktar.

Or. en

 

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Xiri sfurzat bi prezz fiss jew b’sejħa għal offerti

Xiri sfurzat bi prezz fiss jew b’sejħa għal offerti

1. Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont il-punt (a) tal-Artikolu 12(1), ix-xiri sfurzat għandu jsir bi prezz fiss fil-limiti li ġejjin għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11:

1. Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont il-punt (a) tal-Artikolu 12(1), ix-xiri sfurzat għandu jsir bil-prezz fiss stabbilit fl-Artikolu 14(2) fil-limiti li ġejjin għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11:

(a) għal qamħ komuni, 3 miljun tunnellata metrika;

(a) għal qamħ komuni, 3 miljun tunnellata metrika;

(b) għal butir, 30 000 tunnellata metrika;

(b) għal butir, 70 000 tunnellata metrika;

(c) għal trab ta’ ħalib xkumat, 109 000 tunnellata metrika.

(c) għal trab ta’ ħalib xkumat, 109 000 tunnellata metrika.

2. Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont l-Artikolu 12(1), xiri sfurzat għandu jsir permezz ta’ proċedura tal-offerti biex jiġu ddeterminati l-prezz u l-kwantitajiet massimi ta’ xiri sfurzat:

2. Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont l-Artikolu 12(1), xiri sfurzat għandu jsir permezz ta’ proċedura tal-offerti biex jiġu ddeterminati l-prezz u l-kwantitajiet massimi ta’ xiri sfurzat:

(a) għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1,

(a) għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1,

(b) għal xgħir, qamħirrum, ross għadu fil-ħliefa u laħam taċ-ċanga u vitella.

(b) għal qamħ durum, sorgu, xgħir, qamħirrum, ross għadu fil-ħliefa u laħam taċ-ċanga u vitella.

F’ċirkostanzi speċjali u ġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrestrinġi l-proċeduri tal-offerti għal Stat Membru jew għal reġjun ta’ Stat Membru, jew, suġġett għall-Artikolu 14(2), tiddetermina l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ xiri sfurzat għal intervent pubbliku għal kull Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru abbażi tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

F’ċirkostanzi speċjali u ġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrestrinġi l-proċeduri tal-offerti għal Stat Membru jew għal reġjun ta’ Stat Membru, jew, suġġett għall-Artikolu 14(2), tiddetermina l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ xiri sfurzat għal intervent pubbliku għal kull Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru abbażi tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Or. en

 

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Prezzijiet b’intervent pubbliku

Prezzijiet b’intervent pubbliku

1. Prezz b’intervent pubbliku għandu jfisser:

1. Prezz b’intervent pubbliku għandu jfisser:

(a) il-prezz li bih prodotti għandhom jinxtraw b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku fejn dan isir bi prezz fiss, jew

(a) il-prezz li bih prodotti għandhom jinxtraw b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku fejn dan isir bi prezz fiss, jew

(b) il-prezz massimu li bih prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat fejn dan isir b’sejħa għal offerti.

(b) il-prezz massimu li bih prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat fejn dan isir b’sejħa għal offerti.

2. Il-livell tal-prezz b’intervent pubbliku:

2. Il-livell tal-prezz b’intervent pubbliku:

(a) għal qamħ komuni, xgħir, qamħirrum, ross għadu fil-ħliefa u trab ta’ ħalib xkumat għandu jkun ugwali għall-prezzijiet ta’ referenza rispettivi ffissati fl-Artikolu 7 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss, u m’għandux ikun ogħla mill-prezzijiet ta’ referenza rispettivi fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għal offerti;

(a) għal qamħ komuni, qamħ durum, sorgu, xgħir, qamħirrum, ross għadu fil-ħliefa u trab ta’ ħalib xkumat għandu jkun ugwali għall-prezzijiet ta’ referenza rispettivi ffissati fl-Artikolu 7 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss, u m’għandux ikun ogħla mill-prezzijiet ta’ referenza rispettivi fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għal offerti;

(b) għal butir għandu jkun ugwali għal 90 % tal-prezz ta’ referenza ffissat fl-Artikolu 7 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss u m’għandux ikun aktar minn 90 % tal-prezz ta’ referenza fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għal offerti;

(b) għal butir għandu jkun ugwali għal 90 % tal-prezz ta’ referenza ffissat fl-Artikolu 7 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss u m’għandux ikun aktar minn 90 % tal-prezz ta’ referenza fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għal offerti;

(c) għal ċanga u vitella, m’għandux ikun ogħla mill-prezz imsemmi fil-punt (c) talArtikolu 12(1)(c).

(c) għal ċanga u vitella, m’għandux ikun ogħla minn 90 % tal-prezz ta’ referenza ddikjarat fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1).

3. Il-prezzijiet b’intervent pubbliku msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla preġudizzju għal żidiet fil-prezzijiet jew għal riduzzjonijiet għal raġunijiet ta’ kwalità għal qamħ komuni, xgħir, qamħirrum u ross għadu fil-ħliefa. Barra minn hekk, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-produzzjoni tkun orjentata lejn ċerti varjetajiet ta’ ross għadu fil-ħliefa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tiffissa żidiet u riduzzjonijiet fil-prezz b’intervent pubbliku.

3. Il-prezzijiet b’intervent pubbliku msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla preġudizzju għal żidiet fil-prezzijiet jew għal riduzzjonijiet għal raġunijiet ta’ kwalità għal qamħ komuni, qamħ durum, sorgu, xgħir, qamħirrum u ross għadu fil-ħliefa.

Or. en

 

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Prinċipji ġenerali dwar disponiment minn intervent pubbliku

Prinċipji ġenerali dwar disponiment minn intervent pubbliku

Id-disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku għandu jsir b’mod li:

1. Id-disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku għandu jsir b’mod li:

(a) jevita kwalunkwe tfixkil tas-suq,

(a) jevita kwalunkwe tfixkil tas-suq,

(b) jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, u

(b) jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, u

(c) ikun konformi mal-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

(c) ikun konformi mal-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

Id-disponiment jista’ jsir billi l-prodotti jsiru disponibbli għall-użu fl-iskema għad-distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni stipulatafir-Regolament (UE) Nru […] jekk dik l-iskema tipprovdi hekk. F'dak il-każ, il-valur kontabbli tat-tali prodotti għandu jkun il-livell tal-prezz fiss b’intervent pubbliku rilevanti msemmi fl-Artikolu 14(2).

2. Id-disponiment jista’ jsir billi l-prodotti jsiru disponibbli għall-użu fl-iskema għad-distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni stipulatafir-Regolament (UE) Nru […]. F'dak il-każ, il-valur kontabbli tat-tali prodotti għandu jkun il-livell tal-prezz fiss b’intervent pubbliku rilevanti msemmi fl-Artikolu 14(2).

 

2a. Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika l-kundizzjonijiet li bihom ikunu nbigħu l-istokkijiet tal-intervent pubbliku matul is-sena preċedenti.

Or. en

 

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għajnuna għal ħażna privata tista’ tingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima u għal rekwiżiti u kundizzjonijiet li għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati u/jew ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikolu 17 u lsa19:

Għajnuna għal ħażna privata tista’ tingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima u għal kwalunkwe rekwiżit u kundizzjoni ulterjuri li għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati u/jew ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikolu 17 sa 19:

Or. en

 

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) żejt taż-żebbuġa;

(b) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;

Or. en

 

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) ġobnijiet;

Or. en

 

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Kundizzjonijiet għal għoti ta’ għajnuna

Kundizzjonijiet għal għoti ta’ għajnuna

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fejn ikun meħtieġ biex tipprovdi għat-trasparenza tas-suq biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom hija tkun tista’ tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 16, billi tqis il-prezzijiet medji tas-suq tal-Unjoni rreġistrati u l-prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti konċernati jew il-ħtieġa li twieġeb għal sitwazzjoni partikolarment diffiċli tas-suq jew għal żviluppi ekonomiċi fis-settur fi Stat Membru wieħed jew aktar.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fejn ikun meħtieġ biex tipprovdi għat-trasparenza tas-suq biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom hija tkun tista’ tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 16, billi tqis:

 

(a) il-prezzijiet medji tas-suq tal-Unjoni rreġistrati u l-prezzijiet ta’ referenza u l-ispejjeż ta’ produzzjoni għall-prodotti konċernati, u/jew

 

(b) il-ħtieġa li twieġeb b’mod f’waqtu għal sitwazzjoni partikolarment diffiċli tas-suq jew għal żviluppi ekonomiċi, li wieħed minnhom jew it-tnejn li huma għandhom impatt sinifikanti fuq il-marġni ta’ qligħ tal-produtturi fis-settur fi Stat Membru wieħed jew aktar u/jew

 

(ba) in-natura partikolari ta’ċerti setturi jew in-natura staġjonali tal-produzzjoni f’ċerti Stati Membri.

2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 16, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 16, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jew permezz ta’ proċeduri tal-offerti, tiffissa bil-quddiem l-għajnuna għal ħażna privata pprovduta fl-Artikolu 16. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jew permezz ta’ proċeduri tal-offerti, tiffissa bil-quddiem l-għajnuna għal ħażna privata pprovduta fl-Artikolu 16. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrestrinġi l-għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata jew tiffissa l-għajnuna għal ħażna privata għal kull Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru abbażi tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrestrinġi l-għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata jew tiffissa l-għajnuna għal ħażna privata għal kull Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru abbażi tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati u l-marġni ta' profitt tal-applikanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Or. en

 

Emenda  119

Proposta għal regolament

Parti II – Titolu I – Kapitolu I – Taqsima 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

TAQSIMA 3A

 

koordinazzjoni għal operazzjonijiet ta’ rtirar temporanju mis-suq

 

Artikolu 17a

 

Koordinazzjoni għal operazzjonijiet ta’ rtirar temporanju mis-suq

 

1. Għall-prevenzjoni ta’ żbilanċ qawwi fis-swieq jew biex jerġa' jintlaħaq il-funzjonament normali f’każ ta’ xkiel serju, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jaqgħu taħt wieħed mis-setturi stipulati fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, u li huma meqjusa bħala rappreżentattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 110 ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jwaqqfu u jattivaw sistema li tistabbilixxi koordinazzjoni għal irtirar temporanju mis-swieq milquta mill-membri tagħhom.

 

Dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati mingħajr preġudizzju għall-Parti IV ta’ dan ir-Regolament u ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

 

2. Meta assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tieħu d-deċiżjoni li tattiva din is-sistema, din tiġi imposta fuq il-membri kollha tagħha.

 

3. Din is-sistema hija ffinanzjata minn:

 

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-organizzazzjonijiet membri u/jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi stess u, jekk ikun meħtieġ

 

(b) l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni stipulat fl-Artikolu 8, skont il-kundizzjonijiet determinati mill-Kummissjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 18(9)(a), u li fl-ebda każ ma tista’ tkun aktar minn 50 % tal-ispiża totali.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 160, biex tiżgura li l-mod kif topera s-sistema tkun konsistenti mal-objettivi tal-PAK u ma timpedixxix il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

Or. en

 

Emenda  120

Proposta għal regolament

Parti II – Titolu I – Kapitolu I – Taqsima 4 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA 4

TAQSIMA 4

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI DWAR INTERVENT PUBBLIKU U GĦAJNUNA GĦAL ĦAŻNA PRIVATA

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI DWAR INTERVENT PUBBLIKU U GĦAJNUNA GĦAL ĦAŻNA PRIVATA U GĦAS-SISTEMA TA’ KOORDINAZZJONI GĦAL IRTIRAR TEMPORANJU MIS-SUQ

Or. en

 

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Setgħat ddelegati

Setgħat delegati

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

2. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku u maħżunin skont is-sistema ta’ għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata, b’żieda mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu l-eliġibbiltà u l-kwalità tal-prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat u maħżuna, fir-rigward ta’ gruppi ta’ kwalità, gradi ta’ kwalità, kategoriji, kwantitajiet, imballaġġ, tikkettar, limiti massimi ta’ żmien, preservazzjoni, l-istadju tal-prodotti li għalih japplika l-prezz b’intervent pubbliku u l-għajnuna għal ħażna privata.

2. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku u maħżunin skont is-sistema ta’ għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata, b’żieda mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu l-eliġibbiltà u l-kwalità tal-prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat u maħżuna, fir-rigward ta’ gruppi ta’ kwalità, gradi ta’ kwalità, kategoriji, kwantitajiet, imballaġġ, tikkettar, limiti massimi ta’ żmien, preservazzjoni, l-istadju tal-prodotti li għalih japplika l-prezz b’intervent pubbliku u l-għajnuna għal ħażna privata.

3. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross għadu fil-ħliefa, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta ż-żidiet jew ir-riduzzjonijiet fil-prezzijiet għal raġunijiet ta’ kwalità msemmija fl-Artikolu 14(3) fir-rigward kemm ta’ xiri sfurzat, kif ukoll ta’ bejgħ ta’ qamħ komuni, xgħir, qamħirrum u ross għadu fil-ħliefa.

3. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross għadu fil-ħliefa, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta ż-żidiet jew ir-riduzzjonijiet fil-prezzijiet għal raġunijiet ta’ kwalità msemmija fl-Artikolu 14(3) fir-rigward kemm ta’ xiri sfurzat, kif ukoll ta’ bejgħ ta’ qamħ komuni, qamħ durum, sorgu, xgħir, qamħirrum u ross għadu fil-ħliefa.

 

3a. B'kunsiderazzjoni tan-natura staġjonali partikolari u/jew speċifika ta' ċerti azjendi agrikoli f'xi Stati Membri jew reġjuni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, tistabbilixxi kundizzjonijiet oġġettivi differenti u fatturi regolatorji li jiġġustifikaw it-tqanqil tal-ħażna privata.

4. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli fir-rigward tal-obbligu tal-aġenziji tal-pagamenti li jaraw li l-laħam taċ-ċanga jitneħħielu l-għadam wara li jkun ġie akkwistat u qabel ma jitqiegħed fil-ħażna.

4. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli fir-rigward tal-obbligu tal-aġenziji tal-pagamenti li jaraw li l-laħam taċ-ċanga jitneħħielu l-għadam wara li jkun ġie akkwistat u qabel ma jitqiegħed fil-ħażna.

5. Filwaqt li titqies id-diversità ta’ sitwazzjonijiet relatati mal-ħażna ta’ stokkijiet b’intervent fl-Unjoni u biex tiggarantixxi aċċess adegwat għal intervent pubbliku għal operaturi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta:

5. Filwaqt li titqies id-diversità ta’ sitwazzjonijiet relatati mal-ħażna ta’ stokkijiet b’intervent fl-Unjoni u biex tiggarantixxi aċċess adegwat għal intervent pubbliku għal operaturi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta:

(a) ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn postijiet ta’ ħażna b’intervent biex il-prodotti jkunu jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat skont is-sistema, regoli dwar kapaċità minima ta’ ħażna għall-postijiet ta’ ħażna u rekwiżiti tekniċi biex prodotti akkwistati jinżammu f’kundizzjoni tajba u għad-disponiment tagħhom fi tmiem il-perjodu ta’ ħażna;

(a) ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn postijiet ta’ ħażna b’intervent biex il-prodotti jkunu jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat skont is-sistema, regoli dwar kapaċità minima ta’ ħażna għall-postijiet ta’ ħażna u rekwiżiti tekniċi biex prodotti akkwistati jinżammu f’kundizzjoni tajba u għad-disponiment tagħhom fi tmiem il-perjodu ta’ ħażna;

(b) regoli dwar il-bejgħ ta’ kwantitajiet żgħar li jifdal fil-ħażna fl-Istati Membri, li għandu jsir taħt ir-responsabbiltà tagħhom, billi japplikaw l-istess proċeduri bħal dawk applikati mill-Unjoni; u regoli għall-bejgħ dirett ta’ kwantitajiet li ma jkunux għadhom jistgħu jiġu imballati mill-ġdid jew li jkunu ddegradaw;

(b) regoli dwar il-bejgħ ta’ kwantitajiet żgħar li jifdal fil-ħażna fl-Istati Membri, li għandu jsir taħt ir-responsabbiltà tagħhom, billi japplikaw l-istess proċeduri bħal dawk applikati mill-Unjoni; u regoli għall-bejgħ dirett ta’ kwantitajiet li ma jkunux għadhom jistgħu jiġu imballati mill-ġdid jew li jkunu ddegradaw;

(c) regoli dwar il-ħażna ta’ prodotti ġewwa jew barra mill-Istat Membru responsabbli għalihom u għal trattament ta’ prodotti bħal dawn fir-rigward ta’ dazji doganali, u kwalunkwe ammont ieħor li jkollu jingħata jew jinġabar skont il-PAK.

(c) regoli dwar il-ħażna ta’ prodotti ġewwa jew barra mill-Istat Membru responsabbli għalihom u għal trattament ta’ prodotti bħal dawn fir-rigward ta’ dazji doganali, u kwalunkwe ammont ieħor li jkollu jingħata jew jinġabar skont il-PAK.

 

(ca) il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jkun deċiż li l-prodotti koperti b’kuntratti ta’ ħażna privata jistgħu jerġgħu jitqiegħdu fis-suq jew jintremew;

6. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-għajnuna għal ħażna privata jkollha l-effett mixtieq fis-suq, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati:

6. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-għajnuna għal ħażna privata jkollha l-effett mixtieq fis-suq, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati:

(a) għandha tadotta miżuri għat-tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna li jkollha titħallas fejn il-kwantità maħżuna tkun anqas mill-kwantità kkuntrattjata;

(a) għandha tadotta miżuri għat-tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna li jkollha titħallas fejn il-kwantità maħżuna tkun anqas mill-kwantità kkuntrattjata;

(b) tista’ tagħmel kundizzjonijiet għall-għoti ta’ ħlas bil-quddiem.

(b) tista’ tagħmel kundizzjonijiet għall-għoti ta’ ħlas bil-quddiem.

7. Filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-obbligi ta’ operaturi li jipparteċipaw f’intervent pubbliku jew f’ħażna privata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli dwar:

7. Filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-obbligi ta’ operaturi li jipparteċipaw f’intervent pubbliku jew f’ħażna privata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli dwar:

(a) l-użu ta’ proċeduri tal-offerti li jiggarantixxu aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tal-operaturi;

(a) l-użu ta’ proċeduri tal-offerti li jiggarantixxu aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tal-operaturi;

(b) l-eliġibbiltà ta’ operaturi;

(b) l-eliġibbiltà ta’ operaturi;

(c) l-obbligu ta’ depożitu ta’ garanzija tal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ operaturi.

(c) l-obbligu ta’ depożitu ta’ garanzija tal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ operaturi.

 

7a. B'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi tekniċi u l-ħtiġijiet tas-setturi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 160 li jadatta u jaġġorna d-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ karkassi bovini adulti, karkassi tal-majjali u karkassi tan-nagħaġ stabbiliti fl-Anness IIIa.

 

B'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li tiġi standardizzata l-preżentazzjoni tal-prodotti differenti biex tittejjeb it-trasparenza tas-suq, ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet u l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta’ intervent fis-suq fil-forma ta’ intervent pubbliku u l-ħażna privata fis-setturi ta-ċanga u tal-vitella, tal-laħam tal-majjal u tal-laħam tan-nagħaġ kif ikun applikabbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati:

 

(a) li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, il-gradazzjoni (inkluż permezz ta’ tekniki ta’ gradazzjoni awtomatizzati), il-preżentazzjoni, il-kontenut ta’ laħam dgħif, l-identifikazzjoni u l-użin u l-immarkar tal-karkassi;

 

(b) li jistabbilixxu regoli dwar il-kalkolu tal-prezzijiet medji tal-Unjoni u l-obbligi fuq l-operaturi li jibagħtu informazzjoni dwar il-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ, b’mod partikolari dwar il-prezzijiet tas-suq u l-prezzijiet rappreżentattivi.

 

7c. B'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċjali eżistenti fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jistipulaw derogi mid-dispożizzjonijiet, b’mod partikolari:

 

(a) li jipprovdu derogi li jistgħu jingħataw mill-Istati Membri għall-biċċeriji fejn jinqatlu ftit annimali tal-ifrat;

 

(b) li jawtorizzaw lill-Istati Membri ma japplikawx l-iskala ta’ gradazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali u jużaw kriterji ta’ valutazzjoni apparti l-piż u l-kontenut tal-laħam dgħif stmat.

 

7d. B'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kumitat ta’ spezzjoni tal-Unjoni jissodisfa l-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet tagħha u l-kompożizzjoni ta' dak il-kumitat.

8. Filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ standards għall-preżentazzjoni tal-prodotti differenti għall-finijiet ta’ titjib tat-trasparenza tas-suq, ir-reġistrazzjoni ta’ prezzijiet u l-applikazzjoni tal-arranġamenti għal intervent fis-suq fl-għamla ta’ intervent pubbliku u għajnuna għal ħażna privata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta skali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi fis-setturi li ġejjin:

 

(a) laħam taċ-ċanga u vitella;

 

(b) laħam tal-majjal;

 

(c) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż.

 

9. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-eżattezza u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni ta’ karkassi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tipprovdi għall-eżami mill-ġdid tal-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ karkassi fl-Istati Membri minn kumitat tal-Unjoni magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u minn esperti maħturin mill-Istati Membri. Dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jipprovdu li l-Unjoni tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attività ta’ eżami mill-ġdid.

 

Or. en

 

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Peress li jeħtieġ li jkun żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema għall-koordinazzjoni tal-irtirar temporanju mis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jistipulaw ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mis-sistema, inkluż b'mod partikolari:

 

(a) il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ attivazzjoni u ta’ funzjonament;

 

(b) ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex din tiġi implimentata;

 

(c) ir-regoli li jirregolaw il-finanzjamment tagħha, b'mod partikolari l-kundizzjonijiet li bihom il-Kummissjoni tiddeċiedi li finanzjament Komunitarju li jirriżulta mill-għajnuna għall-ħażna privata jista’ jingħata jew le lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

 

(d) ir-regoli li jippermettu li jiġi żgurat li perċentwali eċċessiva tal-prodotti li normalment ikunu disponibbli ma titwaqqafx minħabba l-attivazzjoni ta’ din is-sistema.

Or. en

 

 

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

Artikolu 19

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri meħtieġa bil-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu fl-Unjoni kollha. Dawk ir-regoli jistgħu, b’mod partikolari, jikkonċernaw:

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri meħtieġa bil-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu fl-Unjoni kollha. Dawk ir-regoli jistgħu, b’mod partikolari, jikkonċernaw:

(a) il-perjodi rappreżentattivi, is-swieq u l-prezzijiet tas-suq meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

(a) il-perjodi rappreżentattivi, is-swieq, il-prezzijiet tas-suq u x-xejriet tal-marġini ta’ qligħ meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

(b) il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-konsenja tal-prodotti biex dawn ikunu jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku, l-ispejjeż ta’ trasport li għandhom jitħallsu mill-offerent ta’ xiri, l-akkwist tal-prodotti minn aġenziji tal-pagamenti u l-ħlas;

(b) il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-konsenja tal-prodotti biex dawn ikunu jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku, l-ispejjeż ta’ trasport li għandhom jitħallsu mill-offerent ta’ xiri, l-akkwist tal-prodotti minn aġenziji tal-pagamenti u l-ħlas;

(c) l-operazzjonijiet diversi konnessi mal-proċess ta’ tneħħija ta’ għadam għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella;

(c) l-operazzjonijiet diversi konnessi mal-proċess ta’ tneħħija ta’ għadam għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella;

(d) kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ ħażna barra mit-territorju tal-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu nxtraw b’xiri sfurzat u nħażnu;

(d) kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ ħażna barra mit-territorju tal-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu nxtraw b’xiri sfurzat u nħażnu;

(e) il-kundizzjonijiet għall-bejgħ jew disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku, b’mod partikolari, fir-rigward tal-prezzijiet ta’ bejgħ, il-kundizzjonijiet għat-tneħħija mill-ħażna, l-użu sussegwenti jew id-destinazzjoni ta’ prodotti rilaxxati, inkluż il-proċeduri relatati ma’ prodotti li jsiru disponibbli biex jintużaw fl-iskema għad-distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni, inkluż trasferimenti bejn l-Istati Membri;

(e) il-kundizzjonijiet għall-bejgħ jew disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku, b’mod partikolari, fir-rigward tal-prezzijiet ta’ bejgħ, il-kundizzjonijiet għat-tneħħija mill-ħażna, l-użu sussegwenti jew id-destinazzjoni ta’ prodotti rilaxxati, inkluż il-proċeduri relatati ma’ prodotti li jsiru disponibbli biex jintużaw fl-iskema għad-distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni, inkluż trasferimenti bejn l-Istati Membri;

(f) il-konklużjoni u l-kontenut ta’ kuntratti bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-applikanti;

(f) il-konklużjoni u l-kontenut ta’ kuntratti bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-applikanti;

(g) it-tqegħid u ż-żamma f’ħażna privata u t-tneħħija mill-ħażna;

(g) it-tqegħid u ż-żamma f’ħażna privata u t-tneħħija mill-ħażna;

(h) it-tul ta’ żmien tal-perjodu tal-ħażna privata u l-kundizzjonijiet li skonthom dawn il-perjodi, la darba jkunu speċifikati fil-kuntratti, jistgħu jitnaqqsu jew jiġu estiżi;

(h) it-tul ta’ żmien tal-perjodu tal-ħażna privata u l-kundizzjonijiet li skonthom dawn il-perjodi, la darba jkunu speċifikati fil-kuntratti, jistgħu jitnaqqsu jew jiġu estiżi;

(i) il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jkun deċiż li l-prodotti koperti b’kuntratti ta’ ħażna privata jistgħu jerġgħu jitqiegħdu fis-suq jew isir disponiment tagħhom;

 

(j) ir-regoli relatati mal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal xiri sfurzat bi prezz fiss jew għall-għoti tal-għajnuna għal ħażna privata bi prezz fiss;

(j) ir-regoli relatati mal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal xiri sfurzat bi prezz fiss jew għall-għoti tal-għajnuna għal ħażna privata bi prezz fiss;

(k) l-użu ta’ proċeduri tal-offerti, kemm għal intervent pubbliku kif ukoll għal ħażna privata, partikolarment fir-rigward ta’:

(k) l-użu ta’ proċeduri tal-offerti, kemm għal intervent pubbliku kif ukoll għal ħażna privata, partikolarment fir-rigward ta’:

(i) it-tressiq ta’ offerti jew talbiet għal offerti, u l-kwantità minima għal applikazzjoni jew sottomissjoni, u

(i) it-tressiq ta’ offerti jew talbiet għal offerti, u l-kwantità minima għal applikazzjoni jew sottomissjoni, u

(ii) l-għażla ta’ offerti li tiżgura li tingħata preferenza lill-aktar offerti favorevoli għall-Unjoni waqt li tippermetti li m’għandux neċessarjament isegwi li kuntratt jingħata.

(ii) l-għażla ta’ offerti li tiżgura li tingħata preferenza lill-aktar offerti favorevoli għall-Unjoni waqt li tippermetti li m’għandux neċessarjament isegwi li kuntratt jingħata.

 

(ka) ir-regoli prattiċi għall-immarkar tal-karkassi kklassifikati;

 

(kb) l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ifrat, tal-qżieqeż u tan-nagħaġ, b’mod partikolari fir-rigward:

 

(i) il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-klassifika,

 

(ii) tal-kontrolli, ir-rapporti tal-ispezzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ segwitu;

 

(kc) l-ispezzjonijiet fuq il-post b’rabta mal-klassifikazzjoni u r-rappurtar tal-prezzijiet tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat u tan-nagħaġ f’isem l-Unjoni mill-kumitat ta’ spezzjoni tal-Unjoni;

 

(kd) ir-regoli prattiċi għall-kalkolu mill-Kummissjoni tal-medja kkalkulata tal-prezz tal-Unjoni għall-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ;

 

(ke) il-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-klassifikaturi kkwalifikati tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat u tan-nagħaġ mill-Istati Membri;

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Or. en

 

Emenda  124

Proposta għal regolament

Parti II – Titolu I – Kapitolu II – Taqsima 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima 1

Taqsima 1

SKEMI GĦAL TITJIB TAL-AĊĊESS GĦALL-IKEL

SKEMI GĦAL TITJIB TAL-AĊĊESS GĦALL-IKEL U TAD-DRAWWIET TAL-IKEL TAT-TFAL

 

Artikolu 20a

 

Grupp destinatarju

 

L-iskemi ta’ appoġġ li għandhom l-għan li jtejbu d-drawwiet tal-ikel tat-tfal huma mmirati lejn tfal li jattendu b’mod regolari stabbiliment edukattiv fil-livell primarju jew sekondarju, kif ukoll skejjel tat-trabi, stabbilimenti oħra pre-primarji jew stabbilimenti oħra li joffru attivitajiet extrakurrikulari li huma amministrati jew rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Or. en

 

Emenda  125

Proposta għal regolament

Parti II – Titolu I – Kapitolu II – taqsima 1 – sottotaqsima 1 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

SUBTAQSIMA 1

SUBTAQSIMA 1

Frott għall-Iskejjel

SKEMA TA’ FROTT U ĦAXIX GĦALL-ISKEJJEL

Or. en

 

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 21

Artikolu 21

Għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u prodotti tal-banana lit-tfal

Għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u prodotti tal-banana lit-tfal

1. Bil-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 22 u 23, l-għajnuna tal-Unjoni għandha tingħata għal:

1. Bil-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 22 u 23, l-għajnuna tal-Unjoni għandha tingħata għal:

(a) il-provvista ta’ prodotti tas-setturi tal-frott u ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u tal-banana, lil tfal fi stabbilimenti edukattivi, inkluż skejjel tat-trabi, stabbilimenti oħra ta’ qabel l-iskola primarja, u skejjel tal-primarja u tas-sekondarja; kif ukoll

(a) il-provvista ta’ prodotti tas-setturi ta’ frott u l-ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u tal-banana lil tfal fl-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 20a; kif ukoll

(b) ċerti spejjeż relatati b’rabta ma’ loġistika u distribuzzjoni, tagħmir, pubbliċità, monitoraġġ, evalwazzjoni u miżuri ta’ akkjumpanjament.

(b) ċerti spejjeż relatati b’rabta ma’ loġistika u distribuzzjoni, tagħmir, pubbliċità, monitoraġġ, evalwazzjoni u miżuri ta’ akkjumpanjament.

2. L-Istati Membri, li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom ifasslu f’livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tal-iskema. Għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa biex l-iskema tkun effikaċi.

2. L-Istati Membri, f’livell nazzjonali jew reġjonali, li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom ifasslu strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri ta’ akkumpanjament, li jistgħu jinkludu informazzjoni dwar miżuri għall-edukazzjoni dwar drawwiet alimentari tajbin, dwar ktajjen tal-ikel lokali u dwar il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, li huma meħtieġa biex l-iskema tkun effikaċi.

3. Meta jkunu qed ifasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, u tal-banana li għandhom ikunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom. Madankollu, din il-lista m’għandhiex tinkludi prodotti esklużi minn miżuri adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2)(a). L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti tagħhom abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu l-istaġjonalità, id-disponibbiltà tal-prodott jew l-aspetti ta’ tħassib dwar l-ambjent. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil prodotti li joriġinaw fl-Unjoni.

3. Meta jkunu qed ifasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, u tal-banana li għandhom ikunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom. Madankollu, din il-lista m’għandhiex tinkludi prodotti esklużi minn miżuri adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2)(a). L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti tagħhom abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu l-benefiċċji tas-saħħa u ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà, jew id-disponibbiltà tal-prodott, billi jagħtu prijorità lill-ktajjen tal-ikel lokali. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil prodotti li joriġinaw fl-Unjoni.

4. L-għajnuna tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex:

4. L-għajnuna tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex:

(a) teċċedi EUR 150 miljun għal kull sena skolastika; u lanqas

(a) teċċedi EUR 150 miljun għal kull sena skolastika; u lanqas

(b) teċċedi l-75 % tal-ispejjeż tal-provvista u l-ispejjeż relatati msemmija fil-paragrafu 1, jew id-90 % ta’ dawn l-ispejjeż fir-reġjuni l-inqas żviluppati u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat; u lanqas

(b) teċċedi l-75 % tal-ispejjeż tal-provvista u l-ispejjeż relatati msemmija fil-paragrafu 1, jew id-90 % ta’ dawn l-ispejjeż fir-reġjuni l-inqas żviluppati fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat u fil-gżejjer żgħar tal-Eġew, kif definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006; u lanqas

(c) tkopri spejjeż għajr l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati msemmija fil-paragrafu 1.

(c) tkopri spejjeż għajr l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati msemmija fil-paragrafu 1.

 

4a. L-għajnuna tal-Unjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru abbażi ta’ kriterji oġġettivi bbażati fuq il-proporzjon ta’ tfal bejn is-sitta u l-għaxar snin rreġistrati mal-istabbilimenti edukattivi definiti fl-Artikolu 20a. Madankollu, l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għandhom jirċievu għajnuna ta’ ammont minimu ta’ EUR 175 000 kull wieħed mill-Unjoni. Għandhom jitolbu għajnuna mill-Unjoni kull sena abbażi tal-istrateġija tagħhom. Wara li tirċievi t-talbiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, dwar it-tqassim definittiv, fil-kuntest tal-krediti baġitarji disponibbli.

5. L-għajnuna tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament għal xi skema nazzjonali eżistenti ta’ frott għall-iskejjel jew skemi oħra ta’ distribuzzjoni fl-iskejjel li jinkludu l-frott. Madankollu, jekk Stat Membru diġà jkollu skema qed topera li tkun eliġibbli għal għajnuna tal-Unjoni skont dan l-Artikolu u jkun biħsiebu jestendieha jew jagħmilha aktar effikaċi, inkluż fir-rigward tal-grupp immirat tal-iskema, tat-tul taż-żmien tagħha jew tal-prodotti eliġibbli tagħha, l-għajnuna tal-Unjoni tista’ tingħata bil-kundizzjoni li l-limiti tal-punt (b) tal-paragrafu 4jiġu mħarsa fir-rigward tal-proporzjon tal-għajnuna tal-Unjoni mal-kontribuzzjoni nazzjonali totali. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jindika fl-istrateġija tal-implimentazzjoni tiegħu kif ikun biħsiebu jestendi l-iskema tiegħu jew jagħmilha aktar effikaċi.

5. L-għajnuna tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament għal xi skema nazzjonali eżistenti ta’ frott u ħaxix għall-iskejjel jew skemi oħra ta’ distribuzzjoni fl-iskejjel li jinkludu l-frott u ħaxix. Madankollu, jekk Stat Membru diġà jkollu skema qed topera li tkun eliġibbli għal għajnuna tal-Unjoni skont dan l-Artikolu u jkun biħsiebu jestendieha jew jagħmilha aktar effikaċi, inkluż fir-rigward tal-grupp immirat tal-iskema, tat-tul taż-żmien tagħha jew tal-prodotti eliġibbli tagħha, l-għajnuna tal-Unjoni tista’ tingħata bil-kundizzjoni li l-limiti tal-punt (b) tal-paragrafu 4jiġu mħarsa fir-rigward tal-proporzjon tal-għajnuna tal-Unjoni mal-kontribuzzjoni nazzjonali totali. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jindika fl-istrateġija tal-implimentazzjoni tiegħu kif ikun biħsiebu jestendi l-iskema tiegħu jew jagħmilha aktar effikaċi.

6. L-Istati Membri jistgħu, b’żieda mal-għajnuna tal-Unjoni, jagħtu għajnuna nazzjonali skont l-Artikolu 152.

6. L-Istati Membri jistgħu, b’żieda mal-għajnuna tal-Unjoni, jagħtu għajnuna nazzjonali skont l-Artikolu 152.

7. L-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel tal-Unjoni għandha tkun bla preġudizzju għal kwalunkwe skemi nazzjonali ta' frott għall-iskejjel li jkunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

7. L-Iskema ta’ Frott u Ħaxix għall-Iskejjel tal-Unjoni għandha tkun bla preġudizzju għal kwalunkwe skemi nazzjonali ta frott u ħaxix għall-iskejjel li jkunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

8. L-Unjoni tista’ tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru […] dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni l-iffinanzjar, miżuri ta’ informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-Iskema ta’ Frott għall-Iskejjel, inkluż li l-pubbliku jsir jaf aktar dwarha, u miżuri relatati ma’ netwerking.

8. L-Unjoni tista’ tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru […] dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni l-iffinanzjar, miżuri ta’ informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-Iskema ta’ Frott u Ħaxix għall-Iskejjel, inkluż li l-pubbliku jsir jaf aktar dwarha, u miżuri relatati ma’ netwerking.

 

8a. L-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għandhom jirreklamaw, fil-postijiet fejn jitqassam l-ikel, l-involviment tagħhom fl-iskema ta’ għajnuna u l-fatt li huwa ssussidjat mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

Artikolu 22

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa tal-promozzjoni ta’ drawwiet tajbin għas-saħħa ta’ x’jieklu t-tfal, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli dwar:

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa tal-iżgurar tal-effettività tal-iskema biex twieġeb b’mod effettiv għall-objettivi li huma attribwiti lilha, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar:

(a) il-prodotti li jkunu ineliġibbli għall-iskema, filwaqt li jitqiesu l-aspetti nutrittivi;

(a) il-prodotti li jkunu ineliġibbli għall-iskema, filwaqt li jitqiesu l-aspetti nutrittivi;

(b) il-grupp immirat tal-iskema;

(b) il-grupp immirat tal-iskema;

(c) l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna, inkluż il-miżuri ta’ akkumpanjament;

(c) l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna, inkluż il-miżuri ta’ akkumpanjament;

(d) l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna.

(d) l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna.

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi Ewropej, il-Kummissjoni tista’ permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli dwar:

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi Ewropej, il-Kummissjoni tista’ permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli dwar:

(a) kriterji oġġettivi għall-allokazzjoni ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri, l-allokazzjoni indikattiva ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri u l-metodu għar-riallokazzjoni ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri abbażi tal-applikazzjonijiet riċevuti;

(a) kriterji addizzjonali għall-allokazzjoni indikattiva ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri u l-metodu għar-riallokazzjoni ta’ għajnuna bejn l-Istati Membri abbażi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna riċevuti;

(b) l-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna, inkluż il-possibbiltà li jkun iffissat limitu massimu globali għal dawn l-ispejjeż;

(b) l-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna, inkluż il-possibbiltà li jkun iffissat limitu massimu globali għal dawn l-ispejjeż;

(c) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

(c) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

4. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni għall-iskema, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, teħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti jippubbliċizzaw ir-rwol ta’ sussidju tal-iskema.

4. Fid-dawl li titqies il-ħtieġa li tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni għall-iskema, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tispeċifika l-kundizzjonijiet li f’konformità magħhom l-Istati Membri għandhom jippubbliċizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ta’ għajnuna u l-fatt li hi sussidjata mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

Artikolu 23

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Il-Kummissjoni tista’, tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri kollha meħtieġa relatati ma’ din is-Subtaqsima, partikolarment fir-rigward ta’:

Il-Kummissjoni tista’, tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-miżuri meħtieġa relatati ma’ din is-Subtaqsima fir-rigward ta’:

(a) l-allokazzjoni definittiva ta’ għajnuna bejn Stati Membri parteċipanti fl-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit;

(a) l-allokazzjoni definittiva ta’ għajnuna bejn Stati Membri parteċipanti fl-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit;

(b) l-applikazzjonijiet għal għajnuna u ħlasijiet;

(b) l-applikazzjonijiet għal għajnuna u ħlasijiet;

(c) il-metodi kif tiġi ppubbliċizzata l-iskema u l-miżuri ta’ netwerking fir-rigward tal-iskema.

(c) il-metodi kif tiġi ppubbliċizzata l-iskema u l-miżuri ta’ netwerking fir-rigward tal-iskema.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Or. en

 

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

Artikolu 24

Provvista ta’ prodotti tal-ħalib lit-tfal

Għajnuna għall-provvista tal-ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal

1. L-għajnuna tal-unjoni għandha tingħata għall-provvista ta’ ċerti prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib lil tfal fi stabbilimenti edukattivi.

1. Skont kundizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati u atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 25 u 26, l-għajnuna tal-Unjoni għandha tingħata għall-provvista lil tfal fl-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 20a, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jaqgħu fil-Kodiċijiet 0401, 0403, 0404 90 u 0406 jew il-kodiċi NM 2202 90.

2. L-Istati Membri, f’livell nazzjonali jew reġjonali, li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom ifasslu strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha.

2. L-Istati Membri, f’livell nazzjonali jew reġjonali, li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom ifasslu strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha. Dawn għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri ta’ akkumpanjament, li jistgħu jinkludu informazzjoni dwar miżuri għall-edukazzjoni dwar drawwiet alimentari tajbin, dwar ktajjen tal-ikel lokali u dwar il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, li huma meħtieġa biex il-programm ikun effikaċi.

 

2a. Meta jfasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom ifasslu lista tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li se jkunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom, f’konformità mar-regoli adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25.

 

2b. L-għajnuna mill-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament għal xi skemi nazzjonali eżistenti tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jew skemi ta’ distribuzzjoni fl-iskejjel oħrajn li jinkludu l-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib. Madankollu, jekk Stat Membru diġà jkollu fis-seħħ skema li tkun eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni taħt dan l-Artikolu u għandu l-ħsieb li jestendiha jew jagħmilha aktar effettiva, inkluż fir-rigward tal-grupp fil-mira mill-iskema, id-dewmien jew il-prodotti eliġibbli tagħha, tista’ tingħata l-għajnuna mill-Unjoni. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jindika fl-istrateġija tal-implimentazzjoni tiegħu kif ikun biħsiebu jestendi l-iskema tiegħu jew jagħmilha aktar effettiva.

3. L-Istati Membri jistgħu, b’żieda mal-għajnuna tal-Unjoni, jagħtu għajnuna nazzjonali skont l-Artikolu 152.

3. L-Istati Membri jistgħu, b’żieda mal-għajnuna tal-Unjoni, jagħtu għajnuna nazzjonali skont l-Artikolu 152.

 

3a. L-iskema tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fl-iskejjel tal-Unjoni għandha tkun bla preġudizzju għal kwalunkwe skema nazzjonali tal-iskejjel separata li tinkoraġġixxi l-konsum ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib li huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

4. Miżuri għall-iffissar tal-għajnuna tal-Unjoni għall-ħalib kollu għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat.

 

5. L-għajnuna tal-Unjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tingħata fi kwantità massima ta’ 0,25 litri ta’ ħalib ekwivalenti għal kull tifel u tifla u għal kull jum tal-iskola.

5. L-għajnuna tal-Unjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tingħata fi kwantità massima ta’ 0,25 litri ta’ ħalib ekwivalenti għal kull tifel u tifla u għal kull jum tal-iskola.

 

5a. L-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għandhom jirreklamaw, fil-postijiet fejn jitqassam l-ikel, l-involviment tagħhom fl-iskema ta’ għajnuna u l-fatt li huwa ssussidjat mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

Artikolu 25

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

2. Filwaqt li jitqies it-tibdil tat-tendenzi fil-konsum tal-prodotti tal-ħalib flimkien mal-innovazzjonijiet u l-iżviluppi fis-suq tal-prodotti tal-ħalib, u billi jitqiesu l-aspetti nutrittivi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tiddetermina l-prodotti li huma eliġibbli għall-iskema u tadotta regoli dwar l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna u l-grupp immirat tal-iskema.

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa tal-iżgurar tal-effettività tal-iskema biex twieġeb b’mod effettiv għall-objettivi li huma attribwiti lilha, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar:

 

(a) il-prodotti li huma eliġibbli għall-iskema, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1) u filwaqt li jitqiesu l-aspetti nutrizzjonali;

 

(b) il-grupp immirat tal-iskema;

 

(c) l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali li l-Istati Membri għandhom ifasslu biex jibbenefikaw mill-għajnuna, inklużi l-miżuri ta’ akkumpanjament;

 

(d) l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna;

 

(e) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkunu l-benefiċjarji u l-applikanti xierqa li jikkwalifikaw għall-għajnuna, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkunu l-benefiċjarji u l-applikanti xierqa li jikkwalifikaw għall-għajnuna, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-applikanti jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta miżuri dwar id-depożitu ta’ garanzija għall-eżekuzzjoni meta jsir ħlas bil-quddiem tal-għajnuna.

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-applikanti jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta miżuri dwar id-depożitu ta’ garanzija għall-eżekuzzjoni meta jsir ħlas bil-quddiem tal-għajnuna.

4. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni għall-iskema ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, teħtieġ li l-istabbilimenti edukattivi jikkomunikaw ir-rwol ta’ sussidju tal-iskema.

4. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni għall-iskema, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tispeċifika l-kundizzjonijiet li f’konformità magħhom l-Istati Membri għandhom jippubbliċizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ta’ għajnuna u l-fatt li hi sussidjata mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26

Artikolu 26

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri kollha meħtieġa, partikolarment fir-rigward ta’:

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri meħtieġa marbutin ma’ din is-Subtaqsima fir-rigward ta’:

(a) il-proċeduri biex jiġi żgurat li titħares il-kwantità massima eliġibbli għal għajnuna;

(a) il-proċeduri biex jiġi żgurat li titħares il-kwantità massima eliġibbli għal għajnuna;

(b) l-approvazzjoni ta’ applikanti, applikazzjonijiet għal għajnuna u ħlasijiet;

(b) l-applikazzjonijiet għal għajnuna u ħlasijiet;

(c) il-metodi kif tiġi ppubbliċizzata l-iskema.

(c) il-metodi kif tiġi ppubbliċizzata l-iskema;

 

(ca) l-iffissar tal-għajnuna għat-tipi kollha tal-prodotti tal-ħalib u l-ħalib, filwaqt li titqies il-ħtieġa li b’mod suffiċjenti jiġi mħeġġeġ il-forniment ta’ prodotti tal-ħalib lill-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 20a.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Or. en

 

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26 a

 

L-iskemi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel;

 

Sa ...*, il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis li tipproponi skema għaż-żejt taż-żebbuġa u għaż-żejt għall-ikel bħal dawk li jippromwovu l-konsum tal-prodotti tal-ħalib u tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu b'mod volontarju li jingħaqdu ma' din l-iskema, u b'hekk jibbenefikaw minn finanzjament tal-UE fuq l-istess linji bħal dak tal-iskemi eżistenti.

 

__________________

 

* ĠU, jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Or. en

 

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

Artikolu 27

Għajnuna lil organizzazzjonijiet tal-operaturi

Programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt għall-ikel

1. L-Unjoni għandha tiffinanzja programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 109 f’wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma:

1. L-Unjoni għandha tiffinanzja programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 108 f’wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma:

 

(-a) is-segwitu u l-ġestjoni tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel;

(a) it-titjib tal-impatti ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ;

(a) it-titjib tal-impatti ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ;

 

(aa) it-titjib tal-kompetittività tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ permezz tal-immodernizzar u r-ristrutturar;

(b) it-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel;

(b) it-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel;

(c) is-sistema ta’ traċċabbiltà, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, partikolarment il-monitoraġġ tal-kwalità taż-żjut taż-żebbuġa mibjugħin lil konsumatur aħħari, bl-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali.

(c) is-sistema ta’ traċċabbiltà, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, partikolarment il-monitoraġġ tal-kwalità taż-żjut taż-żebbuġa mibjugħin lil konsumatur aħħari, bl-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali.

 

(ca) id-disseminazzjoni ta' tagħrif dwar il-miżuri implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għat-titjib tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel;

2. Il-finanzjament mill-Unjoni, tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun:

2. Il-finanzjament mill-Unjoni, tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun:

(a) EUR 11 098 000 kull sena għall-Greċja;

(a) EUR 11 098 000 kull sena għall-Greċja;

(b) EUR 576 000 kull sena għal Franza; kif ukoll

(b) EUR 576 000 kull sena għal Franza; kif ukoll

(c) EUR 35 991 000 kull sena għall-Italja.

(c) EUR 35 991 000 kull sena għall-Italja.

 

2a. L-Istati Membri minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2 jistgħu jużaw parti mill-finanzjament disponibbli jew kollu kemm hu fil-limitu finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament [XXXX/XXXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal ħlas dirett lill-bdiewa sabiex jiġu ffinanzjati l-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-fondi massimi tal-Unjoni għall-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ugwali għall-ammonti miżmumin mill-Istati Membri. Il-fondi massimi tal-ispiża eliġibbli għandhom ikunu

3. Il-fondi massimi tal-Unjoni għall-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ugwali għall-ammonti miżmumin mill-Istati Membri. Il-fondi massimi tal-ispiża eliġibbli għandhom ikunu

(a) 75 % għal attivitajiet fl-oqsma msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(a) 75 % għal attivitajiet fl-oqsma msemmija fil-punti (-a) (a) u (aa) tal-paragrafu 1;

(b) 75 % għal investimenti ta’ assi fissi u 50 % għal attivitajiet oħra fil-qasam imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b) 75 % għal investimenti ta’ assi fissi u 50 % għal attivitajiet oħra fil-qasam imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(c) 75 % għall-programmi ta’ ħidma mwettqa f’mill-anqas tliet pajjiżi terzi jew fi Stati membri li ma jipproduċux minn organizzazzjonijiet ta’ operaturi approvati f’mill-anqas żewġ Stati Membri li jipproduċu fl-oqsma msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, u 50 % għall-attivitajiet l-oħra f’dawn l-oqsma.

(c) 75 % għall-programmi ta’ ħidma mwettqa f’mill-anqas tliet pajjiżi terzi jew fi Stati membri li ma jipproduċux minn organizzazzjonijiet ta’ operaturi approvati f’mill-anqas żewġ Stati Membri li jipproduċu fl-oqsma msemmija fil-punti (c) u (ca) tal-paragrafu 1, u 50 % għall-attivitajiet l-oħra f’dawn l-oqsma.

Finanzjament komplimentari għandu jkun żgurat mill-Istat Membru sa 50 % tal-ispejjeż mhux koperti mill-fondi tal-Unj.

Finanzjament komplimentari għandu jkun żgurat mill-Istat Membru sa 50 % tal-ispejjeż mhux koperti mill-fondi tal-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

Artikolu 28

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 27 tilħaq l-objettivi tagħha li ttejjeb il-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward ta’:

1. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 27 tilħaq l-objettivi tagħha li ttejjeb il-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward ta’:

(a) kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi għall-finijiet tal-iskema ta’ għajnuna, u għas-sospensjoni jew irtirar ta’ din l-approvazzjoni;

 

(b) miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni;

(b) id-dettalji tal-miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni;

(c) allokazzjoni ta’ finanzjament mill-Unjoni għal miżuri partikolari;

(c) allokazzjoni ta’ finanzjament mill-Unjoni għal miżuri partikolari;

(d) attivitajiet u spejjeż li mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni;

(d) attivitajiet u spejjeż li mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni;

(e) għażla u approvazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma.

(e) għażla u approvazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma.

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li operaturi jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tesiġi d-depożitu ta’ garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem ta’ għajnuna.

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li operaturi jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tesiġi d-depożitu ta’ garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem ta’ għajnuna.

Or. en

 

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

Artikolu 30

Fondi operazzjonali

Fondi operazzjonali

1. Organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jistgħu jistabbilixxu fond operazzjonali. Il-fond għandu jkun iffinanzjat minn:

1. Organizzazzjonijiet ta’ produtturi u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jistgħu jistabbilixxu fond operazzjonali ta’ tlieta sa ħames snin. Il-fond għandu jkun iffinanzjat minn:

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji minn membri jew mill-organizzazzjoni ta’ produtturi stess;

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji minn:

 

(i) membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u/jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi stess; jew

 

(ii) assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz tal-membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet.

(b) assistenza finanzjarja mill-Unjoni li tista’ tingħata lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont Artikoli 35 u 36.

(b) assistenza finanzjarja mill-Unjoni li tista’ tingħata lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi, jew lil assoċjazzjonjiet tagħhom, meta dawk l-assoċjazzjonijiet jippreżentaw, jiġġestixxu, u jimplimentaw programm operattiv jew programm operattiv parzjali, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont Artikoli 35 u 36.

2. Fondi operazzjonali għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw programmi operazzjonali li jkunu ġew sottomessi lill-Istati Membri u approvati minnhom.

2. Fondi operazzjonali għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw programmi operazzjonali li jkunu ġew sottomessi lill-Istati Membri u approvati minnhom.

Or. en

 

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

Artikolu 31

Programmi operazzjonali

Programmi operazzjonali

1. Programmi operazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandu jkollhom mill-anqas tnejn mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 106(c) jew l-objettivi li ġejjin:

1. Programmi operazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandu jkollhom mill-anqas tnejn mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 106(c) jew tnejn mill-objettivi li ġejjin:

(a) l-ippjanar tal-produzzjoni;

(a) l-ippjanar tal-produzzjoni;

(b) it-titjib tal-kwalità tal-prodott;

(b) it-titjib tal-kwalità tal-prodott, kemm jekk f’għamla friska u kemm jekk f’għamla pproċessata;

(c) iIt-tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti;

(c) iIt-tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti;

(d) il-promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk f’għamla friska jew ipproċessata;

(d) il-promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk f’għamla friska jew ipproċessata;

(e) il-miżuri ambjentali u l-metodi tal-produzzjoni li jħarsu l-ambjent, inkluża l-biedja organika;

(e) il-miżuri ambjentali, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ilma, u l-metodi tal-produzzjoni, trattament, manifattura jew ipproċessar li jħarsu l-ambjent, inklużi l-biedja organika u l-produzzjoni integrata;

(f) prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet.

(f) prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet.

Il-programmi operazzjonali għandhom jiterssqu lill-Istati Membri għall-approvazzjoni tagħhom.

Il-programmi operazzjonali għandhom jiterssqu lill-Istati Membri għall-approvazzjoni tagħhom.

 

1a. L-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jaqbżu għall-membri tagħhom biex jiġġestixxu, jipproċessaw, jimplimentaw u jippreżentaw programmi operazzjonali.

 

Dawn l-assoċjazzjonijiet jistgħu jippreżentaw ukoll programm operazzjonali parzjali, magħmul minn miżuri identifikati, imma mhux imwettqa mill-organizzazzjonijiet membri taħt il-programmi operazzjonali tagħhom. Dawn il-programmi operazzjonali parzjali għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli bħall-programmi operazzjonali l-oħra u dawn għandhom jiġu kkunsidrati fl-istess ħin bħall-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet membri.

 

Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(a) il-miżuri taħt il-programmi operazzjonali parzjali jiġu ffinanzjati kollha mill-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet membri tal-assoċjazzjoni konċernata u li dan il-finanzjament jinġabar mill-fondi operazzjonali ta’ dawn l-organizzazzjonijiet membri;

 

(b) il-miżuri u s-sehem finanzjarju korrispondenti tagħhom jiġu identifikati fil-programm operazzjonali ta’ kull organizzazzjoni membru;

 

(c) ma jkun hemm ebda duplikazzjoni tal-finanzjament.

2. Il-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kriżijiet msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati biex jiġu evitati u ttrattati kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħxejjex u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:

2. Il-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kriżijiet msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati biex jiġu evitati u ttrattati kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħxejjex u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:

(a) l-irtirar mis-suq;

(a) it-tbassir u s-segwitu tal-produzzjoni u tal-konsum;

(b) il-ħsad ekoloġiku jew il-ħsad xejn ta’ frott u ħxejjex;

(b) investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

(c) il-promozzjoni u l-komunikazzjoni;

(c) il-miżuri ta’ taħriġ, l-iskambji tal-aħjar prattika u l-bini tal-kapaċità strutturali;

(d) il-miżuri ta’ taħriġ;

(d) il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, kemm jekk għall-prevenzjoni kif ukoll jekk waqt il-perjodu ta’ kriżi;

(e) l-assigurazzjoni tal-ħsad;

(e) l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

(f) l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

(f) għajnuna għall-qlugħ tad-dwieli għall-konverżjoni mill-ġdid tal-ġonna;

 

(g) l-irtirar mis-suq, anke fil-każ tal-prodotti li jiġu pproċessati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

 

(h) il-ħsad ekoloġiku jew il-ħsad xejn ta’ frott u ħxejjex;

 

(i) assigurazzjoni tal-ħsad.

Miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet, inkluż kwalunkwe ħlas lura ta’ kapital u mgħax kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jikkomprendu aktar minn terz tal-infiq għall-programm operazzjonali.

Miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet, inkluż kwalunkwe ħlas lura ta’ kapital u mgħax kif imsemmi fir-reba' subparagrafu, m’għandhomx jikkomprendu aktar minn 40 % tal-infiq għall-programm operazzjonali.

 

L-azzjonijiet dwar l-assigurazzjoni tal-ħsad għandhom jinkludu miżuri li jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dħul tal-produtturi u jkopru telf tas-suq imġarrab mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew mill-membri tagħhom, meta dawn ikunu affettwati minn diżastri naturali, minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew minn mard jew infestazzjonijiet ta’ annimali jew insetti li jagħmlu l-ħsara. Il-benefiċjarji għandhom jagħtu prova li huma jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tar-riskji.

Organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jieħdu self b’termini kummerċjali għal finanzjament ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet. F’dak il-każ, il-ħlas lura tal-kapital u mgħax għal dak is-self jista’ jagħmel parti mill-programm operazzjonali u, għalhekk, jista’ jkun eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 32. Kwalunkwe azzjoni speċifika għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kriżijiet għandha tiġi ffinanzjata jew minn self bħal dan, jew direttament, iżda mhux mit-tnejn.

Organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jieħdu self b’termini kummerċjali għal finanzjament ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet. F’dak il-każ, il-ħlas lura tal-kapital u mgħax għal dak is-self jista’ jagħmel parti mill-programm operazzjonali u, għalhekk, jista’ jkun eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 32. Kwalunkwe azzjoni speċifika għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet tista’ tiġi ffinanzjata jew minn self bħal dan, u/jew direttament mill-organizzazzjonijiet produtturi.

 

2a. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:

 

(a) “ħsad bikri” tfisser il-ħsad totali jew parzjali ta’ prodotti mhux imqiegħda fis-suq f’żona partikolari, li jkun twettaq qabel il-bidu tal-ħsad normali. Il-prodotti kkonċernati ma għandhomx ikunu diġà bil-ħsara qabel il-ħsad bikri, kemm minħabba raġunijiet klimatiċi kif ukoll minħabba mard jew affarijiet oħra.

 

(b) “ħsad li ma jsirx” tfisser is-sitwazzjoni fejn il-produzzjoni kummerċjali kollha jew parti minnha ma titteħidx miż-żona kkonċernata waqt iċ-ċiklu ta’ produzzjoni normali. Il-qerda ta’ prodotti minħabba avveniment klimatiku jew mard ma għandux titqies ħsad li ma jsirx;

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) il-programmi operazzjonali jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar; or

(a) il-programmi operazzjonali jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar; or

(b) mill-anqas 10 % tal-infiq għal programmi operazzjonali jkopri azzjonijiet ambjentali.

(b) mill-anqas 10 % tal-infiq għal programmi operazzjonali jkopri azzjonijiet ambjentali.

L-azzjonijiet ambjentali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ħlasijiet agriambjentali stipulati fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

L-azzjonijiet ambjentali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ħlasijiet agriambjentali stipulati fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Fejn mill-anqas 80 % tal-membri produtturi ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu suġġetti għal impenn agriambjentali identiku wieħed jew aktar kif previst fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), f’dak il-każ kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Fejn mill-anqas 80 % tal-membri produtturi ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu suġġetti għal impenn agriambjentali identiku wieħed jew aktar kif previst fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), f’dak il-każ kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

L-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u l-aġevolazzjonijiet li jirriżultaw mill-azzjoni.

L-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u l-aġevolazzjonijiet li jirriżultaw mill-azzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investimenti li jżidu pressjoni ambjentali għandhom jitħallew isiru biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu qed joperaw salvagwardji effikaċi biex l-ambjent ikun protett minn dawn il-pressjonijiet.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investimenti li jżidu pressjoni ambjentali għandhom jitħallew isiru biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu qed joperaw salvagwardji effikaċi biex l-ambjent ikun protett minn dawn il-pressjonijiet.

Or. en

 

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 32

Artikolu 32

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1) kif attwalment imħallsin u limitata għal 50 % tal-infiq attwali mġarrab.

1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1) kif attwalment imħallsin u limitata għal 50 % tal-infiq attwali mġarrab jew 75 % fil-każ tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi.

2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 4.1 % tal-valur tal-prodotti friski jew ipproċessati mqiegħda fis-suq minn kull organizzazzjoni tal-produtturi u/jew tal-assoċjazzjoni tagħhom.

Madankollu, din il-perċentwali tista’ tiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq bil-kundizzjoni li l-ammont li jkun aktar minn 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet.

Madankollu, din il-perċentwali tista’ tiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-prodotti friski jew ipproċessati mqiegħda fis-suq mill-organizzazzjoni produttur bil-kundizzjoni li l-ammont li jkun aktar minn 4,1 % tal-valur tal-prodotti friski jew ipproċessati mqiegħda fis-suq jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet.

 

Fil-każ tal-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, din il-perċentwal tista’ titla’ għal 5 % tal-valur tal-prodotti friski jew ipproċessati li jiġu mqegħda fis-suq mill-assoċjazzjoni jew mill-membri tagħha, sakemm dak l-ammont li jaqbeż l-4.1% tal-valur tal-prodotti friski jew ipproċessati mqegħda fis-suq jintuża biss għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet u miżuri ta’ ġestjoni implimentati minn dik l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi f’isem il-membri tagħha.

3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-limitu ta’ 50 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % f’każ ta’ programm operazzjonali jew parti minn programm operazzjonali meta dan ikun jissodisfa mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-limitu ta’ 50 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % f’każ ta’ programm operazzjonali jew parti minn programm operazzjonali meta dan ikun jissodisfa mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun sottomess minn diversi organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni li joperaw fi Stati Membri differenti fuq skemi transnazzjonali;

(a) ikun sottomess minn diversi organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni li joperaw fi Stati Membri differenti fuq skemi transnazzjonali;

(b) ikun sottomess minn organizzazzjoni waħda jew aktar ta’ produtturi li jkunu involuti fi skemi mħaddmin fuq bażi interprofessjonali;

(b) ikun sottomess minn organizzazzjoni waħda jew aktar ta’ produtturi li jkunu involuti fi skemi mħaddmin fuq bażi interprofessjonali;

(c) ikun ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007;

(c) ikun ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007;

(d) ikun l-ewwel wieħed sottomess minn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta li tkun ingħaqdet ma’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta oħra;

(d) ikun l-ewwel wieħed sottomess minn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta li tkun ingħaqdet ma’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta oħra;

 

(da) il-programm jiġi ppreżentat minn diversi organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti miġburin flimkien f’kumpanija sussidjarja ta’ tqegħid fis-suq konġunta;

(e) ikun l-ewwel wieħed sottomess minn assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(e) ikun l-ewwel wieħed sottomess minn assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(f) ikun sottomess minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi fl-Istati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jqiegħdu fis-suq anqas minn 20 % tal-produzzjoni ta’ frott u ħxejjex;

(f) ikun sottomess minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi fl-Istati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jqiegħdu fis-suq anqas minn 20 % tal-produzzjoni ta’ frott u ħxejjex;

(g) ikun sottomess minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat;

(g) ikun sottomess minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew fil-gżejjer żgħar tal-Eġew kif definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006;

(h) ikun ikopri biss appoġġ speċifiku għal azzjonijiet għall-promozzjoni tal-konsum ta’ frott u ħxejjex immirati għal tfal fi stabbilimenti edukattivi.

 

4. Il-limitu ta’ 50 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każ ta’ rtirar mis-suq ta’ frott u ħxejjex li m’għandux jeċċedi 5 % tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li jitneħħew permezz ta’:

4. Il-limitu ta’ 50 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każ ta’ rtirar mis-suq ta’ frott u ħxejjex li m’għandux jeċċedi 5 % tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li jitneħħew permezz ta’:

(a) distribuzzjoni libera lil organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità, approvati għal dak il-fini mill-Istati Membri, biex jintużaw fl-attivitajiet tagħhom ta’ assistenza lil persuni li d-dritt tagħhom għal assistenza pubblika jkun rikonoxxut mid-dritt nazzjonali, partikolarment minħabba li ma jkollhomx il-mezzi ta’ sussistenza meħtieġa;

(a) distribuzzjoni libera lil organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità, approvati għal dak il-fini mill-Istati Membri, biex jintużaw fl-attivitajiet tagħhom ta’ assistenza lil persuni li d-dritt tagħhom għal assistenza pubblika jkun rikonoxxut mid-dritt nazzjonali, partikolarment minħabba li ma jkollhomx il-mezzi ta’ sussistenza meħtieġa;

(b) distribuzzjoni libera f’istituzzjonijiet penali, skejjel u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni pubblika u f’kampijiet ta’ btala għat-tfal, kif ukoll fi sptarijiet u fi djar għall-anzjani indikati mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kwantitajiet hekk imqassma jkunu addizzjonali għall-kwantitajiet normalment mixtrija b’xiri sfurzat minn stabbilimenti bħal dawn.

(b) distribuzzjoni libera f’istituzzjonijiet penali, skejjel u l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 20a u f’kampijiet ta’ btala għat-tfal, kif ukoll fi sptarijiet u fi djar għall-anzjani indikati mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kwantitajiet hekk imqassma jkunu addizzjonali għall-kwantitajiet normalment mixtrija b’xiri sfurzat minn stabbilimenti bħal dawn.

Or. en

 

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

Artikolu 34

Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għall-programmi operazzjonali

Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għall-programmi operazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali għat-tfassil ta’ kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-azzjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 31(3). B’mod partikolari, dan il-qafas għandu jipprovdi li t-tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti adatti tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), partikolarment dawk tal-Artikolu 6 tiegħu dwar il-komplimentarjetà u l-konsistenza.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali għat-tfassil ta’ kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-azzjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 31(3). B’mod partikolari, dan il-qafas għandu jipprovdi li t-tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti adatti tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), partikolarment dawk tal-Artikolu 6 tiegħu dwar il-komplimentarjetà u l-konsistenza.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tesiġi modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tikkontribwixxix għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-Trattat u fis-seba’ programm ta’ azzjoni ambjentali tal-Unjoni. L-investimenti għal azjendi individwali li jkollhom l-appoġġ ta’ programmi operazzjonali għandhom iħarsu dawn l-objettivi wkoll.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 162(2) jew (3), li jesiġu modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tikkontribwixxix għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-Trattat u fis-seba’ programm ta’ azzjoni ambjentali tal-Unjoni. L-investimenti għal azjendi individwali li jkollhom l-appoġġ ta’ programmi operazzjonali għandhom iħarsu dawn l-objettivi wkoll.

2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi strateġija nazzjonali għal programmi operazzjonali sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħxejjex. Din l-istrateġija għandha tinkludi:

2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi strateġija nazzjonali għal programmi operazzjonali sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħxejjex. Din l-istrateġija għandha tinkludi:

(a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ aspetti ta’ qawwa u dgħjufija u tal-potenzjal għal żvilupp;

(a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ aspetti ta’ qawwa u dgħjufija u tal-potenzjal għal żvilupp;

(b) ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula;

(b) ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula;

(c) l-objettivi ta’ programmi u strumenti operazzjonali, u indikaturi ta’ prestazzjoni;

(c) l-objettivi ta’ programmi u strumenti operazzjonali, u indikaturi ta’ prestazzjoni;

(d) valutazzjoni ta’ programmi operazzjonali;

(d) valutazzjoni ta’ programmi operazzjonali;

(e) obbligi ta’ rapportar għal organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(e) obbligi ta’ rapportar għal organizzazzjonijiet tal-produtturi.

L-istrateġija nazzjonali għandha wkoll tintegra l-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

L-istrateġija nazzjonali għandha wkoll tintegra l-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal Stati Membri li m’għandhomx organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti.

3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal Stati Membri li m’għandhomx organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti.

Or. en

 

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 34a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 34a

 

Netwerk nazzjonali

 

1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu netwerk nazzjonali tal-frott u l-ħaxix li jiġbor l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonjiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali.

 

2. In-netwerk għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ taxxa massima ta’ 0.5 % mis-sehem tal-Unjoni għall-finanzjament tal-fondi operattivi.

 

3. L-għan ta’ dan in-netwerk għandu jkun li jiġġestixxi n-netwerk, jeżamina prattiki tajba trasferibbli u jiġbor l-informazzjoni rilevanti, jorganizza konferenzi u seminars għal dawk involuti fil-ġestjoni tal-istrateġija nazzjonali, imexxi programmi biex jissorvelja u jivvaluta l-istrateġija nazzjonali u jwettaq attivitajiet oħrajn identifikati mill-istrateġija nazzjonali.

Or. en

 

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

Artikolu 35

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ effiċjenti, mmirat u sostenibbli lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, biex tistabbilixxi regoli dwar:

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ effiċjenti, mmirat u sostenibbli lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, biex tistabbilixxi regoli dwar:

(a) il-fondi operazzjonali u programmi operazzjonali, fir-rigward ta’:

(a) il-fondi operazzjonali u programmi operazzjonali, fir-rigward ta’:

(i) l-ammonti stmati, il-finanzjament u l-użu ta’ fondi operazzjonali;

(i) l-ammonti stmati, il-finanzjament u l-użu ta’ fondi operazzjonali;

(ii) il-kontenut, it-tul ta’ żmien, l-approvazzjoni u l-modifika ta’ programmi operazzjonali;

(ii) il-kontenut, it-tul ta’ żmien, l-approvazzjoni u l-modifika ta’ programmi operazzjonali;

(iii) l-eliġibbiltà ta’ miżuri, azzjonijiet jew infiq fl-ambitu ta’ programm operazzjonali u r-regoli nazzjonali kumplimentari rispettivi;

(iii) l-eliġibbiltà ta’ miżuri, azzjonijiet jew infiq fl-ambitu ta’ programm operazzjonali, ir-regoli dwar l-investiment fl-impriżi individwali u r-regoli nazzjonali kumplimentari rispettivi;

(iv) ir-relazzjoni bejn programmi operazzjonali u programmi ta’ żvilupp rurali;

(iv) ir-relazzjoni bejn programmi operazzjonali u programmi ta’ żvilupp rurali;

(v) programmi operazzjonali ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi;

(v) programmi operazzjonali ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi;

 

(va) ir-regoli speċifiċi applikabbli għall-każijiet meta assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jaqbżu għall-membri tagħhom, kompletament jew parzjalment, għall-fini tal-ġestjoni, l-ipproċessar, l-implimentazzjoni u l-preżentazzjoni tal-programmi operattivi;

(b) l-istruttura u l-kontenut ta’ qafas nazzjonali u ta’ strateġija nazzjonali;

(b) l-istruttura u l-kontenut ta’ qafas nazzjonali u ta’ strateġija nazzjonali;

(c) l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, fir-rigward ta’:

(c) l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, fir-rigward ta’:

(i) il-bażi għall-kalkolu ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni, partikolarment il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi;

(i) il-bażi għall-kalkolu ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni, partikolarment il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi;

(ii) il-perjodi ta’ referenza applikabbli għall-kalkolu ta’ għajnuna;

(ii) il-perjodi ta’ referenza applikabbli għall-kalkolu ta’ għajnuna;

(iii) ir-riduzzjonijiet ta’ drittijiet għal assistenza finanzjarja f’każ ta’ sottomissjoni tardiva ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna;

(iii) ir-riduzzjonijiet ta’ drittijiet għal assistenza finanzjarja f’każ ta’ sottomissjoni tardiva ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna;

(iv) il-provvediment ta’ ħlasijiet bil-quddiem u d-depożitu u d-dekadenza ta’ titoli ta’ sigurtà f’każ ta’ ħlas bil-quddiem;

(iv) il-provvediment ta’ ħlasijiet bil-quddiem u d-depożitu u d-dekadenza ta’ titoli ta’ sigurtà f’każ ta’ ħlas bil-quddiem;

 

(iva) ir-regoli speċifiċi applikabbli għall-finanzjament tal-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, b’mod partikolari dawk relatati mal-limiti msemmija fl-Artikolu 32(2);

(d) il-miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet, fir-rigward ta’:

(d) il-miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet, fir-rigward ta’:

(i) l-għażla ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet;

(i) l-għażla ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet;

(ii) id-definizzjoni ta’ rtirar mis-suq;

(ii) il-kundizzjonijiet li fihom jiġi attivat l-irtirar mis-suq;

(iii) destinazzjonijiet ta’ prodotti rtirati;

(iii) destinazzjonijiet ta’ prodotti rtirati;

(iv) l-appoġġ massimu għal irtirar mis-suq;

(iv) l-appoġġ massimu għal irtirar mis-suq;

(v) in-notifiki minn qabel f’każ ta’ rtirar mis-suq;

(v) in-notifiki minn qabel f’każ ta’ rtirar mis-suq;

(vi) il-kalkolu tal-volum ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq f’każ ta’ rtirar;

(vi) il-kalkolu tal-volum ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq f’każ ta’ rtirar;

(vii) il-wiri tal-emblema Ewropea fuq pakketti ta’ prodotti għal distribuzzjoni libera;

(vii) il-wiri tal-emblema Ewropea fuq pakketti ta’ prodotti għal distribuzzjoni libera;

(viii) il-kondizzjonijiet għal riċevituri ta’ prodotti rtirati;

(viii) il-kondizzjonijiet għal riċevituri ta’ prodotti rtirati;

(ix) id-definizzjonijiet ta’ ħsad ekoloġiku u ta’ ħsad xejn;

 

(x) il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ ħsad ekoloġiku u ta’ ħsad xejn;

(x) il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ ħsad ekoloġiku u ta’ ħsad xejn;

(xi) l-objettivi ta’ assigurazzjoni tal-ħsad;

(xi) il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni applikabbli għall-assigurazzjoni tal-ħsad;

(xii) id-definizzjoni ta’ avveniment klimatiku avvers;

 

(xiii) il-kundizzjonijiet għal appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi;

(xiii) il-kundizzjonijiet għal appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi;

(e) l-assistenza finanzjarja nazzjonali, fir-rigward ta’:

(e) l-assistenza finanzjarja nazzjonali, fir-rigward ta’:

(i) il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi;

(i) il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi;

(ii) il-modifiki għall-programmi operazzjonali;

(ii) il-modifiki għall-programmi operazzjonali;

(iii) ir-riduzzjonijiet ta’ drittijiet għal assistenza finanzjarja f’każ ta’ sottomissjoni tardiva ta’ applikazzjonijiet għal assistenza finanzjarja;

(iii) ir-riduzzjonijiet ta’ drittijiet għal assistenza finanzjarja f’każ ta’ sottomissjoni tardiva ta’ applikazzjonijiet għal assistenza finanzjarja;

(iv) id-depożitu, ir-rilaxx u d-dekadenza ta’ titoli ta’ sigurtà f’każ ta’ ħlasijiet bil-quddiem;

(iv) id-depożitu, ir-rilaxx u d-dekadenza ta’ titoli ta’ sigurtà f’każ ta’ ħlasijiet bil-quddiem;

(v) il-proporzjon massimu ta’ rimborż lill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.

(v) il-proporzjon massimu ta’ rimborż lill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.

Or. en

 

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

Artikolu 38

Kompatibbiltà u konsistenza

Kompatibbiltà u konsistenza

1. Il-programmi ta’ appoġġ għandhom ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet tal-Unjoni.

1. Il-programmi ta’ appoġġ għandhom ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet tal-Unjoni.

2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta’ appoġġ u jiżguraw li dawn ikunu konsistenti internament u magħmulin u implimentati b’mod oġġettiv, billi jitqiesu l-qagħda ekonomika tal-produtturi konċernati u l-ħtieġa li jiġi evitat it-trattament mhux ugwali u mhux ġustifikat bejn il-produtturi.

2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta’ appoġġ u jiżguraw li dawn ikunu konsistenti internament u magħmulin u implimentati b’mod oġġettiv, billi jitqiesu l-qagħda ekonomika tal-produtturi konċernati u l-ħtieġa li jiġi evitat it-trattament mhux ugwali u mhux ġustifikat bejn il-produtturi.

3. Ebda appoġġ ma jingħata għal:

3. Ebda appoġġ ma jingħata għal:

(a) proġetti ta’ riċerka u miżuri ta’ appoġġ għal proġetti ta’ riċerka bla ħsara għall-punti (d) u (e) tal-Artikolu 43(3);

 

(b) miżuri li jkun hemm fi programmi ta’ żvilupp rurali tal-Istati Membri fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

(b) miżuri li jkun hemm fi programmi ta’ żvilupp rurali tal-Istati Membri fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Or. en

 

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 39

Artikolu 39

Sottomissjoni ta’ programmi ta’ appoġġ

Sottomissjoni ta’ programmi ta’ appoġġ

1. Kull Stat Membru produttur elenkat fl-Anness IVa għandu jissottometti lill-Kummissjoni abbozz ta’ programm ta’ appoġġ ta’ ħames snin li jkun fih mill-anqas waħda mill-miżuri eliġibbli msemmija fl-Artikolu 40.

1. Kull Stat Membru produttur elenkat fl-Anness IVa għandu jissottometti lill-Kummissjoni abbozz ta’ programm ta’ appoġġ ta’ ħames snin li jkun fih mill-anqas waħda mill-miżuri eliġibbli msemmija fl-Artikolu 40.

 

1a. Il-miżuri ta’ appoġġ fil-programmi ta’ appoġġ għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku li l-Istat Membru jqis bħala l-aktar wieħed xieraq. L-Istat Membru għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti u organizzazzjonijiet fil-livell territorjali xieraq dwar il-programm ta’ appoġġ qabel ma jissottomettih lill-Kummissjoni.

 

1b. Kull Stat Membru għandu jissottometti abbozz ta’ programm uniku, li jista’ jqis il-partikolaritajiet reġjonali.

2. Il-programmi ta’ appoġġ għandhom isiru applikabbli tliet xhur wara li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni.

2. Il-programmi ta’ appoġġ għandhom isiru applikabbli tliet xhur wara li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni.

Madankollu, jekk il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi li l-programm ta’ appoġġ sottomess ma jkunx konformi mar-regoli stabbiliti f’din it-taqsima, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan. F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jissottometti programm ta’ appoġġ rivedut lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ appoġġ rivedut għandu jsir applikabbli xahrejn wara li jkun intbagħat sa kemm ma jibqax ikun hemm inkompatibbiltà, f’liema każ dan is-subparagrafu għandu japplika.

Madankollu, jekk il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi li l-programm ta’ appoġġ sottomess ma jkunx konformi mar-regoli stabbiliti f’din it-taqsima, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan. F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jissottometti programm ta’ appoġġ rivedut lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ appoġġ rivedut għandu jsir applikabbli xahrejn wara li jkun intbagħat sa kemm ma jibqax ikun hemm inkompatibbiltà, f’liema każ dan is-subparagrafu għandu japplika.

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal bidliet fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ sottomessi mill-Istati Membri.

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal bidliet fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ sottomessi mill-Istati Membri.

Or. en

 

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 39a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 39a

 

Kontenut tal-programmi ta’ appoġġ

 

Il-programmi ta’ appoġġ għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:

 

(a) deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet ikkwantifikati tagħhom;

 

(b) ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru;

 

(c) valutazzjoni li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni;

 

(d) skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri;

 

(e) tabella ta’ finanzjament ġenerali li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw u l-allokazzjoni indikattiva prevista tar-riżorsi bejn il-miżuri skont il-limiti massimi pprovduti fl-Anness IV;

 

(f) il-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni, kif ukoll il-passi meħuda sabiex ikun żgurat li l-programmi ta’ appoġġ jiġu implimentati b’mod xieraq u effettiv; kif ukoll

 

(g) l-għażla tal-awtoritajiet u l-korpi kompetenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ.

Or. en

 

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 40

Artikolu 40

Miżuri eliġibbli

Miżuri eliġibbli

Il-programmi ta’ appoġġ jista' jkollhom biss miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Il-programmi ta’ appoġġ jista' jkollhom biss miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) appoġġ ta’ Skema ta’ Pagament Uniku skont l-Artikolu 42;

 

(b) promozzjoni skont l-Artikolu 43;

(b) promozzjoni skont l-Artikolu 43;

(c) ristrutturar u konverżjoni ta’ vinji skont l-Artikolu 44;

(c) ristrutturar u konverżjoni ta’ vinji skont l-Artikolu 44;

(d) ħsad ekoloġiku skont l-Artikolu 45;

(d) ħsad ekoloġiku skont l-Artikolu 45;

(e) fondi mutwi skont l-Artikolu 46;

(e) fondi mutwi skont l-Artikolu 46;

(f) assigurazzjoni ta’ ħsad skont l-Artikolu 47;

(f) assigurazzjoni ta’ ħsad skont l-Artikolu 47;

(g) investimenti skont l-Artikolu 48;

(g) investimenti skont l-Artikolu 48;

(h) distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji skont l-Artikolu 49.

(h) distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji skont l-Artikolu 49.

 

(ha) riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 43a.

 

(hb) programm ta’ appoġġ għat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid fuq tlajja’ weqfin skont l-Artikolu 44a;

Or. en

 

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 42

imħassar

Skema ta’ Pagament Uniku u appoġġ lil dawk li jkabbru d-dwieli

 

Il-programmi ta’ appoġġ jistgħu jinkludu biss appoġġ lil dawk li jkabbru d-dwieli fil-forma ta’ drittijiet ta’ deċiżi mill-Istati Membri, sal-1 ta’ Diċembru 2012 skont l-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] bil-kundizzjonijiet stipulati dak l-Artikolu.

 

Or. en

 

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 43

Artikolu 43

Promozzjoni f’pajjiżi terzi

Promozzjoni

1. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkopri miżuri ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni fir-rigward ta’ nbejjed tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, u b’hekk itejjeb il-kompetittività f’dawk il-pajjiżi.

1. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkopri miżuri ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni fir-rigward ta’ nbejjed tal-Unjoni l-ewwel u qabel kollox f’pajjiżi terzi, kif ukoll fis-suq intern, u b’hekk itejjeb il-kompetittività.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew għal inbejjed b’indikazzjoni tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew għal inbejjed b’indikazzjoni tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid.

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu biss minn:

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu biss minn:

(a) miżuri ta’ relazzjonijiet pubbliċi, promozzjoni jew reklamar, partikolarment li jenfasizzaw il-vantaġġi tal-prodotti tal-Unjoni, l-aktar f’termini tal-kwalità, sikurezza tal-ikel jew miżuri favur l-ambjent;

(a) miżuri ta’ relazzjonijiet pubbliċi, promozzjoni jew reklamar, partikolarment li jenfasizzaw il-vantaġġi tal-prodotti tal-Unjoni, l-aktar f’termini tal-kwalità, sikurezza tal-ikel jew standards ambjentali;

(b) parteċipazzjoni f’avvenimenti, wirjiet jew esibizzjonijiet ta’ importanza internazzjonali;

(b) parteċipazzjoni f’avvenimenti, wirjiet jew esibizzjonijiet ta’ importanza internazzjonali;

(c) kampanji ta’ informazzjoni, partikolarment dwar is-sistemi tal-Unjoni li jkopru denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u produzzjoni organika;

(c) kampanji ta’ informazzjoni, partikolarment dwar is-sistemi tal-Unjoni li jkopru denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u produzzjoni organika;

(d) studji ta’ swieq ġodda, meħtieġa għall-espansjoni ta’ posti tas-suq;

(d) studji ta’ swieq ġodda, meħtieġa għall-espansjoni ta’ posti tas-suq;

(e) studji biex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni.

(e) studji biex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni.

4. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal attivitajiet ta’ promozzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun aktar minn 50 % tal-infiq eliġibbli.

4. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal attivitajiet ta’ promozzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun aktar minn 50 % tal-infiq eliġibbli.

Or. en

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 43a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 43a

 

Riċerka u żvilupp

 

L-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp għandu jagħmilha possibbli biex jiġu ffinanzjati proġetti ta’ riċerka mmirati, b’mod partikolari, lejn it-titjib tal-kwalità tal-prodotti, l-impatt ambjentali tal-produzzjoni u s-sigurtà tas-saħħa fis-settur tal-inbid.

Or. en

 

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 43b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 43b

 

Skambji tal-aqwa prattiki fir-rigward ta’ sistemi avvanzati ta’ produzzjoni sostenibbli

 

1. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkopri l-miżuri li jappoġġjaw l-iskambju tal-aqwa prattiki fir-rigward tas-sistemi avvanzati ta’ produzzjoni sostenibbli u, b’hekk, jippermettu lill-bdiewa jiksbu kompetenzi ġodda.

 

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal sistemi avvanzati ta’ vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid li jżidu l-kopertura tal-ħamrija, inaqqsu b’mod sostanzjali l-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti kimiċi jew iżidu d-diversità tal-varjetajiet u li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità stipulati fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru [...] [Regolament dwar il-PAK orizzontali].

 

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

 

(a) l-għażla, id-deskrizzjoni u r-reklamar tal-aqwa prattiki fir-rigward tal-prattiki ta’ vitikultura sostenibbli avvanzati;

 

(b) l-għoti ta’ taħriġ agrikolu u ż-żieda ta’ kompetenzi fir-rigward ta’ sistemi avvanzati sostenibbli tal-biedja.

Or. en

 

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 44

Artikolu 44

Ristrutturar u konverżjoni ta’ vinji

Ristrutturar u konverżjoni ta’ vinji

1. L-objettiv tal-miżuri relatati mar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji għandu jkun li tiżdied il-kompetittività tal-produtturi tal-inbid.

1. L-objettiv tal-miżuri relatati mar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji għandu jkun li tiżdied il-kompetittività tal-produtturi tal-inbid.

2. Ir-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji għandha tkun sostnuta jekk l-Istati Membri jissottomettu l-inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom skont l-Artikolu 102(3).

2. Ir-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji għandha tkun sostnuta jekk l-Istati Membri jissottomettu l-inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom skont l-Artikolu 102(3).

3. L-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji jista’ jkopri biss waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:

3. L-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji jista’ jkopri biss waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:

(a) il-konverżjoni ta’ varjetà, inkluż il-mezz ta’ tilqim;

(a) il-konverżjoni ta’ varjetà, inkluż il-mezz ta’ tilqim;

(b) ir-rilokazzjoni ta’ vinji;

(b) ir-rilokazzjoni ta’ vinji;

(c) it-titjib tat-tekniki tal-immaniġġjar tal-vinji.

(c) it-titjib tat-tekniki tal-immaniġġjar tal-vinji.

 

(ca) it-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi;

 

(cb) it-tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta’ saħħa, meta ma jkun hemm disponibbli l-ebda soluzzjoni teknika biex tiġi salvata l-produzzjoni eżistenti.

Is-sostituzzjoni normali ta’ vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom għandha tkun eskluża mill-appoġġ.

Is-sostituzzjoni normali ta’ vinji, jiġifieri t-tħawwil mill-ġdid tal-istess varjetà fuq l-istess raba’ u skont l-istess metodu ta’ tkabbir tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom għandha tkun eskluża mill-appoġġ.

 

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw aktar speċifikazzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-età tal-vinji mibdula.

4. L-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji jista’ jieħu biss l-għamliet li ġejjin:

4. L-appoġġ għat-titjib tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-inbid u għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji jista’ jieħu biss l-għamliet li ġejjin:

(a) kumpens lil produtturi għat-telf ta’ dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura;

(a) kumpens lil produtturi għat-telf ta’ dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura;

(b) kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u konverżjoni.

(b) kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u konverżjoni.

5. Il-kumpens lil produtturi għat-telf ta’ dħul imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4 jista’ jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jieħu waħda mill-għamliet li ġejjin:

5. Il-kumpens lil produtturi għat-telf ta’ dħul imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4 jista’ jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jieħu waħda mill-għamliet li ġejjin:

(a) minkejja s-Subtaqsima II tat-Taqsima V tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] li jistabbilixxi r-reġim tranżizzjonali ta’ dritt ta’ tħawwil, il-permess biex vinji qodma u ġodda jikkoeżistu sa tmiem ir-reġim tranżizzjonali għal perjodu massimu m’għandux ikun aktar minn tliet snin;

(a) minkejja s-Subtaqsima II tat-Taqsima V tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi r-reġim tranżizzjonali ta’ dritt ta’ tħawwil, il-permess biex vinji qodma u ġodda jikkoeżistu sa tmiem ir-reġim tranżizzjonali għal perjodu massimu m’għandux ikun aktar minn tliet snin;

(b) kumpens finanzjarju.

(b) kumpens finanzjarju.

6. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż attwali tar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji m’għandhiex tkun aktar minn 50 %. Firreġjuni anqas żviluppati, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni m’għandhiex tkun aktar minn 75 %.

6. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż attwali tar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji m’għandhiex tkun aktar minn 50 %. Firreġjuni anqas żviluppati, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni m’għandhiex tkun aktar minn 75 %.

Or. en

 

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 44a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 44a

 

Programm ta’ appoġġ għall-vitikultura fuq siti ta’ tlajja’ weqfin

 

Il-miżuri li ttieħdu bħala parti mill-programm ta’ appoġġ għall-vitikultura fuq siti ta’ tlajja’ weqfin għandhom jitfasslu biex jissalvagwardjaw il-vitikultura fuq tlajja’ b’xogħol intensiv, tlajja’ weqfin u siti ta’ art imtarrġa fuq terminu ta’ żmien twil permezz tat-titjib tal-kompetittività tiegħu.

 

L-appoġġ jista’ jieħu l-forma ta’ ħlas b’rata fissa għal kull ettaru li jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat jew ħlas modulat determinat minn kemm ikun wieqaf is-sit.

Or. en

 

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 45

                             

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 45

Artikolu 45

Ħsad ekoloġiku

Ħsad ekoloġiku

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ħsad ekoloġiku għandu jfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed ta’ għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju li ma jkunux għadhom saru, b’hekk, ir-rendita tal-qasam rilevanti titnaqqas għal żero.

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ħsad ekoloġiku għandu jfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed ta’ għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju li ma jkunux għadhom saru, b’hekk, ir-rendita tal-qasam rilevanti titnaqqas għal żero.

 

Meta l-għeneb ta’ kwalità kummerċjali jitħalla fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali ta’ produzzjoni (ħsad xejn) dan m’għandux jitqies bħala ħsad bikri.

2. L-appoġġ għal ħsad ekoloġiku għandu jikkontribwixxi biex jirrestawra l-bilanċ ta’ provvista u domanda fis-suq tal-inbid tal-Unjoni biex jiġu evitati kriżijiet fis-suq.

2. L-appoġġ għal ħsad ekoloġiku għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-għeneb u biex jirrestawra l-bilanċ ta’ provvista u domanda fis-suq tal-inbid tal-Unjoni biex jiġu evitati kriżijiet fis-suq.

3. l-appoġġ għal ħsad ekoloġiku jista’ jingħata bħala kumpens fl-għamla ta’ ħlas b’rata fissa għal kull ettaru li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru konċernat.

3. l-appoġġ għal ħsad ekoloġiku jista’ jingħata bħala kumpens fl-għamla ta’ ħlas b’rata fissa għal kull ettaru li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru konċernat.

Il-ħlas m’għandux ikun aktar minn 50 % tas-somma tal-ispejjeż diretti tal-qerda jew tat-tneħħija ta’ għenieqed ta’ għeneb u t-telf ta’ dħul relatat ma’ qerda jew tneħħija bħal dik.

Il-ħlas m’għandux ikun aktar minn 50 % tas-somma tal-ispejjeż diretti tal-qerda jew tat-tneħħija ta’ għenieqed ta’ għeneb u t-telf ta’ dħul relatat ma’ qerda jew tneħħija bħal dik.

4. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi biex jiġi żgurat li l-miżura ta’ ħsad ekoloġiku ma twassalx għal kumpens ta’ produtturi individwali tal-inbid li jkun aktar mil-limitu massimu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

4. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi biex jiġi żgurat li l-miżura ta’ ħsad ekoloġiku ma twassalx għal kumpens ta’ produtturi individwali tal-inbid li jkun aktar mil-limitu massimu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

Or. en

 

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 47

Artikolu 47

Assigurazzjoni tal-ħsad

Assigurazzjoni tal-ħsad

1. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-dħul finanzjarju tal-produtturi fejn dan jintlaqat minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta’ pesti.

1. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-dħul finanzjarju tal-produtturi u għall-kopertura ta’ telf tas-suq imġarrab minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi u/jew mill-membri tagħhom fejn dan jintlaqat minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta’ pesti.

 

Il-benefiċjarji għandhom jintalbu jagħtu prova li huma jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tar-riskji.

2. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata fl-għamla ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li m’għandhiex tkun aktar minn:

2. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata fl-għamla ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li m’għandhiex tkun aktar minn:

(a) 80 % tal-kost tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa minn produtturi għal assigurazzjoni kontra telf li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali;

(a) 80 % tal-kost tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa minn produtturi, organizzazzjonijiet ta’ produtturi u/jew kooperattivi għal assigurazzjoni kontra telf li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali;

(b) 50 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għal assigurazzjoni kontra:

(b) 50 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għal assigurazzjoni kontra:

(i) telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ieħor ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi;

(i) telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ieħor ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi;

(ii) telf ikkawżat minn annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet ta’ pesti.

(ii) telf ikkawżat minn annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet ta’ pesti.

3. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata jekk il-ħlasijiet tal-assigurazzjoni inkwistjoni ma jikkumpensawx lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf ta’ dħul li jkunu batew, filwaqt li jitqies kwalunkwe kumpens li l-produtturi jkunu setgħu kisbu minn skemi oħra ta’ appoġġ relatati mar-riskju assigurat.

3. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata jekk il-ħlasijiet tal-assigurazzjoni inkwistjoni ma jikkumpensawx lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf ta’ dħul li jkunu batew, filwaqt li jitqies kwalunkwe kumpens li l-produtturi jkunu setgħu kisbu minn skemi oħra ta’ appoġġ relatati mar-riskju assigurat.

4. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad m’għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

4. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad m’għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

Or. en

 

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 48

Artikolu 48

Investimenti

Investimenti

1. L-appoġġ jista’ jingħata għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli f’faċilitajiet ta’ pproċessar, f’infrastruttura għal fabbriki tal-inbid u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-inbid li jtejbu l-prestazzjoni globali tal-intrapriża u jkollhom x’jaqsmu ma’ wieħed jew mat-tnejn minn dawn li ġejjin:

1. L-appoġġ jista’ jingħata għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli f’faċilitajiet ta’ pproċessar, f’infrastruttura għal fabbriki tal-inbid, u distilleriji, kif ukoll strutturi u għodod ta’ kummerċjalizzazzjoni, inkluż ir-reġistrazzjoni ta’ marki kollettivi. Dawn l-investimenti għandhom ikunu maħsuba biex itejbu l-prestazzjoni globali tal-intrapriża u l-adozzjoni tagħha għad-domandi tas-suq, kif ukoll biex iżidu l-kompetittività tagħha fis-suq intern u fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, u għandu jkollhom x’jaqsmu ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tad-dielja msemmija fil-Parti II tal-Anness VI;

(a) il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tad-dielja msemmija fil-Parti II tal-Anness VI;

(b) l-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fir-rigward tal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VI.

(b) l-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fir-rigward tal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VI.

 

(ba) l-iżvilupp ta’ miżuri agronomiċi avvanzati u ta’ produzzjoni sostenibbli.

 

(bb) l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji ta’ distilleriji jew investiment li jgħin biex itejjeb l-iffrankar tal-enerġija tagħhom u l-effiċjenza globali tagħhom fl-enerġija.

2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1 bir-rata massima tiegħu għandu japplika biss għal intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1 bir-rata massima tiegħu għandu japplika biss għal intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-rata massima tista’ tapplika għall-intrapriżi kollha fir-reġjuni mbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat u l-gżejjer minuri tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006. Għal intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b’anqas minn 750 impjegat jew b’fatturat ta’ anqas minn EUR 200 miljun, id-daqs tal-għajnuna massima għandu jinżel għal nofs.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-rata massima tista’ tapplika għall-intrapriżi kollha fir-reġjuni mbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat u l-gżejjer minuri tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006. Għal intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b’anqas minn 750 impjegat jew b’fatturat ta’ anqas minn EUR 200 miljun, id-daqs tal-għajnuna massima għandu jinżel għal nofs.

L-appoġġ ma jingħatx lil intrapriżi f’diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jissalvaw u jiġu ristrutturati negozji f’diffikultà.

L-appoġġ ma jingħatx lil intrapriżi f’diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jissalvaw u jiġu ristrutturati negozji f’diffikultà.

3. L-infiq eliġibbli għandu jeskludi l-ispejjeż mhux eliġibbli msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru [COM(2011)615].

3. L-infiq eliġibbli għandu jeskludi l-ispejjeż mhux eliġibbli msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru [COM(2011)615].

4. Ir-rati ta’ għajnuna massima li ġejjin fir-rigward tal-ispejjeż għal investimenti eliġibbli għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni:

4. Ir-rati ta’ għajnuna massima li ġejjin fir-rigward tal-ispejjeż għal investimenti eliġibbli għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni:

(a) 50 % f’reġjuni inqas żviluppati;

(a) 50 % f’reġjuni inqas żviluppati;

(b) 40 % f’reġjuni li mhumiex reġjuni inqas żviluppati;

(b) 40 % f’reġjuni li mhumiex reġjuni inqas żviluppati;

(c) 75 % fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat;

(c) 75 % fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat;

(d) 65 % fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.

(d) 65 % fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.

5. L-Artikou 61 tar-Regolament (UE) Nru [COM(2011)615]. għandu japplika mutatis mutandis għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5. L-Artikou 61 tar-Regolament (UE) Nru [COM(2011)615]. għandu japplika mutatis mutandis għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Or. en

 

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 49

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 49

Artikolu 49

Distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji

Distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji

1. L-appoġġ jista’ jingħata għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta’ prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid li tkun saret skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VII.

1. L-appoġġ jista’ jingħata għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta’ prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid li tkun saret skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VII.

L-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi ffissat għal kull % ta’ volum u għal kull ettolitru ta’ alkoħol prodott. Ebda għajnuna ma titħallas għall-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fil-prodotti sekondarji li jkunu se jiġu ddistillati li jkun aktar minn 10 % relattivament mal-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fl-inbid prodott.

L-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi ffissat għal kull % ta’ volum u għal kull ettolitru ta’ alkoħol prodott. Ebda għajnuna ma titħallas għall-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fil-prodotti sekondarji li jkunu se jiġu ddistillati li jkun aktar minn 10 % relattivament mal-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fl-inbid prodott.

 

1b. L-għajnuna titħallas lid-distillaturi responsabbli għall-ipproċessar tal-prodotti kkonsenjati għall-finijiet tad-distillazzjoni f’alkoħol mhux raffinat li jkollu saħħa alkoħolika minima ta’ 92 %.

 

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta' appoġġ kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' garanzija mill-benefiċarju.

2. Il-livelli ta’ għajnuna massima applikabbli għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż ta’ ġbir u pproċessar u ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 51.

2. Il-livelli ta’ għajnuna massima applikabbli għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż ta’ ġbir u pproċessar u ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 51.

 

2a. L-għajnuna rilevanti għandha tinkludi ammont fiss maħsub biex jikkumpensa l-ispejjeż tal-ġbir ta’ dawn il-prodotti biex jiġu ttrasferiti lid-distillatur għall-produttur, sakemm dan tal-aħħar jerfa’ l-ispejjeż relatati ma’ dan.

3. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni li tibbenifika mill-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għal finijiet tal-industrija u tal-enerġija biex ikun evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

3. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni li tibbenifika mill-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għal finijiet tal-industrija u tal-enerġija biex ikun evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

 

3a. Sabiex ikun evitat li jingħata appoġġ doppju għad-distillazzjoni, l-alkoħol imsemmi fil-paragrafu 3 m’għandux ikun soġġett għall-preferenza msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2009/28/KE dwar il-bijofjuwils prodotti mill-iskart u l-kontribut tagħhom biex tinkiseb ir-rata ta’ konsum finali għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport li jitqies bħala doppju dak minn bijofjuwils oħrajn.

Or. en

 

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 50

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 50

Artikolu 50

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li programmi ta’ appoġġ jiksbu l-objettivi tagħhom u li jkun hemm użu mmirat tal-fondi Ewropej, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, billi tistabbilixxi regoli:

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li programmi ta’ appoġġ jiksbu l-objettivi tagħhom u li jkun hemm użu mmirat tal-fondi Ewropej, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, billi tistabbilixxi regoli:

(a) dwar ir-responsabbiltà għall-infiq bejn id-data meta jiġu rċevuti l-programmi ta’ appoġġ u modifiki għal programmi ta’ appoġġ u d-data ta’ applikabbiltà tagħhom;

(a) dwar ir-responsabbiltà għall-infiq bejn id-data meta jiġu rċevuti l-programmi ta’ appoġġ u modifiki għal programmi ta’ appoġġ u d-data ta’ applikabbiltà tagħhom;

(b) dwar kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ miżuri ta’ appoġġ, it-tip ta’ nfiq u operazzjonijiet eliġibbli għal appoġġ, miżuri ineliġibbli għal appoġġ u l-livell massimu ta’ appoġġ għal kull miżura;

(b) dwar kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ miżuri ta’ appoġġ, it-tip ta’ nfiq u operazzjonijiet eliġibbli għal appoġġ, miżuri ineliġibbli għal appoġġ u l-livell massimu ta’ appoġġ għal kull miżura;

(c) dwar bidliet għal programmi ta’ appoġġ wara li jkunu saru applikabbli;

(c) dwar bidliet għal programmi ta’ appoġġ wara li jkunu saru applikabbli;

(d) dwar rekwiżiti u limiti għal ħlasijiet bil-quddiem, inkluż ir-rekwiżit ta’ garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem;

(d) dwar rekwiżiti u limiti għal ħlasijiet bil-quddiem, inkluż ir-rekwiżit ta’ garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem;

(e) li jkollhom dispożizzjonijiet u definizzjonijiet ġenerali għall-finijiet ta’ din it-Taqsima;

 

(f) biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-miżuri ta’ appoġġ u l-finanzjament doppju ta’ proġetti;

(f) biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-miżuri ta’ appoġġ u l-finanzjament doppju ta’ proġetti;

(g) li bihom produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu biex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja ta’ distillaturi;

(g) li bihom produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu biex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja ta’ distillaturi;

(h) li jistabbilixxu rekwiżiti għall-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ, kif ukoll restrizzjonijiet biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ;

(h) li jistabbilixxu rekwiżiti għall-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ, kif ukoll restrizzjonijiet biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ;

(i) dwar ħlasijiet lil benefiċjarji u ħlasijiet permezz ta’ intermedjarji ta’ assigurazzjoni fil-każ ta' appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad kif ipprovdut fl-Artikolu 47.

(i) dwar ħlasijiet lil benefiċjarji u ħlasijiet permezz ta’ intermedjarji ta’ assigurazzjoni fil-każ ta' appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad kif ipprovdut fl-Artikolu 47.

Or. en

 

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 52

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 52

Artikolu 52

Programmi nazzjonali u finanzjament

Programmi nazzjonali u finanzjament

1. L-Istati Membri jistgħu jfasslu programmi nazzjonali għas-settur tal-apikultura li jkopru perjodu ta’ tliet snin.

1. L-Istati Membri jistgħu jfasslu programmi nazzjonali għas-settur tal-apikultura li jkopru perjodu ta’ tliet snin. Dawn il-programmi għandhom jiġu żviluppati b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u kooperattivi rappreżentattivi fil-qasam tat-trobbija tan-naħal.

2. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi tal-apikultura m’għandhiex tkun aktar minn 50 % tal-infiq magħmul mill-Istati Membri.

2. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi tal-apikultura m’għandhiex tkun aktar minn 60 % tal-infiq magħmul mill-Istati Membri.

3. Biex ikunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jagħmlu studju tal-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal fit-territorju tagħhom.

3. Biex ikunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema affidabbli ta’ identifikazzjoni ta’ doqqajs li tagħmilha possibbli li jitwettqu ċensimenti regolari tal-popolazzjonijiet tan-naħal u għandhom jagħmlu studju tal-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal fit-territorju tagħhom.

 

3a. Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu inklużi fi programmi tal-apikultura:

 

(a) assistenza teknika għal min irabbi n-naħal u għall-organizzazzjonijiet ta’ persuni li jrabbu n-naħal;

 

(b) il-ġlieda kontra l-elementi qerrieda u l-mard tad-doqqajs, partikolarment il-varroasi;

 

(c) razzjonalizzazzjoni tat-transumanza;

 

(d) miżuri għall-appoġġ ta’ laboratorji għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura bl-għan li jiġu mgħejuna dawk li jrabbu n-naħal biex jikkumerċjalizzaw u jżidu l-valur tal-prodotti tagħhom;

 

(e) sorveljanza tal-popolazzjoni tan-naħal tal-Unjoni u appoġġ għar-riforniment;

 

(f) kooperazzjoni ma’ korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka applikati fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura;

 

(g) monitoraġġ tas-suq;

 

(h) titjib fil-kwalità tal-prodotti bil-għan li jkunu valorizzati aħjar il-prodotti fis-suq;

 

(i) tikkettar obbligatorju bil-pajjiż tal-oriġini tal-proġetti tal-apikultura importati jew prodotti fl-Unjoni u, fil-każ ta’ taħlit jew prodotti ta’ oriġini differenti, tikkettar obbligatorju bil-proporzjon ta’ kull pajjiż tal-oriġini.

 

3b. Fil-każ ta’ bdiewa li jrabbu n-naħal ukoll, il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu inklużi wkoll fil-programmi tal-apikultura:

 

(a) miżuri ta’ prekawzjoni, inklużi dawk li jtejbu s-saħħa tan-naħal u li jnaqqsu l-impatti negattivi fuqhom, permezz tal-użu ta’ alternattivi għall-użu tal-pestiċidi, il-metodi ta’ kontroll bijoloġiku u l-ġestjoni integrata tal-pesti;

 

(b) miżuri speċifiċi biex tiżdied id-diversità tal-pjanti fl-irziezet, partikolarment speċijiet tal-pjanti melliferi għall-apikultura;

Or. en

 

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 53

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 53

Artikolu 53

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu mmirat ta’ fondi tal-Unjoni għall-apikultura, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar:

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu mmirat ta’ fondi tal-Unjoni għall-apikultura, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar:

(a) il-miżuri li jistgħu jiġu inklużi fi programmi tal-apikultura,

(a) rekwiżiti addizzjonali għall-miżuri li jistgħu jiġu inklużi fi programmi tal-apikultura,

(b) regoli għat-tfassil ta’ programmi nazzjonali u l-kontenut tagħhom u l-istudji msemmija fl-Artikolu 52(3); kif ukoll

(b) regoli għat-tfassil ta’ programmi nazzjonali u l-kontenut tagħhom u l-istudji msemmija fl-Artikolu 52(3); kif ukoll

(c) il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull Stat Membru parteċipant abbażi inter alia tal-għadd totali ta’ bejtiet fl-Unjoni.

(c) il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull Stat Membru parteċipant abbażi inter alia tal-għadd totali ta’ bejtiet fl-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  158

Proposta għal regolament

Taqsima II – Titolu I – Kapitolu II – Taqsima 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima 5a

 

Għajnuna fis-settur tal-ħops

 

Artikolu 54a

 

Għajnuniet lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

 

1. L-Unjoni għandha tiffinanzja pagament lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-ħops rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 biex jiġu ffinanzjati l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 106, punti (i), (ii) jew (iii).

 

2. Il-finanzjament annwali tal-Unjoni sabiex jitħallsu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ EUR 2 277 000 għall-Ġermanja.

 

Artikolu 54b

 

Setgħat ddelegati

 

Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuniet jiffinanzjaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 106, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar:

 

(a) l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, inklużi regoli dwar id-dati tal-iskadenza u d-dokumenti ta’ akkumpanjament;

 

(b) id-dritt għall-għajnuna, inklużi regoli dwar iż-żoni tal-ħops eliġibbli u l-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lil kull organizzazzjoni tal-produtturi;

 

(c) is-sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ ħlas mhux dovut.

 

Artikolu 54c

 

Setgħat implimentattivi

 

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa marbutin ma’ din it-Taqsima dwar:

 

(a) il-ħlas tal-għajnuna;

 

(b) il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 55

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 55

Artikolu 55

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

Bla preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għal prodotti agrikoli, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-setturi veterinarji, fitosanitarjiu alimentari biex jiġi żgurat li prodotti jkunu konformi ma’ standards iġjeniċi u sanitarji u biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali, tal-pjnati u tal-bnedmin, din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni u tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi u/jew il-prodotti għal prodotti agrikoli.

Bla preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għal prodotti agrikoli, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-setturi veterinarji, fitosanitarjiu alimentari biex jiġi żgurat li prodotti jkunu konformi ma’ standards iġjeniċi u sanitarji u biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali, tal-pjnati u tal-bnedmin, din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni u tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-setturi u/jew il-prodotti għal prodotti agrikoli. Dawn ir-regoli huma maqsuma bejn regoli obbligatorji u termini riżervati mhux obbligatorji.

Or. en

 

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 56

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 56

Artikolu 56

Konformità mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni

Konformità mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament prodott ikun konformi "mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni" jekk ikun ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli.

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament prodott ikun konformi "mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni" jekk ikun ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli.

2. Fejn ma ġewx stabbiliti standards għall-kummerċjalizzazzjoni kif imsemmi fis-Subtaqsima 3 u fid-Direttivi tal-Kunsill 2000/36/KE, 2001/112/KE, 2001/113/KE, 2001/114/KE, 2001/110/KE, 2001/111/KE, prodotti agrikoli li jkunu lesti għall-bejgħ jew għat-twassil lill-konsumatur aħħar bl-imnut kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jistgħu biss jiġu kkumerċjalizzati jekk ikunu konformi mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni.

2. Fejn ma ġewx stabbiliti standards għall-kummerċjalizzazzjoni kif imsemmi fis-Subtaqsima 3 u fid-Direttivi tal-Kunsill 2000/36/KE, 2001/112/KE, 2001/113/KE, 2001/114/KE, 2001/110/KE, 2001/111/KE, prodotti agrikoli li jkunu lesti għall-bejgħ jew għat-twassil lill-konsumatur aħħar bl-imnut kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jistgħu biss jiġu kkumerċjalizzati jekk ikunu konformi mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni.

3. Prodott jitqies bħala li jkun konformi mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni meta l-prodott maħsub biex jitqiegħed fis-suq ikun konformi ma’ standard applikabbli adottat minn kwalunkwe waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness V.

3. Bla preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-Unjoni fl-oqsma tas-sanità, tal-kummerċ, tal-etika jew fi kwalunkwe qasam ieħor, prodott jitqies bħala li jkun konformi mal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni meta l-prodott maħsub biex jitqiegħed fis-suq ikun konformi ma’ standard applikabbli adottat minn kwalunkwe waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness V.

 

3a. Dan ir-Regolament ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aspetti tal-kummerċjalizzazzjoni li mhumiex speċifikament armonizzati b’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali dwar l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni għas-setturi jew il-prodotti li għalihom japplika l-istandard ta’ kummerċjalizzazzjoni ġenerali, sakemm dawk ir-regoli jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

Or. en

 

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 57

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 57

Artikolu 57

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu indirizzati bidliet fis-sitwazzjoni tas-suq, u l-ispeċifiċità ta’ kull settur, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tadotta u timmodifika r-rekwiżiti, u biex tidderoga minnhom, fir-rigward tal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(1), u r-regoli dwar konformità msemmija fl-Artikolu 56(3).

1. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu indirizzati bidliet fis-sitwazzjoni tas-suq, u l-ispeċifiċità ta’ kull settur, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tadotta regoli ddettaljati dwar l-istandard ta’ kummerċjalizzazzjoni ġenerali, u biex timmodifika r-rekwiżiti, u biex tidderoga minnhom, fir-rigward tal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(1),

 

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 56(3), filwaqt li jitqies il-bżonn li jkun evitat tnaqqis fl-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ġenerali sal-punt fejn tibda tonqos il-kwalità tal-prodotti Ewropej.

Or. en

 

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 59

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 59

Artikolu 59

Stabbiliment u kontenut

Stabbiliment u kontenut

1. Filwaqt li jitqiesu l-aspettattivi tal-konsumaturi u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif ukoll il-kwalità tagħhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn standards bħal dawn biex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b’mod kostanti, għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumatur, ma’ żviluppi fi standards internazzjonali rilevanti u biex tevita li jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni ta’ prodotti.

1. Filwaqt li jitqiesu l-aspettattivi tal-konsumaturi u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif ukoll il-kwalità tagħhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn standards bħal dawn, biss għal perjodu limitat u f'każijiet eċċezzjonali, biex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b’mod kostanti, għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumatur, ma’ żviluppi fi standards internazzjonali rilevanti u biex tevita li jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni ta’ prodotti.

 

Kwalunkwe deroga jew eżenzjoni li ssir b’dan il-mod ma għandhiex tinvolvi spejjeż addizzjonali li jitħallsu biss mill-bdiewa.

 

1a. Madankollu, is-setgħa tal-Kummissjoni li timmodifika d-derogi u l-eżenzjonijiet mill-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni eżistenti ma għandhiex tapplika għall-Anness VII.

2. L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru:

2. L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

(a) id-definizzjoni, id-denominazzjoni u/jew id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ, minbarra dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, u listi ta’ karkassi u partijiet minnhom li għalihom japplika l-Anness VI;

(a) id-definizzjoni, id-denominazzjoni u/jew id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ, minbarra dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, u listi ta’ karkassi u partijiet minnhom li għalihom japplika l-Anness VI, ħlief għal prodotti fis-settur tal-inbid;

(b) kriterji ta’ klassifikazzjoni bħal gradazzjoni skont il-klassijiet, il-piż, id-daqs, iż-żmien u l-kategorija;

(b) kriterji ta’ klassifikazzjoni bħal gradazzjoni skont il-klassijiet, il-piż, id-daqs, iż-żmien u l-kategorija;

(c) il-varjetà ta’ pjanti jew ir-razza ta’ annimali jew it-tip kummerċjali;

(c) l-ispeċi, il-varjetà ta’ pjanti jew ir-razza ta’ annimali jew it-tip kummerċjali;

(d) il-preżentazzjoni, deskrizzjonijiet ta’ bejgħ, tikkettar relatat ma’ standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, imballaġġ, regoli li għandhom jiġu applikati b’rabta ma’ ċentri ta’ imballaġġ, immarkar, tgeżwir, sena ta’ ħsad u użu ta’ termini speċifiċi;

(d) il-preżentazzjoni, deskrizzjonijiet ta’ bejgħ, tikkettar relatat ma’ standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, imballaġġ, regoli li għandhom jiġu applikati b’rabta ma’ ċentri ta’ imballaġġ, immarkar, tgeżwir u użu ta’ termini speċifiċi, ħlief għall-prodotti tas-settur tal-inbid;

(e) kriterji bħal dehra, konsistenza, konformazzjoni, karatteristiċi ta’ prodotti;

(e) kriterji bħal dehra, konsistenza, konformazzjoni, karatteristiċi ta’ prodotti;

(f) sustanzi speċifiċi użati fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv, purità u identifikazzjoni tagħhom;

(f) sustanzi speċifiċi użati fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv, purità u identifikazzjoni tagħhom;

(g) it-tip ta’ biedja u l-metodu ta’ produzzjoni, inklużi prattiki enoloġiċi u regoli amministrattivi relatati u ċirkwit operattiv;

(g) it-tip ta’ biedja u l-metodu ta’ produzzjoni, inklużi sistemi agronomiċi u avvanzati ta’ produzzjoni sostenibbli u regoli amministrattivi relatati u ċirkwit operattiv;

(h) taħlit ta’ most u nbid, inklużi definizzjonijiet tagħhom, taħlit u restrizzjonijiet dwarhom;

 

(i) il-metodu ta’ konservazzjoni u t-temperatura;

(i) il-metodu ta’ konservazzjoni u t-temperatura;

(j) il-post agrikolu u/jew l-oriġini;

(j) il-post agrikolu u/jew l-oriġini;

(k) il-frekwenza ta’ ġbir, konsenja, preservazzjoni u mmaniġġjar;

(k) il-frekwenza ta’ ġbir, konsenja, preservazzjoni u mmaniġġjar;

(l) l-identifikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-produttur u/jew il-faċilitajiet industrijali li fihom il-prodott ikun tħejja u ġie pproċessat;

(l) l-identifikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-produttur u/jew il-faċilitajiet industrijali li fihom il-prodott ikun tħejja u ġie pproċessat;

(m) il-perċentwali ta’ kontenut ta’ ilma;

(m) il-perċentwali ta’ kontenut ta’ ilma;

(n) ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ ċerti sustanzi u/jew prattiki;

(n) ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ ċerti sustanzi u/jew prattiki;

(o) użu speċifiku;

(o) użu speċifiku;

(p) dokumenti kummerċjali, dokumenti ta’ akkumpanjament u reġistri li għandhom jinżammu;

(p) dokumenti kummerċjali, dokumenti ta’ akkumpanjament u reġistri li għandhom jinżammu;

(q) ħażna, trasport;

(q) ħażna, trasport;

(r) il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni;

(r) il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni;

(s) il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponiment, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ prodotti li ma jkunux konformi mal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 u/jew mad-definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ kif imsemmija fl-Artikolu 60, kif ukoll id-disponiment ta’ prodotti sekondarji;

(s) il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponiment, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ prodotti li ma jkunux konformi mal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 u/jew mad-definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ kif imsemmija fl-Artikolu 60, kif ukoll id-disponiment ta’ prodotti sekondarji;

(t) skadenzi.

(t) skadenzi.

3. L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti bla preġudizzju għat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru [COM(2010)733] dwar l-iskemi tal-kwalità ta’ prodotti agrikoli, u għandhom iqisu:

3. L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar termini ta’ riżerva mhux obbligatorji tal-Artikolu 65a u l-Anness VIIa, u għandhom iqisu:

(a) l-ispeċifiċitajiet tal-prodott konċernat;

(a) l-ispeċifiċitajiet tal-prodott konċernat;

(b) il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għal tqegħid tal-prodotti fis-suq mingħajr diffikultajiet;

(b) il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għal tqegħid tal-prodotti fis-suq mingħajr diffikultajiet;

(c) l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodotti, inkluż il-post agrikolu li għandu jkun iddeterminat b’approċċ ta’ każ każ fil-livell ġeografiku adatt;

(c) l-interess tal-produtturi fil-komunikazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodotti tagħhom u l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodotti, inkluż il-post agrikolu li għandu jkun iddeterminat b’approċċ ta’ każ każ fil-livell ġeografiku adatt, wara li titwettaq valutazzjoni tal-impatt li tevalwa b’mod partikolari l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi, kif ukoll il-benefiċċji offruti lill-produtturi u l-konsumaturi aħħarin;

(d) il-metodi użati biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti;

(d) il-metodi użati biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti;

(e) ir-rakkomandazzjonijiet standard ta’ korpi internazzjonali.

(e) ir-rakkomandazzjonijiet standard ta’ korpi internazzjonali.

 

(ea) il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-prodotti u li jiġi evitat li tinħoloq bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott ikkonċernat;

 

(eb) ir-riskju possibbli tal-konsumaturi li jiġu żgwidati minħabba l-perċezzjoni stabbilita sew tagħhom tal-prodott u l-aspettattivi korrispondenti tagħhom, wara li titqies id-disponibbiltà u l-fattibbiltà tal-mezzi informattivi biex jiġu esklużi dawn ir-riskji.

Or. en

 

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 59a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 59a

 

Rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex

 

1. Prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li huma maħsuba biex jinbiegħu friski lill-konsumatur jistgħu jiġu kkumerċjalizzati biss jekk jiġi indikat il-pajjiż ta’ oriġini.

 

2. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(1), kif ukoll kwalunkwe standard ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-frott u l-ħxejjex u s-settur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, għandhom japplikaw f’kull stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni inkluż l-importazzjoni u l-esportazzjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Kummissjoni, u għandhom ikopru l-kwalità, il-kategorizzazzjoni, il-piż, id-daqs, l-ippakkjar, l-imballaġġ, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni.

 

3. Id-detentur ta’ prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati koperti mill-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni ma jistax jesponi tali prodotti, joffrihom għall-bejgħ, jew iqassamhom jew jikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor fl-Unjoni ħlief f’konformità ma’ dawk l-istandards u għandu jkun responsabbli għall-iżgurar ta’ tali konformità.

 

4. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista' tiġi adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 160, partikolarment dwar l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri tal-verifiki ta’ konformità, l-Istati Membri għandhom, fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, jiċċekkjaw selettivament, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jekk il-prodotti kkonċernati jikkonformawx mal-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni rispettivi. Dawn il-verifiki għandhom jiffukaw fuq l-istadju ta’ qabel it-twassil mill-postijiet tal-produzzjoni meta l-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati u mgħobbija. Għal prodotti minn pajjiżi terzi, il-verifiki għandhom isiru qabel ma jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera.

Or. en

 

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 59b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 59b

 

Ċertifikazzjoni għall-ħops

 

1. Prodotti mis-settur tal-ħops, maħsuda jew imħejjija fi ħdan l-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta’ ċertifikazzjoni.

 

2. Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu biss għal prodotti li għandhom il-karatteristiċi kwalitattivi minimi adatti għal stadju speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ ta’ trab tal-ħops, trab tal-ħops b’kontenut ogħla ta’ lupulina, estratt tal-ħops u prodotti mħallta tal-ħops, iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ biss jekk il-kontenut ta’ aċidu alfa f’dawn il-prodotti mhux aktar baxx minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

 

3. Iċ-ċertifikati għandhom jindikaw tal-inqas:

 

(a) il-post(ijiet) ta’ produzzjoni tal-ħops;

 

(b) is-sena (snin) ta’ ħsad; kif ukoll

 

(c) il-varjetà jew varjetajiet.

 

4. Il-prodotti tas-settur tal-ħops jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jew esportati biss jekk ikun inħareġ ċertifikat kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3.

 

Fil-każ ta’ prodotti importati mis-settur tal-ħops, l-attestazzjoni stipulata fl-Artikolu 129a għandha titqies bħala ekwivalenti għal dak iċ-ċertifikat.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tadotta miżuri li jidderogaw mill-paragrafu 4:

 

(a) sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kummerċjali ta’ ċerti pajjiżi terzi; jew

 

(b) għal prodotti intenzjonati għal użi speċjali.

 

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom:

 

(a) ma jkunux ta’ preġudizzju għall-kummerċjalizzazzjoni normali tal-prodotti li għalihom ikun inħareġ iċ-ċertifikat;

 

(b) ikunu akkumpanjati b’garanziji maħsuba biex jevitaw kwalunkwe konfużjoni ma’ dawk il-prodotti.

Or. en

 

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 60

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 60

Artikolu 60

Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ għal ċerti setturi u prodotti

Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ għal ċerti setturi u prodotti

1. Id-definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fl-Anness VI għandhom japplikaw għas-setturi jew għall-prodotti li ġejjin:

1. Id-definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fl-Anness VI għandhom japplikaw għas-setturi jew għall-prodotti li ġejjin:

(a) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;

(a) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;

(b) nbid;

(b) nbid;

(c) laħam taċ-ċanga u vitella;

(c) laħam taċ-ċanga u vitella;

(d) ħalib u prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(d) ħalib u prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(e) laħam tat-tjur;

(e) laħam tat-tjur u bajd;

(f) xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

(f) xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

2. Id-definizzjonijiet, denominazzjonijiet jew deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fl-Anness VI jistgħu jintużaw fl-Unjoni biss għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dak l-Anness.

2. Id-definizzjonijiet, denominazzjonijiet jew deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fl-Anness VI jistgħu jintużaw fl-Unjoni biss għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dak l-Anness.

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ adattament għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumatur, u għall-progress tekniku u biex jiġi evitat li jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni ta’ prodotti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar modifiki, derogi jew eżenzjonijiet fir-rigward tad-definizzjonijiet u tad-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ kif ipprovdut fl-Anness VI.

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ adattament għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumatur, u għall-progress tekniku u biex jiġi evitat li jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni ta’ prodotti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar modifiki, derogi jew eżenzjonijiet fir-rigward tad-definizzjonijiet u tad-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ kif ipprovdut fl-Anness VI.

Or. en

 

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 61

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 61

Artikolu 61

Tolleranza

Tolleranza

Filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta’ kull settur, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar tolleranza għal kull standard li lil hinn minnu l-lott kollu ta’ prodotti għandu jitqies bħala li ma jkunx konformi ma’ dak l-istandard.

1. Filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta’ kull settur, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar tolleranza għal kull standard speċifiku li lil hinn minnu l-lott kollu ta’ prodotti għandu jitqies bħala li ma jkunx konformi ma’ dak l-istandard.

 

Din it-tolleranza stabbilita fuq il-bażi ta’ livelli minimi m’għandhiex tibdel il-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodott u għandha tapplika biss għall-piż u d-daqs, u għal kriterji oħra ta’ natura minuri.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali dwar prodotti koperti minn standard ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju tal-moviment liberu tal-oġġetti.

Or. en

 

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 62

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 62

Artikolu 62

Prattiki enoloġiċi u metodi ta’ analiżi

Prattiki enoloġiċi u metodi ta’ analiżi

1. Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati skont l-Anness VII u msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 59(2) u fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 65 biss għandhom jintużaw fil-produzzjoni u l-konservazzjoni ta’ prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI fl-Unjoni.

1. Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati skont l-Anness VII u msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 65 biss għandhom jintużaw fil-produzzjoni u l-konservazzjoni ta’ prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI fl-Unjoni.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal:

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal:

(a) meraq tal-għeneb u meraq konċentrat tal-għeneb;

(a) meraq tal-għeneb u meraq konċentrat tal-għeneb;

(b) most tal-għeneb u most konċentrat tal-għeneb maħsubin għat-tħejjija ta’ meraq tal-għeneb.

(b) most tal-għeneb u most konċentrat tal-għeneb maħsubin għat-tħejjija ta’ meraq tal-għeneb.

Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati għandhom jintużaw biss biex jiġi żgurat li l-qlib tal-meraq tal-għeneb f’inbid isir sewwa, u li l-prodott jiġi ppreservat sewwa u raffinat sewwa.

Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati għandhom jintużaw biss biex jiġi żgurat li l-qlib tal-meraq tal-għeneb f’inbid isir sewwa, u li l-prodott jiġi ppreservat sewwa u raffinat sewwa.

Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI għandhom jiġu prodotti fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI għandhom jiġu prodotti fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni fejn:

Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni fejn:

(a) ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi tal-Unjoni mhux awtorizzati, jew

(a) ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi tal-Unjoni mhux awtorizzati, jew

(b) ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi nazzjonali mhux awtorizzati, jew

(b) ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi nazzjonali mhux awtorizzati, jew

(c) ma jkunux konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

(c) ma jkunux konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

 

Il-prodotti li mhumiex kummerċjabbli bi qbil mal-ħames subparagrafu għandhom jinqerdu. Permezz ta’ deroga minn din ir-regola, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ ċerti prodotti, fejn huma għandhom jiddeterminaw il-karatteristiċi tagħhom, minn distilleriji jew fabbriki tal-ħall jew għal skopijiet industrijali, sakemm din l-awtorizzazzjoni ma ssirx inċentiv għall-produzzjoni permezz ta’ prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati.

2. Meta tawtorizza prattiki enoloġiċi għall-inbid kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 59(2), il-Kummissjoni għandha:

2. Meta tagħmel proposti dwar il-prattiki enoloġiċi għall-inbid kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha:

(a) tibbaża lilha nfisha fuq prattiki enoloġiċi u metodi ta’ analiżi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV, kif ukoll fuq ir-riżultati ta’ użu sperimentali ta’ prattiki enoloġiċi li għadhom mhux awtorizzati;

(a) b'kunsiderazzjoni tal-prattiki enoloġiċi u metodi ta’ analiżi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV, kif ukoll fuq ir-riżultati ta’ użu sperimentali ta’ prattiki enoloġiċi li għadhom mhux awtorizzati;

(b) tqis il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

(b) tqis il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

(c) tqis li jista’ jkun hemm riskju li konsumaturi jiġu żgwidati minħabba l-aspettattivi u l-perċezzjonijiet tagħhom, wara li jkunu kkunsidrati d-disponibbiltà u l-fattibbiltà ta’ mezzi informattivi biex riskji bħal dawn ikunu esklużi;

(c) tqis li jista’ jkun hemm riskju li konsumaturi jiġu żgwidati minħabba l-perċezzjonijiet stabbiliti sew tal-prodott u l-aspettattivi korrispondenti, wara li jkunu kkunsidrati d-disponibbiltà u l-fattibbiltà ta’ mezzi informattivi li jippermettu li riskji bħal dawn ikunu esklużi;

(d) tħalli l-preservazzjoni tal-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-inbid u ma toħloqx bidla sustanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott konċernat;

(d) tħalli l-preservazzjoni tal-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-inbid u ma toħloqx bidla sustanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott konċernat;

(e) tiżgura livell minimu aċċettabbli ta’ kura ambjentali;

(e) tiżgura livell minimu aċċettabbli ta’ kura ambjentali;

(f) tħares ir-regoli ġenerali fir-rigward ta’ prattiki enoloġiċi u r-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

(f) tħares ir-regoli ġenerali fir-rigward ta’ prattiki enoloġiċi u r-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

3. Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tadotta metodi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 59(3) għall-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq kwalunkwe metodu rilevanti rakkomandat u pppublikat mill-OIV, sakemm ma jkunux ineffikaċi jew mhux xierqa fid-dawl tal-oġettiv leġittimu persegwit. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

3. Il-metodi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 59(3) għall-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VI għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja kif stipulat fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat. Dawn il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq kwalunkwe metodu rilevanti rakkomandat u ppubblikat mill-OIV, sakemm ma jkunux ineffikaċi jew mhux xierqa fid-dawl tal-objettiv persegwit mill-Unjoni.

Sakemm jiġu adotatti dawn ir-regoli, il-metodi li għandhom jiġu użati għandhom ikunu dawk permessi mill-Istat Membru kkonċernat.

Sakemm jiġu adotatti dawn id-dispożizzjonijiet, il-metodi u r-regoli li għandhom jiġu użati għandhom ikunu dawk permessi mill-Istat Membru kkonċernat.

Or. en

 

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 65

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 65

Artikolu 65

Regoli nazzjonali għal ċerti prodotti u setturi

Regoli nazzjonali għal ċerti prodotti u setturi

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet għall-Artikolu 59(1), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jistabbilixxu livelli differenti tal-kwalità għal xaħmijiet li jiddellku. Tali egoli għandhom jippermettu li dawk il-livelli tal-kwalità jiġu vvalutati abbażi ta’ kriterji relatati partikolarment mal-materja prima użata, mal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodotti u mal-istabbiltà fiżika u mikrobijoloġika tagħhom.

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet għall-Artikolu 59(1), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jistabbilixxu livelli differenti tal-kwalità għal xaħmijiet li jiddellku. Tali egoli għandhom jippermettu li dawk il-livelli tal-kwalità jiġu vvalutati abbażi ta’ kriterji relatati partikolarment mal-materja prima użata, mal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodotti u mal-istabbiltà fiżika u mikrobijoloġika tagħhom.

Stati Membri li jagħmlu użu mill-għażla pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li prodotti ta’ Stati Membri oħra li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn dawk ir-regoli nazzjonali jkunu jistgħu, b’mod mhux diskriminatorju, jużaw termini lipermezz jiddikjaraw li dawk il-kriterji jkunu qed jitħarsu.

Stati Membri li jagħmlu użu mill-għażla pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li prodotti ta’ Stati Membri oħra li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn dawk ir-regoli nazzjonali jkunu jistgħu, b’mod mhux diskriminatorju, jużaw termini lipermezz jiddikjaraw li dawk il-kriterji jkunu qed jitħarsu.

2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti prattiki enoloġiċi u jagħmlu regoli aktar strinġenti għall-inbejjed awtorizzati skont il-liġijiet tal-Unjoni magħmulin fit-territorju tagħhom bil-għan li jsaħħu aktar il-preservazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta u tal-inbejjed spumanti u nbejjed likuri.

2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti prattiki enoloġiċi u jagħmlu regoli aktar strinġenti għall-inbejjed awtorizzati skont il-liġijiet tal-Unjoni magħmulin fit-territorju tagħhom bil-għan li jsaħħu aktar il-preservazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta u tal-inbejjed spumanti u nbejjed likuri.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu sperimentali ta’ prattiki onoloġiċi mhux awtorizzati bil-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-paragrafu 4.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu sperimentali ta’ prattiki onoloġiċi mhux awtorizzati bil-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-paragrafu 4.

4. Filwaqt li tqis il-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u trasparenti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll il-kundizzjonijiet għaż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-prodotti miksubin mill-prattiki sperimentali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

4. Filwaqt li tqis il-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u trasparenti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll il-kundizzjonijiet għaż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-prodotti miksubin mill-prattiki sperimentali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

 

4a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal setturi jew prodotti, sakemm dawn il-miżuri jkunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  169

Proposta għal regolament

Taqsima II – Titolu II– Kapitolu I – Taqsima 1 - Subtaqsima 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

SUBTAQSIMA 3a

 

TERMINI RIŻERVATI FAKULTATTIVI

 

Artikolu 65a

 

Kamp ta’ applikazzjoni

 

Qed tiġi stabbilita skema għat-termini riżervati fakultattivi biex il-produtturi tal-prodotti agrikoli li jkollhom karatteristiċi jew attributi ta’ valur miżjud ikunu mgħejuna biex jikkomunikaw dawn il-karatteristiċi jew attributi fis-suq intern, u b’mod partikolari sabiex jingħata appoġġ lil standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni u tikkumplimentahom.

 

Artikolu 65b

 

Termini riżervati fakultattivi eżistenti

 

1. It-termini riżervati fakultattivi koperti minn din l-iskema fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness VIIa għal dan ir-Regolament, flimkien mal-atti li jistabbilixxu t-termini kkonċernati u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

 

2. It-termini riżervati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ, soġġetti għal kwalunkwe emenda, sakemm ma jitħassrux skont l-Artikolu 65c.

 

Artikolu 65c

 

Riżervar, emendar u tħassir tat-termini riżervati fakultattivi

 

Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, is-sitwazzjoni tas-suq u l-iżviluppi fl-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 160, li:

 

(a) tirriżerva terminu riżervat fakultattiv addizzjonali, filwaqt li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu,

 

(b) temenda l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ terminu riżervat fakultattiv, jew

 

(c) tħassar terminu riżervat fakultattiv.

 

Artikolu 65d

 

Termini riżervati fakultattivi addizzjonali

 

1. Terminu għandu jkun eliġibbli biex ikun terminu riżervat fakultattiv addizzjonali sakemm jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

(a) it-terminu jkollu x’jaqsam ma’ karatteristika ta’ prodott jew ma’ attribut tal-agrikoltura jew tal-ipproċessar u jkollu x’jaqsam ma’ standard tal-kummerċjalizzazzjoni, mill-perspettiva ta’ approċċ li jqis kull settur individwalment;

 

(b) l-użu tat-terminu jżid il-valur tal-prodott meta mqabbel ma’ prodotti ta’ tip simili, u

 

(c) il-prodott ikun tqiegħed fis-suq bil-karatteristika jew l-attribut imsemmija fil-punt (a) identifikati għall-konsumaturi f’diversi Stati Membri.

 

Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti u t-termini riżervati attwali li jeżistu għall-prodotti jew għas-setturi involuti.

 

2. Termini fakultattivi li jiddeskrivu l-kwalitajiet tekniċi ta’ prodott sabiex jiġu implimentati standards tal-kummerċjalizzazzjoni obbligatorji u li mhumiex maħsuba biex jinformaw lill-konsumaturi dwar dawk il-kwalitajiet tal-prodott ma għandhomx ikunu riżervati taħt din l-iskema.

 

3. Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċjali ta’ ċerti setturi, kif ukoll l-aspettativi tal-konsumatur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 160 dwar regoli dettaljati li jkollhom x’jaqsmu mar-rekwiżiti għall-ħolqien tat-termini riżervati fakultattivi addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 1.

 

Artikolu 65e

 

Restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ termini riżervati fakultattivi

 

1. Terminu riżervat fakultattiv jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-użu applikabbli.

 

2. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri adatti biex jiżguraw li t-tikkettar ta’ prodott ma joħloq l-ebda konfużjoni mat-termini riżervati fakultattivi.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 160 li jistipula r-regoli dwar l-użu tat-termini riżervati fakultattivi.

Or. en

 

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 66

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 66

Artikolu 66

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dispożizzjonijiet ġenerali

Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi u l-karattru speċjali ta’ ċerti prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li bihom prodotti importati jitqiesu li jkollhom livell ekwivalenti ta’ konformità mal-istandards tal-Unjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u l-kundizzjonijiet li jippermettu deroga mill-Artikolu 58, u li jiddeterminaw ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti esportati mill-Unjoni.

Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-karattru speċjali ta’ ċerti prodotti agrikoli, u l-ħtieġa li jiġi garantit li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati minħabba l-perċezzjoni stabbilita tagħhom tal-prodotti u l-aspettattivi korrispondenti tagħhom, jistgħu jiġu adottati miżuri skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat biex jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li bihom prodotti importati jitqiesu li jkollhom livell ekwivalenti ta’ konformità mal-istandards tal-Unjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u li jiddeterminaw ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti esportati mill-Unjoni.

Or. en

 

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 67

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 67

Artikolu 67

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ nbid

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ nbid

1. Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ denominazzjoni ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar ta’ nbid stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu u fid-definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ msemmija fl-Artikolu 60 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal prodotti importati fl-Unjoni u li jkunu tal-kodiċijiet NM 2009 61, 2009 69 u 2204.

1. Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ denominazzjoni ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar ta’ nbid stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu u fid-definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ msemmija fl-Artikolu 60 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal prodotti importati fl-Unjoni u li jkunu tal-kodiċijiet NM 2009 61, 2009 69 u 2204.

2. Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu magħmulin skont prattiki enoloġiċi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni skont dan ir-Regolament.

2. Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu magħmulin skont prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni skont dan ir-Regolament.

 

Miżuri ta’ deroga minn dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja kif stipulat fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

3. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’:

3. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’:

(a) ċertifikat li juri konformità mad-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, magħmul minn korp kompetenti u inkluż f’lista li għandha ssir pubblika mill-Kummissjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott;

(a) ċertifikat li juri konformità mad-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, magħmul minn korp kompetenti u inkluż f’lista li għandha ssir pubblika mill-Kummissjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott;

(b) rapport ta’ analiżi magħmul minn korp jew dipartiment maħtur mill-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott, jekk il-prodott ikun maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.

(b) rapport ta’ analiżi magħmul minn korp jew dipartiment maħtur mill-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott, jekk il-prodott ikun maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.

Or. en

 

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 67a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 67a

 

Setgħat ddelegati

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 160 li jistabbilixxu:

 

(a) regoli għall-interpretazzjoni u l-infurzar tad-definizzjonijeit u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ ipprovduti fl-Anness VI;

 

(b) regoli dwar il-proċeduri nazzjonali rigward l-irtirar u l-qerda tal-prodotti tal-inbid li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Or. en

 

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 68

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 68

Artikolu 68

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri meħtieġa relatati ma’ din it-Taqsima u partikolarment:

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri meħtieġa relatati ma’ din it-Taqsima:

(a) għall-implimentazzjoni tal-istandard ġenerali għall-kummerċjalizzazzjoni;

 

(b) għall-implimentazzjoni tad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ ipprovduti fl-Anness VI;

 

(c) biex issir lista ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 5 tal-Parti III tal-Anness VI, u ta’ xaħmijiet li jiddellku msemmija fil-punt (a) tas-sitt paragrafu tal-Parti VI tal-Anness VI, abbażi ta’ listi indikattivi ta’ prodotti li l-Istati Membri jqisu li jikkorrispondu fit-territorju tagħhom għal dawk id-dispożizzjonijiet u li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni;

(c) biex issir lista ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 5 tal-Parti III tal-Anness VI, u ta’ xaħmijiet li jiddellku msemmija fil-punt (a) tas-sitt paragrafu tal-Parti VI tal-Anness VI, abbażi ta’ listi indikattivi ta’ prodotti li l-Istati Membri jqisu li jikkorrispondu fit-territorju tagħhom għal dawk id-dispożizzjonijiet u li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni;

(d) għall-implimentazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott, inklużi r-regoli dettaljati għat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni ta’ prodotti;

(d) għall-implimentazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott, inklużi r-regoli dettaljati għat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni ta’ prodotti;

(e) biex jiġi ddeterminat jekk prodotti jkunux għaddew minn proċessi kuntrarji għall-prattiki enoloġiċi awtorizzati;

(e) biex jiġi ddeterminat jekk prodotti jkunux għaddew minn proċessi kuntrarji għall-prattiki enoloġiċi awtorizzati;

(f) biex jiġi ffissat il-livell ta’ tolleranza;

(f) biex jiġi ffissat il-livell ta’ tolleranza;

(g) għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 66.

(g) għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 66.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Or. en

 

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 69

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 69

Artikolu 69

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VI.

1. Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VI.

2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:

2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:

(a) li jkunu protetti l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-produtturi;

(a) li jkunu protetti l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-produtturi;

(b) li tiġi żgurata l-operazzjoni mingħajr diffikultajiet tas-suq intern għall-prodotti konċernati; kif ukoll

(b) li tiġi żgurata l-operazzjoni mingħajr diffikultajiet tas-suq intern għall-prodotti konċernati; kif ukoll

(c) li tiġi promossa l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità, waqt li jitħallew miżuri nazzjonali ta’ politika tal-kwalità.

(c) li tiġi promossa l-produzzjoni ta’ prodotti taħt skemi ta’ kwalità, waqt li jitħallew miżuri nazzjonali ta’ politika tal-kwalità.

Or. en

 

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 70

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 70

Artikolu 70

Definizzjonijiat

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "denominazzjoni ta’ oriġini” għandha tfisser l-isem ta’ reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikabbli kif xieraq, ta’ pajjiż użat biex ikun deskritt prodott imsemmi fl-Artikolu 69(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) "denominazzjoni ta’ oriġini” għandha tfisser l-isem ta’ reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikabbli kif xieraq, ta’ pajjiż użat biex ikun deskritt prodott imsemmi fl-Artikolu 69(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i) il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott ikunu essenzjalment jew esklussivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi inerenti naturali u umani tiegħu;

(i) il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott ikunu essenzjalment jew esklussivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi inerenti naturali u umani tiegħu;

(ii) l-għeneb li minnu jsir il-prodott jiġi esklussivament minn dik iż-żona ġeografika;

(ii) l-għeneb li minnu jsir il-prodott jiġi esklussivament minn dik iż-żona ġeografika;

(iii) il-produzzjoni ssir f’dik iż-żona ġeografika; kif ukoll

(iii) il-produzzjoni ssir f’dik iż-żona ġeografika; kif ukoll

(iv) il-prodott jinkiseb minn varjetajiet ta’ dwieli li jkunu ta’ Vitis vinifera;

(iv) il-prodott jinkiseb minn varjetajiet ta’ dwieli li jkunu ta’ Vitis vinifera;

(b) "indikazzjoni ġeografika” għandha tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikabbli kif xieraq, pajjiż, użata biex tiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 69(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(b) "indikazzjoni ġeografika” għandha tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikabbli kif xieraq, pajjiż, użata biex tiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 69(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i) ikollu kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi attribwibbli lil dik l-oriġini ġeografika;

(i) ikollu kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi attribwibbli lil dik l-oriġini ġeografika;

(ii) mill-anqas 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tiegħu jiġi esklussivament minn dik iż-żona ġeografika;

(ii) mill-anqas 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tiegħu jiġi esklussivament minn dik iż-żona ġeografika;

(iii) il-produzzjoni ssir f’dik iż-żona ġeografika; kif ukoll

(iii) il-produzzjoni ssir f’dik iż-żona ġeografika; kif ukoll

(iv) jinkiseb minn varjetajiet ta’ dwieli ta’ Vitis vinifera jew minn inkroċju bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis.

(iv) jinkiseb minn varjetajiet ta’ dwieli ta’ Vitis vinifera jew minn inkroċju bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis.

 

1a. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti (a)(iii) u (b)(iii) tal-paragrafu 1, “produzzjoni” għandha tkopri l-operazzjonijiet kollha involuti, mill-ħsad tal-għeneb sat-tmiem tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, ħlief għal kwalunkwe proċess li jiġi wara l-produzzjoni.

 

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, il-porzjon massimu tal-għeneb ta’ 15 %, li jista’ joriġina minn barra ż-żona ġeografika demarkata għandu jiġi mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz li fih tkun tinsab iż-żona demarkata.

 

B’deroga mill-punti a) (iii) u b) (iii) tal-paragrafu 1, u suġġett li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott iddefinit fl-Artikolu 71(2) jistipulah, prodott li b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jista’ jiġi pproċessat f’inbid:

 

(a) f’żona li tkun qiegħda viċin sew taż-żona ddemarkata kkonċernata;

 

(b) f’żona li tkun tinsab fl-istess unità amministrattiva jew f’unità amministrattiva viċina, kif definit mil-liġi nazzjonali;

 

(c) fil-każ ta’ denominazzjoni ta’ oriġini transfruntiera jew indikazzjoni ġeografika transfruntiera, jew fil-każ fejn ikun jeżisti ftehim dwar il-miżuri ta’ kontroll bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, f’żona li tkun tinsab qrib sew taż-żona ddemarkata inkwistjoni.

 

B’deroga mill-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1 u mit-tielet subparagafu ta’ dan il-paragrafu, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott stipulata fl-Artikolu 71(2) tkun tipprovdi dan, prodott jista’ jiġi pproċessat f’inbid spumanti jew f’inbid semifrizzanti b’denominazzjoni protetta tal-oriġini lil hinn miż-żona li tkun tinsab immedjatament viċin taż-żona ddemarkata inkwistjoni jekk din il-prattika kienet tintuża qabel l-1 ta’ Marzu 1986.

2. Ċerti ismijiet tradizzjonalment użati għandhom jikkostitwixxu denominazzjoni ta’ oriġini fejn huma:

2. Ċerti ismijiet tradizzjonalment użati għandhom jikkostitwixxu denominazzjoni ta’ oriġini fejn huma:

(a) jiddenominaw inbid;

(a) jiddenominaw inbid;

(b) jirreferu għal isem ġeografiku;

(b) jirreferu għal isem ġeografiku;

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (i) sa (iv) tal-paragrafu 1(a); kif ukoll

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (i) sa (iv) tal-paragrafu 1(a); kif ukoll

(d) jgħaddu mill-proċedura li ttihom protezzjoni għal denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita f’din is-Subtaqsima.

(d) jgħaddu mill-proċedura li ttihom protezzjoni għal denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita f’din is-Subtaqsima.

3. Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi dawk relatati ma’ żoni ġeografiċi f’pajjiżi terzi, għandhom ikunu eliġibbli għal protezzjoni fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti f’din is-Subtaqsima.

3. Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi dawk relatati ma’ żoni ġeografiċi f’pajjiżi terzi, għandhom ikunu eliġibbli għal protezzjoni fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti f’din is-Subtaqsima.

Or. en

 

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 71

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 71

Artikolu 71

Applikazzjonijiet għal protezzjoni

Applikazzjonijiet għal protezzjoni

1. L-applikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ ismijiet bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih:

1. L-applikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ ismijiet bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih:

(a) l-isem li għandu jiġi protett;

(a) l-isem li għandu jiġi protett;

(b) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(b) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(c) speċifikazzjoni ta’ prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; kif ukoll

(c) speċifikazzjoni ta’ prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; kif ukoll

(d) dokument wieħed li jiġbor fil-qosor l-ispeċifikazzjoni ta’ prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

(d) dokument wieħed li jiġbor fil-qosor l-ispeċifikazzjoni ta’ prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

2. L-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għandha tgħin lill-partijiet interessati biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

2. L-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għandha tgħin lill-partijiet interessati biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

 

Din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tal-anqas tikkonsisti minn:

 

(a) l-isem li għandu jiġi protett;

 

(b) deskrizzjoni tal-inbid (inbejjed) u, b’mod partikolari;

 

(i) għal inbejjed b’denominazzjoni ta' oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ewlenin tagħhom;

 

(ii) għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom;

 

(c) fejn ikun applikabbli, l-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati fil-produzzjoni tal-inbid (inbejjed) kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti dwar il-produzzjoni tal-inbid (inbejjed);

 

(d) id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika kkonċernata;

 

(e) il-qligħ massiu għal kull ettaru;

 

(f) indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid (jew jinkisbu l-inbejjed);

 

(g) id-dettalji li jag]tu prova li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 70(1)(a) jew, kif ikun il-każ, fl-Artikolu 70(1)(b)(i), ikunu ġew imħarsa;

 

(h) kwalunkwe rekwiżit applikabbli dwar il-produzzjoni tal-prodott b’DPO jew IĠP stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew f’dik nazzjonali jew, fejn ikun previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li tamministra d-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

 

(i) l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u tal-kompiti speċifiċ tagħhom.

 

Ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (h) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

3. Fejn applikazzjoni għal protezzjoni tkun dwar żona ġeografika f’pajjiż terz, b’żieda mal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, din l-applikazzjoni għandha tinkludi prova li l-isem konċernat huwa protett fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

3. Fejn applikazzjoni għal protezzjoni tkun dwar żona ġeografika f’pajjiż terz, b’żieda mal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, din l-applikazzjoni għandha tinkludi prova li l-isem konċernat huwa protett fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

Or. en

 

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 73

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 73

Artikolu 73

Proċedura nazzjonali preliminari

Proċedura nazzjonali preliminari

1. Applikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 71 għal inbejjed li joriġinaw fl-Unjoni, għandhom ikunu suġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari.

1. Applikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 71 għal inbejjed li joriġinaw fl-Unjoni, għandhom ikunu suġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari.

 

1a. L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tintbagħat lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu toriġina d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

 

L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni sabiex jivverifika jekk tilħaqx il-kundizzjonijiet stipulati f’din is-Subtaqsima.

 

L-Istat Membru għandu jiżgura l-pubblikazzjoni xierqa fil-livell nazzjonali tal-applikazzjoni u jipprovdi għal perjodu ta’ mill-anqas xahrejn mid-data ta’ pubblikazzjoni fejn jistgħu jitressqu obbligi bil-miktub għall-protezzjoni proposta. Dawn l-oġġezzjonijiet għandhom fl-għamla ta’ dikjarazzjoni debitament sostanzjata u jistgħu jsiru minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun tgħix jew stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru, li jkollha interess leġittimu.

2. Jekk l-Istat Membru jqis li d-denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika ma tissodisfax ir-rekwiżiti jew tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni , huwa għandu jiċħad l-applikazzjoni.

2. Jekk l-Istat Membru jqis li d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima jew tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni , huwa għandu jiċħad l-applikazzjoni.

3. Jekk l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti jkunu ġew issodisfati, huwa għandu jesegwixxi proċedura nazzjonali li tiżgura pubblikazzjoni adegwata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott mill-anqas fuq l-Internet.

3. Jekk l-Istat Membru jqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima huma mħarsa, huwa għandu:

 

(a) jiżgura pubblikazzjoni xierqa, tal-anqas fuq l-Internet, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 71(1);

 

(b) jibgħat applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-protezzjoni li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

 

(i) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

 

(ii) id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 71(1)(d);

 

(iii) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jikkunsidra li l-applikazzjoni mibgħuta mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; kif ukoll

 

(iv) ir-referenza għall-pubblikazzjoni li tkun saret skont il-punt (a).

 

L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew tkun akkumpanjata minn traduzzjoni ċertifikata f’waħda minn dawk il-lingwi.

Or. en

 

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 79

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 79

Artikolu 79

Relazzjonijiet ma’ trademarks

Relazzjonijiet ma’ trademarks

1. Fejn denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun protetta skont dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li li l-użu tagħha jaqa' taħt l-Artikolu 80(2) u li jkollha rabta ma’ prodott ta’ waħda mill-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VI, għandha tiġi rrifjutata jekk l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tad-trademark tintbagħat wara d-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni u d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tiġi sussegwentement protetta.

1. Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li tinkludi denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika li huma protetti skont dan ir-Regolament, jew li hi kostitwita b'tali denominazzjoni jew indikazzjoni, li l-użu tagħha jaqa' taħt l-Artikolu 80(2) u li jkollha rabta ma’ prodott ta’ waħda mill-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VI, għandha tiġi rrifjutata jekk l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tad-trademark tintbagħat wara d-data li fiha tkun ippreżentata l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni u d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tiġi sussegwentement protetta.

Trademarks reġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

Trademarks reġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

2. Bla preġudizzju għall-Artikolu 78(2), trademark li l-użu tagħha jkun skont l-Artikolu 80(2), li tkun saret applikazzjoni għaliha u li tkun irreġistrata jew stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà tkun ipprovduta mil-leġiżlazzjoni konċernata, fit-territorju tal-Unjoni qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għal protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika tintbagħat lill-Kummissjoni, tista’ tkompli tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, bil-kundizzjoni li ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew ir-revoka tad-trademark skont id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks jew bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

2. Bla preġudizzju għall-Artikolu 78(2), trademark li l-użu tagħha jkun skont l-Artikolu 80(2), li tkun ġiet depożitata, irreġistrata jew miksuba bl-użu bona fide, jekk dik il-possibbiltà tkun ipprovduta mil-leġiżlazzjoni konċernata, fit-territorju tal-Unjoni jew qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għal protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew għall-indikazzjoni ġeografika fil-pajjiż tal-oriġini, jew qabel l-1 ta’ Jannar 1996, tista’ tkompli tintuża minkejja l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, bil-kundizzjoni li ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew ir-revoka tat-trademark skont id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks jew bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark Komunitarja.

F’każijiet bħal dawn l-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għandu jkun permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

F’każijiet bħal dawn l-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għandu jkun permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

Or. en

 

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 82

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 82

Artikolu 82

Emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti

Emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti

1. Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 86(4) jista’ japplika għal approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f’tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi ddefinita mill-ġdid iż-żona ġeografika konċernata. L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom.

1. Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72 jista’ japplika għal approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f’tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi ddefinita mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jiddikjaraw l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom.

 

B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi kkonċernati, jew l-awtorità kompetenti tagħhom, jistgħu japplikaw għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed skont l-Artikolu 84(1).

 

1a. Meta l-emenda proposta tinvolvi waħda jew aktar emendi fid-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 71(1)(d), l-Artikoli 73 sa 76 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjoni tal-emenda. Madankollu, jekk l-emenda proposta tkun waħda minuri biss, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk tapprovax l-applikazzjoni mingħajr ma ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 74(2) u fl-Artikolu 75 u, fil-każ li tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-elementi msemmija fl-Artikolu 74(3). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

 

1b. Fejn l-emenda proposta ma tinvolvi l-ebda bidla fid-dokument uniku, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

 

(a) meta ż-żona ġeografika kkonċernata tkun fi Stat Membru partikolari, dak l-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar l-emenda u, fil-każ ta’ approvazzjoni, għandu jippubblika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata u jinforma lill-Kummissjoni dwar l-emendi approvati u r-raġunijiet għalihom;

 

(b) fejn iż-żona ġeografika kkonċernata tkun f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk tapprovax l-emenda proposta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 84

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 84

Artikolu 84

Ismijiet ta’ nbejjed eżistenti protetti

Ismijiet ta’ nbejjed eżistenti protetti

1. Ismijiet ta’ nbejjed, li jkunu protetti skont l-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002, għandhom ikunu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tagħhom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament.

1. Ismijiet ta’ nbejjed, imsemmija fl-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002, għandhom ikunu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tagħhom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-pass formali korrispondenti li tneħħi ismijiet ta’ nbejjed li għalihom japplika l-Artikolu 191(3) tar-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 81 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jneħħu l-ismijiet ta’ nbejjed li għalihom japplika l-Artikolu 118s(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 81. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

3. L-Artikolu 83 m’għandux japplika għal ismijiet eżistenti protetti tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3. L-Artikolu 83 m’għandux japplika għal ismijiet eżistenti protetti tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tħassar il-protezzjoni ta’ ismijiet eżistenti protetti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk dawn ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 70.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tħassar il-protezzjoni ta’ ismijiet eżistenti protetti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk dawn ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 70.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

4. Għall-Kroazja, l-ismijiet tal-inbid ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea* għandhom ikunu protetti skont dan ir-Regolament, soġġett għal eżitu favorevoli tal-proċedura ta’ oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru ipprovdut fl-Artikolu 81.

4. Għall-Kroazja, l-ismijiet tal-inbid ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu protetti skont dan ir-Regolament, soġġett għal eżitu favorevoli tal-proċedura ta’ oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru ipprovdut fl-Artikolu 81.

Or. en

 

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 86

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 86

Artikolu 86

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta:

2. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta:

(a) il-prinċipji għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika, u

(a) id-dettalji addizzjonali għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika, u

(b) id-definizzjonijiet, ir-restrizzjonijiet u d-derogi fir-rigward tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

(b) ir-restrizzjonijiet u d-derogi fir-rigward tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tipprovdi l-kundizzjonijiet li bihom speċifikazzjonijiet ta’ prodotti jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali.

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tipprovdi l-kundizzjonijiet li bihom speċifikazzjonijiet ta’ prodotti jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali.

4. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet u l-interessi leġittimi ta’ produtturi jew ta’ operaturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli dwar:

4. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet u l-interessi leġittimi ta’ produtturi jew ta’ operaturi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli dwar:

(a) l-elementi tal-ispeċifikazzjoni ta’ prodott;

 

(b) it-tip ta’ applikant li jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(b) it-tip ta’ applikant li jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(c) il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, proċeduri nazzjonali preliminari, skrutinju mill-Kummissjoni, proċedura ta’ oġġezzjoni, u proċeduri għal emendi, kanċellazzjoni u konverżjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(c) il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, skrutinju mill-Kummissjoni, proċedura ta’ oġġezzjoni, u proċeduri għal emendi, kanċellazzjoni u konverżjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(d) il-kundizzjonijiet applikabbli għal applikazzjonijiet transkonfinali;

(d) il-kundizzjonijiet applikabbli għal applikazzjonijiet transkonfinali;

(e) il-kundizzjonijiet għal applikazzjonijiet fir-rigward ta’ żoni ġeografiċi f’pajjiż terz;

(e) il-kundizzjonijiet għal applikazzjonijiet fir-rigward ta’ żoni ġeografiċi f’pajjiż terz;

(f) id-data li minnha protezzjoni jew emenda għal protezzjoni għandha tapplika;

(f) id-data li minnha protezzjoni jew emenda għal protezzjoni għandha tapplika;

(g) il-kundizzjonijiet relatati ma’ emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti.

(g) il-kundizzjonijiet relatati ma’ emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti u l-kundizzjonijiet li taħthom emenda għandha tiġi kkunsidrata skont it-tifsira tal-Artikolu 82(1a).

5. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni adegwata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta restrizzjonijiet dwar l-isem protett.

5. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni adegwata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta restrizzjonijiet dwar l-isem protett.

6. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi u awtoritajiet kompetenti ma jigux ippreġudikati bl-applikazzjoni ta’ din is-Subtaqsima fir-rigward ta’ ismijiet ta’ nbejjed li ngħataw protezzjoni qabel l-1 ta’ Awwissu 2009 jew li għalihom kienet saret applikazzjoni għal protezzjoni qabel dik id-data, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward ta’:

 

(a) ismijiet ta’ nbejjed rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi sal-1 ta’ Awwissu 2009 u ismijiet ta’ nbejjed li għalihom kienet saret applikazzjoni għal protezzjoni qabel dik id-data;

 

(b) il-proċedura nazzjonali preliminari;

 

(c) l-inbejjed imqiegħdin fis-suq jew b’tikketta qabel data speċifika; kif ukoll

 

(d) emendi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodotti.

 

Or. en

 

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-termini tradizzjonali għandhom jiġu rikonoxxuti, definiti u protetti mill-Kummissjoni.

Or. en

 

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. It-termini tradizzjonali huma protetti, unikament fil-lingwa u għall-kategoriji ta’ prodotti tad-dielja indikati fl-applikazzjoni, kontra:

 

(a) kwalunkwe użu ħażin, anke jekk it-terminu protett ikun akkumpanjat b'espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi espressjoni simili;

 

(b) kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tan-natura, il-karatteristiċi jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li jidher fuq il-preparazzjoni jew l-ippakkjar, fuq ir-reklamar jew fuq id-dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat;

 

(c) kwalunkwe prattika oħra li tista’ tinganna lill-konsumatur u b’mod partikolari tagħti l-impressjoni li l-inbid jibbenefika minn terminu tradizzjonali protett.

Or. en

 

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Meta terminu tradizzjonali hu protett skont dan ir-regolament, ir-reġistrazzjoni tal-marka, li l-użu tagħha jmur kontra l-Artikolu 89c, għandu jiġi vvalutat bi qbil mad-Direttiva 2008/95/KE jew Regolament (KE) Nru 207/2009.

 

Il-marki kummerċjali rreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddikjarati invalidi mal-applikazzjoni skont il-proċeduri applikabbli kif speċifikat bid-Direttiva 2008/95/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 207/2009.

 

Marka kummerċjali li tikkorrispondi għall-waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 197(3), u li ġiet mitluba, irreġistrata jew stabbilita mill-użu, jekk din l-opportunità hija stipulata fil-liġi kkonċernata, fit-territorju tal-Unjoni wara l-4 ta’ Mejju 2002 jew qabel id-data ta’ sottomissjoni mal-Kummissjoni tal-applikazzjoni ta’ protezzjoni tat-terminu tradizzjonali, tista’ tkompli tiġi użata u mġedda minkejja l-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali. F’każijiet bħal dawn, l-użu parallel tat-terminu tradizzjonali u tal-marka korrispondenti hija permessa.

 

Ebda isem mhu protett sakemm it-terminu tradizzjonali jekk, minħabba r-reputazzjoni u n-notorjetà ta’ marka kummerċjali, il-protezzjoni tista’ tinganna l-konsumatur fir-rigward tal-identità, in-natura, il-karatteristiċi jew il-kwalità reali tal-inbid.

Or. en

 

Emenda  185

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Terminu, li għalih tintbagħat applikazzjoni, u jkun interament jew parzjalment omonimu ma’ dak ta’ terminu tradizzjonali li diġà huwa protett taħt dan il-Kapitolu, għandu jiġi protett b’kunsiderazzjoni xierqa tal-użu lokali u tradizzjonali u r-riskju ta’ konfużjoni. Terminu omonimu li jinganna l-konsumaturi fir-rigward tan-natura, il-kwalità jew l-oriġini reali tal-prodotti mhuwiex irreġistrat anke jekk dan huwa eżatt.

 

L-użu ta’ terminu omonimu protett huwa awtorizzat biss jekk it-terminu omonimu protett wara huwa fil-fatt iddiffirenzjat biżżejjed mit-terminu tradizzjonali diġà protett, meta titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat trattament ugwali għall-produtturi kkonċernati u biex il-konsumatur ma jiġix ingannat.

Or. en

 

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru jew minn pajjiż terz, jew minn kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li għandhom interess leġittimu jistgħu joġġezzjonaw għall-proposta ta' rikonoxximent billi jressqu talba ta' oġġezzjoni.

Or. en

 

Emenda  187

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e. Applikant jista' japplika għal approvazzjoni ta' modifika ta' terminu tradizzjonali, tal-lingwa indikata, tal-inbid jew l-inbejjed ikkonċernati jew tas-sommarju tad-definizzjoni jew tal-kundizzjonijeit tal-użu tat-terminu kkonċernat.

Or. en

 

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1f. Il-Kummissjoni tista' abbażi ta' talba sustanzjata minn Stat Membru, pajjiż terz jew minn persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jinkludu d-deċiżjoni li tikkanċella l-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali jekk ma tilħaqx id-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 89.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 89a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 89a

 

Kundizzjonijiet għall-użu ta' termini tradizzjonali

 

1. It-terminu li għandu jiġi protett għandu jkun jew:

 

(a) Fil-lingwa(i) uffiċjali jew fil-lingwa(i) reġjonali tal-istat Membru jew ta' pajjiż terz minn fejn joriġina t-terminu; jew

 

(b) fil-lingwa użata fil-kummerċ għal dan it-terminu.

 

2. It-terminu użat f’lingwa partikolari jirreferi għall-prodotti speċifiċi msemmija fl-Artikolu 69(1).

 

3. It-terminu għandu jiġi reġistrat bl-ortografija oriġinali.

Or. en

 

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 89b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 89b

 

Kundizzjonijiet ta' validità

 

1. Ir-rikonoxximent ta' terminu tradizzjonali għandu jiġi aċċettat jekk:

 

(a) It-terminu jikkonsisti biss:

 

(i) isem li tradizzjonalment jintuża fil-kummerċ f’parti kbira tat-territorju tal-Komunità jew tal-pajjiż terz ikkonċernat, biex jiddistingwi kategoriji speċifiċi tal-prodotti tad-dwieli msemmijin fl-Artikolu 69(1); jew

 

(ii) isem rinomat użat tradizzjonalment fil-kummerċ għall-inqas fit-territorju tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat, biex issir distinzjoni bejn il-kategoriji speċifiċi ta’ prodotti tad-dielja msemmija fl-Artikolu 69(1);

 

(b) It-terminu għandu:

 

(i) ma jkunx ġeneriku;

 

(ii) ikun definit u regolat fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru; jew

 

(iii) ikun soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ użu kif ipprovdut fir-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiżi terzi kkonċernati, inklużi dawk li jaslu mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

 

2. Għall-finijiet tal-paragrafu (1), punt (a), "użu tradizzjonali" tfisser:

 

(a) minn tal-inqas ħames snin f'każijiet ta' termini reġistrati f'lingwa(i) msemmija fl-Artikolu 89(a), paragrafu (1)(a);

 

(b) minn tal-inqas 15-il sena f'każijiet ta' termini reġistrati f'lingwa(i) msemmija fl-Artikolu 89a(1)(b);

 

3. Għall-finijiet tal-paragrafu (1), punt (b)(i), "ġeneriku" tfisser l-isem ta' terminu tradizzjonali li, għalkemm hu relatat ma' metodu speċifiku ta' produzzjoni jew metodu ta' maturazzjoni, jew ta' kwalità, kulur, tip ta' post, jew ta' element partikolari marbut mal-istorja ta' prodott tad-dwieli, sar isem komuni tal-prodott tad-dwieli partikolari fl-Unjoni.

 

4. Il-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għat-termini tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 89 punt (b).

Or. en

 

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 89c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 89c

 

Applikanti

 

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi stabbiliti fil-pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni b’applikazzjoni għal protezzjoni ta’ termini tradizzjonali skont l-Artikolu 89.

 

2. “Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva” tfisser organizzazzjoni ta’ produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jkunu adottaw l-istess regolamenti, li joperaw f’żona tal-vitikultura partikolari jew f’bosta żoni ta’ vitikultura li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta’ oriġini jew minn indikazzjoni ġeografika, meta din tiġbor mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi taż-żona jew taż-żoni li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta’ oriġini jew minn indikazzjoni ġeografika li topera fiha jew fihom u tkopri mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dik iż-żona jew ta’ dawk iż-żoni. Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva tista’ tissottometti biss applikazzjoni għall-protezzjoni għall-inbejjed li tipproduċi hi stess.

Or. en

 

Emenda  192

Proposta għal regolament

Artikolu 89d(ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 89d

 

Proċedura ta' rikonoxximent

 

Il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni għar-rifużjoni jew għar-rikonoxximent tat-terminu tradizzjonali kkonċernat billi tibbaża ruħha fuq l-elementi li għandha. Għandha tikkunsidra jekk il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 89, 89a u 89b, jew stipulat fl-Artikolu 90a(3) jew l-Artikolu 90b, intlaħqux jew le.

 

Id-deċiżjoni dwar iċ-ċaħda għandha tiġi nnotifikata lill-persuna li toġġezzjona u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Or. en

 

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-applikanti li jistgħu japplikaw għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali;

imħassar

Or. en

 

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-raġunijiet għal oġġezzjoni għal rikonoxximent propost ta’ terminu tradizzjonali;

imħassar

Or. en

 

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni, ir-relazzjoni ma’ trademarks, termini tradizzjonali protetti, denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi, omonimi, jew ċerti ismijiet ta’ għeneb tal-inbid protetti;

imħassar

Or. en

 

Emenda  196

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 3 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni ta’ terminu tradizzjonali;

imħassar

Or. en

 

Emenda  197

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-kundizzjonijiet li bihom termini tradizzjonali jistgħu jintużaw fuq prodotti minn pajjiżi terzi u tipprovdi għal derogi mill-Artikolu 89.

4. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’, permezz tad-deroga mill-Artikolu 89 tadotta atti delegati li jistipulaw il-kundizzjonijiet li bihom termini tradizzjonali jistgħu jintużaw fuq prodotti minn pajjiżi terzi u tipprovdi għal derogi mill-Artikolu 89.

Or. en

 

Emenda  198

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  199

Proposta għal regolament

Artikolu 95

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-Direttiva 2008/95/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni.

1. Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-Direttiva 2008/95/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni.

 

It-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Anness VI, Parti II, punti 1 sa 11, 13, 15 u 16, ma jistax jiġi ssuplementat bl-ebda partikolarità għajr dawk li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament sakemm dawn ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE.

 

1a. Meta wieħed jew aktar mill-ingredjenti enumerati fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE huma preżenti f’wieħed mill-prodotti msemmija fl-Anness XII, Parti II ta’ dan ir-Regolament, dawn iridu jissemmew fuq l-ittikkettar, ippreċeduti mit-terminu “jinkludi”.

 

Fil-każ tas-sulfiti, jistgħu jintużaw it-termini ta’ hawn: “sulfiti” jew “diossidu tal-kubrit”.

 

1b. Il-lista ta' ingredjenti msemmija fil-paragrafu 1a tista' tkun akkumpanjata permezz ta' pictogram (simbolu bl-istampi). Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 160, li jistabbilixxi l-użu ta' dan it-tip ta' pictograms.

Or. en

 

Emenda  200

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja tista’ titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta.

2. B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja tista’ titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità li t-tikketti tagħhom jinkludu t-terminu “Sekt”.

Or. en

 

Emenda  201

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 89(a) jintwera fuq it-tikketta;

(a) fejn terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 89(1) (a) jintwera fuq it-tikketta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membru jew tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott stabbiliti fl-Artikoli 71(2) ta' dan ir-Regolament;

Or. en

 

Emenda  202

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità ma’ regoli orizzontali relatati ma’ tikkettar u preżentazzjoni, u biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta definizzjonijiet, regoli u restrizzjonijiet dwar:

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità ma’ regoli orizzontali relatati ma’ tikkettar u preżentazzjoni, u biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta regoli u restrizzjonijiet dwar:

Or. en

 

Emenda  203

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta derogi minn din it-Taqsima fir-rigward ta’ kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi.

6. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta derogi minn din it-Taqsima fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn ċerti pajjiżi terzi.

Or. en

 

Emenda  204

Proposta għal regolament

Artikolu 100a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 100a

 

Tul ta’ żmien

 

Bl-eċċezzjonijiet għall-Artikolu 101(1), (2b), (2d) u (2e), u l-Artikolu 101a, din it-taqsima għandha tapplika sat-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2019/2020.

Or. en

 

Emenda  205

Proposta għal regolament

Taqsima II – Titolu II– Kapitolu II – Taqsima 1 - Subtaqsima 1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

SUBTAQSIMA 1

 

MIŻURI SPEĊIFIĊI

Or. en

 

Emenda  206

Proposta għal regolament

Artikolu 101

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 101

Artikolu 101

Ftehimiet dwar setturi taz-zokkor

Ftehimiet dwar setturi taz-zokkor

1. It-termini għax-xiri ta’ pitravi u kannamiela, inklużi l-ftehimiet ta' konsenja għal abel iż-żriegħ, għandhom ikunu rregolati bi ftehimiet bil-miktub fil-kummerċ konklużi bejn dawk fl-Unjoni li jkabbru l-pitravi u l-kannamiela u impriżi taz-zokkor fl-Unjoni.

1. It-termini għax-xiri ta’ pitravi u kannamiela, inklużi l-kuntratti ta’ konsenja għal qabel iż-żriegħ, għandhom ikunu rregolati bi ftehimiet bil-miktub fil-kummerċ konklużi bejn dawk fl-Unjoni li jkabbru l-pitravi u l-kannamiela jew, f’isimhom, organizzazzjonijiet li jappartjenu fihom, u impriżi taz-zokkor fl-Unjoni, jew, f’isimhom, l-organizzazzjonijiet li jappartjenu fihom.

2. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur taz-zokkor, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar il-kundizzjonijiet tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

 

2a. Fil-kuntratti ta’ konsenja, għandha ssir distinzjoni dwar jekk il-kwantitajiet taz-zokkor li għandhom ikunu mmanifatturati mill-pitrava zokkrija jkunux:

 

(a) zokkor tal-kwota; jew

 

(b) zokkor barra mill-kwota.

 

2b. Kull impriża taz-zokkor għandha tagħti lill-Istat Membru li fih tipproduċi z-zokkor l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) il-kwantitajiet ta’ pitravi zokkrija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2a, li għalihom huma kkonkludew kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ u l-kontenut taz-zokkor li fuqu huma bbażati dawk il-kuntratti;

 

(b) il-qligħ stmat korrispondenti.

 

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu informazzjoni addizzjonali.

 

2c. L-impriżi taz-zokkor li ma ffirmawx kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ bil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota kif ipprovdut fl-Artikolu 101g, għal kwantità ta’ pitravi li tkun daqs iz-zokkor li għalih għandhom kwota, aġġustata, skont il-każ, bil-koeffiċjent għall-irtirar preventiv stabbilit skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101d(2), jeħtieġ li jħallsu mill-inqas il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għall-pitravi kollu li huma jipproċessaw f’zokkor.

 

2d. Suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ftehimiet interprofessjonali fi ħdan il-qasam jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 2a, 2b u 2c.

 

2e. Jekk ma jkun jeżisti ebda ftehim fi ħdan il-qasam, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-passi meħtieġa li jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament sabiex iħares l-interessi tal-partijiet ikkonċernati.

Or. en

 

Emenda  207

Proposta għal regolament

Artikolu 101a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101a

 

Ir-rappurtar tal-prezzijiet fis-suq taz-zokkor

 

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti implimentattivi li jistabbilixxu sistema għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq taz-zokkor, inkluż arranġamenti għall-pubblikazzjoni tal-livelli ta' prezzijiet għal dan is-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2),

 

Is-sistema msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn impriżi li jipproduċu z-zokkor abjad jew minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċ taz-zokkor. Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppubblikata m'għandhiex tippermetti l-identifikar tal-prezzijiet ta' impriżi jew operaturi individwali;

Or. en

 

Emenda  208

Proposta għal regolament

Artikolu 101b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101b

 

Imposta fuq il-produzzjoni

 

1. Titħallas imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota taz-zokkor, il-kwota tal-isoglukożju u l-kwota tal-ġulepp tal-inulina mogħtija ta’ impriżi li jipproduċu zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina, kif imxsemmi fl-Artikolu 101h(2), kif ukoll fuq il-kwantitajiet barra mill-kwota stipulati fl-Artikolu 101l(1)(e).

 

2. L-imposta fuq il-produzzjoni għandha tkun stabbilita għall-ammont ta’ EUR 12.00 għal kull tunnellata taz-zokkor tal-kwota u tal-ġulepp tal-inulina tal-kwota. Għall-isoglukożju, l-imposta fuq il-produzzjoni għandha tkun stabbilita għal 50 % tal-imposta applikabbli għaz-zokkor.

 

3. L-imposta totali fuq il-produzzjoni mħallsa skont il-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skont il-kwota miżmuma matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

 

Il-ħlasijiet għandhom isiru mill-impriżi sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni rilevanti.

 

4. L-impriżi taz-zokkor u tal-ġulepp tal-inulina tal-Unjoni jistgħu jeħtieġu lil dawk li jkabbru l-pitravi jew il-kannamieli jew lill-fornituri taċ-ċikwejra jħallsu sa 50 % mill-imposta fuq il-produzzjoni kkonċernata.

Or. en

 

Emenda  209

Proposta għal regolament

Artikolu 101c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101c

 

Rifużjoni tal-produzzjoni

 

1. Tista’ tingħata rifużjoni fuq il-produzzjoni sat-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2019/2020 għall-prodotti tas-settur taz-zokkor elenkati fil-punti (b) sa (e) tal-Parti III tal-Anness I jekk iz-zokkor żejjed jew iz-zokkor importat, l-isoglukożju żejjed jew il-ġulepp tal-inulina żejjed ma jkunx disponibbli bi prezz korrispondenti mal-prezz dinji għall-manifattura tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 101m(2)(b) u (c).

 

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li jiffissaw ir-rifużjonijiet ta' produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawn l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

 

3. Sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-suq taz-zokkor barra mill-kwota fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati adottati skont l-Artikolu 160, li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet tal-produzzjoni msemmija f’din it-taqsima.

Or. en

 

Emenda  210

Proposta għal regolament

Artikolu 101d(ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101d

 

Irtirar taz-zokkor

 

1. B’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġu evitati s-sitwazzjonijiet ta’ kollass tal-prezzijiet fis-suq intern u biex jiġu rimedjati s-sitwazzjonijiet ta’ produzzjoni żejda bbażati fuq il-bilanċ imbassar tal-provvista, u b’kunsiderazzjoni tal-impenji tal-Unjoni minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tirtira mis-suq, għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari, dawk il-kwantitajiet ta’ zokkor jew isoglukożju prodotti taħt kwoti li jaqbżu l-limitu kkalkulat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

 

F’dak il-każ, l-importazzjonijiet ta’ zokkor abjad u zokkor mhux ipproċessat mis-sorsi kollha u mhux riżervati għall-produzzjoni ta’ wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 101m(2) għandhom jiġu rtirati mis-suq tal-Unjoni bl-istess proporzjon għas-sena tas-suq ikkonċernata.

 

2. Il-limiti bażiċi tal-irtirar msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkolati, għal kull impriża bi kwota, billi l-kwota tiġi mmoltiplikata permezz tal-koeffiċjent. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti implimentattivi li jiffissaw il-koeffiċjent sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti, abbażi tax-xejriet previsti tas-suq.

 

Fuq il-bażi tax-xejriet aġġornati tas-suq, il-Kummissjoni tista’, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, tadotta atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jew li taġġusta l-koeffiċjent jew, fil-każ fejn ma jkunx ġie stabbilit koeffiċjent skont l-ewwel subparagrafu, li tistabbilixxih.

 

3. Kull impriża li tingħata kwota għandha taħżen, bi spejjeż tagħha stess, sal-bidu tas-sena tas-suq ta’ wara, iz-zokkor prodott taħt il-kwota li jaqbeż il-limitu kkalkulat skont il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet ta’ zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina rtirati matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu ttrattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti taħt il-kwota għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss.

 

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jinkludu d-deċiżjoni tagħha li tqis, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali u/jew ta’ wara, iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina kollu rtirat jew parti minnu bħala:

 

(a) zokkor żejjed, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina żejjed li jista’ jsir zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina industrijali; jew

 

(b) produzzjoni tal-kwota temporanja li parti minnha tista’ tkun riżervata għall-esportazzjoni, li tħares l-impenji tal-Unjoni li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

 

4. Jekk il-provvista taz-zokkor fl-Unjoni ma tkunx adegwata, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jinkludu d-deċiżjoni tagħha li tippermetti ċertu kwantità ta’ zokkor, tal-isoglukożju jew tal-ġulpp tal-inulina rtitata mis-suq tinbiegħ fis-suq tal-Unjoni qabel it-tmiem tal-perjodu tal-irtirar.

 

5. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jiġi ttrattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-prezz minimu ta’ dik is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jitħallas lil dawk li jkabbru l-pitravi.

 

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat mis-suq isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, m’għandhomx japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 101g dwar il-prezz minimu.

 

Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni qabel jintemm il-perjodu ta’ rtirar skont il-paragrafu 4, il-prezz minimu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tkun għaddejja għandu jitħallas lil dawk li jkabbru l-pitravi.

 

6. L-atti ta’ implimentazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  211

Proposta għal regolament

Artikolu 101da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101da

 

Mekkaniżmu ta’ ġestjoni tas-suq temporanju

 

Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat u sal-aħħar tas-sistema tal-kwoti, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jattivaw mekkaniżmu temporanju ta’ ġestjoni tas-suq sabiex tindirizza żbilanċi severi fis-suq, li jagħtu bidu għall-miżuri li ġejjin:

 

- ir-rilaxx ta' zokkor barra mill-kwota fis-suq intern, billi jiġu applikati l-istess kundizzjonijiet bħaz-zokkor tal-kwota, kif deskritt fl-Artikolu 101l(1)(e); kif ukoll

 

- notevolment meta d-data tal-Kummissjoni Ewropea għaz-zokkor l-abjad u dak mhux ipproċessat importat tilħaq livell taħt it-3 miljun tunnellata għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni, is-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni, kif deskritt fl-Artikolu 130b.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  212

Proposta għal regolament

Artikolu 101e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101e

 

Setgħat ddelegati

 

Sabiex tqis l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taz-zokkor u sabiex tiżgura li l-interessi tal-partijiet kollha jkunu tqiesu kif xieraq, u minħabba l-bżonn li tipprevjeni kull tgħawiġ tas-suq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, li jintroduċu regoli dwar:

 

(a) il-kuntratti ta’ konsenja u t-termini ta’ xiri kif imsemmi fl-Artikolu 101(1);

 

(b) il-kriterji li l-impriżi taz-zokkor għandhom japplikaw meta jallokaw, fost il-bejjiegħa tal-pitravi, il-kwantitajiet ta’ pitravi li għandhom jiġu koperti mill-kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żrigħ kif imsemmi fl-Artikolu 101(2b).

 

(c) il-mekkaniżmu tas-suq temporanju msemmi fl-Artikolu 101da abbażi tal-previżjoni ta' bilanċ ta' provvista, inkluż il-kundizzjonijiet għar-rilaxx ta' zokkor barra mill-kwota msemmi fl-Artikolu 101l(1)(e) fis-suq intern, bl-applikazzjoni tal-istess kundizzjonijiet għaz-zokkor tal-kwota.

Or. en

 

Emenda  213

Proposta għal regolament

Taqsima II – Titolu II– Kapitolu II – Taqsima 1 - subtaqsima 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

SUBTAQSIMA 1a

 

SISTEMA TA’ REGOLAMENTAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Or. en

 

Emenda  214

Proposta għal regolament

Artikolu 101f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101f

 

Kwoti fis-settur taz-zokkor

 

1. Sistema ta’ kwoti għandha tapplika għaz-zokkor, għall-isoglukożju u għall-ġulepp tal-inulina.

 

2. Fir-rigward tas-sistemi ta’ kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk produttur jaqbeż il-kwota rilevanti u ma jagħmilx użu mill-kwantitajiet żejda kif previst fl-Artikolu 101l, għandha titħallas imposta fuq iż-żejjed fuq kwantitajiet bħal dawn, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 101l sa 101o.

Or. en

 

Emenda  215

Proposta għal regolament

Artikolu 101g (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101g

 

Prezz minimu tal-pitravi

 

1. Il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għandu jkun ta’ EUR 26.29 għal kull tunnellata sat-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2019/2020.

 

2. Il-prezz minimu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pitravi zokkrija ta’ kwalità standard iddefinita fil-punt B tal-Anness III.

 

3. L-impriżi taz-zokkor li jixtru pitravi tal-kwota li jkun xieraq għall-ipproċessar f’zokkor u li jkun maħsub għall-ipproċessar f’zokkor tal-kwota għandhom ikunu meħtieġa jħallsu tal-inqas il-prezz minimu, aġġustat b’żidiet jew tnaqqis fil-prezz sabiex jippermettu għal devjazzjonijiet mill-kwalità standard.

 

Sabiex jiġi aġġustat il-prezz f’każ li l-kwalità attwali tal-pitravi zokkrija tkun differenti mill-kwalità standard, iż-żidiet u t-tnaqqis imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati skont ir-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 101p(5).

 

4. Għall-kwantitajiet ta’ pitravi zokkrija li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ zokkor industrijali jew ta’ zokkor żejjed li huma suġġetti għall-imposta fuq l-ammont żejjed kif ipprovdut fl-Artikolu 101o, l-impriża taz-zokkor ikkonċernata għandha taġġusta l-prezz tax-xiri sabiex ikun tal-inqas daqs il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota.

Or. en

 

Emenda  216

Proposta għal regolament

Artikolu 101h (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101h

 

Allokazzjoni ta’ kwoti

 

1. Il-kwoti għall-produzzjoni ta’ zokkor, isoglukożju u ġulepp tal-inulina fil-livell nazzjonali jew reġjonali huma stabbiliti fl-Anness IIIb.

 

Permezz ta’ deroga mis-subparagrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 162(2) jew (3) u fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, talloka kwoti lill-Istati Membri li, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, ċedew il-kwota kollha tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, fil-valutazzjoni ta’ talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni ma għandhiex tqis il-kwoti allokati lill-impriżi li jinsabu fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni.

 

2. L-Istati Membri għandhom jallokaw kwota għal kull impriża li tipproduċi zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina li hija stabbilita fit-territorju tagħha u approvata skont l-Artikolu 101i.

 

Għal kull impriża, il-kwota allokata għandha tkun ugwali għall-kwota skont ir-Regolament (KE) Nru 513/2010 li ġiet allokata lill-impriża għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011.

 

3. Fil-każ ta’ allokazzjoni ta’ kwoti lil impriża taz-zokkor li għandha aktar minn unità waħda tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu bħala meħtieġa sabiex jitqiesu kif dovut l-interessi ta’ dawk li jkabbru l-pitravi zokkrija u l-kannamieli.

Or. en

 

Emenda  217

Proposta għal regolament

Artikolu 101i (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101i

 

Impriżi approvati

 

1. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni lil impriża li tipproduċi z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina jew lil impriża li tipproċessa dawn il-prodotti fi prodott inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 101m(2) sakemm l-impriża:

 

(a) tagħti prova tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni professjonali tagħha;

 

(b) taqbel li tipprovdi kull informazzjoni u li tkun soġġetta għal kontrolli relatati ma’ dan ir-Regolament;

 

(c) ma tkunx soġġetta għal sospensjoni jew irtirar tal-approvazzjoni.

 

2. L-impriżi approvati għandhom jipprovdu lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsir il-ħsad tal-pitravi, tal-kannamieli, jew ir-raffinar, b’din l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) il-kwantitajiet ta’ pitravi jew ta’ kannamieli li għalihom ikun ġie konkluż kuntratt ta’ konsenja, kif ukoll il-qligħ stmat korrispondenti tal-produzzjoni ta’ pitravi jew ta’ kannamieli, u z-zokkor għal kull ettaru;

 

(b) data dwar il-konsenji provviżorji u attwali ta’ pitravi zokkrija, kannamieli u zokkor mhux raffinat u produzzjoni taz-zokkor u dikjarazzjonijiet ta’ stokkijiet ta’ zokkor;

 

(c) il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad mhux mibjugħ u prezzijiet u kundizzjonijiet korrispondenti.

Or. en

 

Emenda  218

Proposta għal regolament

Artikolu 101j (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101j

 

Aġġustament tal-kwoti nazzjonali

 

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 160, taġġusta l-kwoti li jidhru fl-Anness IIIb wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 101k.

Or. en

 

Emenda  219

Proposta għal regolament

Artikolu 101k (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101k

 

Riallokazzjoni tal-kwoti nazzjonali u t-tnaqqis tal-kwoti

 

1. Stat Membru jista’ jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew tal-isoglukożju kif allokata lil impriża stabbilita fuq territorju għal sa 10 %. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu l-kwoti bejn l-impriżi skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness IIIc u filwaqt li jitqiesu l-interessi ta’ kull waħda mill-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari ta’ dawk li jkabbru l-pitravi zokkrija u l-kannamieli.

 

3. Il-kwantitajiet imnaqqsa skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu allokati mill-Istat Membru konċernat lil impriża waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, kemm jekk għandha kwota jew le.

Or. en

 

Emenda  220

Proposta għal regolament

Artikolu 101l (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101l

 

Produzzjoni barra mill-kwota

 

1. Iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina prodotti matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jaqbżu l-kwota msemmija fl-Artikolu 101h jistgħu:

 

(a) jintużaw għall-ipproċessar ta’ ċerti prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 101m;

 

(b) jinġarru ’l quddiem għall-produzzjoni tal-kwota tas-sena ta’ kummeċjalizzazzjoni ta’ wara, skont l-Artikolu 101n;

 

(c) jintużaw għal reġim speċifiku ta’ provvista għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, skont [il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li qabel kien ir-Regolament (KE) Nru 247/2006];

 

(d) jiġu esportati fil-limitu kwantitattiv stabbilit mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, filwaqt li jitħarsu l-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat; jew

 

(e) jiġu rilaxxati fis-suq intern, f’konformità mal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 101da, billi jiġu applikati l-istess kundizzjonijiet bħal fil-każ taz-zokkor tal-kwota, għall-finijiet ta’ aġġustament tal-provvista skont it-talba, fil-kwantitajiet u suġġetti għat-termini determinati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 101p(6) u l-Artikolu 101e(c) u fuq il-bażi tal-bilanċ imbassar tal-provvista.

 

Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati qabel ma jinbdew il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra x-xkiel fis-suq imsemmija fl-Artikolu 154 (1).

 

Kwantitajiet oħrajn għandhom ikunu soġġetti għall-imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fl-Artikolu 101o.

 

2. L-atti ta’ implimentazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  221

Proposta għal regolament

Artikolu 101m (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101m

 

Zokkor industrijali

 

1. Iz-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp tal-inulina industrijali għandhom ikunu rriżervati għall-produzzjoni ta’ wieħed mill-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 meta:

 

(a) jkunu ġew suġġetti għal kuntratt ta’ konsenja konkluż qabel l-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni bejn produttur u utent li t-tnejn ikunu ngħataw approvazzjoni skont l-Artikolu 101i; kif ukoll

 

(b) jkunu twasslu lill-utent sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

 

2. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, li tfassal lista ta’ prodotti li għall-produzzjoni tagħhom jista’ jintuża z-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp tal-inulina industrijali.

 

Din il-lista għandha b’mod partikolari tinkludi:

 

(a) il-bijoetanol, l-alkoħol, ir-rum, il-ħmira ħajja u l-kwantitajiet ta’ ġulepp biex jiddellek u ta’ ġulepp li jiġi pproċessat f’“Rinse appelstroop”;

 

(b) ċerti prodotti industrijali mingħajr kontenut ta' zokkor iżda li l-ipproċessar tagħhom juża z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina;

 

(c) ċerti prodotti tal-industrija kimika jew farmaċewtika li fihom iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina.

Or. en

 

Emenda  222

Proposta għal regolament

Artikolu 101n (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101n

 

Trasferiment 'il quddiem ta' zokkor żejjed

 

1. Kull impriża tista' tiddeċiedi li titrasferixxi 'l quddiem parti mill-produzzjoni jew il-produzzjoni sħiħa tagħha li taqbeż il-kwota taz-zokkor tagħha, il-kwota tal-isoglukożju tagħha jew il-kwota ta' ġulepp tal-inulina tagħha li għandha tiġi ttrattata bħala parti mill-produzzjoni tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dik id-deċiżjoni għandha tkun irrevokabbli.

 

2. Impriżi li jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

 

(a) jgħarrfu lill-Istat Membru kkonċernat qabel data li għandha tiġi stabbilita minn dak l-Istat Membru:

 

- bejn l-1 ta’ Frar u l-15 ta’ Awwissu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali għal kwantitajiet ta’ zokkor tal-kannamieli trasferiti ’l quddiem;

 

- bejn l-1 ta’ Frar u l-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali għall-kwantitajiet l-oħra ta’ zokkor jew ta’ ġulepp tal-inulina li qed jiġu ttrasferiti ’l quddiem;

 

(b) jintrabtu li jaħżnu tali kwantitajiet fuq spejjeż tagħhom stess sal-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali.

 

3. Jekk il-produzzjoni definittiva ta’ impriża fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ikkonċernata kienet inqas mill-istima li saret meta ttieħdet id-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-kwantità ttrasferita ’l quddiem tista’ tiġi aġġustata b’lura sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

 

4. Il-kwantitajiet ittrasferiti ‘l quddiem għandhom jitqiesu bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skont il-kwota tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

 

5. Iz-zokkor maħżun skont dan l-Artikolu matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jista’ jkun suġġett għall-ebda miżura ta’ ħżin oħra pprovduta fl-Artikoli 16 jew 101d.

Or. en

 

Emenda  223

Proposta għal regolament

Artikolu 101o (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101o

 

Imposta fuq l-ammont żejjed

 

1. Dawn il-kwantitajiet huma suġġetti għal imposta fuq l-ammont żejjed:

 

(a) iz-zokkor żejjed, l-isoglukożju żejjed u l-ġulepp tal-inulina żejjed prodotti matul kwalunkwe sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, ħlief għall-kwantitajiet ittrasferiti ’l quddiem għall-produzzjoni tal-kwota tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara u maħżuna skont l-Artikolu 101n jew il-kwantitajiet imsemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 101l(1);

 

(b) iz-zokkor industrjali, l-isoglukożju industrijali u l-ġulepp tal-inulina industrijali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda prova tal-użu tagħhom f’xi wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 101m(2), fi żmien stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

 

(c) zokkor, isoglukożju u ġulepp tal-inulina rtirat mis-suq skont l-Artikolu 101n u li għalihom ma ntlaħqux l-obbligi previsti fl-Artikolu 101d(3).

 

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw l-imposta għall-ammont żejjed f'livell għoli biżżejjed biex tipprevjeni l-ġbir akkumulat tal-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

 

3. L-imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skont il-kwantitajiet ta’ produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ġew stabbiliti għal dawk l-impriżi għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

Or. en

 

Emenda  224

Proposta għal regolament

Artikolu 101p (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101p

 

Setgħat ddelegati

 

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

 

2. B’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jiġi żgurat li l-impriżi msemmija fl-Artikolu 101i jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, li jistipulaw regoli dwar l-għoti jew l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tali impriżi, kif ukoll il-kriterji għall-penali amministrattivi.

 

3. Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taz-zokkor u tiżgura li l-interessi tal-partijiet kollha jitqiesu kif jixraq, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, li jistipulaw iktar definizzjonijiet, fosthom tal-produzzjoni taz-zokkor, tal-isoglukożju u tal-ġulepp tal-inulina u tal-produzzjoni ta’ impriża; u ukoll jistipulaw il-kundizzjonijiet li jiggvernaw il-bejgħ lejn ir-reġjuni l-iktar imbiegħda.

 

4. B’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jkun żgurat li dawk li jkabbru l-pitravi jkunu assoċjati mill-qrib ma’ deċiżjoni biex ċertu kwantità tal-produzzjoni tingħadda ’l quddiem għas-sena ta’ wara, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, li jistabbilixxu regoli dwar it-trasferiment ’il quddiem taz-zokkor.

 

5. Minħabba l-ħtieġa li jiġi aġġustat il-prezz minimu tal-pitravi zokkrija fejn il-kwalità reali tagħhom tkun differenti mill-kwalità standard kif ukoll il-ħtieġa li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur taz-zokkor u li jiġi żgurat li l-interessi tal-partijiet kollha jitqiesu b’mod xieraq, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, li jistabbilixxu regoli għal żidiet u tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 101g(3).

Or. en

 

Emenda  225

Proposta għal regolament

Artikolu 101q (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 101q

 

Setgħat implimentattivi

 

Fir-rigward tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 101(i), il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabilixxu regoli dwar:

 

(a) l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni mill-impriżi, ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-impriżi approvati, l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-impriżi approvati;

 

(b) is-sistema ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fuq l-impriżi approvati;

 

(c) il-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u mal-impriżi approvati;

 

(d) il-konsenja ta’ materja prima lill-impriżi, inklużi l-kuntratti ta’ konsenja u n-noti tal-konsenja;

 

(e) l-ekwivalenza fir-rigward taz-zokkor imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 101l(1)(a);

 

(f) ir-reġim speċifiku ta’ provvista għar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

 

(g) l-esportazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 101l(1)(d);

 

(h) il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex ikunu żgurati kontrolli effettivi;

 

(i) it-tibdil tad-dati stabbiliti fl-Artikolu 101n;

 

(j) l-istabbiliment tal-kwantità żejda, il-komunikazzjonijiet u l-ħlas tal-imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fl-Artikolu 101o;

 

(k) ir-rilaxx taz-zokkor barra mill-kwota msemmi fl-Artikolu 101l(1)(e) fis-suq intern;

 

(l) l-adozzjoni ta’ lista ta’ raffinaturi full-time skont l-Anness II, Parti Ia, punt 12.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

Or. en

 

Emenda  226

Proposta għal regolament

Taqsima II – Titolu II– Kapitolu II – Taqsima 2 - Subtaqsima 1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

SUBTAQSIMA 1

 

MONITORAĠĠ TAL-PRODUZZJONI U TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

Or. en

 

Emenda  227

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru ta’ vinji li għandu jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru ta’ vinji li għandu jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni u li għandu jkun integrat fis-sistemi tal-integrazzjoni tal-pakkett li jiffurmaw parti Politika agrikola komuni Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll.

Or. en

 

Emenda  228

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Wara l-1 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni tista’, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li l-paragrafi 1 sa 3 ma jibqgħux japplikaw aktar. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

imħassar

Or. en

 

Emenda  229

Proposta għal regolament

Artikolu 102a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 102a

 

Awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-settur tal-inbid

 

1. Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-Regolament dwar il-ħatra tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda jew aktar li għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-laboratorji awtorizzati sabiex iwettqu l-analiżi uffiċjali fis-settur tal-inbid. Il-laboratorji nnominati għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-operat ta’ laboratorji tal-ittestjar stabbiliti fl-ISO/IEC 17025.

 

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet u l-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni u għandha taġġornaha b’mod regolari.

Or. en

 

Emenda  230

Proposta għal regolament

Taqsima II – Titolu II– Kapitolu II – Taqsima 2 - Subtaqsima 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

SUBTAQSIMA 1a

 

SISTEMA TAL-LIMITAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Or. en

 

Emenda  231

Proposta għal regolament

Artikolu 103a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 103a

 

Tul ta’ żmien

 

Din is-subtaqsima tapplika sat-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2029/2030.

Or. en

 

Emenda  232

Proposta għal regolament

Artikolu 103b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 103b

 

Projbizzjoni tat-tħawwil ta' dwieli

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63 u b’mod partikolari għall-paragrafu 4 tiegħu, it-tħawwil ta’ dwieli ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 63(2) għandu jkun ipprojbit.

 

2. It-tilqim mill-ġdid ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 63(2) ma’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li huma differenti minn dawk imsemmija f’dak l-Artikolu wkoll għandu jkun ipprojbit.

 

3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, it-tħawwil u t-tilqim mill-ġdid imsemmija f’dawk il-paragrafi għandhom ikunu permessi jekk ikunu koperti minn:

 

(a) dritt ta' tħawwil ġdid, kif regolat fl-Artikolu 103c;

 

(b) dritt għat-tħawwil mill-ġdid, kif previst fl-Artikolu 103d;

 

(c) dritt għat-tħawwil mogħti minn riżerva, kif previst fl-Artikoli 103e u 103f.

 

4. Id-drittijiet ta’ tħawwil imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw f’ettari.

Or. en

 

Emenda  233

Proposta għal regolament

Artikolu 103c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 103c

 

Drittijiet ta’ tħawwil ġdid

 

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet għal tħawwil ġdid lill-produtturi għal żoni:

(a) maħsuba għal tħawwil ġdid imwettaq skont il-miżuri għall-konsolidazzjoni tal-art jew il-miżuri dwar ix-xiri obbligatorju fl-interess pubbliku adottati skont il-liġi nazzjonali;

 

(b) maħsuba għal għanijiet sperimentali;

 

(c) maħsuba għall-mixtliet għat-tilqim; jew

 

(d) li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-familja tal-produttur tal-inbid.

 

2. Id-drittijiet ta’ tħawwil ġdid għandhom:

 

(a) jiġu eżerċitati mill-produttur li lilu jkunu ngħataw;

 

(b) jintużaw qabel tmiem it-tieni sena tal-inbid wara dik li matulha jkunu ngħataw;

 

(c) jintużaw għall-għanijiet li għalihom ikunu ngħataw.

Or. en

 

Emenda  234

Proposta għal regolament

Artikolu 103d(ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 103d

 

Drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid

 

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu qalgħu d-dwieli minn żona mħawla bid-dwieli.

 

Madankollu, iż-żoni li minnhom ikunu nqalgħu d-dwieli li għalihom ikun ingħata primjum għall-qlugħ tad-dwieli skont is-Subtaqsima III tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 m’għandhomx jiġġeneraw drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid lil produtturi li jkunu mpenjaw ruħhom li jaqilgħu d-dwieli minn żona mħawla bid-dwieli. F’tali każijiet, il-qlugħ tad-dwieli miż-żona mwiegħda għandu jsir sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet sena minn meta jkunu tħawlu d-dwieli l-ġodda li għalihom ikunu ngħataw id-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid.

 

3. Id-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid għandhom jikkorrispondu għall-ekwivalenti taż-żona li minnha jkunu nqalgħu d-dwieli f’termini ta’ uċuħ tar-raba’ puri.

 

4. Id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid għandhom jiġu eżerċitati fl-impriża li għaliha jkunu ngħataw. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li dawn id-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu eżerċitati biss fiż-żona fejn ikun sar il-qlugħ tad-dwieli.

 

5. B’deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu ttrasferiti kollha, jew b’mod parzjali, lil impriża oħra fl-istess Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

 

(a) meta parti mill-impriża kkonċernata tkun ittrasferita lil dik l-impriża l-oħra;

 

(b) meta żoni f’dik l-impriża l-oħra jkunu maħsubin:

 

(i) għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew

 

(ii) għall-kultivazzjoni ta’ mixtliet għat-tilqim.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tad-derogi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu ma twassalx għal żieda ġenerali fil-potenzjal tal-produzzjoni fit-territorju tagħhom, b’mod partikolari meta jsiru trasferimenti minn raba’ bagħli għal raba’ saqwi.

 

6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal drittijiet li jixbhu d-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid li jkunu nkisbu skont il-liġijiet nazzjonali jew tal-Unjoni ta’ qabel.

 

7. Id-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid mogħtija skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jintużaw matul il-perjodi previsti fih.

Or. en

 

Emenda  235

Proposta għal regolament

Artikolu 103e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 103e

Riżerva nazzjonali u reġjonali tad-drittijiet għat-tħawwil

 

1. Sabiex itejbu l-ġestjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom joħolqu riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali tad-drittijiet ta’ tħawwil.

 

2. L-Istati Membri li jkunu ħolqu riżervi nazzjonali jew reġjonali tad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistgħu jżommu dawk ir-riżervi, dejjem jekk huma japplikaw ir-reġim tranżizzjonali tad-dritt għat-tħawwil skont din is-Subtaqsima.

 

3. Jekk ma jintużawx fiż-żmien preskritt, id-drittijiet ta’ tħawwil li ġejjin għandhom jiġu allokati lir-riżervi nazzjonali jew reġjonali:

 

(a) id-drittijiet ta’ tħawwil ġdid;

 

(b) id-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid;

 

(c) id-drittijiet ta’ tħawwil mogħtija mir-riżerva.

 

4. Il-produtturi jistgħu jittrasferixxu d-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid lir-riżervi nazzjonali jew reġjonali. Il-kundizzjonijiet ta' dan it-trasferiment, mogħti, fejn meħtieġ, għal pagament minn fondi nazzjonali, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri b'qies għall-interessi leġittimi tal-partijiet.

 

5. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimplimentawx sistema ta' riserva sakemm ikunu jistgħu jagħtu prova li teżisti sistema alternattiva effettiva għal ġestjoni tad-drittijiet ta' tħawwil fit-territorju tagħhom. Is-sistema alternattiva tista’ tidderoga mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din is-Subtaqsima.

 

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal Stati Membri li jwaqqfu l-operat ta' riservi nazzjonali jew reġjonali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Or. en

 

Emenda  236

Proposta għal regolament

Artikolu 103f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 103f

L-għoti ta’ drittijiet għat-tħawwil mir-riżerva

 

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet minn riżerva:

 

(a) mingħajr ħlas, lill-produtturi li għandhom 40 sena jew inqas, li jkollhom ħiliet u kompetenzi tas-sengħa adegwati, li jkunu qegħdin jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba u li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-azjenda;

 

(b) bi ħlas għal fondi nazzjonali jew, fejn xieraq, fondi reġjonali, lill-produtturi li jkunu biħsiebhom jużaw id-drittijiet sabiex iħawlu vinji li l-produzzjoni tagħhom għandhom żbokk assigurat għas-suq.

 

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-iffissar tal-ammonti tal-ħlas imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, li jistgħu jvarjaw skont il-prodott finali intenzjonat tal-vinji kkonċernati u skont il-perijodu tranżizzjonali li jibqa’ li matulu tapplika l-projbizzjoni fuq it-tħawwil ġdid, kif previst fl-Artikoli 103b(1) u (2).

 

2. Meta jintużaw drittijiet ta’ tħawwil mogħtija minn riżerva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(a) il-post, il-varjetajiet u t-tekniki ta’ tħawwil użati jiżguraw li l-produzzjoni sussegwenti hija adattata għad-domanda tas-suq;

 

(b) l-ammonti tal-produzzjoni kkonċernati huma ammonti tipiċi tal-medja fir-reġjun, b’mod partikolari meta d-drittijiet ta’ tħawwil li joriġinaw f’raba’ bagħli jintużaw f’raba’ saqwi.

 

3. Id-drittijiet ta’ tħawwil mogħtija minn riserva li ma jintużawx qabel tmiem it-tieni sena tal-inbid wara dik li fiha jkunu ngħataw jintilfu u jerġgħu jiġu allokati għar-riserva.

 

4. Id-drittijiet ta’ tħawwil f’riżerva li ma jingħatawx qabel tmiem il-ħames sena tal-inbid wara li jkunu ġew allokati lir-riżerva għandhom jispiċċaw.

 

5. Jekk fi Stat Membru jkunu jeżistu riżervi reġjonali, l-Istat Membru jista’ jistipula regoli li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet ta’ tħawwil bejn ir-riżervi reġjonali. Jekk fi Stat Membru jkunu jeżistu kemm riżervi reġjonali kif ukoll riżerva nazzjonali, l-Istat Membru jista’ jippermetti wkoll it-trasferiment bejn dawk ir-riżervi.

 

It-trasferimenti jistgħu jkunu suġġetti għal koeffiċjent ta’ tnaqqis.

Or. en

 

Emenda  237

Proposta għal regolament

Artikolu 103g (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 103g

 

Regola de minimis

 

Din is-Subtaqsima m’għandhiex tapplika fi Stati Membri li fihom ir-reġim Komunitarju tad-dritt għat-tħawwil ma kienx japplika sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Or. en

 

Emenda  238

Proposta għal regolament

Artikolu 103h (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 103h

 

Regoli nazzjonali aktar stretti

 

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti għall-għoti tad-drittijiet ta’ tħawwil ġdid jew għall-għoti tad-drittijiet ta’ tħawwil mill-ġdid. Huma jistgħu jitolbu li mal-applikazzjonijiet rispettivi u l-informazzjoni rilevanti li għandha tingħata fihom tiżdied informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni.

Or. en

 

Emenda  239

Proposta għal regolament

Artikolu 103i (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 103i

Setgħat iddelegati

 

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 2 sa 3 ta’ dan l-Artikolu.

 

2. B'kunsiderazzjoni tal-bżonn li tkun evitata u li jiżdied il-potenzjal ta' produzzjoni, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tkun tista' tagħmel dan li ġej:

 

(a) tistabbilixxi lista ta’ sitwazzjonijiet li fihom il-qlugħ tad-dwieli ma jiġġenerax drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid;

 

(b) tadotta regoli dwar it-trasferimenti tad-drittijiet għat-tħawwil bejn ir-riżervi;

 

(c) tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbid jew prodotti tad-dwieli li jkunu maħsubin biss għall-konsum mill-familja ta’ min ikabbar id-dwieli.

 

3. B’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li l-produtturi li jkunu involuti fil-qlugħ tad-dwieli jiġu ttrattati bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, li jistipulaw regoli li jiżguraw l-effikaċja tal-qlugħ tad-dwieli f’każijiet fejn jingħataw drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid.

 

4. Sabiex jitħarsu l-fondi tal-UE u l-identità, provenjenza u l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex twettaq dan li ġej:

 

(a) tipprovdi għall-istabbiliment ta’ bank tad-data analitiku ta’ data isotopika li se jgħin sabiex jiġi identifikat il-frodi u li għandu jissejjes fuq kampjuni miġbura mill-Istati Membri; u l-istabbiliment ta' regoli dwar il-banek tad-data proprji tal-Istati Membri;

 

(b) tadotta regoli dwar l-entitajiet ta’ kontroll u l-għajnuna reċiproka ta’ bejniethom;

 

(c) tadotta regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri;

 

(d) tadotta regoli dwar it-trattament tas-sanzjonijiet fil-każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.

Or. en

 

Emenda  240

Proposta għal regolament

Artikolu 103j (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 103j

Setgħat implimentattivi

 

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni kollha meħtieġa marbutin ma’ din is-Subtaqsima, fosthom regoli dwar:

 

(a) l-għoti ta’ drittijiet għal tħawwil ġdid, inkluż l-obbligi tar-reġistrazzjoni u tal-komunikazzjoni;

 

(b) it-trasferiment tad-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid, inkluż il-koeffiċjent tat-tnaqqis;

 

(c) ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-Istati Membri u n-notifiki lill-Kummissjoni, inkluża l-għażla possibbli ta’ sistema ta’ riżervi;

 

(d) l-għoti ta’ drittijiet għat-tħawwil mir-riżerva;

 

(e) il-kontrolli li l-Istati Membri għandhom iwettqu u r-rappurtar tal-informazzjoni dwar dawn il-kontrolli lill-Kummissjoni.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  241

Proposta għal regolament

Artikolu 104

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 104

imħassar

Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

 

1. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li kull konsenja ta’ ħalib mhux ittrattat minn bidwi lil proċessur ta’ ħalib mhux ittrattat għandha tkun koperta b’kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, dan il-kuntratt għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

 

Fil-każ deskritt fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru konċernat għandu jiddeċiedi wkoll li jekk il-konsenja ta’ ħalib mhux ittrattat issir permezz ta’ kollettur wieħed jaw aktar, kull stadju tal-konsenja għandu jkun kopert minn tali kuntratt bejn il-partijiet. Għal dan il-fini, "kollettur" tfisser impriża li tittrasporta ħalib mhux ittrattat mingħand bidwi jew mingħand kollettur ieħor lil proċessur ta’ ħalib mhux ittrattat jew lil kollettur ieħor, fejn f’kull każ il-proprjetà tal-ħalib mhux ittrattat tinbidel.

 

2. Il-kuntratt għandu:

 

(a) ikun konkluż qabel il-konsenja,

 

(b) isir bil-miktub, u

 

(c) jinkludi, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

 

(i) il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

 

ikun fiss u stabbilit fil-kuntratt, u/jew

 

ivarja biss dwar fatturi li jkunu stabbiliti fil-kuntratt, b’mod partikolari l-iżvilupp fis-sitwazzjoni tas-suq abbażi ta’ indikaturi tas-suq, il-volum ikkonsenjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ittrattat ikkonsenjat,

 

(ii) il-volum li jista’ u/jew li għandu jiġi kkonsenjat u l-waqt ta’ konsenji, u

 

it-tul taż-żmien tal-kuntratt, li jista’ jinkludi tul ta’ żmien indefinittiv bi klawżoli ta’ terminazzjoni.

 

3. B’deroga mill-paragrafu 1, m’għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ kuntratt fejn ħalib mhux ittrattat ikun ikkonsenjat minn bidwi lil proċessur ta’ ħalib mhux ittrattat fejn il-proċessur ikun kooperattiva li tagħha l-bidwi jkun membru jekk l-istatuti tagħha jkun fihom dispożizzjonijiet li jkollhom effetti simili għal dawk li jinsabu fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

 

4. L-elementi kollha ta’ kuntratti għall-konsenja ta’ ħalib mhux ittrattat konklużi minn bdiewa, kolletturi jew proċessuri ta’ ħalib mhux ittrattat, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c), għandhom ikunu nnegozjati b’mod liberu bejn il-partijiet.

 

5. Biex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

 

Or. en

 

Emenda  242

Proposta għal regolament

Artikolu 104a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 104a

 

Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

 

1. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li kull konsenja ta’ ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tiegħu minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, u/jew jiddeċiedi li x-xerrejja l-ewwel iridu jagħmlu offerta bil-miktub għal kuntratt għall-konsenja mill-bdiewa ta’ ħalib mhux ipproċessat, tali kuntratt u/jew tali offerta għal kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

 

Fejn l-Istat Membru jiddeċiedi li l-konsenji, minn bidwi, ta’ ħalib mhux ipproċessat lil proċessur ta’ ħalib mhux ipproċessat iridu jkunu koperti minn kuntratt miktub bejn il-partijiet, huwa għandu jiddeċiedi wkoll liema stadju jew stadji tal-konsenja għandha/għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt jekk il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta’ kollettur wieħed jew aktar. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “kollettur” tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f’kull każ.

 

2. Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt għandhom:

 

(a) isiru qabel ma ssir il-konsenja,

 

(b) isir bil-miktub, u

 

(c) jinkludi, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

 

(i) il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

 

ikun fiss u stabbilit fil-kuntratt, u/jew

 

- jiġi kkalkulat billi jiġu kkumbinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkonsenjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkonsenjat;

 

(ii) il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista’ u/jew għandu jiġi kkonsenjat u l-ħin ta’ dawn il-konsenji;

 

(iii) it-tul tal-kuntratt, li jista’ jinkludi tul ta’ żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta’ terminazzjoni;

 

(iv) id-dettalji rigward il-perjodi u l-proċeduri ta’ ħlas;

 

(v) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat; kif ukoll

 

(vi) ir-regoli applikabbli f’każ ta’ force majeure.

 

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, ma jkunx hemm ħtieġa għal kuntratt u/jew offerta għal kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat ikun ikkonsenjat minn bidwi lil kooperattiva li l-bidwi jkun membru tagħha jekk l-istatuti ta’ dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet ipprovduti jew li huma derivati minn dawn l-istatuti jinkludu dispożizzjonijiet li jkollhom effetti simili bħal dawk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

 

4. L-elementi kollha ta’ kuntratti għall-konsenja ta’ ħalib mhux ittrattat konklużi minn bdiewa, kolletturi jew proċessuri ta’ ħalib mhux ittrattat, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c), għandhom ikunu nnegozjati b’mod liberu bejn il-partijiet.

 

Minkejja l-ewwel subparagrafu,

 

(i) meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel il-kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta’ ħalib mhux ipproċessat obbligatorji skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jistabbilixxi tul ta’ żmien minimu li għandu japplika biss f’kuntratti bil-miktub bejn bidwi u l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern; u/jew

 

(ii) meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat għandu jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-bidwi f’konformità mal-paragrafu 1, huwa jista’ jipprovdi li l-offerta tinkludi tul ta’ żmien minimu tal-kuntratt, stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

 

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-bidwi li jirrifjuta tali tul ta’ żmien minimu sakemm jagħmel dan bil-miktub. F’dan il-każ, il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c).

 

5. L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażliet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-mod kif dawn jiġu applikati.

 

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2(a) u (b) u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  243

Proposta għal regolament

Artikolu 105

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 105

imħassar

Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

 

1. Kuntratti għall-konsenja ta’ ħalib mhux ittrattat minn bidwi lil proċessur ta’ ħalib mhux ittrattat, jew lil kollettur skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(1), jistgħu jiġu nnegozjati minn organizzazzjoni ta’ produtturi fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib li tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 106, f’isem il-bdiewa membri tagħha għal parti tal-produzzjoni konġunta tagħhom jew għaliha kollha.

 

2. In-negozjati mill-organizzazzjoni ta’ produtturi jistgħu jsiru:

 

a) kemm jekk ikun hemm trasferiment jew le tal-proprjetà tal-ħalib mhux ittrattat mingħand il-bdiewa lill-organizzazzjoni ta’ produtturi,

 

b) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni konġunta ta’ xi wħud mill-bdiewa membri jew minnhom kollha,

 

c) bil-kundizzjoni li l-volum totali ta’ ħalib mhux ittrattat kopert minn tali negozjati minn organizzazzjoni partikolari ta’ produtturi ma jkunx aktar minn:

 

i) 3.5% tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, u

 

ii) 33% tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ kwalunkwe Stat Membru partikolari kopert minn tali negozjati minn dik l-organizzazzjoni ta’ produtturi, u

 

(iii) 33% tal-produzzjoni nazzjonali kollha flimkien tal-Istati Membri kollha koperti minn tali negozjati minn dik l-organizzazzjoni ta’ produtturi,

 

d) bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta’ xi organizzazzjoni oħra ta’ produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f’isimhom, u

 

e) bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni ta’ produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri fejn hija topera.

 

3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, r-referenzi għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom ikopru wkoll assoċjazzjonijiet ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-assoċjazzjonijiet ikun jista’ jsirilhom monitoraġġ xieraq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal rikonoxximent ta’ assoċjazzjonijiet bħal dawn.

 

4. B’deroga mill-paragrafu 2(c)(ii) u (iii), anke fejn il-limitu ta’ 33% ma jinqabiżx, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tista’ tiddeċiedi f’każ individwali li n-negozjati mill-organizzazzjoni ta’ produtturi jistgħu ma jsirux jekk hija tqis li dan ikun meħtieġ biex il-kompetizzjoni ma tkunx tista' tiġi eskluża jew biex ikun evitat preġudizzju serju lil SMEs ta’ proċessuri ta’ ħalib mhux ittrattat fit-territorju tagħha.

 

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għal negozjati li jkopru l-produzzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed. F’każijiet oħra, din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li l-produzzjoni tiegħu tkun koperta min-negozjati.

 

Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw qabel id-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi konċernati.

 

5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

 

a) "awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni" għandha tkun l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003;

 

b) "SME" għandha tfisser impriża mikro, żgħar jew ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

 

Or. en

 

Emenda  244

Proposta għal regolament

Artikolu 105a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 105a

 

Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

 

1. Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib rikonoxxuta skont l-Artikoli 106 u 106a tista’ tinnegozja f’isem il-bdiewa li huma membri tagħha, għall-produzzjoni konġunta kollha tagħhom jew parti minnha, kuntratti tal-konsenja ta’ ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil persuna li tipproċessa l-ħalib mhux ipproċessat jew lil kollettur fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104a(1).

 

2. In-negozjati mill-organizzazzjoni ta’ produtturi jistgħu jsiru:

 

(a) kemm jekk ikun hemm trasferiment jew le tal-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat mingħand il-bdiewa lill-organizzazzjoni ta’ produtturi,

 

(b) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni konġunta ta’ xi wħud mill-bdiewa membri jew minnhom kollha,

 

(c) dment li, għal organizzazzjoni ta’ produtturi partikolari:

 

(i) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati ma jaqbiżx it-3,5 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, u

 

(ii) il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru, u

 

(iii) il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru;

 

(d) bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta’ xi organizzazzjoni oħra ta’ produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f’isimhom, u madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f’każi ġġustifikati kif dovut fejn il-bdiewa jkollhom żewġ unitajiet distinti ta’ produzzjoni li jkunu jinsabu f’żoni ġeografiċi differenti;

 

(e) sakemm il-ħalib mhux ipproċessat mhuwiex kopert minn obbligu li jirriżulta mis-sħubija li bidwi jkollu f’kooperattiva li ssir konsenja skont il-kundizzjonijiet spjegati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet stabbiliti f’dawn l-istatuti jew derivati minnhom; kif ukoll

 

(f) sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati.

 

3. Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) (ii) u (iii) tal-paragrafu 2, organizzazzjoni tal-produtturi tista’ tinnegozja, skont il-paragrafu 1, sakemm, għal din l-organizzazzjoni ta’ produtturi, il-volum ta’ ħalib mhux ipprocessat li huwa prodott jew ikkonsenjat fi Stat Membru li l-produzzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat tiegħu tkun ta’ inqas minn 500 000 tunnellata fis-sena m’għandux jeċċedi 45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istati Membru.

 

4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, r-referenzi għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom ikopru wkoll assoċjazzjonijiet ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

 

5. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tal-metodi li hija tqis li huma adatti, l-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni u fl-Istati Membri billi tuża l-informazzjoni l-aktar aġġornata li tkun disponibbli.

 

6. B’deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, anki meta l-limiti stabbiliti hemmhekk ma jinqabżux, l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tiddeċiedi f’każ individwali li n-negozjati partikolari magħmula mill-organizzazzjoni produttriċi għandhom jew jinfetħu mill-ġdid jew m’għandhomx iseħħu bl-ebda mod jekk tqis li dan huwa meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni tkun eskluża jew sabiex tevita li jkun hemm ħsara serja għall-proċessuri SME tal-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha.

 

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni, bis-saħħa ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mingħajr l-applikazzjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 162(2) jew (3), għan-negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed. F’każijiet oħrajn, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li huwa kopert min-negozjati.

 

Id-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

 

7. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

 

(a) “awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni” għandha tkun l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat;

 

(b) “SME” għandha tfisser mikroimpriża, impriża żgħira jew impriża ta’ daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ mikroimpriża, impriża żgħira jew impriża ta’ daqs medju.

 

8. L-Istati Membri li fihom isiru n-negozjati skont dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 2(f) u 6.

 

9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawn l-atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tistabbilixxi regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-kalkolu tal-volumi ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert min-negozjati msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

 

10. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa d-dettalji tar-regoli meħtieġa għan-notifika msemmija fil-paragrafu 2(f) ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

Or. en

 

Emenda  245

Proposta għal regolament

Artikolu 105b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 105b

 

Regolamentazzjoni tal-provvista ta’ ġobon b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

 

1. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikoli 106 u 106a, organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikoli 108(1) u 108a jew grupp ta’ operaturi msemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perjodu ta’ żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta’ ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni tal-oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

 

2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta’ ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Tali ftehim għandu jiġi konkluż bejn tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew ir-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tal-ġobon imsemmi fil-paragrafu 1 u, jekk ikun xieraq, tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta’ dak il-ġobon li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

 

3. Għall-fini tal-paragrafu 1, li jikkonċerna l-ġobon li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona ġeografika ta’ oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ġobon għandha tkun l-istess bħaż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 relatata ma dak il-ġobon.

 

4. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1:

 

(a) għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta’ dak il-ġobon għad-domanda;

 

(b) għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat;

 

(c) jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jiġġeddu wara dan il-perjodu, wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

 

(d) ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta’ prodotti differenti minn dawk ikkonċernati mir-regoli msemmija fil-paragrafu 1;

 

(e) ma għandhom ikunu relatati ma’ ebda tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon ikkonċernat;

 

(f) jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

 

(g) għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li xort’oħra kien ikun disponibbli;

 

(h) ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il- produtturi żgħar jiġu affettwati b’mod negattiv;

 

(i) għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat.

 

(j) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 105a.

 

5. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppubblikati f’publikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

6. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, u, fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

 

7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar kwalunkwe notifika ta’ tali regoli.

 

8. Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni ssib li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE.

 

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura tal-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  246

Proposta għal regolament

Artikolu 106

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 106

Artikolu 106

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta’ produtturi, li:

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta’ produtturi, li:

(a) ikunu kostitwiti minn produtturi ta’ mill-anqas wieħed mis-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2);

(a) ikunu kostitwiti u kkontrollati minn bdiewa ta’ mill-anqas wieħed mis-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2);

(b) ikunu fformati fuq inizjattiva tal-produtturi;

(b) ikunu fformati fuq inizjattiva tal-bdiewa;

(c) isegwu għan speċifiku li jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(c) isegwu għan speċifiku li għandu jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi elenkati fil-punti i), ii) jew iii) u jista’ jinkludi wieħed jew aktar minn dawn l-objettivi l-oħra li ġejjin:

(i) li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

(i) li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

(ii) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħhom;

(ii) il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħhom, speċjalment permezz ta’ bejgħ dirett;

li jiġu ottimizzati l-ispejjeż tal-produzzjoni u stabbilizzati l-prezzijiet tal-produtturi;

(iii) li jiġu ottimizzati l-ispejjeż tal-produzzjoni u stabbilizzati l-prezzijiet tal-produtturi, l-aktar fir-rigward tal-kumpens li jirċievu għal spejjeż ta’ investimenti għal kwistjonijiet bħalma huma l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, u li jikkontribwixxu għal prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi;

(iv) li ssir riċerka dwar metodi sostenibbli ta’ produzzjoni u żviluppi tas-suq;

(iv) li ssir riċerka u li jiġu żviluppati inizjattivi għal metodi sostenibbli ta’ produzzjoni, prattiki innovattivi, kompetitività ekonomika u żviluppi tas-suq;

(v) li ssir promozzjoni u li tingħata assistenza teknika għall-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni u tekniki ta’ produzzjoni ambjentalment tajbin;

(v) li ssir promozzjoni u li tingħata assistenza teknika għall-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni, tekniki ta’ produzzjoni ambjentalment tajbin u prattiki u tekniki tajba ta’ benesseri tal-annimali;

 

(va) li ssir promozzjoni u tingħata assistenza teknika għall-użu ta’ standards ta’ produzzjoni, għal titjib fil-kwalità tal-prodotti u l-iżvilupp ta’ prodotti b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti b’tikketta ta’ kwalità nazzjonali.

 

(vb) li jiġu stabbiliti regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali;

(vi) l-immaniġġjar ta’ prodotti sekondarji u ta’ skart, b’mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, u ppreservata u stimulata l-bijodiversità; kif ukoll

(vi) l-immaniġġjar ta’ prodotti sekondarji u ta’ skart, b’mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, u ppreservata u stimulata l-bijodiversità;

(vii) li jingħata kontribut għall-użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(vii) li jingħata kontribut għall-użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

 

(viia) li jiġu żviluppati inizjattivi fil-qasam tal-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni;

 

(viib) il-ġestjoni tal-fondi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru […] dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

 

(viic) l-implimentazzjoni ta’ strumenti għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet u għall-ġestjoni ta’ kriżijiet, l-aktar permezz ta’ ħżin privat, ipproċessar, promozzjoni, bejgħ promozzjonali u, bħala l-aħħar għażla, permezz tal-irtirar mis-suq;

 

(viid) il-provvista tal-assistenza teknika meżtieġa għall-użu tas-suq tal-ġejjieni u ta’ skemi tal-assigurazzjoni;

 

(viie) li jinnegozjaw, f’isimhom jew fejn japplika f’isem il-membri tagħhom, kuntratti għal prodotti intermedjarji ma’ operaturi fis-setturi upstream;

 

(viif) li jinnegozjaw, f’isimhom jew fejn japplika f’isem il-membri tagħhom, kuntratti għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel agrikoli, ma’ operaturi fis-setturi downstream;

(d) ma jkollhomx pożizzjoni dominati f'suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ in segwitu għall-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

 

 

(da) jikkummerċjalizzaw il-prodotti tas-suq li mhux koperti mill-kodiċi CN ex 22.08 imsemmija fl-Anness I mat-Trattat, sakemm il-proporzjon ta’ prodotti mibjugħin li mhumiex koperti mill-Anness I ma jaqbżux 49% tal-volum totali kkummerċjalizzat, mingħajr ma dan iwassal għat-telf tal-istatus uffiċjali bħala organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur agrikolu rikonoxxut.

Or. en

 

Emenda  247

Proposta għal regolament

Artikolu 106a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 106a

 

Statut tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

 

1. L-istatut ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandu jeħtieġ il-membri ta’ produzzjoni tagħha, b’mod partikolari, li:

 

(a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar -rapportar ta’ produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent;

 

(b) ikunu membri biss ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi waħda għal prodott partikolari tal-impriża, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deroga mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat fil-każijiet debitament iġġustifikati fejn il-produtturi msieħba jkollhom żewġ unitajiet ta’ produzzjoni distinti li jinstabu f’żoni ġeografiċi differenti;

 

(c) ifornu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet statistiċi, b’mod partikolari dwar żoni agrikoli, il-produzzjoni, ir-rendimenti u l-bejgħ dirett;

 

2. L-istatut ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandu jistabbilixxi wkoll:

 

(a) proċeduri għall-iffissar, l-adozzjoni u l-emenda tar-regoli msemmijin fil-paragrafu 1;

 

(b) l-impożizzjoni fuq il-membri li jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi;

 

(c) regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;

 

(d) pieni għal ksur ta’ obbligi taħt ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, partikolarment in-nuqqas ta’ pagament ta’ kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

 

(e) regoli dwar id-dħul ta’ membri ġodda, u partikolarment il-perjodu minimu ta’ sħubija, li ma jistax ikun anqas minn sena;

 

(f) ir-regoli baġitarji u ta’ kontabilità meħtieġa għat-tħaddim tal-organizzazzjoni.

 

3. L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom jitqiesu li jkunu qed jaġixxu f’isem il-membri tagħhom għall-kwistjonijiet ekonomiċi, u bħala rappreżentanti tagħhom fil-limiti tal-kompiti tagħhom, indipendentement mill-fatt jekk is-sjieda tal-prodotti kkonċernati ġietx trasferita mill-produtturi għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew le.

Or. en

 

Emenda  248

Proposta għal regolament

Artikolu 106b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 106b

 

Rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet tal- produtturi

 

1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta’ produtturi l-entitajiet legali kollha jew il-partijiet kollha definiti b’mod ċar ta’ entitajiet legali li japplikaw għal tali rikonoxximent, sakemm dawn:

 

(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 106;

 

(b) ikollhom numru minimu ta’ membri u/jew ikopru volum minimu ta’ produzzjoni kummerċjali, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fil-qasam li joperaw fih;

 

(c) joffru evidenza suffiċjenti li kapaċi jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod xieraq, kemm f’termini ta’ żmien u f’termini ta’ effiċjenza, fir-rigward tal-għoti ta’ appoġġ uman, materjali u tekniku lill-membri tagħhom, u l-konċentrazzjoni tal-provvista;

 

(d) ikollhom regoli ta’ assoċjazzjoni li jkunu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li, qabel l-1 ta’ Jannar 2014, ikunu ġew rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta’ produtturi skont l-Artikolu 106.

 

3. L-organizzazzjonijiet ta’ podutturi li, qabel l-1 ta’ Jannar 2014, ikunu ġew rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2015.

 

4. L-Istati Membri għandhom:

 

(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien erba’ xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

 

(b) iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu determinati minnhom, kontrolli biex jiġi vverifikat li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jkunu konformi mad-dispożizzjonjiet ta’ dan il-Kapitolu;

 

(c) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent, jekk ikun meħtieġ;

 

(d) jinfurmaw lill-Kummissjoni darba fis-sena u mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu b’kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti.

Or. en

 

Emenda  249

Proposta għal regolament

Artikolu 106c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 106c

 

Esternalizzazzjoni

 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuta biex testernalizza kwalunkwe mill-attivitajiet tagħha barra l-produzzjoni, inkluż lil sussidjarji, dment li din tipprovdi provi biżżejjed lill-Istat Membru kkonċernat li dan huwa mod xieraq biex jinkisbu l-objettivi tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati u li l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jibqgħu responsabbli biex jiżguraw it-twettiq tal-attività esternalizzata u l-kontroll globali tal-ġestjoni u s-superviżjoni tal-arranġament kummerċjali għall-provvediment tal-attività. B'mod partikolari, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għandha żżomm is-setgħa li toħroġ struzzjonijiet vinkolanti lill-aġent tagħha fir-rigward tal-attivitajiet fdati lilha.

Or. en

 

 

Emenda  250

Proposta għal regolament

Artikolu 107

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 107

Artikolu 107

Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi

Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi fi kwalunkwe settur minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu fformati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ produtturi.

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi f’settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu fformati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ produtturi.

Bla ħsara għar-regoli adottati skont l-Artikolu 114, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jesegwixxu kwalunkwe attività jew funzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

Bla ħsara għar-regoli adottati skont l-Artikolu 114, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jesegwixxu kwalunkwe attività jew funzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

Or. en

 

Emenda  251

Proposta għal regolament

Artikolu 108

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 108

Artikolu 108

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali fi kwalunkwe settur minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fi kwalunkwe settur minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li formalment ikunu talbu rikonoxximent u:

(a) ikunu kostitwiti minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni, il-kummerċ u/jew l-ipproċessar ta’ prodotti f’settur wieħed jew aktar;

(a) ikunu kostitwiti minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni u tal-anqas ma’ wieħed mill-istadji li ġejjin fil-katina tal-provvista: l-ipproċessar jew kummerċjalizzazzjoni, inkluż it-tqassim, ta’ prodotti f’settur wieħed jew aktar;

(b) ikunu fformati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(b) ikunu fformati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

 

(ba) jikkonċernaw prodotti jew gruppi ta’ prodotti mhux koperti minn organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta preċedentement;

(c) isegwu għan speċifiku, li jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(c) isegwu għan speċifiku filwaqt li jqisu l-interessi tal-membri tagħhom u dawk tal-konsumaturi, li jista’ jinkludi, b’mod partikolari, wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i) li jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ dejta ta’ statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali u nazzjonali;

(i) li jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ data ta’ statistika dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet, flimkien ma' indikaturi relatati mal-prezz jekk ikun meħtieġ, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali;

 

(ia) li jiffaċilitaw għarfien minn qabel tal-potenzjal tal-produzzjoni, u l-irrekordjar tal-prezzijiet tas-suq;

(ii) l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

(ii) l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

 

(iia) l-esplorazzjoni tas-swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 104a u 113a, it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta’ prodotti agrikoli lil xerrejja u/jew il-provvista ta’ prodotti pproċessati lil distributuri u bejjiegħa bl-imnut, waqt li jitqies il-bżonn li jintlaħqu kundizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jkunu evitati d-distorzjonijiet fis-suq;

(iv) l-isfruttar b’mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti;

(iv) l-isfruttar b’mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti, inkluż fil-livell ta’ ħwienet tas-suq, u l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-innovazzjoni;

(v) l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tiġi rrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi partikolari ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

(v) l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni, tiġi rrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi partikolari ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

(vi) ir-riċerka ta’ metodi kif jista’ jiġi ristrett l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti u prodotti oħra u li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma;

(vi) metodi kif jista’ jiġi ristrett l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, kif jistgħu jiġu amministrati aħjar prodotti oħra, li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, tiġi msaħħa s-sikurezza tal-ikel, l-aktar permezz tat-traċċabilità tal-prodotti, u tittejjeb is-saħħa u l-benesseri tal-annimali;

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tal-ipproċessar u/jew tal-kummerċjalizzazzjoni;

 

id-definizzjoni ta’ kwantitajiet minimi u d-definizzjoni ta’ standards minimi għall-ippakkjar u l-preżentazzjoni;

l-isfruttar tal-potenzjal tal-biedja organika u li tingħata protezzjoni u promozzjoni lil din it-tip ta’ biedja, kif ukoll lil denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;

titwettaq azzjoni għall-ħarsien, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-biedja organika u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ix) il-promozzjoni ta’ produzzjoni sostenibbli u integrata u ta’ metodi ta’ produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

(ix) il-promozzjoni ta’ produzzjoni sostenibbli u integrata u ta’ metodi ta’ produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

(x) li jiġi mħeġġeġ il-konsum tal-prodotti tajbin għas-saħħa u li tingħata informazzjoni dwar il-ħsara relatata ma’ tendenzi ta’ konsum perikolużi;

(x) li jiġi mħeġġeġ il-konsum moderat u responsabbli tal-prodotti fis-suq intern u/jew li tingħata informazzjoni dwar il-ħsara relatata ma’ tendenzi ta’ konsum perikolużi;

 

(xa) il-promozzjoni ta’ konsum u/jew l-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti fis-suq intern u fis-swieq esterni;

(xi) it-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni, l-aktar f’pajjiżi terzi.

 

 

(xia) l-implimentazzjoni ta’ miżuri kollettivi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tas-saħħa, il-protezzjoni tal-pjanti u riskji ambjentali u inċertezzi marbuta mal-produzzjoni u, meta jkun meħtieġ, mal-ipproċessar u/jew mal-kummerċjalizzazzjoni u/jew mat-tqassim ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel;

 

(xib) il-kontribuzzjoni għall-ġestjoni ta’ prodotti sekondarji u t-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart.

2. Għal organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u t-tabakk, l-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

2. Għal organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u t-tabakk, l-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a) il-konċentrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-membri;

(a) il-konċentrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-membri;

(b) l-adattament tal-produzzjoni u tal-ipproċessar b’mod konġunt għall-esiġenzi tas-suq u t-titjib tal-prodott;

(b) l-adattament tal-produzzjoni u tal-ipproċessar b’mod konġunt għall-esiġenzi tas-suq u t-titjib tal-prodott;

(c) il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-produzzjoni u tal-ipproċessar.

(c) il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-produzzjoni u tal-ipproċessar.

Or. en

 

Emenda  252

Proposta għal regolament

Artikolu 108a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 108a

 

Rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali

 

1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li japplikaw għal dan, sakemm dawn:

 

(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 108;

 

(b) iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

 

(c) jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 108(1)(a);

 

(d) ma jwettqux huma stess attivitajiet ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar u/jew ta’ kummerċ, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 108(2).

 

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li qabel l-1 ta’ Jannar 2014 ikunu ġew rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta’ produtturi skont l-Artikolu 108.

 

3. L-organizzazzjonijiet interprofessjonali li, qabel l-1 ta’ Jannar 2014, ikunu ġew rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2015.

 

4. Meta jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 u/jew il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom:

 

(a) jiddeċiedu dwar jekk jagħtux għarfien jew le fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni bid-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

 

(b) iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

 

(c) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-penalitajiet applikabbli li jkunu stabbilixxew u jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent, jekk ikun meħtieġ;

 

(d) jirtiraw ir-rikonoxximent jekk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati;

 

(e) jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena, sal-31 ta' Marzu, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

Or. en

 

Emenda  253

Proposta għal regolament

Artikolu 109

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 109

imħassar

Organizzazzjonijiet tal-operaturi

 

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taz-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-ikel għandhom jikkomprendu organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ operaturi oħra jew assoċjazzjonijiet tagħhom.

 

Or. en

 

Emenda  254

Proposta għal regolament

Artikolu 109a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 109a

 

Ir-rwol tal-gruppi

 

1. Sabiex itejbu u jistabbilizzaw l-operat tas-suq fil-prodotti li jkunu ġew assenjati denominazzjoni protetta tal-orġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta skont ir-Regolament (KE) Nru XXXXXXX dwar skemi ta’ kwalità tal-prodotti agrikoli, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu r-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, partikolarment permezz tal-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-gruppi msemmijin fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru XXXXXXX dwar skemi ta’ kwalità tal-prodotti agrikoli.

 

2. It-tali regoli għandhom ikunu proporzjonati mal-objettiv segwit u:

 

(a) għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista u jimmiraw biex iġibu l-provvista tal-prodott konformi mad-domanda;

 

(b) m’għandhomx isiru vinkolanti għal aktar minn perjodu li jista’ jiġġedded ta’ ħames snin ta’ kummerċjalizzazzjoni;

 

(c) m’għandhom ikunu jirrigwardaw ebda tranżazzjoni oħra wara l-ewwel darba li l-prodott ikkonċernat jiġi kkummerċjalizzat;

 

(d) m'għandhomx jippermettu l-iffissar tal-prezzijiet, inkluż meta l-prezzijiet ikunu stabbiliti bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

 

(e) għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li xort’oħra kien ikun disponibbli;

 

(f) m’għandux ikollhom l-effett li ma jħallux li operatur jibda produzzjoni tal-prodott ikkonċernat;

 

3. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu għall-attenzjoni tal-operaturi billi jiġu ppubblikati b’mod sħiħ f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

4. Id-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri fis-sena n b’konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Marzu tas-sena n+1.

 

5. Il-Kummissjoni tista’ titlob Stat Membru biex jirtira d-deċiżjoni tiegħu jekk issib li dik id-deċiżjoni tipprekludi l-kompetizzjoni f’parti sostanzjali tas-suq intern, tikkomprometti l-moviment liberu tal-prodotti jew tmur kontra l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

Or. en

 

Emenda  255

Proposta għal regolament

Artikolu 110

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 110

Artikolu 110

Estensjoni ta’ regoli

Estensjoni ta’ regoli

1. F’każijiet fejn organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ produtturi, assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta li topera f’distrett ekonomiku speċifiku jew f’distretti ekonomiċi speċifiċi ta’ Stat Membru titqies li tkun tirrappreżenta l-produzzjoni ta’ prodott partikolari, il-kummerċ jew l-ipproċessar tiegħu, l-Istat Membru konċernat jista’, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni, jagħmel obbligatorji għal perjodu limitat xi wħud mill-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li kien hemm qbil dwarhom f’dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra li jaġixxu fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti ekonomiċi inkwistjoni, sew bħala individwi jew bħala gruppi u li ma jkunux jappatienu għall-organizzazzjoni jew għall-assoċjazzjoni.

1. F’każijiet fejn organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ produtturi, assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta li topera f’distrett ekonomiku speċifiku jew f’distretti ekonomiċi speċifiċi ta’ Stat Membru titqies li tkun tirrappreżenta l-produzzjoni ta’ prodott partikolari, il-kummerċ jew l-ipproċessar tiegħu, l-Istat Membru konċernat jista’, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni, jagħmel obbligatorji għal perjodu limitat xi wħud mill-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li kien hemm qbil dwarhom f’dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra li jaġixxu fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti ekonomiċi inkwistjoni, sew bħala individwi jew bħala gruppi u li ma jkunux jappatienu għall-organizzazzjoni jew għall-assoċjazzjoni.

2. “distrett ekonomiku” għandha tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni maġenb jew qrib xulxin fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu omoġenji.

2. “distrett ekonomiku” għandha tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni maġenb jew qrib xulxin fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu omoġenji.

3. Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għandha titqies rappreżentattiva fejn, fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti kkonċernati ta’ Stat Membru:

3. Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għandha titqies rappreżentattiva fejn, fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti kkonċernati ta’ Stat Membru:

(a) tkun responsabbli, fir-rigward ta’ proporzjon tal-volum tal-produzzjoni jew tal-kummerċ jew tal-ipproċessar tal-prodott jew il-prodotti konċernati:

(a) tkun responsabbli, fir-rigward ta’ proporzjon tal-volum tal-produzzjoni jew tal-kummerċ jew tal-ipproċessar tal-prodott jew il-prodotti konċernati:

(i) għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, mill-anqas għal 60%, jew

(i) għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, mill-anqas għal 60 %, jew

(ii) f’każijiet oħra, mill-anqas għal żewġ terzi, u

(ii) f’każijiet oħra, mill-anqas għal żewġ terzi, u

(b) tkun responsabbli għal, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, għal aktar minn 50% tal-produtturi konċernati.

(b) tkun responsabbli għal, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, għal aktar minn 50 % tal-produtturi konċernati, u

 

(ba) fil-każ ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali, tkun tifforma sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 108(1)(a) bil-kundizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru.

Meta t-talba għal estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħra tkopri aktar minn distrett ekonomiku wieħed, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għandha turi l-livell minimu ta’ rappreżentanza kif definit fl-ewwel subparagrafu għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor fi grupp f’kull wieħed mid-distretti ekonomiċi konċernati.

Meta t-talba għal estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħra tkopri aktar minn distrett ekonomiku wieħed, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għandha turi l-livell minimu ta’ rappreżentanza kif definit fl-ewwel subparagrafu għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor fi grupp f’kull wieħed mid-distretti ekonomiċi konċernati.

4. Ir-regoli li għalihom tista’ tintalab estensjoni għal operaturi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

4. Ir-regoli li għalihom tista’ tintalab estensjoni għal operaturi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jappartjenu għal waħda mill-attivitajiet li jissodisfaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 106(c) jew fl-Artikolu 108(1)(c).

(a) rapportar dwar il-produzzjoni u s-suq;

 

(b) regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti f’regoli tal-Unjoni jew nazzjonali;

 

(c) tfassil ta’ kuntratti standard li jkunu kompatibbli ma’ regoli tal-Unjoni;

 

(d) regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni;

 

(e) regoli dwar il-protezzjoni tal-ambjent;

 

(f) miżuri biex jiġi promoss u sfruttat il-potenzjal tal-prodotti;

 

(g) miżuri biex tiġi protetta l-biedja organika, kif ukoll id-denominazzjonijiet ta’ oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

 

(h) riċerka biex jiżdied il-valur għall-prodotti, partikolarment permezz ta’ użi ġodda li ma jkunux ta’ theddida għas-saħħa pubblika;

 

(i) studji biex titjieb il-kwalità tal-prodotti;

 

(j) riċerka, b’mod partikolari dwar metodi ta’ kultivazzjoni li jippermettu użu anqas ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali u li jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-ħamrija u l-ambjent;

 

(k) definizzjoni ta’ kwalitajiet minimi u definizzjoni ta’ standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni;

 

(l) użu ta’ żerriegħa ċertifikata u monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott.

 

Dawk ir-regoli m’għandhomx jikkawżaw ħsara lil operaturi oħra fl-Istat Membru konċernat jew lill-Unjoni u m’għandhom ikollhom ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 145(4) jew ikunu xort’oħra inkompatibbli ma’ regoli tal-Unjoni jew nazzjonali fis-seħħ.

Dawk ir-regoli m’għandhomx jikkawżaw ħsara lil operaturi oħra fl-Istat Membru konċernat jew lill-Unjoni u m’għandhom ikollhom ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 145(4) jew ikunu xort’oħra inkompatibbli ma’ regoli tal-Unjoni jew nazzjonali fis-seħħ.

 

4a. Meta tkun teżisti organizzazzjoni interprofessjonali li tkun ġiet rikonoxxuta għal prodott wieħed jew aktar, l-Istati Membri ma għandhomx jestendu deċiżjonijiet u prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din l-organizzazzjoni interprofessjonali msemmija.

 

4b. L-estensjoni tar-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, in extenso, f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

4c. Kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu l-aktar tard, b’kull deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu.

Or. en

 

Emenda  256

Proposta għal regolament

Artikolu 111

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 111

Artikolu 111

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk mhux membri

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk mhux membri

Fejn regoli ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ produtturi, ta’ assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 110 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ persuni li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista’ jiddeċiedi li individwi jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sa kemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż mġarrba direttament biex ikunu segwiti l-attivitajiet inkwistjoni.

Fejn regoli ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ produtturi, ta’ assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 110 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista’ jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, li operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż biex ikunu segwiti l-attivitajiet inkwistjoni.

Or. en

 

Emenda  257

Proposta għal regolament

Artikolu 112

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 112

Artikolu 112

Miżuri biex jitħaffef l-aġġustament ta’ provvista għall-esiġenzi tas-suq

Miżuri biex jitħaffef l-aġġustament ta’ provvista għall-esiġenzi tas-suq

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 106 sa 108 biex jitħaffef l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward tas-setturi tal-pjanti ħajjin, laħam taċ-ċanga u vitella, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, bajd u laħam tat-tjur dwar miżuri:

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106 sa 108 biex jitħaffef l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward tas-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2), dwar miżuri:

(a) biex titjieb il-kwalità;

(a) biex titjieb il-kwalità;

(b) biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(b) biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c) biex titħaffef ir-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(c) biex titħaffef ir-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(d) biex ikun jista' jsir tbassir għal żmien qasir u fit-tul abbażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati.

(d) biex ikun jista' jsir tbassir għal żmien qasir u fit-tul abbażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati.

Or. en

 

Emenda  258

Proposta għal regolament

Artikolu 113

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 113

Artikolu 113

Regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabbilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni f’inbejjed

Regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabbilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni f’inbejjed

1. Biex titjieb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni f’inbejjed, inkluż l-għeneb, most u nbejjed li minnhom jidderivaw, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, partikolarment permezz ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 108.

1. Biex titjieb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni f’inbejjed, inkluż l-għeneb, most u nbejjed li minnhom jidderivaw, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, partikolarment permezz ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 108.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u m’għandhomx:

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u m’għandhomx:

(a) ikunu relatati ma’ ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kollu konċernat;

(a) ikunu relatati ma’ ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kollu konċernat;

(b) jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(b) jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(c) jirrendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta’ qtugħ ta’ għeneb li xort’oħra kien ikun disponibbli;

(c) jirrendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta’ qtugħ ta’ għeneb li xort’oħra kien ikun disponibbli;

(d) jipprovdu skop biex ikun miċħud il-ħruġ taċ-ċertifikati nazzjonali u tal-Unjoni meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbejjed fejn din il-kummerċjalizzazzjoni tkun skont dawk ir-regoli.

(d) jipprovdu skop biex ikun miċħud il-ħruġ taċ-ċertifikati nazzjonali u tal-Unjoni meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbejjed fejn din il-kummerċjalizzazzjoni tkun skont dawk ir-regoli.

 

1a. Ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi b’mod sħiħ f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

1b. Kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu l-aktar tard, b’kull deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu.

Or. en

 

Emenda  259

Proposta għal regolament

Parti II – Titolu II – Kapitolu III – Taqsima 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA 3a

 

SISTEMI TA’ KKUNTRATTAR

 

Artikolu 113a

 

Relazzjonijiet kuntrattwali

 

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 104 u 105 dwar is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-Artikolu 101 dwar is-settur taz-zokkor, jekk Stat Membru jiddeċidedi li, fit-territorju tiegħu, kull konsenja ta' prodotti agrikoli li tkun ġejja minn settur imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, minn produttur lil proċessur jew lil distributur, għandha tkun suġġett ta’ kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew li l-ewwel xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli mill-produtturi, dan il-kuntratt u/jew din l-offerta ta’ kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

 

Meta Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta’ prodotti konċernati minn produttur lil xerrej iridu jkunu koperti minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, l-Istat Membru għandu wkoll jiddeċiedi liema stadji tal-konsenja għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt bejn il-partijiet jekk il-konsenja tal-prodotti konċernati ssir permezz ta’ diversi intermedjarji.

 

Fil-każ deskritt fis-subparagrafu 2, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-kuntratti fis-setturi kkonċernati jiġu ssodisfati u għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni biex jiġu koperti l-każijiet meta l-ebda tali kuntratt ma jkun jista’ jiġi konkluż bi qbil reċiproku, sabiex b’hekk jiġu żgurati relazzjonijiet kuntrattwali ġusti.

 

2. Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt għandhom:

 

(a) isiru qabel ma ssir il-konsenja,

 

(b) isir bil-miktub, u

 

(c) jinkludi, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

 

(i) il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

 

– ikun fiss u stabbilit fil-kuntratt, u/jew

 

– jiġi kkalkulat billi jiġu kkumbinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli ikkonsenjat,

 

(ii) il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti konċernati li jistgħu u/jew għandhom ikunu kkonsenjati u l-ħin ta’ dawn il-konsenji,

 

(iii) it-tul ta’ żmien tal-kuntratt, li jista’ jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta’ terminazzjoni,

 

(iv) id-dettalji rigward il-perjodi u l-proċeduri ta’ pagament,

 

(v) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u

 

(vi) ir-regoli applikabbli f’każ ta’ force majeure.

 

3. B’deroga mill-paragrafu 1, m’għandux jintalab kuntratt u/jew offerta għal kuntratt meta l-prodotti kkonċernati jiġu kkonsenjati minn produttur lil xerrej li jkun kooperattiva li l-produttur ikun membru tagħha, jekk l-istatuti tagħha jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet li jkun hemm provvediment għalihom f’dawn l-istatuti jew li jkunu derivati minn dawn l-istatuti jkun fihom dispożizzjonijiet b’effetti simili għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

 

4. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli konklużi mill-produtturi, il-kolletturi, il-proċessuri jew id-distributuri, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c), għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet.

 

Minkejja l-ewwel subparagrafu,

 

(i) meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel il-kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli obbligatorji skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jistabbilixxi tul ta’ żmien minimu li għandu japplika biss f’kuntratti bil-miktub bejn il-produtturi u l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern; u/jew

 

(ii) meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli jrid jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-produttur skont il-paragrafu 1, huwa jista’ jagħmel dispożizzjoni li l-offerta għandha tinkludi tul ta’ żmien minimu tal-kuntratt kif stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

 

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr ħsara għad-driitt tal-produttur li jirrifjuta tali tul ta’ żmien minimu sakemm jagħmel dan bil-miktub. F’dan il-każ, il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c).

 

5. L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażliet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-mod kif dawn jiġu applikati.

 

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2(a) u (b) u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  260

Proposta għal regolament

Artikolu 113b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 113b

 

Negozjati kuntrattwali

 

1. Organizzazzjoni ta’ produtturi li taqa’ taħt wieħed mis-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, rikonoxxuta skont l-Artikolu 106, tista’ tinnegozja f’isem il-produtturi li jkunu membri tagħha, fir-rigward tal-produzzjoni konġunta kollha tagħhom jew parti minnha, kuntratti ta’ konsenja ta’ prodotti agrikoli minn produttur lil proċessur, intermedjarju jew distributur.

 

2. In-negozjati mill-organizzazzjoni ta’ produtturi jistgħu jsiru:

 

(a) kemm jekk ikun hemm kif ukoll jekk ma jkunx hemm trasferiment tal-proprjetà tal-prodotti konċernati mill-produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi,

 

(b) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le rigward il-produzzjoni konġunta għal uħud jew għall-membri bdiewa kollha ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi,

 

(c) bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta’ xi organizzazzjoni oħra ta’ produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f’isimhom, u madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każijiet iġġustifikati kif dovut fejn il-produtturi jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti;

 

(d) sakemm il-prodotti ikkonċernati ma jkunux koperti minn obbligu li jirriżulta mis-sħubija li bidwi jkollu f’kooperattiva li ssir konsenja skont il-kundizzjonijiet spjegati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet stabbiliti f’dawn l-istatuti jew derivati minnhom; kif ukoll

 

(e) sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-kwantitajiet tal-prodotti agrikoli koperti b’tali negozjati.

 

3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom ikopru wkoll assoċjazzjonijiet ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

 

4. Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, deċiżjoni dwar in-negozjati għandha tittieħed mill-Kummissjoni, bis-saħħa ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 162(2) jew (3). F’każijiet oħrajn, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li huwa kopert min-negozjati.

 

Id-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

Or. en

 

Emenda  261

Proposta għal regolament

Artikolu 114

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 114

Artikolu 114

Setgħat ddelegati

Setgħat ddelegati

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabbiltajiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, ta’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taz-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-ikel u ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali jiġu ddefiniti b’mod ċar biex jikkontribwixxu għall-effikaċja tal-azzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar organizzazzjonijiet ta’ produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali u organizzazzjonijiet ta’ operaturi dwar dan li ġej:

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabbiltajiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali jiġu ddefiniti b’mod ċar biex jikkontribwixxu għall-effikaċja tal-azzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, mingħajr ma jkun impost piż mhux meħtieġ, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 dwar organizzazzjonijiet ta’ produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali u organizzazzjonijiet ta’ operaturi dwar dan li ġej:

 

(-a) ir-regoli speċifiċi applikabbli f’settur wieħed jew diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament;

(a) l-għanijiet speċifiċi li jistgħu, għandhom jew m’għandhomx jiġu segwiti minn dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, inklużi derogi minn dawk stabbilit fl-Artikoli 106 sa 109,

(a) l-għanijiet speċifiċi li jistgħu, għandhom jew m’għandhomx jiġu segwiti minn dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, u meta applikabbli jiġu miżjuda ma’ dawk stabbilit fl-Artikoli 106 sa 109,

 

(aa) rakkomandazzjonijiet orizzontali għal ftehimiet interprofessjonali konklużi mill-organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 108;

(b) ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, rikonoxximent, struttura, personalità ġuridika, sħubija, daqs, responsabbiltà u attivitajiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, ir-rekiwżit imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 106 għar-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi li ma jkollhiex pożizzjoni dominanti f'suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ in segwitu għall-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat, l-effetti li jidderivaw minn rikonoxximent, l-irtirar ta’ rikonoxximent u fużjonijiet;

(b) l-istatuti ta’ organizzazzjonijiet minbarra organizzazzjonijiet ta’ produtturi, il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-istatuti ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi f’ċerti setturi, l-istruttura, il-personalità ġuridika, is-sħubija, id-daqs, ir-responsabbiltà u attivitajiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jidderivaw minn fużjonijiet;

 

(ba) il-kundizzjonijiet għal rikonoxximent, irtirar u sospensjoni ta’ rikonoxximent, l-effetti li jidderivaw minn rikonoxximent, irtirar u sospensjoni ta’ rikonoxximent kif ukoll rekwiżiti għal dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet biex jieħdu miżuri ta’ rimedju fil-każ ta’ nuqqas ta’ rispett tal-kriterji ta’ rikonoxximent;

(c) organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet transnazzjonali, inklużi r-regoli msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan l-Artikolu;

(c) organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet transnazzjonali, inklużi r-regoli msemmija fil-punti (a), (b) u (ba) ta' dan l-Artikolu;

 

(ca) regoli relatati mal-istabbiliment u l-kundizzjonijiet tal-għajnuna amministrattiva li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(d) l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet u l-provvediment ta’ mezzi tekniċi minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(d) kundizzjonijiet għall-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet u l-provvediment ta’ mezzi tekniċi minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(e) il-volum jew il-valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet;

(e) il-volum jew il-valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet;

(f) l-estensjoni ta’ ċerti regoli tal-organizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 110 għal dawk li ma jkunux membri u l-ħlas obbligatorju ta’ sottoskrizzjonijiet minn dawk li ma jkunux membri msemmi fl-Artikolu 111, inkluża lista ta’ regoli ta’ produzzjoni aktar stretti li jistgħu jkunu estiżi skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110(4), aktar rekwiżiti fir-rigward ta’ rappreżentanza, id-distretti ekonomiċi konċernati, inkluż skrutinju mill-Kummissjoni tad-definizzjoni tagħhom, perjodi minimi li matulhom ir-regoli għandhom japplikaw qabel l-estensjoni tagħhom, il-persuni jew organizzazzjonijiet li lilhom ir-regoli jew il-kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu applikati, u ċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni tista’ tesiġi li l-estensjoni ta’ regoli jew kontribuzzjonijiet obbligatorji għandhom ikunu rrifjutati jew irtirati.

(f) l-estensjoni ta’ ċerti regoli tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 110 għal dawk li ma jkunux membri u l-ħlas obbligatorju ta’ sottoskrizzjonijiet minn dawk li ma jkunux membri msemmi fl-Artikolu 111, aktar rekwiżiti fir-rigward ta’ rappreżentanza, id-distretti ekonomiċi konċernati, inkluż skrutinju mill-Kummissjoni tad-definizzjoni tagħhom, perjodi minimi li matulhom ir-regoli għandhom japplikaw qabel l-estensjoni tagħhom, il-persuni jew organizzazzjonijiet li għalihom ir-regoli jew il-kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu applikati, u ċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni tista’ tesiġi, għal perjodu speċifiku, li l-estensjoni ta’ regoli jew kontribuzzjonijiet obbligatorji għandhom ikunu rrifjutati jew irtirati;

 

(fa) il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ sistemi kuntrattwali fis-setturi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 113a(1), b’mod partikolari l-limiti li jistabbilixxu l-volumi tal-produzzjoni li għalihom jistgħu japplikaw negozjati kollettivi;

 

(fb) il-kundizzjonijiet li taħthom produtturi rikonoxxuti jistgħu jilħqu ftehim kollettiv orizzontali u vertikali ma’ kompetituri u msieħba fil-katina tal-ikel dwar l-inklużjoni fil-prezzijiet tal-ispejjeż ta’ investimenti fi produzzjoni sostenibbli.

Or. en

 

Emenda  262

Proposta għal regolament

Artikolu 115

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 115

Artikolu 115

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami

Il-Kummissjoni tista’, , permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa skont dan il-Kapitolu, b’mod partikolari dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 110 u 112. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa skont dan il-Kapitolu, b’mod partikolari miżuri li jikkonċernaw:

 

(a) l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikoli 106b u 108a;

 

(b) in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105a(8), 105b(7), l-Artikolu 106b(4)(d) u l-Artikolu 108a(4)(e);

 

(c) il-proċeduri relatati mal-għajnuna amministrattiva fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

 

(d) il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 110 u 112, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ “żona ekonomika” kif hemm referenza fl-Artikolu 110(2).

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  263

Proposta għal regolament

Artikolu 116

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 116

Artikolu 116

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjonijiet individwali, dwar:

1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjonijiet individwali, dwar:

(a) ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet f’aktar minn Stat Membru wieħed, skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 114(c);

(a) ir-rikonoxximent, ir-rifjut jew it-tħassir ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet f’aktar minn Stat Membru wieħed, skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 114(c);

(b) ir-rifjut jew it-tħassir ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali, it-tħassir tal-estensjoni ta’ regoli jew kontribuzzjonijiet obbligatorji, l-approvazzjoni ta’, jew id-deċiżjonijiet dwar l-emenda għal distretti ekonomiċi notifikati minn Stati Membri skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 114(f).

(b) l-estensjoni ta’ regoli jew kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u t-tħassir tagħhom.

 

1a. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li fihom deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni jew il-modifika tal-oqsma ekonomiċi notifikati mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regoli adottati skont l-Artikolu 114(f).

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  264

Proposta għal regolament

Parti II – Titolu II – Kapitolu III – Taqsima 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

TAQSIMA 4a

 

TRASPARENZA U INFORMAZZJONI DWAR IS-SUQ

 

Artikolu 116a

 

Strument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel

 

1. Sabiex l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi kollha jingħataw informazzjoni ċara dwar it-tfassil ta’ prezzijiet matul il-katina kollha tal-provvista alimentari, u biex ikunu faċilitati l-osservazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet u r-riżultati ta’ studji tal-Istrument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel u għandha tiżgura li dawn ir-riżultati jiġu ppubblikati.

 

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, u b’rabta mal-attivitajiet tal-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-osservaturi nazzjonali tal-prezzijiet, l-Istrument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel għandu jiġbor, mingħajr ma joħloq piżijiet amministrattivi għall-bdiewa, data statistika u informazzjoni meħtieġa għall-produzzjoni ta’ analiżijiet u studji relatati ma’:

 

(a) il-produzzjoni u l-provvista;

 

(b) il-mekkaniżmi ta’ tfassil tal-prezzijiet, u, safejn ikun possibbli, il-marġini ta' profitt matul il-katina kollha tal-provvista tal-ikel fl-Unjoni u fl-Istati Membri;

 

(c) mat-tendenzi tal-iżvilupp tal-prezzijiet u, sakemm ikun possibbli, il-marġini ta’ benefiċċju għal-livelli kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel tal-Unjoni u tal-Istati Membri u fis-setturi agrikoli u agroalimentari kollha, l-aktar dawk tal-frott u l-ħxejjex, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-laħam;

 

(d) it-tbassir dwar l-iżviluppi tas-suq, fuq żmien qasir u medju.

 

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istrument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel għandu jistudja b’mod partikolari l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet, il-prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola, il-prezzijiet tal-konsumatur, il-marġini ta’ profitt u l-ispejjeż tal-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqassim fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

 

3. L-informazzjoni ppublikata permezz tal-attivitajiet tal-Istrument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel għandha tkun trattata b’mod kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ operaturi individwali.

Or. en

 

Emenda  265

Proposta għal regolament

Artikolu 117 - paragrafu 1 - subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-prodotti li ġejjin huma soġġetti għal obbligu ta’ ċertifikat: ċereali, ross, zokkor, kittien, qanneb, żrieragħ, pjanti ħajjin, żejt taż-żebbuġa, frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati, banana, laħam taċ-ċanga u tal-vitella, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, laħam tat-tjur, bajd, ħalib u prodotti tal-ħalib, inbid, alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola.

Or. en

 

Emenda  266

Proposta għal regolament

Artikolu 117 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-prodotti importati mill-Unjoni għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti ta’ produzzjoni u tqegħid fis-suq bħal dawk prodotti fl-Unjoni, u jistgħu jingħataw il-liċenzji ta’ importazzjoni rilevanti biss jekk jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet.

Or. en

 

Emenda  267

Proposta għal regolament

Artikolu 118 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-iżviluppi fil-kummerċ u fis-suq, l-esiġenzi tas-swieq konċernati u l-monitoraġġ ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet tal-prodotti konċernati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta, skont l-Artikolu 160, atti delegati biex tiddetermina:

1. Filwaqt li jitqiesu l-ħtieġa li jiġu mmonitorjati l-importazzjonijiet tal-prodotti, il-ħtieġa ta’ ġestjoni soda tas-suq u l-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta, skont l-Artikolu 160, atti delegati biex tiddetermina:

Or. en

 

Emenda  268

Proposta għal regolament

Artikolu 118 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-lista ta’ prodotti agrikoli suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni;

(a) tiġi emendata u titlesta l-lista ta’ prodotti agrikoli suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni;

Or. en

 

Emenda  269

Proposta għal regolament

Artikolu 118 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu ddefiniti l-elementi ewlenin tas-sistema tal-liċenzja, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex:

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu ppreċiżati d-dispożizzjonijiet relatati mas-sistema tal-liċenzja, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex:

Or. en

 

Emenda  270

Proposta għal regolament

Artikolu 119 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, tadotta, miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ din it-Taqsima, inklużi regoli dwar:

Il-Kummissjoni għandha, tadotta, miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ dan il-Kapitolu, inklużi regoli dwar:

Or. en

 

Emenda  271

Proposta għal regolament

Artikolu 120 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  272

Proposta għal regolament

Artikolu 120a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 120a

 

Dazji fuq l-importazzjonijiet

 

Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor skont dan ir-Regolament, ir-rati tad-dazji tal-importazzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Or. en

 

Emenda  273

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali

Implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali u ftehimiet oħrajn

Or. en

 

Emenda  274

Proposta għal regolament

Artikolu 121

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat jew kwalunkwe att ieħor adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat jew skont it-Tariffa Doganali Komuni fir-rigward tal-kalkolu ta’ dazji ta’ importazzjoni għal prodotti agrikoli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat jew skont it-Tariffa Doganali Komuni fir-rigward tal-metodu għall-kalkolu ta’ dazji ta’ importazzjoni għal prodotti agrikoli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

Or. en

 

Emenda  275

Proposta għal regolament

Artikolu 121a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 121a

 

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għaċ-ċereali

 

1. Minkejja l-Artikolu 121, id-dazju ta' importazzjoni fuq prodotti li huma koperti mill-kodiċi NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ komuni ta' kwalità għolja), 1002 00 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90 minbarra ibridu għaż-żriegħ, għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent validu għal tali prodotti fuq l-importazzjoni u miżjud b'55 %, bit-tnaqqis tal-prezz cif ta' importazzjoni applikabbli għall-konsenja in kwistjoni. Madankollu, dak id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata konvenzjonali tad-dazju kif stabbilita fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li fihom il-kalkolu tagħha tad-dazju ta’ importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan il-kalkolu fuq il-bażi tal-prezzijiet indikattivi cif tal-importazzjoni tal-prodotti indikati fil-paragrafu 1 li jiġu determinati perjodikament.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għal qamħ komuni ta' kwalità għolja.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw dan li ġej:

 

(i) il-kwotazzjonijiet ta' prezz li jridu jitqiesu,

 

(ii) il-possibbiltà, fejn huwa xieraq f'każijiet speċifiċi, li l-operaturi jingħataw l-opportunità li jkunu jafu d-dazju applikabbli qabel il-wasla tal-konsenji konċernati.

 

5. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2 u 4 għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  276

Proposta għal regolament

Artikolu 121b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 121b

 

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għar-ross imfesdaq

 

1. Minkejja l-Artikolu 121, id-dazju ta' importazzjoni fuq ross imfesdaq li jaqa taħt il-kodiċi NM 1006 20 għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fi żmien għaxart ijiem mit-tmiem tal-perijodu ta' referenza kkonċernat b’konformità mal-punt 1 tal-Anness VIIB.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu r-rata applikabbli l-ġdida jekk il-kalkoli li jsiru skont l-anness ikunu jirrikjedu li tinbidel. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura fl-Artikolu 162(2) jew (3). Sakemm tkun iffissata rata applikabbli ġdida, għandu japplika d-dazju ffissat minn qabel.

 

2. Sabiex jiġu kkalkolati l-importazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tal-Anness VII, għandu jitqiesu l-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji ta' importazzjoni għal ross imfesdaq li jaqa’ fil-kodiċi NM 1006 20 fil-perijodu ta' referenza korrispondenti, bl-esklużjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni għar-ross Basmati msemmi fl-Artikolu 121(c).

 

3. Il-kwantità ta’ referenza annwali għandha tkun ta’ 449 678 tunnellata. Il-kwantità ta’ referenza parzjali għal kull sena tas-suq għandha tkun daqs nofs il-kwantità ta’ referenza annwali.

Or. en

 

Emenda  277

Proposta għal regolament

Artikolu 121c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 121c

 

Kalkolu tad-dazji ta' importazzjoni għal ross Basmati mfesdaq

 

Minkejja l-Artikolu 121, il-varjetajiet ta' ross Basmati mfesdaq li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98 elenkati fl-Anness VIIc għandhom jikkwalifikaw għar-rata żero ta' dazju ta' importazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dik ir-rata żero. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  278

Proposta għal regolament

Artikolu 121d(ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 121d

 

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għar-ross mitħun

 

1. Minkejja l-Artikolu 121, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu d-dazju ta' importazzjoni fuq ross semi-mitħun jew ross kompletament mitħun li jaqa taħt il-kodiċi NM 1006 30 fi żmien għaxart ijiem mit-tmiem tal-perijodu ta' referenza kkonċernat skont il-punt 2 tal-Anness VIIb. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura fl-Artikolu 162(2) jew (3).

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu r-rata applikabbli l-ġdida jekk il-kalkoli li jsiru skont l-anness ikunu jirrikjedu li tinbidel. Sakemm tkun iffissata rata applikabbli ġdida, għandu japplika d-dazju ffissat minn qabel. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura fl-Artikolu 162(2) jew (3).

 

2. Sabiex jiġu kkalkolati l-importazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness VIIb, għandu jittieħed kont tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji ta' importazzjoni għal ross parzjalment mitħun jew kompletament mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1006 30 fil-perijodu ta' referenza korrispondenti.

Or. en

 

Emenda  279

Proposta għal regolament

Artikolu 121e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 121e

 

Kalkolu tad-dazji tal-importazzjoni għar-ross imfarrak

 

Minkejja l-Artikolu 121, id-dazju tal-importazzjoni għar-ross imfarrak li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM Nru 1006 40 00 għandu jkun ta’ EUR 65 għal kull tunnellata.

Or. en

 

Emenda  280

Proposta għal regolament

Artikolu 122 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Meta l-prezz iddikjarat ta’ dħul tal-konsenja kkonċernata jkun ogħla mill-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa, miżjud b’marġni stabbilit mill-Kummissjoni li ma jistax jaqbeż il-valur b’rata fissa b’aktar minn 10 %, għandha tkun meħtieġa l-preżentazzjoni ta’ sigurtà daqs id-dazju fuq l-importazzjoni li ġie determinat fuq il-bażi tal-valur tal-importazzjoni b’rata fissa. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula dan il-valur kull ġurnata ta’ xogħol fir-rigward ta’ kull oriġini, prodott u perjodu; il-valur għandu jkun ugwali għall-medja peżata tal-prezzijiet indikattivi ta’ dawk il-prodotti fi swieq ta’ importazzjoni rappreżentattivi fl-Istati Membri jew, fejn ikun applikabbli, fi swieq oħra, filwaqt li minn dawk il-prezzijiet jitnaqqas ammont totali ta’ EUR 5/100 kg u d-dazji doganali ad valorem.

 

Il-parti interessata għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u t-trasportazzjoni tal-prodott billi tippreżenta kopji tad-dokumenti li jiċċertifikaw il-konsenja bejn l-operaturi u l-ispejjeż imġarrba bejn l-importazzjoni tal-prodott u l-bejgħ tiegħu. Fil-każijiet kollha, id-dokumenti għandhom jispeċifikaw il-varjetà jew it-tip kummerċjali tal-prodott b’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar imsemmija fir-regoli Komunitarji applikabbli dwar it-tqegħid fis-suq, il-kategorija kummerċjali tal-prodotti u l-piż tagħhom.

Or. en

 

Emenda  281

Proposta għal regolament

Artikolu 122 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Il-valur doganali ta’ oġġetti importati li jistgħu jeħżienu li fir-rigward tagħhom, l-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz ta’ dħul tal-lott tal-prodott importat fil-konsenja jista’ jiġi ddeterminat direttament skont il-punt (c) tal-Artikolu 30(2) tal-Kodiċi Doganali u għandu jkun ugwali għall-valur tal-importazzjoni b’rata fissa.

Or. en

 

Emenda  282

Proposta għal regolament

Artikolu 122 - paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Il-prezz ta’ dħul ta’ konsenja jista’ wkoll, meta jkun xieraq, jiġi determinat permezz ta’ valur ta’ importazzjoni b’rata fissa kkalkulat mill-oriġini u l-prodott fuq il-bażi tal-medja mwieżna tal-prezzijiet tal-prodotti kkonċernati fis-swieq tal-importazzjoni rappreżentattiva fl-Istati Membri, jew, meta jkun xieraq, fuq swieq oħrajn.

 

Or. en

 

Emenda  283

Proposta għal regolament

Artikolu 122 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 248 tas-CCIP, il-verifiki li jkollhom isiru mill-awtoritajiet doganali biex jiġi ddeterminat jekk garanzija għandiex tiġi ddepożitata għandhom jinkludu l-verifika tal-valur doganali mal-valur tal-unità għall-prodotti konċernati kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 30(2) tal-Kodiċi Doganali.

imħassar

Or. en

 

Emenda  284

Proposta għal regolament

Artikolu 122 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tipprovdi li l-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet doganali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom, b’żieda mal-verifika tal-valur doganali mal-valur tal-unità jew bħala alternattiva għaliha, jinkludu verifika tal-valur doganali ma’ valur ieħor.

imħassar

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli għall-kalkolu tal-valur l-ieħor imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

 

Or. en

 

Emenda  285

Proposta għal regolament

Artikolu 123 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, ross, zokkor, frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati, laħam taċ-ċanga u vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħal tal-mogħoż, bajd, tjur u banana, kif ukoll tal-meraq tal-għeneb u most tal-għeneb, li għalihom, meta jkunu importati suġġetti għar-rata ta’ dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni, għandu japplika dazju ta’ importazzjoni addizzjonali biex ma jitħalliex ikun hemm jew biex tittieħed azzjoni kontra effetti avversi fuq is-suq tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jiddeterminaw il-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, ross, zokkor, frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati, laħam taċ-ċanga u vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħal tal-mogħoż, bajd, tjur u banana, kif ukoll tal-meraq tal-għeneb u most tal-għeneb, li għalihom, meta jkunu importati suġġetti għar-rata ta’ dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni, għandu japplika dazju ta’ importazzjoni addizzjonali biex ma jitħalliex ikun hemm jew biex tittieħed azzjoni kontra effetti avversi fuq is-suq tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:

Or. en

 

Emenda  286

Proposta għal regolament

Artikolu 123 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 160, biex tiżgura li l-prodotti importati jissodisfaw l-istandards minimi ambjentali u ta’ kwalità tal-Unjoni;

Or. en

 

Emenda  287

Proposta għal regolament

Artikolu 124 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  288

Proposta għal regolament

Artikolu 125 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni (jew f’parti minnha), jew kwoti tariffarji għal importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, li għandhom ikunu amministrati parzjalment jew għalkollox mill-Unjoni, li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat jew kwalunkwe att ieħor adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandhom jiġu miftuħin u/jew amministrati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 126sa 128.

1. Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, jew kwoti tariffarji għal importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, li għandhom ikunu amministrati parzjalment jew għalkollox mill-Unjoni, li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat jew kwalunkwe att ieħor adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandhom jiġu miftuħin u/jew amministrati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 126sa 128.

Or. en

 

Emenda  289

Proposta għal regolament

Artikolu 125 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal kwoti tariffarji ta’ importazzjoni, jagħti importanza xierqa lill-ħtiġijiet ta’ provvista tas-suq tal-Unjoni u l-ħtieġa li jitħares l-ekwilibriju ta’ dak is-suq, jew

(a) għal kwoti tariffarji ta’ importazzjoni, jagħti importanza xierqa lill-ħtiġijiet ta’ provvista tas-suq tal-Unjoni, il-ħtieġa li jitħares l-ekwilibriju ta’ dak is-suq, u biex jiġu żviluppati swieq ġodda downstream fil-produzzjoni ta’ prodotti industrijali, billi jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-kontinwità tal-provvista bi prezzijiet dinjija kompetittivi, jew

Or. en

 

Emenda  290

Proposta għal regolament

Artikolu 125a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 125a

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi

 

Fil-każ ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ 2 000 000 tunnellata qamħirrun u 300 000 tunnellata sorgu fi Spanja u l-kwota tariffarji għall-importazzjoni ta’ 500 000 tunnellata ta’ qamħirrun fil-Portugall, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 160, li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-twettiq tal-importazzjonijiet tal-kwota tariffarja u, fejn xieraq, il-ħżin pubbliku tal-kwantitajiet importati mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri kkonċernati u t-tqegħid fis-suq tagħhom fis-swieq ta’ dawk l-Istati Membri.

Or. en

 

Emenda  291

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) tiddetermina l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà li operatur għandu jissodisfa biex jippreżenta applikazzjoni skont il-kwota tariffarja ta’ importazzjoni; id-dispożizzjonijiet konċernati jistgħu jesiġu esperjenza minima fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u territorji assimilati, jew f’attività ta’ pproċessar, espressa fi kwantità minima u f’perjodu ta’ żmien f’settur partikolari tas-suq; dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu regoli speċifiċi li jkunu jixirqu l-ħtiġijiet u l-prattiki fis-seħħ f’ċertu settur fir-rigward, b’mod partikolari, u l-użi u ħtiġijiet tal-industriji tal-ipproċessar;

imħassar

Or. en

 

Emenda  292

Proposta għal regolament

Artikolu 127 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-użu ta’ liċenzji, u, meta jkun meħtieġ, regoli speċifiċi relatati b’mod partikolari mal-kundizzjonijiet li bihom għandhom jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għal importazzjoni u għandha tingħata awtorizzazzjoni skont il-kwota tariffarja;

(e) l-użu ta’ liċenzji, u, meta jkun meħtieġ, regoli speċifiċi relatati b’mod partikolari mal-proċeduri biex jitressqu applikazzjonijiet għal importazzjoni u biex jingħataw l-awtorizzazzjonijiet skont il-kwota tariffarja;

Or. en

 

Emenda  293

Proposta għal regolament

Artikolu 127 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) tiddetermina l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà li operatur għandu jissodisfa meta jippreżenta applikazzjoni skont il-kwota tariffarja ta’ importazzjoni; id-dispożizzjonijiet konċernati jistgħu jesiġu esperjenza minima fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u territorji assimilati, jew f’attività ta’ pproċessar, espressa fi kwantità minima u f’perjodu ta’ żmien f’settur partikolari tas-suq; dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu regoli speċifiċi li jkunu jixirqu l-ħtiġijiet u l-prattiki fis-seħħ f’ċertu settur fir-rigward, b’mod partikolari, u l-użi u ħtiġijiet tal-industriji tal-ipproċessar;

Or. en

 

Emenda  294

Proposta għal regolament

Artikolu 128 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  295

Proposta għal regolament

Artikolu 129a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 129a

 

Importazzjonijiet tal-ħops

 

1. Il-prodotti tas-settur tal-ħops jistgħu jiġu importati minn pajjiżi terzi biss jekk l-istandards tal-kwalità tagħhom ikunu tal-inqas daqs dawk adottati għal prodotti simili maħsudin fl-Unjoni jew magħmula mit-tali prodotti.

 

2. Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li jkunu tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 59b.

 

Fil-każ tat-trab tal-ħops, tat-trab tal-ħops b’kontenut ogħla ta’ lupulin, tal-estratt tal-ħops u tal-prodotti mħallta tal-ħops, l-attestazzjoni tista’ tiġi rrikonoxxuta bħala waħda li hija ekwivalenti għaċ-ċertifikat biss jekk il-kontenut ta’ aċidu alfa f’dawn il-prodotti ma jkunx inqas minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

 

3. Sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom l-obbligi marbutin maċ-ċertifikazzjoni tal-ekwivalenza u mat-tikkettar tal-pakketti m’għandhomx japplikaw.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli marbutin ma’ dan l-Artikolu, inklużi r-regoli dwar ir-rikonoxximent tal-attestazzjonijiet tal-ekwivalenza u l-kontrolli tal-importazzjonijiet tal-ħops. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2),

Or. en

 

Emenda  296

Proposta għal regolament

Artikolu 130a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 130 a

 

Importazzjoni ta’ zokkor mhux ipproċessat għall-irfinar: perjodu exklussiv ta’ 3 xhur għal raffinaturi full-time

 

1. Sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2019-2020, kapaċità esklussiva ta’ importazzjoni ta’ 2 500 000 tunnellata għal kull sena tal-kummerċjalizzazzjoni, espressi f’zokkor abjad, tingħata lil raffinaturi full-time.

 

2. L-uniku impjant ta’ pproċessar ta’ pitravi taz-zokkor li kien jaġdem fl-2005 fil-Portugall huwa kkunsidrat bħala raffinatur full-time.

 

3. Liċenzji ta’ importazzjoni għal zokkor għall-irfinar għandhom jinħarġu biss lil raffinaturi full-time sakemm il-kwantitajiet ikkonċernati ma jaqbżux il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-liċenzji jistgħu jiġu ttrasferiti biss bejn raffinaturi full-time u l-validità tagħhom tiskadi fi tmien is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu.

 

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-ewwel tliet xhur ta’ kull sena tal-kummerċjalizzazzjoni.

 

4. B’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jkun żgurat li z-zokkor importat għar-raffinar jiġi raffinat skont din is-subtaqsima, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, li jistipulaw dan li ġej:

 

(a) ċerti definizzjonijiet għat-tħaddim tal-arranġamenti tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

 

(b) il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà li operatur irid jissodisfa sabiex iressaq applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, inkluż l-għoti ta’ garanzija;

 

(c) regoli dwar il-penali amministrattivi li għandhom jintalbu.

 

5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu r-regoli meħtieġa relatati mad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni li għandhom ikunu ppreżentati fir-rigward tar-rekwiżiti u l-obbligi applikabbli għall-operaturi fil-qasam tal-importazzjoni, speċjalment fir-raffineriji li joperaw fuq bażi full-time. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  297

Proposta għal regolament

Artikolu 130b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 130 b

 

Sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni fis-settur taz-zokkor

 

F’konformità mal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 101da u sat-tmiem tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2019/2020, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu, kompletament jew parzjalment, l-applikazzjoni ta’ drittijiet fuq l-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet tal- prodotti li ġejjin, sabiex tiggarantixxi l-provvista meħtieġa għas-suq taz-zokkor Ewropew:

 

(a) iz-zokkor li jaqa’ fil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701;

 

(b) għall-isoglukożju li jaqa’ fil-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1702 30 10, 1702 40 10, 1702 60 10 u 1702 90 30.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  298

Proposta għal regolament

Artikolu 133

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 133

Artikolu 133

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Sa fejn ikun meħtieġ biex l-esportazzjonijiet jiġu megħjunin abbażi ta’ kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet u prezzijiet fl-Unjoni tista’ tiġi koperta b’rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għal:

1. Sa fejn ikun meħtieġ biex l-esportazzjonijiet jiġu megħjunin abbażi ta’ kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji meta l-kundizzjonijiet fis-suq intern jaqgħu taħt il-kamp tal-appikazzjoni ta’ dawk deskritti fl-Artikolu 154(1) u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, u skont l-Artikolu 3(5) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet u prezzijiet fl-Unjoni tista’ tiġi koperta b’rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għal:

(a) il-prodotti tas-setturi li ġejjin li jiġu esportati mingħajr ipproċessar ulterjuri:

(a) il-prodotti tas-setturi li ġejjin li jiġu esportati mingħajr ipproċessar ulterjuri:

(i) ċereali;

(i) ċereali;

(ii) ross;

(ii) ross;

zokkor, fir-rigward tal-prodotti elenkati fil-punt (b) sa (d) u (g) tal-Parti III tal-Anness I;

zokkor, fir-rigward tal-prodotti elenkati fil-punt (b) sa (d) u (g) tal-Parti III tal-Anness I;

(iv) laħam taċ-ċanga u vitella;

(iv) laħam taċ-ċanga u vitella;

(v) ħalib u prodotti tal-ħalib;

(v) ħalib u prodotti tal-ħalib;

(vi) laħam tal-majjal;

(vi) laħam tal-majjal;

(vii) bajd;

(vii) bajd;

tjur;

tjur;

(b) il-prodotti elenkati fil-punti (i) sa (iii), (v) u (vii) tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għall-esportazzjoni fl-għamla ta’ oġġetti pproċessati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli. u fil-forma ta' prodotti li fihom iz-zokkor elenkati fil-punt (b) tal-Parti X tal-Anness I

(b) il-prodotti elenkati fil-punti (i) sa (iii), (v), (vi) u (vii) tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għall-esportazzjoni fl-għamla ta’ oġġetti pproċessati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, inklużi prodotti esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I mat-Trattat, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010, u fil-forma ta' prodotti li fihom iz-zokkor elenkati fil-punt (b) tal-Parti X tal-Anness I.

2. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodotti esportati fl-għamla ta’ oġġetti pproċessati m’għandhomx ikunu ogħla minn dawk applikabbli għall-istess prodotti esportati mingħajr ipproċessar ulterjuri.

2. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodotti esportati fl-għamla ta’ oġġetti pproċessati m’għandhomx ikunu ogħla minn dawk applikabbli għall-istess prodotti esportati mingħajr ipproċessar ulterjuri.

 

2a. Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 154(1) u l-Artikolu 159, ir-rifużjoni disponibbli għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ EUR 0.

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

Or. en

 

Emenda  299

Proposta għal regolament

Artikolu 135

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 135

Artikolu 135

Iffissar ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni

Iffissar ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni

1. L-istess rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom japplikaw għall-istess prodotti fl-Unjoni kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, l-aktar fejn il-qagħda dinjija tas-suq, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat joħolqu din il-ħtieġa.

1. L-istess rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom japplikaw għall-istess prodotti fl-Unjoni kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, l-aktar fejn il-qagħda dinjija tas-suq, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat joħolqu din il-ħtieġa.

2. Il-miżuri dwar l-iffissar tar-rifużjonijiet għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu rifużjonijiet għal perjodu ta’ żmien limitat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

 

Dawn jistgħu jiġu ffissati bi proċeduri tal-offerti għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

 

2a. Wieħed għandu jieħu kont ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta jkunu qed jiġu ffissati rifużjonijiet għal ċertu prodott:

 

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u x-xejra futura fir-rigward ta’:

 

(i) il-prezzijiet ta’ dak il-prodott u d-disponibbiltajiet tiegħu fis-suq tal-Unjoni,

 

(ii) il-prezzijiet ta’ dak il-prodott fis-suq dinji.

 

(b) l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-suq li huma li jiġu żgurati l-ekwilibriju u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dan is-suq;

 

(c) il-ħtieġa li jkunu evitati disturbi li x’aktarx joħolqu żbilanċ fit-tul bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-Unjoni;

 

(d) l-aspetti ekonomiċi tal-esportazzjonijiet proposti;

 

(e) il-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat;

 

(f) il-ħtieġa li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi tal-Unjoni fil-manifattura ta’ prodotti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti minn pajjiżi terzi importati skont arranġamenti ta’ pproċessar;

 

(g) l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni l-aktar favorevoli u l-ispejjeż tat-trasport mis-swieq tal-Unjoni għall-portijiet tal-Unjoni jew postijiet oħra tal-esportazzjoni flimkien mal-ispejjeż tat-trasport lejn il-pajjiżi tad-destinazzjoni;

 

(h) id-domanda fis-suq tal-Unjoni;

 

(i) fir-rigward tas-setturi tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur, id-differenza bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta’ qamħ għall-għalf meħtieġ għall-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ dawk is-setturi.

Or. en

 

Emenda  300

Proposta għal regolament

Artikolu 141

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 141

Artikolu 141

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , tiffissa koeffiċjenti li jaġġustaw rifużjonijiet ta’ esportazzjoni b’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 139(6).

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jiffissaw koeffiċjenti li jaġġustaw rifużjonijiet ta’ esportazzjoni b’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 139(6).

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

Or. en

 

Emenda  301

Proposta għal regolament

Artikolu 143

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 143

Artikolu 143

Applikazzjoni tal-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat

Applikazzjoni tal-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat

Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 144 sa 145 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 tat-Trattat li huma relatati mal-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom.

Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 42 tat-Trattat, l-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 143a sa 145 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 tat-Trattat li huma relatati mal-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom.

 

Sabiex ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u biex tiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-agrikoltura u agroalimentari, il-Kummissjoni għandha tikkoordina azzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ kompetizzjoni differenti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippublika linji gwida u gwidi ta’ prattika tajba sabiex jassistu l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni differenti, kif ukoll impriżi fis-settur tal-agrikoltura u agroalimentari.

Or. en

 

Emenda  302

Proposta għal regolament

Artikolu 143a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 143a

 

Is-suq rilevanti

 

1. Id-definizzjoni ta’ suq rilevanti tippermetti l-identifikazzjoni u d-definizzjoni tal-perimetru fejn tiġi eżerċitata l-kompetizzjoni bejn l-impriżi, u din titfassal fuq żewġ dimensjonijiet kumulattivi:

 

(a) is-suq tal-prodotti rilevanti: għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “suq tal-prodotti” jfisser is-suq li jinkludi l-prodotti kollha meqjusa bħala li jistgħu jinbidlu jew jistgħu jiġu sostitwiwti mill-konsumatur minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezz tagħhom u l-użu li huma maħsuba għalih;

 

(b) is-suq ġeografiku rilevanti għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu “suq ġeografiku” jfisser is-suq li jinkludi fih iż-żona fejn dawk l-impriżi konċernati huma involuti fil-provvista jew domanda ta’ prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma biżżejjed ta' natura waħda u li jistgħu jkunu distinti minn żoni ġeografiċi ġirien, l-aktar minħabba li l-kundizzjonijiet ta’' kompetizzjoni huma notevolment differenti f'dawk iż-żoni.

 

2. Għall-finijiet ta’ determinazzjoni tas-suq ikkonċernat, japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

 

(a) is-suq tal-prodotti rilevanti għandu jiġi analizzat, għall-prodotti mhux lesti, l-ewwel nett fil-livell tal-ispeċi għall-produzzjonijiet veġetali u tal-annimali; kull kunsiderazzjoni ta’ skala ta’ livell inferjuri għandha tkun ġustifikata;

 

(b) is-suq ġeografiku rilevanti għandu jiġi analizzat l-ewwel nett fil-livell tas-suq tal-Unjoni; kull kunsiderazzjoni ta’ skala ta’ livell inferjuri għandha tkun ġustifikata.

Or. en

 

Emenda  303

Proposta għal regolament

Artikolu 143b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 143b

 

Pożizzjoni dominanti

 

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b’“pożizzjoni dominanti" wieħed jifhem il-fatt li impriża tkun tinstab f’sitwazzjoni ta’ qawwa ekonomika li ttiha l-kapaċità li tostakola kompetizzjoni effettiva fis-suq ikkonċernat, u b’hekk ittiha l-possibbiltà għal aġir indipendenti b’mod evidenti meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, mal-klijenti tagħha u, finalment mal-konsumaturi.

 

2. L-istat ta’ pożizzjoni dominanti jitqies li mhux milħuq meta l-partijiet tas-suq miżmuma f'suq partikolari minn impriża, jew minn diversi impriżi marbuta bi ftehim orizzontali, fis-settur agrikolu u agroalimentari, ma jilħqux il-livell ta’ partijiet mis-suq miżmuma mill-impriża li għandha l-aktar importanza fl-istess suq ikkonċernat u tken tinsab direttament upstream fil-katina tal-provvista.

Or. en

 

Emenda  304

Proposta għal regolament

Artikolu 144

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 144

Artikolu 144

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tagħhom

1. L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki msemmija fl-Artikolu 143ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

1. L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma msemmija fl-Artikolu 143ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

B’mod partikolari, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bħal dawn, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, trattament jew ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, u li bihom ma jkunx hemm obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, sa kemm minħabba f’hekk ma tiġix eskluża l-kompetizzjoni jew ikun hemm periklu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

B’mod partikolari, ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ bdiewa, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, trattament jew ipproċessar ta’ prodotti agrikoli għandhom jitqiesu neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

 

Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

 

Dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn il-kompetizzjoni hija eskluża.

 

1a. Il-ftehimiet, id- deċiżjonjiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu obbligu li jintuża prezz determinat, ħlief għall-kuntratti msemmija fl-Artikoli 104a, 105a, 113a u 113b.

 

1b. Il-ftehimiet, id- deċiżjonjiet u l-prattiki miftiehma ta’ bdiewa, ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi msemmija fl-Artikolu 143 għandhom jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

2. Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tisma' lill-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal- impriżi kkonċernati u kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali li hi tqis xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa unika, soġġett għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, biex tiddetermina, billi tadotta, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, Deċiżjoni li għandha tkun ippubblikata, liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

 

Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabbilixxi dan jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew ta' impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi interessati.

 

3. Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tagħti l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni. Hija għandha tikkonsidra l-interessi leġittimi tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

 

Or. en

 

Emenda  305

Proposta għal regolament

Artikolu 145

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 145

Artikolu 145

Ftehimiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti

Ftehimiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti

1. L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 108 ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jitwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 108(1) ta’ dan ir-Regolament, u għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk, skont l-Artikolu 108(2) ta’ dan ir-Regolament.

1. L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 108 ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jitwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 108(1) ta’ dan ir-Regolament, u għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk, skont l-Artikolu 108(2) ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss sakemm:

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss sakemm:

(a) il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni;

(a) il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni;

(b) fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa l-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ma tkunx sabet li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli Komunitarji.

(b) fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n-notifika meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li dawn il-ftehimiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 4. Meta l-Kummissjoni ma ssibx li dawk il-ftehimiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 4, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjon, li jistabbilixxu dak li tkun skopriet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3).

3. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma jgħaddi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(b).

3. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma jgħaddi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(b).

 

3a. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ kriżi, il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ u għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni hekk kif dawn ikunu adottati.

 

Fi żmien 21 jum wara d-data ta' notifika, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-deċiżjoni tagħha li dawn il-ftehimiet jaqgħu taħt il-kamp ta' aplikazzjoni tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) jew (3),

4. Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma għandhom fi kwalunkwe każ jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk huma:

4. Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma għandhom fi kwalunkwe każ jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk huma:

(a) jistgħu, bi kwalunkwe mod, iwasslu għall-qsim tas-swieq fl-Unjoni;

(a) jistgħu, bi kwalunkwe mod, iwasslu għall-qsim tas-swieq fl-Unjoni;

(b) jistgħu jaffettwaw l-operazzjoni soda tal-organizzazzjoni tas-suq;

(b) jistgħu jaffettwaw l-operazzjoni soda tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c) jistgħu joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li ma jkunx essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-PAK segwiti mill-attività tal-organizzazzjoni interprofessjonali;

(c) jistgħu joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li ma jkunx essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-PAK segwiti mill-attività tal-organizzazzjoni interprofessjonali;

(d) jġibu magħhom l-iffissar ta’ prezzijiet jew l-iffissar ta’ kwoti;

(d) jġibu magħhom l-iffissar ta’ prezzijiet;

(e) jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sustanzjali tal-prodotti inkwistjoni.

(e) jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sustanzjali tal-prodotti inkwistjoni.

5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ xahrejn li jissemma fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101 (1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma in kwistjoni.

5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ xahrejn li jissemma fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101 (1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma in kwistjoni.

Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tkunx tatx informazzjoni mhux korretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tkunx tatx informazzjoni mhux korretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

6. Fil-każ ta’ ftehimiet multiannwali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madanakollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, toħroġ riżultat ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.

6. Fil-każ ta’ ftehimiet multiannwali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim.

 

6a. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  306

Proposta għal regolament

Artikolu 152 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw dawk il-pagamenti permezz ta’ imposta fuq is-settur konċernat jew bi kwalunkwe kontribuzzjoni oħra mis-settur privat.

L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw dawk il-pagamenti mill-baġit nazzjonali tagħhom, permezz ta’ imposta fuq is-settur konċernat jew bi kwalunkwe kontribuzzjoni oħra mis-settur privat.

Or. en

 

Emenda  307

Proposta għal regolament

Artikolu 152 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu, b’żieda mal-għajnuna mill-Unjoni pprovduta skont l-Artikolu 21, jagħtu pagamenti nazzjonali għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa biex l-iskema tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u prodotti tal-banana tkun effikaċi kif ipprovdut fl-Artikolu 21(2).

L-Istati Membri jistgħu, b’żieda mal-għajnuna mill-Unjoni pprovduta skont l-Artikolu 21, jagħtu pagamenti nazzjonali għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa biex l-iskema tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u prodotti tal-banana tkun effikaċi kif ipprovdut fl-Artikolu 21(2). L-ammont totali tal-kofinanzjament ma jaqbiżx il-100 % tal-kostijiet annwalment inkorsi.

Or. en

 

Emenda  308

Proposta għal regolament

Artikolu 153 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 153a

 

Promozzjoni tal-bejgħ fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

 

Stat Membru jista’ jimponi imposta promozzjonali fuq il-produtturi tiegħu tal-ħalib f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwantitajiet kummerċjalizzati ta’ ħalib jew ekwivalenti tal-ħalib ħalli jiffinanzja l-miżuri billi promwovi l-konsum fl-Unjoni, ikabbar is-swieq għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u jtejjeb il-kwalità.

Or. en

 

Emenda  309

Proposta għal regolament

Artikolu 154

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 154

Artikolu 154

Miżuri kontra t-tfixkil fis-suq

Miżuri kontra t-tfixkil fis-suq

1. Billi tqis il-bżonn li tirreaġixxi b’mod effiċjenti u effikaċi kontra theddid ta’ tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żidiet fil-prezzijiet jew meta l-prezzijiet jinżlu b’mod sinifikanti fi swieq interni jew esterni jew minn kwalunkwe fattur ieħor li jolqot lis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tieħu l-miżuri meħtieġa għas-settur konċernat, waqt li tħares kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

1. Billi tqis il-bżonn li tirreaġixxi b’mod effiċjenti u effikaċi kontra tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żidiet fil-prezzijiet jew meta l-prezzijiet jinżlu b’mod sinifikanti fi swieq interni jew esterni jew żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7(2) jew minn kwalunkwe fattur ieħor li jolqot lis-suq, fejn dik is-sitwazzjoni x’aktarx li tkompli sejra jew li tmur għall-agħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tieħu l-miżuri meħtieġa għas-settur konċernat, waqt li tħares kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat sakemm kull miżura oħra disponibbli taħt dan ir-Regolament tidher li tkun insuffiċjenti.

Fejn fil-każijiet ta’ theddid ta’ tfixkil fis-swieq imsemmi fl-ewwel subparagrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 161 ta' dan ir-Regolament għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.

Fejn fil-każijiet ta’ tfixkil fis-swieq imsemmi fl-ewwel subparagrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 161 ta' dan ir-Regolament għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.

Dawn il-miżuri jistgħu, safejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra pprovduti skont dan ir-Regolament, jew jissospendu dazji ta’ importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perjodi skont kemm ikun meħtieġ.

Dawn il-miżuri jistgħu, safejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra pprovduti skont dan ir-Regolament, jew jissospendu dazji ta’ importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perjodi skont kemm ikun meħtieġ, jew jallokaw fondi sabiex jibdew jingħataw ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni msemmija fil-Kapitolu VI tal-Parti III, jew għall-għoti ta’ sostenn speċifiku lill-produtturi ħalli jkunu mitigati l-effetti ta’ tfixkil serju tas-suq.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

2. Bla ħsara għall-Artikolu 133(1), il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-prodotti kollha elenkati fl-Anness I.

3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu, b’mod partikolari, ikunu dwar il-proċeduri u l-kriterji tekniċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu, b’mod partikolari, ikunu dwar il-proċeduri u l-kriterji tekniċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  310

Proposta għal regolament

Artikolu 155

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 155

Artikolu 155

Miżuri dwar mard tal-annimali u telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti

Miżuri dwar parassiti, mard tal-annimali u tal-pjanti u telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti

1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ:

1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 161, tiddeċiedi miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq milqut:

(a) għas-suq milqut biex jitqiesu restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ miżuri biex jikkumbattu t-tixrid ta’ mard f’annimali, u

(a) biex jitqiesu restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ miżuri biex jikkumbattu t-tixrid ta’ parassiti u mard f’annimali u pjanti, u

(b) biex jitqies it-tfixkil serju fis-swieq attribwit direttament għal telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti.

(b) biex jitqies it-tfixkil serju fis-swieq attribwit direttament għal telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

 

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-setturi li ġejjin:

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-setturi li ġejjin:

(a) laħam taċ-ċanga u vitella;

(a) laħam taċ-ċanga u vitella;

(b) ħalib u prodotti tal-ħalib;

(b) ħalib u prodotti tal-ħalib;

(c) laħam tal-majjal;

(c) laħam tal-majjal;

(d) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż;

(d) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż;

(e) bajd;

(e) bajd;

(f) laħam tat-tjur.

(f) laħam tat-tjur.

Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 li huma relatati mat-telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika jew tal-pjanti għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti agrikoli l-oħra kollha għajr għal dawk elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 li huma relatati mat-telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika jew tal-pjanti għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti agrikoli l-oħra kollha.

 

2a. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 161, testendi l-lista ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2.

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu meta jintalbu mill-Istat Membru konċernat.

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu meta jintalbu mill-Istat Membru konċernat.

4. Il-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat Membru konċernat ikun ħa miżuri sanitarji u veterinarji malajr biex jeqred il-mard, u biss sa fejn u sa kemm ikun strettament meħtieġ biex jappoġġa s-suq konċernat.

4. Il-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat Membru konċernat ikun ħa miżuri fitosanitarji jew sanitarji u veterinarji rilevanti malajr biex jeqred il-mard, u biss sa fejn u sa kemm ikun strettament meħtieġ biex jappoġġa s-suq konċernat.

5. L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri msemmija paragrafu 1.

5. L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50% u 75 % rispettivament, tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu vantaġġi fiskali jew self preferenzjali mogħti lill-bdiewa li jkunu ffinanzjati skont ir-Regolament [dwar l-Iżvilupp Rurali].

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta’ tali nfiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta’ tali nfiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn produtturi jikkontribwixxu għall-infiq mġarrab mill-Istati Membri, dan ma jirriżultax f’tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn produtturi fi Stati Membri differenti.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn produtturi jikkontribwixxu għall-infiq mġarrab mill-Istati Membri, dan ma jirriżultax f’tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn produtturi fi Stati Membri differenti.

Or. en

 

Emenda  311

Proposta għal regolament

Artikolu 156

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 156

Artikolu 156

Miżuri għal riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi

Miżuri għal riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi

1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri ta’ emerġenza meħtieġa u ġustifikabbli biex tirriżolvi problemi speċifiċi. Dawk il-miżuri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biss sa kemm ikun strettament neċessarju u għall-perjodu li jkun strettament neċessarju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 161, tiddeċiedi miżuri ta’ emerġenza meħtieġa u ġustifikabbli biex tirriżolvi problemi speċifiċi. Dawk il-miżuri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biss sa kemm ikun strettament neċessarju u għall-perjodu li jkun strettament neċessarju.

2. Biex tirriżolvi problemi speċifiċi, għal raġunijiet ta’ urġenza ġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(3).

2. Biex tirriżolvi problemi speċifiċi, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema ġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 161.

Or. en

 

Emenda  312

Proposta għal regolament

Artikolu 156a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 156a

 

Miżuri maħsuba biex jindirizzaw żbilanċi qawwija fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

 

1. Mill-1 ta’ April 2015, f’każ ta’ żbilanċ qawwi fis-suq tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tagħti, għal perjodu ta’ żmien ta’ tal-inqas tliet xhur li jista’ jiġi estiż, għajnuna lill-produtturi tal-ħalib li jnaqqsu b’mod volontarju l-produzzjoni tagħhom b’tal-inqas 5 % meta mqabbla mal-istess perjodu fis-sena preċedenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

 

Meta tagħti din l-għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll atti ta’ impilmentazzjoni biex timponi, għal perjodu ta’ żmien ta’ tal-inqas tliet xhur li jista’ jiġi estiż, imposta fuq il-produtturi tal-ħalib li jżidu l-produzzjoni tagħhom tal-anqas b’5 % meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena ta’ qabel. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

 

2. Meta tagħti bidu għall-miżura msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi tal-ispejjeż tal-produzzjoni, l-aktar l-ispejjeż tal-prodotti.

 

3. Il-provvista ta’ ħalib, mingħajr ħlas, lil organizzazzjonijiet ta’ karità, kif definit fl-Artikolu 29(3)(b) ta’ COM (2012) 617 taħt l-isem “organizzazzjonijiet imsieħba”, jista’ jitqies bħala tnaqqis fil-produzzjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

 

4. Il-prodotti ta’ impriżi li jkunu implimentaw is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jingħataw prijorità meta jittieħdu miżuri ta’ intervent fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, kif hemm referenza fit-Titolu I tal-Parti II.

 

5. B’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jiġi żgurat li din l-iskema titħaddem b’mod effettiv u adegwat, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 biex tistabbilixxi:

 

(a) il-kriterji li għandhom jiġu rispettati biex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna;

 

(b) il-kundizzjonijiet speċifiċi li jattivaw l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema;

 

(c) il-kundizzjonijiet li bihom isir it-tqassim mingħajr ħlas tal-ħalib lill-organizzazzjonijiet ta’ karità msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jitqiesu bħala tnaqqis fil-produzzjoni;

 

(d) il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas lura ta’ għajnuna fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji biex titnaqqas il-produzzjoni, flimkien ma’ interessi dovuti skont ir-regoli rilevanti fis-seħħ.

 

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jiffissaw l-ammont ta’ appoġġ u l-ammont tal-imposta msemmija fil-paragrafu 1.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  313

Proposta għal regolament

Artikolu 156a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 156a

 

Programmi operattivi għal ħalib mill-muntanji

 

Sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali ta'agrikoltura fuq il-muntanji u l-għoljiet, u b'hekk ikun żgurat standard ta' għajxien ġust għall-produtturi tal-ħalib f'żoni muntanjużi, organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti f'żoni ta' muntanji u għoljiet , sa mit-30 ta' April 2014, jistgħu jissottomettu programmi operattivi biex itejbu l-marġini ta' profitt ta' dawn il-produtturi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn iż-żoni. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi. Madankollu, din il-perċentwali tista’ tiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq bil-kundizzjoni li l-ammont li jkun aktar minn 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet.

Or. en

 

Emenda  314

Proposta għal regolament

Artikolu 156b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 156b

 

Miżuri kontra t-tfixkil fis-settur tal-frott u l-ħaxix

 

1. Minħabba fin-natura speċifiku u peribbli tal-frott u l-ħaxix, jitwaqqaf mekkaniżmu li jirrispondi għat-tfixkil serju tas-suq; dan jista’ jkun ikkawżat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq intern li jkunu ġejjin minn tħassib dwar is-saħħa u kawżi oħrajn li jwassal għal waqgħat f’salt fid-domanda.

 

2. Dan il-mekkaniżmu jkun esklussiv għall-prodott jew il-prodotti ikkonċernati, ikun ta’ applikazzjoni temporali limitata, reviżibbli, attivat awtomatikament u aċċessibbli għall-produtturi kollha fis-settur.

 

3. Dan għandu jinkludi l-miżuri elenkati fil-punti (g), (h) u (d) tal-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament, imma dawn ikunu indipendenti mill-ġestjoni tal-fondi operattivi użati mill-organizzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix.

 

4. L-Unjoni għandha tiffinanzja 100 % tan-nefqa għall-miżuri stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

5. L-operazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet serji għandhom ikunu rregolati mill-mekkaniżmi stabbiliti għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet skont il-qafas tal-programmi operattivi. Dawk li jintlaqtu li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni ta’ podutturi għandhom jikkonkludu ftehimiet bl-iskop li jikkoordinaw operazzjonijiet għall-ġestjoni ta’ kriżijiet,u jiftiehmu dwar ċertu persentaġġ li għandu jitwarrab sabiex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni.

 

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 ħalli tapplika l-miżuri elenkati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

 

7. Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jipprovdu għal miżuri ta’ eċċezzjoni biex jiġi miġġieled it-tfixkil tas-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat meta tali miżuri jiddaħħlu u jkun magħmul konxju mill-prodotti, l-oqsma u l-ammont ta’ sostenn ikkonċernat. Fil-każ ta’ distribuzzjoni libera, l-ammont ta’ sostenn ikun aġġustat. It-tmiem tal-perijodu ta’ kriżi jkun ukoll determinat, permezz ta’ att ta’ implementazzjoni, ladarba l-każ ta’ tfixkil serju tas-suq jintemm. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  315

Proposta għal regolament

Parti V – Kapitolu I – Taqsima 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

TAQSIMA 3A

 

FTEHIMIET, DEĊIŻJONIJIET U PRATTIKI MIFTIEHMA MATUL PERJODI TA’ ŻBILANĊ QAWWI FIS-SWIEQ

Or. en

 

Emenda  316

Proposta għal regolament

Artikolu 156c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 156c

 

L-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat

 

1. Matul il-perjodi ta’ żbilanċ qawwi fis-suq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma japplikax għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki konġunti tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, tal-assoċjazzjonijiet tagħhom u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti li ġejjin minn kull settur imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, safejn dawn il-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki konġunti ikollhom l-għan li jistabbilizzaw is-settur kkonċernat permezz ta’ miżuri għall-iffissar ta’ prezzijiet u għall-kontroll tal-provvista. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

 

Dan il-paragrafu japplika wkoll għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma bejn organizzazzjonijiet.

 

2. Il-paragrafu 1 japplika biss jekk il-Kummissjoni tkun diġà adottat xi waħda mill-miżuri msemmija f’dan il-Kapitolu, jew din tkun awtorizzat l-intervent pubbliku jew appoġġ għall-ħażna privata kif imsemmi fil-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II u jekk il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 ikunu meqjusa bħala li huma ġustifikati mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) fir-rigward tal-iżbilanċ fis-suq.

 

3. Il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi biss għal perjodu ta’ massimu ta’ sitt xhur. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jawtorizzaw ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma bħal dawn għal perjodu ieħor ta’ massimu ta’ sitt xhur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2);

Or. en

 

Emenda  317

Proposta għal regolament

Artikolu 157 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan id-dokument, biex timmonitorja, tanalizza u timmaniġġja s-suq ta’ prodotti agrikoli, tiggarantixxi t-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa ta’ miżuri tal-PAK, tiċċekkja, tikkontrolla, timmonitorja, tevalwa u tawditja miżuri tal-PAK, timplimenta ftehimiet internazzjonali, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet, il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tadotta l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li jkollhom isiru minn impriżi, mill-Istati Membri u/jew minn pajjiżi terzi. Waqt li tagħmel dan, għandha tqis il-ħtiġijiet tad-dejta u s-sinerġiji bejn l-għejun potenzjali tad-dejta.

1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan id-dokument, biex timmonitorja, tanalizza u timmaniġġja s-suq ta’ prodotti agrikoli, tiggarantixxi t-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa ta’ miżuri tal-PAK, tiċċekkja, tikkontrolla, timmonitorja, tevalwa u tawditja miżuri tal-PAK, timplimenta ftehimiet internazzjonali, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet, il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tadotta l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li jkollhom isiru minn impriżi, mill-Istati Membri u/jew minn pajjiżi terzi. Waqt li tagħmel dan, għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn l-għejun potenzjali tad-data, u tħares l-osservanza tal-prinċipju li bih id-data personali tista’ tiġi trattata biss b’mod kompatibbli mar-raġuni oriġinali li għaliha din tkun inġabret.

Or. en

 

Emenda  318

Proposta għal regolament

Artikolu 157 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni miksuba tista’ tkun trażmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, u ssir disponibbli għalihom, u tista’ ssir pubblika, suġġetta għall-protezzjoni ta’ dejta personali u tal-interess leġittimu ta’ impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom, inklużi prezzijiet.

L-informazzjoni miksuba tista’ tkun trażmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, u ssir disponibbli għalihom, u tista’ ssir pubblika, suġġetta għall-protezzjoni ta’ data personali u tal-interess leġittimu ta’ impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom, inklużi prezzijiet. B’mod partikolari, it-trażmissjoni tad-data personali lil organizzazzjonijiet internazzjonali, jew awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi tista’ ssir biss b’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Rgolament 45/2001/KE u fl-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE, u biss fil-kuntest ta’ implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali.

Or. en

 

Emenda  319

Proposta għal regolament

Artikolu 157 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) fid-dawl ta’ data personali, it-tipi ta’ data li għandhom jiġu pproċessati, id-drittijiet tal-aċċess għal tali data, il-perjodi ta’ żamma minimi u massimi u l-għan tal-ipproċessar, b’mod partikolari f’każ tal-pubblikazzjoni ta’ tali data u t-trasferiment tagħhom għal pajjiżi terzi.

Or. en

 

Emenda  320

Proposta għal regolament

Artikolu 157a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 157a

 

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

 

Mill-1 ta’ April 2015, l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat li ġie kkonsenjat lilhom kull xahar.

 

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 104a, “l-ewwel xerrej” tfisser impriżi jew gruppi li jixtru l-ħalib mill-produtturi biex:

 

(a) jissoġġettawh għall-ġbir, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tkessiħ jew l-ipproċessar, inkluż skont kuntratt;

 

(b) ibigħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew tipproċessa l-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib.

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

 

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut, il-format u l-iskeda ta’ tali dikjarazzjonijiet u miżuri rigward in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  321

Proposta għal regolament

Artikolu 157b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 157b

 

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-inbid

 

1. Il-produtturi tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid u l-produtturi tal-most u tal-inbid għandhom jiddikjaraw kull sena, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-kwantitajiet li jkunu pproduċew mill-aħħar ħsad.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lin-negozjanti tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid jiddikjaraw, ta’ kull sena, il-kwantitajiet ikkummerċjalizzati mill-aħħar ħsad.

 

3. Il-produtturi tal-most u tal-inbid u n-negozjanti, apparti l-bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiddikjaraw kull sena, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-ħażniet tagħhom tal-most u tal-inbid, kemm jekk dawn ikunu mill-ħsad tas-sena attwali kif ukoll jekk dawn ikunu mill-ħsad tas-snin ta’ qabel. Il-most u l-inbid importati minn pajjiżi terzi għandhom jiġu ddikjarati b’mod separat.

 

4. Sabiex tiżgura li l-produtturi u l-kummerċjanti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jirrispettaw l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, li jistabbilixxu regoli:

 

(a) il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet obbligatorji u l-eżenzjonijiet;

 

(b) il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u l-kundizzjonijiet għat-tressiq tagħhom, kif ukoll dwar l-eżenzjonijiet mill-obbligu li jitressqu d-dikjarazzjonijiet;

 

(c) il-penali li għandhom jiġu applikati f’każ li d-dikjarazzjonijiet ma jitressqux lill-Istati Membri fiż-żmien stabbilit.

 

5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni:

 

(a) li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet dwar il-formoli li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjonijiet obbligatorji;

 

(b) li jistabbilixxu regoli dwar il-koeffiċjenti tal-konverżjoni għall-prodotti għajr l-inbid;

 

(c) li jispeċifikaw id-dati ta’ skadenza għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet obbligatorji;

 

(d) li jistabbilixxu regoli dwar l-ispezzjonijiet u r-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Or. en

 

Emenda  322

Proposta għal regolament

Artikolu 158

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 158

Artikolu 158

Obbligu ta’ rapportar lill-Kummissjoni

Obbligu ta’ rapportar lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) kull tliet snin wara l-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri fis-settur tal-apikultura kif stabbilit fl-Artikoli 52 sa 54;

(a) kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:

 

(i) dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri fis-settur tal-apikultura kif stabbilit fl-Artikoli 52 sa 54;

 

(ii) dwar l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni għas-settur tal-biedja u agroalimentari fl-Istati Membri kollha, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 144 u 145 u nuqqas ta’ qbil potenzjali fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ regoli tal-kompetizzjoni nazzjonali u Ewropej, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa;

 

(iii) dwar il-passi li jittieħdu għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi kontra użu mhux xieraq f’pajjiżi terzi;

(b) sat-30 ta’ Ġunju 2014 kif ukoll sal-31 ta’ Diċembru 2018 dwar l-iżvilupp tal-qagħda tas-suq fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u partikolarment dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 104 sa 107 u 145 f’dak is-settur li tkopri, b’mod partikolari, inċentivi potenzjali biex bdiewa jiġu mħeġġa jidħlu fi ftehimiet konġunti ta’ produzzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa.

(b) sat-30 ta’ Ġunju 2014 kif ukoll sal-31 ta’ Diċembru 2018 dwar l-iżvilupp tal-qagħda tas-suq fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u partikolarment dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 104a, 105a, 105b u 157a f’dak is-settur, u li jivvaluta, b’mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib f’reġjuni żvantaġġjati b’konnessjoni mal-għan ġenerali i tinżamm il-produzzjoni f’dawn ir-reġjuni, u li tkopri, inċentivi potenzjali biex bdiewa jiġu mħeġġa jidħlu fi ftehimiet konġunti ta’ produzzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa;

 

(ba) sal-31 ta’ Diċembru 2014:

 

(i) dwar il-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ regoli speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, bid-deskrizzjoni ġenerali tad-dispożizzjonijiet rilevanti li l-Kummissjoni beħsiebha tipproponi għal adozzjoni permezz ta' atti delegati;

 

(ii) dwar l-introduzzjoni ta’ standards simplifikati ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla għall-ispeċi tal-annimali u l-varjetajiet tal-pjanti lokali użati u prodotti minn produtturi żgħar, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adegwata biex ikunu indirizzati d-diffikultajiet esperjenzati minn dawk il-produtturi li jikkonformaw mal-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni;

 

dwar il-kompetitività u s-sostenibilità tas-settur agrikolu u agroalimentari, segwit minn rapport ieħor sal-31 ta’ Diċembru 2019;

 

(iv) dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq u l-funzjonament tal-katina tal-provvista fis-settur taz-zokkor, segwit minn rapport sal-1 ta’ Lulju 2018 dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq fis-settur taz-zokkor, b’attenzjoni partikolari għall-mezzi xierqa sabiex titwaqqaf is-sistema ta’ kwoti preżenti u dwar il-futur tas-settur wara l-2020, b’attenzjoni partikolari fuq il-ħtieġa li tkun żgurata sistema kuntrattwali ġusta u sistema għad-dikjarazzjoni tal-prezz taz-zokkor, flimien ma’ kull proposta adegwata.

 

(v) dwar skema simplifikata għal termini riżervati fakultattivi fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella, b’attenzjoni partikolari għall-qafas preżenti għat-tikkettar volontarju, kif ukoll it-termini xierqa relatati mat-trobbija, il-produzzjoni u l-għalf li jistgħu jżidu l-valur fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella, flimkien ma’ kull proposta xierqa oħra;

 

(ba) mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dwar it-tħaddim u l-effikaċja tal-għodod ta’ ġestjoni tas-suq agrikolu, kemm huma adattati għall-iskop tagħhom fil-kuntest internazzjonali l-ġdid, b’attenzjoni partikolari għall-konsistenza tagħhom mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, flimkien ma’ kull proposta xierqa oħra;

Or. en

 

Emenda  323

Proposta għal regolament

Artikolu 159

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 159

Artikolu 159

Użu tar-Riżerva

Użu tar-Riżerva

Il-fondi trasferiti mir-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar l-immaniġġjar finanzjarju sod għandu jsir disponibbli għall-miżuri li dan ir-Regolament japplika għalihom għas-sena jew snin li għalihom ikun meħtieġ l-appoġġ addizzjonali u li huma implimentati f'ċirkostanzi li jmorru lil hinn mill-iżviluppi normali tas-suq.

Il-fondi trasferiti mir-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar l-immaniġġjar finanzjarju sod għandu jsir disponibbli għall-miżuri li dan ir-Regolament japplika għalihom għas-sena jew snin li għalihom ikun meħtieġ l-appoġġ addizzjonali u li huma implimentati f'ċirkostanzi li jmorru lil hinn mill-iżviluppi normali tas-suq.

B’mod partikolari, il-fondi għandhom jiġu trasferiti għall-infiq fl-ambitu ta’:

B’mod partikolari, il-fondi għandhom jiġu trasferiti għall-infiq fl-ambitu ta’:

(a) il-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II,

(a) il-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II,

(b) il-Kapitolu VI tal-Parti III, u

(b) il-Kapitolu VI tal-Parti III, u

(c) il-Kapitolu I ta’ din il-Parti.

(c) il-Kapitolu I ta’ din il-Parti.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u b’deroga mit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, tiddeċiedi li t-trasferimenti ta’ fondi ma għandhomx isiru għal ċertu nfiq imsemmi fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu jekk it-tali nfiq ikun parti mill-immaniġġjar normali tas-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2

 

Or. en

 

Emenda  324

Proposta għal regolament

Artikolu 160 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegi ta’ setgħat msemmija fdan ir-Regolament għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija f'dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded mingħajr aktar diskussjonijiet għal perjodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Or. en

 

Emenda  325

Proposta għal regolament

Artikolu 163

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 163

Artikolu 163

Tħassir

Tħassir

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa mħassar.

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa mħassar.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 [ir-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799] għandhom ikomplu japplikaw:

Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikomplu japplikaw:

(a) fir-rigward tas-settur taz-zokkor, it-Titolu I tal-Parti II, l-Artikolu 142, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(1), l-Artikolu 153(2) u (3), l-Artikolu 156, il-Parti II tal-Anness III u l-Anness VI [it-Titolu I tal-Parti II, l-Artikoli 248, 260 sa 262 u l-Parti II tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru COM(2010)799] sa tmiem is-sena tas-suq 2014/2015 għaz-zokkor fit-30 ta' Settembru 2015;

 

(b) id-dispożizzjonijiet marbutin mas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib kif stipulati fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II u l-Annessi IX u X [il-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II u l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799], sal-31 ta’ Marzu 2015;

(b) id-dispożizzjonijiet marbutin mas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib kif stipulati fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II u l-Annessi IX u X, sal-31 ta’ Marzu 2015;

(c) fir-rigward tas-settur tal-inbid:

(c) fir-rigward tas-settur tal-inbid:

(i) l-Artikoli 85a sa 85e [l-Artikoli 82 sa 87 tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799] fir-rigward taż-żoni msemmijin fl-Artikolu 85a(2) [l-Artikolu 82(2) tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799] li għadhom ma nqalgħux, u fir-rigward taż-żoni msemmijin fl-Artikolu 85b(1) [l-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru COM(2010)799] li ma ġewx irregolarizzati, sakemm tali żoni jinqalgħu jew jiġu rregolarizzati,

(i) l-Artikoli 85a sa 85e fir-rigward taż-żoni msemmijin fl-Artikolu 85a(2) li għadhom ma nqalgħux, u fir-rigward taż-żoni msemmijin fl-Artikolu 85b(1) li ma ġewx irregolarizzati, sakemm tali żoni jinqalgħu jew jiġu rregolarizzati,

(ii) ir-reġim tranżizzjonali tad-drittijiet ta’ tħawwil stipulati fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II [is-Subtaqsima II tat-Taqsima V tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799] sal-31 ta’ Diċembru 2015, jew, safejn ikun meħtieġ sabiex jingħata seħħ lil kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 85g(5) [l-Artikolu 89(5) tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799], sal-31 ta’ Diċembru 2018,

 

l-Artikolu 118m(5) u l-Artikolu 118s(5);

l-Artikolu 118m(5) u l-Artikolu 118s(5);

(d) l-Artikolu 182(7) [l-Artikolu 291(2) tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799], sal-31 ta' Marzu 2014;

(d) l-Artikolu 182(7) sal-31 ta Marzu 2014;

(e) l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 182(3) [l-Artikolu 293 tar-Regolament (UE) Nru COM(2010)799] sa tmiem is-sena tas-suq 2013/2014 għaz-zokkor;

(e) l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 182(3) sa tmiem is-sena tas-suq 2013/2014 għaz-zokkor;

(f) l-Artikolu 182(4) [l-Artikolu 294 tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799] sal-31 ta' Diċembru 2017.[;]

(f) l-Artikolu 182(4) sal-31 ta Diċembru 2017.

(g) l-Artikolu 326 tar-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799.]

 

2. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 [ir-Regolament (UE) Nru COM(2010) 799] għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament (UE) Nru […] [dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni] u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni murija fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

2. Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru [COM(1234)2007] għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament (UE) Nru […] [dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola Komuni] u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni murija fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

3. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 234/79, (KE) Nru 1601/96 u (KE) Nru 1037/2001 huma mħassra.

3. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1601/96 u (KE) Nru 1037/2001 huma mħassra.

 

(L-emenda hi bbażata fuq id-dokument COM: COM(2012) 535)

Or. en

 

Emenda  326

Proposta għal regolament

Artikolu 163a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 163a

 

Data tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni

 

Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza ġuridika fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 160, biex tiġi determinata d-data li fiha d-dispożizzjojnijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jieqfu milli japplikaw fis-settur ikkonċernat:

 

– l-Artikoli 113a, 113b, 114, 115, 116 u 117(1) sa (4);

 

– is-subparagrafu 2 tal-punt II tal-Anness XIa, il-punti IV sa IX tal-Anness XIa, il-paragrafu 2 tal-punt IV tal-Anness XII, is-subparagrafu 2 tal-punt VI tal-Anness XIII, il-Parti A tal-Anness XIV, il-paragrafi 2 u 3 tal-punt I tal-Parti B tal-Anness XIV, il-punt III tal-Parti B tal-Anness XIV, il-Parti C tal-Anness XIV u l-punti II, III, IV u VI tal-Anness XV.

 

Dik id-data għandha tikkorrispondi mad-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti dwar il-kummerċjalizzazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti skont l-atti delegati li dwarhom hemm dispożizzjoni fit-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

 

 

Or. en

 

Emenda  327

Proposta għal regolament

Artikolu 164

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 164

Artikolu 164

Regoli tranżizzjonali

Regoli tranżizzjonali

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata t-tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti msemmija fir-Regolament (UE) Nru [COM(2010)799] għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 fir-rigward ta’ miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet akkwiżiti u l-aspettattivi leġittimi ta’ impriżi.

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata t-tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti msemmija fir-Regolament 1234/2007 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160 fir-rigward ta’ miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet akkwiżiti u l-aspettattivi leġittimi ta’ impriżi.

 

Il-programmi kollha ta’ appoġġ pluriannwali, dottati qabel l-1 ta’ Jannar 2014 fuq il-bażi tal-Artikoli 103, 103i u 105a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jibqgħu appoġġjati minn dawn id-dispożizzjonijiet wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa meta jiskadu.

Or. en

 

Emenda  328

Proposta għal regolament

Artikolu 165

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 165

Artikolu 165

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Madankollu, l-Artikoli 7, 16 u 101 u l-Anness III, fir-rigward tas-settur taz-zokkor, għandhom japplikaw biss wara t-tmiem tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2014/2015 għaz-zokkor fl-1 ta’ Ottubru 2015.

Madankollu, l-Artikoli 7 u 16 għandhom japplikaw biss wara t-tmiem tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2019/2020 għaz-zokkor fl-1 ta’ Ottubru 2020.

2. Fir-rigward tas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, l-Artikoli 104 u 105 għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2020.

2. Fir-rigward tas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, l-Artikoli 104a, 105, 105b u 157a għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Or. en

 

Emenda  329

Proposta għal regolament

Anness I – Parti V – linja tal-prodott (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ex 1207 99 15

 

Qannebusa

 

– għaż-żriegħ

Or. en

 

Emenda  330

Proposta għal regolament

Anness I – Parti IX

 

Test propost mill-Kummissjoni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

     0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

     0703

Basal, basal abjad, tewm, kurrat u ħaxix ta’ ġens it-tewm ieħor, frisk jew imkessaħ

     0704

Kaboċċi, pastard, ġidra, kaboċċi mberfla u brassica tal-ikel simili, frisk jew imkessaħ

     0705

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), frisk jew imkessaħ

     0706

Karrotti, nevew, pitravi tal-insalata, salsafja, krafes ħoxnin, ravanell abjad u għeruq tal-ikel simili, frisk jew imkessaħ

     0707 00

Ħjar u ħjar żgħir, frisk jew imkessaħ

     0708

Ħxejjex leguminużi, fil-qoxra jew le, friski jew imkessħin

ex 0709

Ħxejjex oħra, friski jew imkessħin, esklużi ħxejjex tas-subintestaturi 0709 60 91, 0709 60 95, 0709 60 99, 0709 90 31, 0709 90 39 u 0709 90 60

ex 0802

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, sew jekk fil-qoxra sew jekk le jew imqaxxar, bl-esklużjoni tal-ġewż areka (jew betel) u kola li huma inklużi fi subintestatura 0802 90 20

     0803 00 11

Pjantaġini friski

ex 0803 00 90

Pjantaġini mnixxfa

     0804 20 10

Tin, frisk

     0804 30 00

Ananas

     0804 40 00

Avocados

     0804 50 00

Gwav, mang u mangostan

     0805

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef

     0806 10 10

Għeneb frisk tal-ikel

     0807

Bettieħ (inkluż id-dulliegħ) u pawpaw (papaj), frisk

     0808

Tuffieħ, lanġas u sfarġel, frisk

     0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż iċ-ċiprisk), għanbaqar u prun salvaġġ, friski

     0810

Frott ieħor, frisk

     0813 50 31
  0813 50 39

Taħlit esklussivament ta’ ġewż imnixxef tat-titli 0801 u 0802

     0910 20

Żagħfran

ex 0910 99

Sagħtar, frisk jew imkessaħ

ex 1211 90 85

Ħabaq, melissa, nagħniegħ, origanum vulgare (origanu/merdqux), klin, salvja, friski jew imkessħin

     1212 99 30

Ħarrub

 

Emenda

 

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

     0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

     0703

Basal, basal abjad, tewm, kurrat u ħaxix ta’ ġens it-tewm ieħor, frisk jew imkessaħ

     0704

Kaboċċi, pastard, ġidra, kaboċċi mberfla u brassica tal-ikel simili, frisk jew imkessaħ

     0705

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), frisk jew imkessaħ

     0706

Karrotti, nevew, pitravi tal-insalata, salsafja, krafes ħoxnin, ravanell abjad u għeruq tal-ikel simili, frisk jew imkessaħ

     0707 00

Ħjar u ħjar żgħir, frisk jew imkessaħ

     0708

Ħxejjex leguminużi, fil-qoxra jew le, friski jew imkessħin

ex 0709

Tartufi u ħxejjex oħra, friski jew imkessħin, esklużi ħxejjex tas-subintestaturi 0709 60 91, 0709 60 95, 0709 60 99, 0709 90 31, 0709 90 39 u 0709 90 60

071320 00

Ċiċri (garbanzos)

07 13 40 00

Għads

07 14 90

Yam u artiċokks

Ex 1214

Rutabaga

09 05 00 00

Vanilla

0906

Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella

09 07 00 00

Imsiemer tal-qronfol

09 08

Noċemuskata, qoxra ta' barra tagħha (mace) u kardamomu

09 09

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian, bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża (caraway); frott tal-ġnibru

Ex 0910

Ġinġer, żagħfran tal-Indja (turmeric, kurkuma), weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn minbarra sagħtar u żagħfran

ex 0802

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, sew jekk fil-qoxra sew jekk le jew imqaxxar, bl-esklużjoni tal-ġewż areka (jew betel) u kola li huma inklużi fi subintestatura 0802 90 20

     0803 00 11

Pjantaġini friski

ex 0803 00 90

Pjantaġini mnixxfa

     0804 20 10

Tin, frisk

     0804 30 00

Ananas

     0804 40 00

Avocados

     0804 50 00

Gwav, mang u mangostan

     0805

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef

     0806 10 10

Għeneb frisk tal-ikel

     0807

Bettieħ (inkluż id-dulliegħ) u pawpaw (papaj), frisk

     0808

Tuffieħ, lanġas u sfarġel, frisk

     0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż iċ-ċiprisk), għanbaqar u prun salvaġġ, friski

     0810

Frott ieħor, frisk

     0813 50 31
  0813 50 39

Taħlit esklussivament ta’ ġewż imnixxef tat-titli 0801 u 0802

     0910 20

Żagħfran

ex 0910 99

Sagħtar, frisk jew imkessaħ

ex 1211 90 85

Ħabaq, melissa, nagħniegħ, origanum vulgare (origanu/merdqux), klin, salvja, friski jew imkessħin

     1212 99 30

Ħarrub

Or. en

 

Emenda  331

Proposta għal regolament

Anness I – Parti X – linji tal-prodott (ġodda)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

ex 0710

Ħxejjex (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżati, eskluż il-qamħ ħelu tas-subintestatura 0710 40 00, iż-żebbuġ tas-subintestatura 0710 80 10 u l-frott tal-ġens Capsicum jew tal- ġens Pimenta tas-subintestatura 0710 80 59

 

ex 0711

Ħxejjex ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'’ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn sabiex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat, eskluż iż-żebbuġ tas-subintestatura 0711 20, il-frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta tas-subintestatura 0711 90 10 u l-qamħ ħelu tas-subintestatura 0711 90 30

 

ex 0712

Ħxejjex imnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, eskluża l-patata deitrata permezz ta' sħana artifiċjali u li mhix tajba għall-konsum mill-bniedem li taqa' taħt is-subintestatura ex 0712 90 05, il-qamħ ħelu li jaqa' taħt is-subintestaturi 0712 90 11 u 0712 90 19 u ż-żebbuġ li jaqa' taħt is-subintestatura ex 0712 90 90

 

     0804 20 90

Tin imnixxef

 

     0806 20

Għeneb imnixxef

 

ex 0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu, eskluża banana ffriżata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0811 90 95

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

 

ex 0812

Frott u ġewż, ippreservati proviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn sabiex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum, eskluża l-banana provviżorjament ippreservata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0812 90 98

 

ex 0813

Frott, imnixxef, ħlief dak ta' titli 0801 sa 0806; taħlit ta' ġewż jew frott imnixxef ta' dan il-kapitlu eskluż taħlit esklussivament ta' ġewż ta' subtitli 0801 u 0802 li jaqgħu taħt is-subintestaturi 0813 50 31 u 0813 50 39

 

     0814 00 00

Qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ (inkluż dulliegħ), friska, iffriżata, imnixxfa jew proviżorjament ippreservata fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn ippreservattivi

 

     0904 20 10

Bżar ħelu mnixxef, la mfarrak u lanqas mitħun

(b)

ex 0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżati, biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

 

ex 1302 20

Sustanzi tal-pektin u pektinati

 

ex 2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, eskluż:

-    frott tal-ġens Capsicum minbarra bżar ħelu jew piment tas-subintestatura 2001 90 20

-    qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura 2001 90 30

-    jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-subintestatura 2001 90 40

-    qlub tal-palm tas-subintestatura 2001 90 60

-    żebbuġ tas-subintestatura 2001 90 65

-    weraq tad-dwieli, hop shoots u partijiet simili oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2001 90 97

 

     2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

 

     2003

Faqqiegħ u tartuf, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

 

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006, eskluż il-qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura 2004 90 10, iż-żebbuġ tas-subintestatura ex 2004 90 30 u l-patata ppreparata jew ippreservata f'forma ta' dqiq, pasta jew qxur tas-subintestatura 2004 10 91

 

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006, eskluż iż-żebbuġ tas-subintestatura 2005 70 00, il-qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura ex 2005 80 00, u l-frott tal-ġens Capiscum, minbarra l-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 2005 99 10 u l-patata ppreparata jew ippreservata fil-forma ta' tqieq, pasta jew qxur tas-subintestatura 2005 20 10

 

ex 2006 00

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u bċejjeċ oħrajn ta' pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glacé jew mgħasslin), eskluż il-banana ppreservata biz-zokkor li taqa' taħt l-intestaturi ex 2006 00 38 u ex 2006 00 99

 

ex 2007

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, purée tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, li jkunu preparati msajra, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le, eskluż:

-    preparati omoġenizzati ta' banana tas-subintestatura ex 2007 10

-    ġammijiet, ġèli, marmellati, purée jew pejsts tal-banana tas-subintestaturi ex 2007 99 39, ex 2007 99 50 u ex 2007 99 97

 

ex 2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, eskluż:

-    butir tal-karawett tas-subintestatura 2008 11 10

-    qlub tal-palm tas-subintestatura 2008 91 00

-    qamħirrun tas-subintestatura 2008 99 85

-    jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-subintestatura 2008 99 91

-    weraq tad-dwieli, hop shoots u partijiet simili oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2008 99 99

-    taħlit ta' banana ppreparati jew ippreservati b'xi mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 92 59, ex 2008 92 78, ex 2008 92 93 u ex 2008 92 98

-    banana ppreparata jew ippreservata b'xi mod ieħor tas-subintestaturi 2008 99 49, ex 2008 99 67 u ex 2008 99 99

 

ex 2009

Meraq tal-frott (eskluż il-meraq tal-għeneb u għeneb magħsur iżda qabel jeħmer tas-subintestaturi 2009 61 u 2009 69 u l-meraq tal-banana tas-subintestaturi ex 2009 80) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

 

Emenda

 

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

ex 0710

Ħxejjex (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżati, eskluż il-qamħ ħelu tas-subintestatura 0710 40 00, iż-żebbuġ tas-subintestatura 0710 80 10 u l-frott tal-ġens Capsicum jew tal- ġens Pimenta tas-subintestatura 0710 80 59

 

ex 0711

Ħxejjex ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'’ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn sabiex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat, eskluż iż-żebbuġ tas-subintestatura 0711 20, il-frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta tas-subintestatura 0711 90 10 u l-qamħ ħelu tas-subintestatura 0711 90 30

 

ex 0712

Ħxejjex imnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, eskluża l-patata deitrata permezz ta' sħana artifiċjali u li mhix tajba għall-konsum mill-bniedem li taqa' taħt is-subintestatura ex 0712 90 05, il-qamħ ħelu li jaqa' taħt is-subintestaturi 0712 90 11 u 0712 90 19 u ż-żebbuġ li jaqa' taħt is-subintestatura ex 0712 90 90

 

     0804 20 90

Tin imnixxef

 

     0806 20

Għeneb imnixxef

 

ex 0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu, eskluża banana ffriżata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0811 90 95

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

 

ex 0812

Frott u ġewż, ippreservati proviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn sabiex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum, eskluża l-banana provviżorjament ippreservata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0812 90 98

 

ex 0813

Frott, imnixxef, ħlief dak ta' titli 0801 sa 0806; taħlit ta' ġewż jew frott imnixxef ta' dan il-kapitlu eskluż taħlit esklussivament ta' ġewż ta' subtitli 0801 u 0802 li jaqgħu taħt is-subintestaturi 0813 50 31 u 0813 50 39

 

     0814 00 00

Qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ (inkluż dulliegħ), friska, iffriżata, imnixxfa jew proviżorjament ippreservata fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn ippreservattivi

 

     0904 20 10

Bżar ħelu mnixxef, la mfarrak u lanqas mitħun

(b)

ex 0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżati, biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

 

ex 1302 20

Sustanzi tal-pektin u pektinati

 

ex 2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, eskluż:

-    frott tal-ġens Capsicum minbarra bżar ħelu jew piment tas-subintestatura 2001 90 20

-    qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura 2001 90 30

-    jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-subintestatura 2001 90 40

-    qlub tal-palm tas-subintestatura 2001 90 60

-    żebbuġ tas-subintestatura 2001 90 65

-    weraq tad-dwieli, hop shoots u partijiet simili oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2001 90 97

 

     2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

 

     2003

Faqqiegħ u tartuf, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

 

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006, eskluż il-qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura 2004 90 10, iż-żebbuġ tas-subintestatura ex 2004 90 30 u l-patata ppreparata jew ippreservata f'forma ta' dqiq, pasta jew qxur tas-subintestatura 2004 10 91

 

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006, eskluż iż-żebbuġ tas-subintestatura 2005 70 00, il-qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura ex 2005 80 00, u l-frott tal-ġens Capiscum, minbarra l-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 2005 99 10 u l-patata ppreparata jew ippreservata fil-forma ta' tqieq, pasta jew qxur tas-subintestatura 2005 20 10

 

ex 2006 00

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u bċejjeċ oħrajn ta' pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glacé jew mgħasslin), eskluż il-banana ppreservata biz-zokkor li taqa' taħt l-intestaturi ex 2006 00 38 u ex 2006 00 99

 

ex 2007

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, purée tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, li jkunu preparati msajra, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le, eskluż:

-    preparati omoġenizzati ta' banana tas-subintestatura ex 2007 10

-    ġammijiet, ġèli, marmellati, purée jew pejsts tal-banana tas-subintestaturi ex 2007 99 39, ex 2007 99 50 u ex 2007 99 97

 

ex 2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, eskluż:

-    butir tal-karawett tas-subintestatura 2008 11 10

-    qlub tal-palm tas-subintestatura 2008 91 00

-    qamħirrun tas-subintestatura 2008 99 85

-    jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-subintestatura 2008 99 91

-    weraq tad-dwieli, hop shoots u partijiet simili oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2008 99 99

-    taħlit ta' banana ppreparati jew ippreservati b'xi mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 92 59, ex 2008 92 78, ex 2008 92 93 u ex 2008 92 98

-    banana ppreparata jew ippreservata b'xi mod ieħor tas-subintestaturi 2008 99 49, ex 2008 99 67 u ex 2008 99 99

 

ex 2009

Meraq tal-frott (eskluż il-meraq tal-għeneb u għeneb magħsur iżda qabel jeħmer tas-subintestaturi 2009 61 u 2009 69 u l-meraq tal-banana tas-subintestaturi ex 2009 80) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

 

ex 0910

timu mnixxef

 

ex 1211

ħabaq, melissa, zekka, origanu vulgare (oreganu/ marjoram salvaġġ), rosmarin, salvja, imnixxfin, sħaħ, imqattgħin, imfarrkin jew trab

 

ex 0904

bżar ; frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun, barra bżar ħelu li jaqa' fis-subintestatura 0904 20 10

 

ex220600

sidru

Or. en

 

Emenda  332

Proposta għal regolament

Anness I – Parti XV – subparti a – Kodiċi NM 0201 – inċiżi (ġodda)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

0201 Laħam ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ

0201 Laħam tal-annimali bovini, frisk jew imkessaħ:

 

– 0201 10 00 – Karkassi u nofs karkassa

 

– 0201 20 – qatgħat oħrajn bl-għadam:

 

– 0201 20 20 – kwarti ‘ikkumpensati’

 

– 0201 20 30 – kwarti ta’ quddiem separati jew mhux separati

 

– 0201 20 50 – kwarti ta’ quddiem separati jew mhux separati

Or. en

 

Emenda  333

Proposta għal regolament

Anness II - Parti Ia (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti Ia: Definizzjonijiet rigward is-settur taz-zokkor

 

1. “Zokkor abjad” tfisser zokkor, mhux imħawwar jew ikkulurit jew li fih kwalunkwe sustanza oħra miżjuda, li fih, fl-istat xott, 99.5 % jew aktar bil-piż ta’ sukrożju, determinat bil-metodu polarimetriku;

 

2. “Zokkor mhux raffinat” tfisser zokkor, mhux imħawwar jew ikkulurit jew li fih kwalunkwe sustanza oħra miżjuda li fih, fl-istat xott, anqas minn 99.5 % bil-piż ta’ sukrożju, determinat bil-metodu polarimetriku;

 

3. “Isoglukożju” tfisser il-prodott miksub mill-glukożju jew il-polimeri tiegħu b’kontenut bil-piż fl-istat xott ta’ mill-anqas 10 % fruttożju;

 

4. “Ġulepp tal-inulina” tfisser il-prodott immedjat miksub mill-idrolożi ta’ inulina jew oligo fruttożji, li fih fl-istat xott mill-anqas 10 % fruttożju f'forma ħielsa jew bħala sukrożju, u espress bħala ekwivalenti zokkor/isoglukożju. Sabiex ikunu evitati restrizzjonijiet fuq is-suq għal prodotti b’kapaċità ta’ ħlewwa baxxa minn proċessuri tal-fibra tal-inulina mingħajr il-kwota ta’ xropp tal-inulina, din id-definizzjoni tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni;

5. “Kwota ta’ zokkor”, “kwota ta’ isoglukożju” u “kwota ta’ ġulepp tal-inulina” ifissru kwalunkwe kwantità ta’ produzzjoni ta’ zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina attribwita għal sena speċifika ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt il-kwota tal-impriża kkonċernata;

 

6. “Zokkor industrijali” tfisser kwalunkwe kwantità ta’ produzzjoni taz-zokkor attribwita għal sena tal-kummerċjalizzazzjoni speċifika li tkun ikbar mill-kwantità taz-zokkor imsemmija fil-punt (5), u li tkun maħsuba għall-produzzjoni, mill-industrija, ta’ wieħed mill-prodotti msemmi fl-Artikolu 101m(2);

 

7. “Isoglukożju industrijali” u “ġulepp tal-inulina industrijali” ifissru kualunkwe kwantità ta’ produzzjoni ta’ isoglukożju jew ġulepp tal-inulina attribwita għal sena speċifika ta’ kummerċjalizzazzjoni, intiża għall-produzzjoni, mill-indusutrija, ta' wieħed mill-prodotti msemmijin fl-Artikolu 101m(2);

 

8. “Eċċess ta’ zokkor”, “eċċess ta’ isoglukożju” u “eċċess ta’ ġulepp tal-inulina” ifissru kwalunkwe kwantità ta’ produzzjoni ta’ zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina attribwita għal sena speċifika ta’ kummerċjalizzazzjoni aktar mill-kwantitajiet rispettivi msemmijin fil-punti (5), (6) u (7);

 

9. “Kwota ta’ pitravi” tfisser il-pitravi zokkrin kollha proċessati fi kwota ta’ zokkor;

 

10. “Kuntratt ta’ forniment” tfisser kuntratt konkluż bejn bejjiegħ u impriża għall-forniment ta’ pitravi għall-manifattura ta’ zokkor;

 

11. “Ftehim fil-kummerċ” ifisser wieħed minn dawn li ġejjin:

 

(a) ftehim konkluż fil-livell tal-Unjoni, qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ konsenja, bejn grupp ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ impriżi, minn naħa waħda, u grupp ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ bejjiegħa, min-naħa l-oħra;

 

(b) ftehim konkluż, qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt ta’ forniment, bejn impriżi jew organizzazzjonijiet ta’ impriżi rikonoxxuti mill-Istati Membri kkonċernati min-naħa u assoċjazzjoni ta’ bejjiegħa rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat min-naħa l-oħrajn;

 

(c) fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ftehim kif imsemmi fil-punt (a) jew (b), il-liġi dwar il-kumpaniji u l-liġi dwar il-kooperattivi, safejn dawn jirregolaw il-konsenja tal-pitravi mill-azzjonisti jew mill-membri ta’ kumpanija jew ta’ kooperattiva li timmanifattura z-zokkor;

 

(d) fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ftehim kif imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-arranġamenti li jeżistu qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta' forniment, sakemm il-bejjiegħa li jaċċettaw l-arranġament ifornu mill-inqas 60 % tat-total ta’ pitravi mixtri mill-impriża għall-manifattura ta’ zokkor f’fabbrika waħda jew aktar;

 

12. “Raffinatur full-time” tfisser unità ta’ produzzjoni:

 

– li l-attività tagħha hija biss ir-raffinar ta' zokkor tal-kannamieli mhux rraffinat importat, jew

 

– li fis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2004/2005 rraffinat kwantità ta' mill-inqas 15,000 tunnellata ta' zokkor tal-kannamieli importat mhux maħdum. Għall-fini ta’ dan l-inċiż, fil-każ tal-Kroazja, is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għandha tkun l-2007/2008.

Or. en

 

Emenda  334

Proposta għal regolament

Anness II – Parti VIII – punt 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. ‘Għasel’ tfisser is-sustanza ħelwa naturali prodotta min-naħal Apis mellifera min-nettaru tal-pjanti jew minn tnixxijiet ta' partijiet ħajjin ta' pjanti jew eskrementi ta' insetti li jsoffu l-pjanti fuq il-parti ħajja tal-pjanti, li n-naħal jiġbruhom, jittrasformawhom billi jgħaqqduhom ma' sustanzi speċifiċi tagħhom stess, jiddepożitawhom, jiddeitrawhom, jaħżnuhom u jħalluhom fix-xehda tal-għasel sabiex isiru misjura u jimmaturaw.

1. ‘Għasel’ tfisser is-sustanza ħelwa naturali prodotta min-naħal Apis mellifera min-nettaru tal-pjanti jew minn tnixxijiet ta' partijiet ħajjin ta' pjanti jew eskrementi ta' insetti li jsoffu l-pjanti fuq il-parti ħajja tal-pjanti, li n-naħal jiġbruhom, jittrasformawhom billi jgħaqqduhom ma' sustanzi speċifiċi tagħhom stess, jiddepożitawhom, jiddeitrawhom, jaħżnuhom u jħalluhom fix-xehda tal-għasel sabiex isiru misjura u jimmaturaw. Għasel jikkonsisti essenzjalment f'zokkrijiet, b'mod predominanti fruttożju u glukożju, kif ukoll sustanzi oħrajn bħal aċidi organiċi, enzimi u partiċelli solidi derivati mill-ġbir tal-għasel, inkluż l-għabra tad-dakra, filwaqt li l-ebda waħda minn dawn is-sustanzi ma jista' jitqies bħala ingredjent tal-għasel.

Or. en

 

Emenda  335

Proposta għal regolament

Anness II - Parti VIII – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. ‘Prodotti tal-apikoltura’ tfisser għasel, xema' tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftura jew għabra tad-dakra.

2. ‘Prodotti tal-apikoltura’ tfisser għasel, xema' tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftura u għabra tad-dakra.

 

"Xama' tan-naħal" tfisser materja naturali lipida mħejjija mit-tnixxija tal-glandoli tax-xama' tan-naħal ħaddiem Apis mellifera u li jintuża fil-manifattura tax-xehda tal-għasel.

 

"Ħalib tan-naħal" tfisser is-sustanza naturali li tnixxi mill-glandoli hipofarinġali u mandibulari tan-naħla ħaddiema tat-tmigħ, li huma maħsuba biex jitimgħu l-larva u r-reġina u li magħhom ma tista' tiġi miżjuda l-ebda sustanza oħra.

 

"Żaftura" tfisser sustanza miġbura minn ċerti pjanti u sussegwentement trasformata min-naħal ħaddiema Apis mellifera, u li magħha jiġu miżjuda t-tnixxija tagħhom stess(prinċipalment xama' u tnixxija salivarja) sabiex tintuża bħala tikħil.

 

"Għabra tad-dakra" tfisser sustanza kompatta, bejn wieħed u ieħor sferika, li tirriżulta mill-agglutinazzjoni tal-gamete maskili tal-fjuri, permezz tan-nettaru, it-tnixxija salivarja u l-azzjoni mekkanika tat-tielet par ta' saqajn tan-naħla ħaddiema Apis mellifera, li hi miġbura u ttrasformata fil-forma ta' blalen ta' għabra tad-dakra sabiex jiġu depożitati u sussegwentement maħżuna fix-xehda, u li magħha ma tista' tiġi miżjuda l-ebda sustanza oħra.

 

"Għabra tad-dakra tax-xehda jew ħobż tan-naħal" tfisser blalen ta' għabra tad-dakra mferrxa min-naħal fiċ-ċelloli tax-xehda li jkunu wettqu ċerti trasformazzjonijiet naturali permezz tal-presenza ta' enzimi u ta' mikroorganiżmi; din l-għabra tad-dakra tista' tkun miksija bl-għasel.

Or. en

 

Emenda  336

Proposta għal regolament

Anness III – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS III

ANNESS III

KWALITÀ STANDARD TA’ ROSS U ZOKKOR KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

KWALITÀ STANDARD TA’ ROSS U ZOKKOR KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7 U L-ARTIKOLU 101G

Or. en

 

 

Emenda  337

Proposta għal regolament

Anness IIIa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS IIIa

SKALI UŻATI FL-UNJONI GĦALL-KLASSIFIKA TAL-KARKASSI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 7

 

 

A: Skala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali adulti tal-ifrat:

 

 

I. Definizzjonijiat

 

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 

1. ‘karkassa’: il-ġisem sħiħ ta’ annimal maqtul kif preżentat wara l-iżvinar, it-tneħħija tal-ġewwieni u t-tneħħija tal-ġilda;

 

2. ‘nofs karkassa’: il-prodott miksub bis-separazzjoni tal-karkassa msemmija fil-punt (1) b’mod simetriku min-nofs ta’ kull vertebra ċervikali, dorsali, lombari u sagrali u min-nofs tal-isternum u s-simfisi iskjopubika.

 

 

II. Kategoriji

 

Il-karkassi ta’ annimali adulti bovini għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

 

A: karkassi ta’ annimali maskili żgħażagħ mhux kastrati ta’ età anqas minn sentejn;

B: karkassi ta’ annimali maskili mhux kastrati oħrajn;

C: karkassi ta’ annimali maskili kastrati;

D: karkassi ta’ annimali femminili li welldu;

E: karkassi ta’ annimali femminili oħrajn.

 

 

III. Klassifikazzjoni

 

Il-karkassi għandhom ikunu klassifikati b’valutazzjoni suċċessiva ta’:

 

1. Konformità, definita kif ġej:

 

Żvilupp tal-profili tal-karkassa, b’mod partikolari l-partijiet essenzjali (il-koxxa, id-dahar, l-ispalla)

 

Klassi ta’ konformità

Deskrizzjoni

S

Superjuri

Il-profili kollha jkunu estremament konvessi; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli (karkassi tat-tip b’muskoli doppji)

E

Eċċellenti

Il-profili kollha konvessi sa konvessi ħafna; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli

U

Tajba ħafna

Profili ġeneralment konvessi; żvilupp tal-muskoli tajjeb ħafna

R

Tajjeb

Profili ġeneralment dritti; żvilupp tal-muskoli tajjeb

O

Mhux ħażin

Profili dritti sa konkavi; żvilupp medju tal-muskoli

P

Ħażin

Il-profili kollha konkavi sa konkavi ħafna; żvilupp fqir tal-muskoli

 

2. Kisja ta’ xaħam, definita kif ġej:

 

Ammont ta' xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika

 

Klassi ta' kisja ta' xaħam

Deskrizzjoni

1

baxxa

L-ebda xaħam jew kisja baxxa ta’ xaħam

2

ħafifa

Kisja ħafifa ta’ xaħam, laħam viżibbli kważi kullimkien

3

medja

Laħam, bl-eċċezzjoni tal-koxxa u l-ispalla, kważi kullimkien koperti bix-xaħam, depożiti ħfief ta’ xaħam fil-kavità toraċika

4

għolja

Laħam kopert bix-xaħam, imma fil-koxxa u l-ispalla għadu parzjalment viżibbli, xi depożiti distinti ta’ xaħam fil-kavità toraċika

5

għolja ħafna

Il-karkassa kollha koperta bix-xaħam; depożiti kbar fil-kavità toraċika

 

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jipproċedu għas-suddiviżjoni ta’ kull waħda mill-klassifikazzjonijiet li hemm provvediment għalihom fil-punti 1 u 2 f’massimu ta’ tliet klassijiet subordinati.

 

 

IV. Preżentazzjoni

 

Karkassi u nofs karkassi għandhom ikunu ppreżentati:

 

1. mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras għandha tkun separata mill-karkassa fl-għaksa atlojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jinqatgħu fl-għaksa karpometakarpika jew tarsometatarsika,

 

2. mingħajr l-organi li jinsabu fil-kavità toraċika u addominali, bil-kliewi, ix-xaħam tal-kliewi u x-xaħam pelviku jew mingħajrhom

 

3. mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli ta' magħhom u mingħajr il-bżieżel jew ix-xaħam tal-glandola mammarja.

 

 

V. Klassifikazzjoni u identifikazzjoni

 

Il-biċċeriji approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-karkassi jew in-nofs karkassi kollha minn annimali adulti tal-ifrat maqtulin fit-tali biċċeriji u li jkollhom marka tas-saħħa prevista fl-Artikolu 5(2) flimkien mal-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikunu kklassifikati u identifikati skont l-iskala tal-Unjoni.

 

Qabel l-identifikazzjoni permezz tal-immarkar, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni sabiex ix-xaħam estern jitneħħa mill-karkassi jew min-nofs karkassi jekk dan ikun ġustifikat mill-kisja tax-xaħam.

 

 

 

B: Skala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali

 

 

I. Definizzjoni

 

“Karkassa” għandha tfisser il-ġisem ta’ majjal maqtul, mifsud u bl-imsaren imneħħija, sħiħ jew maqsum min-nofs.

 

 

II. Klassifikazzjoni

 

Il-karkassi għandhom ikunu maqsuma fi klassijiet skont il-kontenut ta' laħam dgħif stmat tagħhom, u jkunu kklasifikati hekk:

 

Klassijiet

Laħam dgħif bħala perċentwali tal-piż tal-karkassa

S

60 jew aktar (*)

E

55 u aktar

U

50 jew aktar iżda anqas minn 55

R

45 jew aktar iżda anqas minn 50

O

40 jew aktar iżda anqas minn 45

P

anqas minn 40

(*) [L-Istati Membri jistgħu jintroduċu, għall-majjali maqtulin fit-territorju tagħhom, klassi separata ta’ 60 % jew aktar ta’ laħam dgħif denominat bl-ittra S.]

 

 

III. Preżentazzjoni

 

Il-karkassi għandhom ikunu ppreżentati mingħajr ilsien, xagħar, qawqab, organi ġenitali, kliewi u dijaframma.

 

 

IV. Kontenut ta’ laħam dgħif

 

1. Il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jkun valutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni. Jistgħu jkunu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta' wieħed jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal. Awtorizzazzjoni għall-metodi ta’ gradazzjoni għandha tkun soġġetta għal konformità ma’ tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni.

 

2. Madankollu, il-valur kummerċjali tal-karkassi ma għandux ikun determinat biss bil-kontenut ta’ laħam dgħif stmat tagħhom.

 

 

V. Identifikazzjoni tal-karkassi

 

Sakemm ma jingħadx xort’oħra mill-Kummissjoni, il-karkassi kklassifikati għandhom ikunu identifikati billi jiġu mmarkati skont l-iskala tal-Unjoni.

 

 

 

C: Skala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tan-nagħaġ

 

 

I. Definizzjoni

 

Għat-termini “karkassa” u “nofs karkassa” għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fil-punt A.I.

 

 

II. Kategoriji

 

Il-karkassi għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin.

 

A: karkassi ta’ nagħaġ taħt l-età ta’ 12-il xahar,

B: karkassi ta' nagħaġ oħrajn.

 

 

III. Klassifikazzjoni

 

1. Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-punt A.III mutatis mutandis. Madankollu, it-terminu “koxxa” fil-punt A.III.1 u fir-ringieli 3 u 4 tat-tabella mogħtija fil-punt A.III.2. għandu jinbidel bit-terminu “robbu ta’ wara”.

 

2. B’deroga mill-punt 1, għall-ħrief ta’ piż ta’ karkassa anqas minn 13-il kilo, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw l-Istati Membri biex jużaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni li ġejjin:

 

(a) piż tal-karkassa;

(b) kulur tal-laħam;

(c) kisja ta’ xaħam.

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(2) u (3).

 

IV. Preżentazzjoni

 

Il-karkassi u n-nofs karkassi għandhom ikunu ppreżentati mingħajr ir-ras (maqtugħa fl-għaksa atlanto-oċċipitali), is-saqajn (maqtugħin fl-għaksa karpometakarpika jew tarsometatarsika), id-denb (maqtugħ bejn is-sitt u s-seba’ vertebra tad-denb), il-bżieżel, l-organi ġenitali, il-fwied u l-ġewwieni. Il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi huma inklużi fil-karkassa.

 

 

V. Identifikazzjoni tal-karkassi

 

Il-karkassi u n-nofs karkassi kklassifikati għandhom ikunu identifikati billi jiġu mmarkati skont l-iskala tal-Unjoni.

 

Or. en

 

Emenda  338

Proposta għal regolament

Anness IIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Parlament

 

ANNESS IIIb

 

KWOTI NAZZJONALI U REĠJONALI GĦALL-PRODUZZJONI TAZ-ZOKKOR, TAL-ISOGLUKOŻJU U TAL-ĠULEPP TAL-INULINA MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 101H

(f'tunnellati)

 

Stati Membri jew reġjuni

(1)

Zokkor

(2)

Isoglukożju

(3)

Ġulepp tal-inulina

(4)

Il-Belġju

676 235,0

114 580,2

0

Il-Bulgarija

0

89 198,0

 

Ir-Repubblika Ċeka

372 459,3

 

 

Id-Danimarka

372 383,0

 

 

Il-Ġermanja

2 898 255,7

56 638,2

 

L-Irlanda

0

 

 

Il-Greċja

158 702,0

0

 

Spanja

498 480,2

53 810,2

 

Franza (metropolitana)

3 004 811,15

 

0

Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej

432 220,05

 

 

L-Italja

508 379,0

32 492,5

 

Il-Latvja

0

 

 

Il-Litwanja

90 252,0

 

 

L-Ungerija

105 420,0

250 265,8

 

L-Olanda

804 888,0

0

0

L-Awstrija

351 027,4

 

 

Il-Polonja

1 405 608,1

42 861,4

 

Il-Portugall (kontinentali)

0

12 500,0

 

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores

9 953,0

 

 

Ir-Rumanija

104 688,8

0

 

Is-Slovenja

0

 

 

Is-Slovakkja

112 319,5

68 094,5

 

Il-Finlandja

80 999,0

0

 

L-Iżvezja

293 186,0

 

 

Ir-Renju Unit

1 056 474,0

0

 

Il-Kroazja

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL

13 336 741,2

720 440,8

0

Or. en

 

Emenda  339

Proposta għal regolament

Anness IIc (ġdid)

Test propost mill-Parlament

 

ANNESS IIIc

 

REGOLI DETTALJATI DWAR IT-TRASFERIMENTI TA' KWOTI TAZ-ZOKKOR JEW ISOGLUKOŻJU BI QBIL MAL-ARTIKOLU 101K

 

I

 

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

 

(a)    “l-għaqda flimkien ta’ impriżi” tfisser l-għaqda ta’ żewġ impriżi jew aktar f’impriża waħda;

 

(b)    “it-trasferiment ta’ impriża” tfisser it-trasferiment tal-assi ta’ impriża li jkollha kwota għal impriża waħda jew aktar jew l-assorbiment tagħhom fiha jew fihom;

 

(c)    “it-trasferiment ta’ fabbrika” tfisser it-trasferiment, għal impriża waħda jew aktar, tas-sjieda ta’ unità teknika, inkluż l-impjant kollu meħtieġ biex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, li jwassal għall-assorbiment parzjali jew totali tal-produzzjoni tal-impriża li tkun qed tagħmel it-trasferiment;

 

(d)    “il-kiri ta’ fabbrika” tfisser il-kuntratt ta’ kiri ta’ unità teknika, inkluż l-impjant kollu meħtieġ għall-manifattura taz-zokkor, bil-ħsieb li din l-unità titħaddem, li jkun konkluż għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin tas-suq konsekuttivi, li l-partijiet jaqblu li ma jtemmux qabel tmiem it-tielet sena tal-kummerċjalizzazzjoni, ma’ impriża li hija stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-fabbrika kkonċernata, jekk, wara li l-kirja tidħol fis-seħħ, l-impriża li tikri l-fabbrika tista’ titqies bħala impriża li tipproduċi z-zokkor biss għall-produzzjoni sħiħa tagħha. II

 

II

 

1.     Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każ ta’ fużjoni jew trasferiment ta’ impriżi li jipproduċu z-zokkor jew it-trasferiment ta’ fabbriki taz-zokkor, il-kwota għandha tiġi aġġustata kif ġej:

 

(a)    fl-eventwalità ta’ għaqda bejn l-impriżi għall-produzzjoni taz-zokkor, l-Istati Membri għandhom jallokaw lill-impriża li toħroġ mill-għaqda, kwota ugwali għas-somma tal-kwoti allokati preċedentement lill-għaqda, lill-impriżi għall-produzzjoni taz-zokkor ikkonċernati;

 

(b)    fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ impriża ta’ produzzjoni taz-zokkor, l-Istat Membru għandu jalloka l-kwota tal-impriża trasferita lill-impriża li tittrasferixxi, għall-produzzjoni taz-zokkor jew, jekk ikun hemm aktar minn impriża waħda li tittrasferixxi, l-allokazzjoni għandha ssir b’mod proporzjonali mal-produzzjoni taz-zokkor assorbit minn kull wieħed minnhom;

 

(c)    fl-eventwalità tat-trasferiment ta’ fabbrika taz-zokkor, l-Istat Membru għandu jnaqqas il-kwota tal-impriża li tittrasferixxi s-sieda ta’ fabbrika u għandha żżid il-kwota tal-impriża ta’ produzzjoni taz-zokkor jew tal-impriżi li jakkwistaw il-fabbrika partikolari bil-kwantità mnaqqsa proporzjonalment mal-produzzjoni assorbita.

 

2.     Meta xi wħud minn dawk li jkabbru l-pitravi jew il-kannamieli li jkunu affettwati b’mod dirett minn waħda mill-ħidmiet imsemmija fil-punt 1 juru, b’mod ċar, ir-rieda tagħhom li jfornu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom lil impriża li tipproduċi z-zokkor li ma tkunx parti minn dawk il-ħidmiet, l-Istat Membru jista’ jagħmel l-allokazzjoni fuq il-bażi tal-produzzjoni assorbita mill-impriża li lilha jkun behsiebhom jagħtu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom.

 

3.     Fil-każ tal-għeluq, f’ċirkustanzi oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-punt 1, ta’:

 

(a)    impriża li tipproduċi z-zokkor;

 

(b)    fabbrika waħda jew aktar ta’ impriża li tipproduċi z-zokkor.

 

L-Istat Membru jista’ jalloka l-parti tal-kwoti kkonċernata mit-tali għeluq lil impriża waħda li tipproduċi z-zokkor jew aktar.

 

Barra minn hekk, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, f’każ li xi wħud mill-produtturi kkonċernati juru, b’mod ċar, ir-rieda tagħhom li jfornu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom lil impriża partikolari li tipproduċi z-zokkor, l-Istat Membru jista’ jalloka l-proporzjon tal-kwoti li jikkorrispondi mal-pitravi jew mal-kannamieli kkonċernati lill-impriża li lilha jkun behsiebhom jagħtu dawk il-prodotti.

 

4.     Meta tintuża d-deroga msemmija fl-Artikolu 101(5), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lil dawk li jkabbru l-pitravi u lill-impriżi taz-zokkor li jkunu effettwati minn dik id-deroga biex jinkludu, fil-ftehimiet fi ħdan il-qasam tagħhom, klawżoli speċjali li jippermettu lill-Istat Membru japplika l-punti 2 u 3 ta’ din it-Taqsima.

 

5.     Fl-eventwalità tal-kiri ta’ fabbrika li tappartjeni lil impriża ta’ produzzjoni taz-zokkor, l-Istat Membru jista’ jnaqqas il-kwota tal-impriża li toffri l-fabbrika għall-kera u għandha talloka il-porzjon li bih il-kwota kienet imaqqsa, lill-impriża li tikri l-fabbrika sabiex tipproduċi z-zokkor fiha.

 

        Jekk il-kirja tul il-perjodu ta’ tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-punt I(d) l-aġġustament ta’ kwota skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandu jiġi kkanċellat retroattivament mill-Istat Membru skont id-data li fiha tkun seħħet it-twellija. Madankollu jekk il-kirja tintemm minħabba force majeure, l-Istat Membru mhuwiex marbut li jikkanċella l-aġġustament.

 

6.     Meta impriża li tipproduċi z-zokkor ma tkunx tista’ tiżgura aktar li hija tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni lejn il-produtturi tal-pitravi jew tal-kannamieli kkonċernati, u f’każ li dik is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ikunu aċċertaw ruħhom minnha, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jalloka, għal sena waħda tas-suq jew aktar, il-parti tal-kwoti kkonċernata lil impriża waħda jew aktar li jipproduċu z-zokkor b’mod proporzjonat għall-produzzjoni assorbita.

 

7.     Meta Stat Membru jagħti garanziji tal-prezzijiet u tal-post tal-bejgħ lil impriża li tipproduċi z-zokkor għall-ipproċessar tal-pitravi f’etanol, dak l-Istat Membru jista’, bi ftehim ma’ dik l-impriża u ma’ dawk li jkabbru l-pitravi kkonċernati, jalloka l-kwoti tal-produzzjoni taz-zokkor kollha, jew parti minnhom, lil impriża waħda oħra jew aktar għal sena waħda tas-suq jew aktar.

 

III

 

Fil-każ ta’ fużjoni jew trasferiment ta’ impriżi li jipproduċu l-isoglukożju jew it-trasferiment ta’ fabbrika li tipproduċi l-isoglukożju, l-Istat Membru jista' jalloka l-kwoti involuti għall-produzzjoni tal-isoglukożju lil impriża waħda jew aktar, kemm jekk għandhom kwota ta' produzzjoni u kemm jekk le.

 

IV

 

Il-miżuri meħudin skont it-Taqsima II u t-Taqsima III jistgħu jidħlu fis-seħħ biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)    l-interessi ta’ kull waħda mill-partijiet kkonċernati jkunu kkunsidrati;

 

(b)    l-Istat Membru konċernat jikkunsidra li huwa probabbli li jtejbu l-istruttura tas-setturi tal-manifattura tal-pitravi, tal-kannamieli u taz-zokkor;

 

(c)    jikkonċernaw impriżi stabbiliti fl-istess territorju li għaliha ġiet stabbilita l-kwota fl-Anness IIIb.

 

V

 

Meta l-għaqda flimkien jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, il-miżuri msemmija fit-Taqsima II u fit-Taqsima III għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li tkun għaddejja.

 

Meta l-għaqda flimkien jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Settembru tal-istess sena, il-miżuri msemmija fit-Taqsima II u fit-Taqsima III għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

 

VI

 

Meta jiġu applikati t-Taqsima II u t-Taqsima III, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwoti aġġustati sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li jiskadu l-perjodi msemmijin fit-Taqsima V.

Or. en

 

Emenda  340

Proposta għal regolament

Anness III (ġdid)

Test propost mill-Parlament

 

ANNESS IIId

Kundizzjonijiet għax-xiri ta’ pitravi, imsemmija fl-Artikolu 101

 

 

PUNT I

 

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, b’“Partijiet Kontraenti” wieħed għandu jifhem:

 

(a)    l-intrapriżi taz-zokkor (minn hawn ’il quddiem imsejħa “produtturi”);

 

(b)    il-bejjiegħa tal-pitravi (minn hawn ’il quddiem imsejħa “bejjiegħa”).

 

 

PUNT II

 

1.     Il-kuntratti tal-konsenja jsiru bil-miktub u għal kwantità speċifika ta’ pitravi bil-kwota.

 

2.     Il-kuntratti ta’ konsenja jispeċifikaw jekk tistax tiġi pprovduta kwantità addizjonali ta’ pitravi, u taħt liema kundizzjonijiet.

 

 

PUNT III

 

1.     Il-kuntratti tal-konsenja jindikaw il-prezzijiet tax-xiri għall-kwantitajiet ta’ pitravi msemmija fl-Artikolu 101 (2)a (a), u meta jkun meħtieġ, (b), ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 101(2)a (a), il-prezzijiet ma jistgħux ikunu inqas mill-prezz minimu tal-pitravi tal-kwota msemmija fl-Artikolu 101g (1).

 

2.     Il-kuntratti tal-konsenja għandhom jispeċifikaw kontenut fiss ta’ zokkor għall-pitravi. Huma għandhom jinkludu skala ta’ konverżjoni li turi l-kontenuti differenti ta’ zokkor u l-fatturi li bihom issir il-konverżjoni tal-kwantitajiet ta’ pitravi pprovduti fi kwantitajiet korrespondenti għall-kontenut ta’ zokkor indikat fil-kuntratt ta’ konsenja.

 

        L-iskala għandha tkun ibbażata fuq l-ammont tal-prodott li jikkorrispondi mal-kontenut differenti ta’ zokkor.

 

3.     Meta l-bejjiegħ ikun ikkonkluda kuntratt ta’ konsenja mal-produttur għal pitravi skont it-tifsira tal-Artikolu 101(2)a (a), il-konsenji kollha ta’ dan il-bejjiegħ, mibdula skont il-punt 2 hawn fuq, għandhom jitqiesu bħala konsenji skont it-tifsira tal-Artikolu 101(2)a (a), sakemm ikun hemm qbil mal-kwantità speċifikata għall-pitravi fil-kuntratt tal-konsenja.

 

4.     Il-fabbrikanti li jipproduċu kwantità ta’ zokkor li hija inqas mill-kwota bażika tagħhom mill-pitravi li għalihom huma jkunu ffirmaw kuntratti tal-konsenji qabel it-tħawwil skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(2)a (a), għandhom iqassmu l-kwantità korrespondenti ta’ pitravi ma’ xi produzzjoni addizzjonali sal-ammont tal-kwota bażika tagħhom mal-bejjiegħa li magħhom ikunu ffirmaw kuntratti tal-konsenji qabel it-tħawwil fis-sens tal-Artikolu 101(2)a (a) kif imsemmi hawn fuq.

 

        Ftehim f’dan in-negozju jista’ jwassal għal deroga minn din id-dispożizzjoni.

 

 

PUNT IV

 

1.     Il-kuntratt tal-konsenja għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar id-dewmien normali u mkarkar tal-konsenji tal-pitravi.

 

2.     Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma dawk validi matul is-sena preċedenti, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ produzzjoni reali; ftehim f’dan in-negozju jista’ jwassal għal deroga f’dan ir-rigward.

 

 

PUNT V

 

1.     Il-kuntratti għandhom jipprovdu għall-ċentri tal-kollezzjoni tal-pitravi.

 

2.     Meta l-bejjiegħa u l-fabbrikanti jkunu diġà ffirmaw kuntratt ta’ konsenja għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, iċ-ċentri tal-kollezzjoni miftiehma bejniethom għall-konsenji matul dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jibqgħu joperaw. Ftehim f’dan in-negozju jista’ jwassal għal deroga minn din id-dispożizzjoni.

 

3.     Il-kuntratt ta’ konsenja jistipula li l-ispejjeż tat-tagħbija u tat-trasport miċ-ċentri tal-ġbir għandhom jitħallsu mill-produttur skont ftehimiet speċjali bbażati fuq regoli jew użi lokali li kienu validi qabel is-sena taz-zokkor ta’ qabel.

 

4.     Madankollu, fid-Danimarka, fil-Greċja, fi Spanja, fl-Irlanda, fil-Portugal, fil-Finlandja u fir-Renju Unit, fejn il-pitravi jiġu kkonsenjati bla ħlas fil-fabbrika, il-kuntratt ta’ konsenja għandu jistipula li l-produttur jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ tagħbija u ta’ trasport u għandu jistipula l-persentaġġ jew l-ammonti.

 

 

PUNT VI

 

1.     Il-kuntratt ta’ konsenja għandu jispeċifika l-punti fejn jitwasslu l-pitravi.

 

2.     Meta l-bejjiegħ u l-fabbrikant jkunu diġà ffirmaw kuntratt ta’ konsenja għas-sena preċedenti, iċ-ċentri tal-kollezzjoni miftiehma bejniethom għall-konsenji matul dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jibqgħu joperaw. Ftehim f’dan in-negozju jista’ jwassal għal deroga minn din id-dispożizzjoni.

 

 

PUNT VII

 

1.     Il-kuntratt għandu jipprovdi għall-kontenut taz-zokkor li jrid ikun iddeterminat permezz tal-metodu polarimetriku. Għandu jittieħed kampjun tal-pitravi meta dawn jaslu.

 

2.     Ftehim f’dan in-negozju interprofessjonali jista’ jistipula li jittieħdu l-kampjuni fi stadju ieħor. F’każi bħal dawn, il-kuntratt ta’ konsenja għandu jipprovdi għall-korrezzjoni biex jikkumpensa għall-waqgħa fil-kontenut taz-zokkor bejn meta jiġu kkonsenjati u t-teħid tal-kampjun.

 

 

PUNT VIII

 

Il-kuntratti ta’ konsenja għandhom jipprovdu għall-piż gross, il-kontenut taz-zokkor u t-tara li jridu jiġu determinati bl-użu ta’ waħda mill-proċeduri li ġejjin:

 

(a)    flimkien, mill-fabbrikant u l-organizzazzjoni tal-kummerċ tal-fabbrikant tal-pitravi, jekk jipprovdi għal dan ftehim fil-kummerċ;

 

(b)    mill-fabbrikant, taħt is-superviżjoni tal-organizzazzjoni tal-kummerċ tal-fabbrikant tal-pitravi;

 

(c)    mill-fabbrikant, taħt is-superviżjoni ta' espert rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat, diment li l-bejjiegħ iħallas l-ispejjeż dwar dan.

 

 

PUNT IX

 

1.     Il-kuntratt ta’ konsenja għandu jitlob lill-fabbrikanti biex jagħmlu waħda jew aktar mis-segwenti għall-kwantità sħiħa ta’ pitravi kkonsenjata;

 

(a)  li l-polpa friska prodotta mit-tunnellaġġ ta’ pitravi kkonsenjati jrodduha lura bla ħlas lill-bejjiegħ, fl-istat kif ħareġ mill-fabbrika;

 

(b)  li parti minn dik il-polpa, ippressata, imnixxfa, jew imnixxfa u magħmula ġulepp, irodduha lura bla ħlas lill-bejjiegħ, fl-istat kif ħarġet mill-fabbrika;

 

(c)  li l-polpa, ippressata jew imnixxfa, irodduha lura lill-bejjiegħ, fl-istat kif ħarġet mill-fabbrika; f’dan il-każ il-produttur jista’ jeżiġi li l-bejjiegħ iħallas l-ispejjeż tal-ippressar jew tat-tnixxif;

 

(d)  li jħallsu kumpens lura lill-bejjiegħ li jqis il-possibiltajiet ta’ bejgħ tal-polpa konċernata.

 

Meta partijiet mill-kwantità sħiħa tal-pitravi kkonsenjata jkollhom jiġu ttrattati b’mod differenti, il-kuntratt ta’ konsenja għandu jistipula aktar minn waħda mill-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu.

 

2.     Ftehim interprofessjonali jista’ jistipula stadju ta’ konsenja għall-polpa li huwa differenti minn dak stipulat fil-paragrafu 1(a), (b) u (c).

 

PUNT X

 

1.     Il-kuntratti ta’ konsenja għandhom jiffissaw il-limiti ta’ żmien għall-pagamenti bil-quddiem u għall-ħlas tal-prezz tax-xiri tal-pitravi.

 

2.     L-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li kienu validi matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ qabel. Ftehim f’dan in-negozju jista’ jwassal għal deroga minn din id-dispożizzjoni.

 

 

PUNT XI

 

Meta l-kuntratti ta’ konsenja jistipulaw regoli li jkopru kwistjonijiet ittrattati f'dan l-Anness, jew meta jinkludu dispożizzjonijiet li jirregolaw kwistjonijiet oħra, id-dispożizzjonijiet u l-effetti tagħhom m’għandhomx ikunu f’kunflitt ma’ dan l-Anness.

 

 

PUNT XII

 

1.     Il-ftehimiet interprofessjonali msemmija fil-punt 11 tal-Parti Ia tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament jistipulaw il-klawżoli dwar l-arbitraġġ.

 

2.     Meta l-ftehim f’dan in-negozju fil-livell Komunitarju, reġjonali jew lokali jistipulaw r-regoli dwar il-kwistjonijiet li jagħmlu parti minn dan ir-Regolament, jew meta huma jkollhom dispożizzjonijiet li jirregolaw kwistjonijiet oħra, id-dispożizzjonijiet u l-effetti tagħhom ma jistgħux ikunu f'kunflitt ma' dan l-Anness.

 

3.     Il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 2 jistipulaw, b’mod partikolari:

 

(a)    regoli li jikkonċernaw it-tqassim bejn il-bejjiegħa ta’ kwantitajiet ta’ pitravi li l-produttur jiddeċiedi li jixtri qabel ma jkunu nżergħu, għall-produzzjoni taz-zokkor fil-limiti tal-kwota;

 

(b)    ir-regoli dwar it-tqassim imsemmija fil-punt III(4);

 

(c)    l-iskala ta’ konverżjoni msemmija f’punt III(2);

 

(d)    ir-regoli dwar l-għażla u l-forniment taż-żrieragħ tal-varjetajiet ta’ pitravi li għandhom jiġu kkultivati;

 

(e)    il-kontenut minimu ta’ zokkor tal-pitravi li għandhom jiġu kkonsenjati;

 

(f)    ir-rekwiżit għal konsultazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-produttur u tal-bejjiegħa qabel ma jiffissaw id-data li fiha jibdew il-konsenji tal-pitravi;

 

(g)    il-ħlas ta’ pagamenti lill-bejjiegħa għal konsenji li jaslu kmieni jew tard;

 

(h)   dettalji dwar:

 

(i)    il-parti tal-polpa li hemm referenza għaliha fil-Punt IX(1)(b),

(ii)   l-ispejjeż li hemm referenza għalihom fil-Punt IX(1)(c),

(iii)  il-kumpens li hemm referenza għalih fil-Punt IX(1)(d);

 

(i)    it-tneħħija tal-polpa mill-bejjiegħ;

 

(j)     mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101g(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-regoli li jikkonċernaw l-allokazzjoni bejn il-manifattur u l-bejjiegħa tad-differenza eventwali bejn il-prezz ta’ referenza u l-prezz effettiv tal-bejgħ taz-zokkor.

 

 

PUNT XIII

 

F’każ li ma jkun hemm l-ebda ftehim, permezz ta’ ftehimiet interprofessjonali, dwar kif għandha ssir l-allokazzjoni bejn il-bejjiegħa tal-kwantitajiet ta’ pitravi maħsuba għall-produttur taz-zokkor fil-limiti tal-kwota li l-produttur joffri li jixtri qabel ma jinżergħu, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistabbilixxi regoli dwar l-allokazzjoni hu stess.

 

Dawk ir-regoli jistgħu jagħtu lil min ibiegħ il-pitravi tradizjonalment, drittijiet ta’ konsenja tal-kooperattivi minbarra dawk li jgawdu li kieku kienu jappartjenu għal kooperattivi bħal dawn.Or. en

 

Emenda  341

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti II – punt 17a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-Crémant ifisser inbid abjad jew rożè spumanti ta' kwalità b'denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, jew b'indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz, li jiġi prodott skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) l-għeneb ikun maqtugħ bl-idejn;

 

(b) l-inbid ikun magħmul minn għasir ta' għeneb sħiħ jew bla zokk; il-kwantità ta’ most miksuba m'għandhiex taqbeż il-100 litru għal kull 150 kg ta' għeneb;

 

(c) il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit ma jistax jaqbeż il-150 mg/l;

 

(d) il-kontenut ta’ zokkor għandu jkun anqas minn 50 g/l;

 

(e) l-inbid ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun;

 

(f) l-inbid baqa’ f’kuntatt mingħajr interruzzjoni mal-karfa għal mill-anqas disa’ xhur fl-istess impriża mill-ħin meta kien ġie kkostitwit il-cuvée;

 

(g) l-inbid ġie separat mill-karfa permezz ta’ tiswib.

 

It-terminu ‘Crémant’ għandu jkun indikat fuq it-tikketti ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità flimkien mal-isem tal-unità ġeografika taħt iż-żona demarkata tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tal-pajjiż terz ikkonċernati.

 

La l-punt (a) tal-ewwel paragrafu u l-anqas it-tieni paragrafu ma għandu japplika għall-produtturi b’marka kummerċjali nkluż il-kelma ‘crémant’ li kienu reġistrati qabel l-1 ta’ Marzu 1986.

Or. en

 

Emenda  342

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti III – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

[...]

2. Għall-finijiet ta’ din il-Parti, 'prodotti tal-ħalib' tfisser prodotti miksuba esklussivament minn ħalib, jew il-fehim li sustanzi neċessarji għall-manifattura tagħhom jistgħu jiġu miżjuda dment li dawk is-sustanzi mhumiex użati sabiex jissostitwixxu, fis-sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe kostitwent tal-ħalib.

2. Għall-finijiet ta’ din il-Parti, 'prodotti tal-ħalib' tfisser prodotti miksuba esklussivament minn ħalib, jew il-fehim li sustanzi neċessarji għall-manifattura tagħhom jistgħu jiġu miżjuda dment li dawk is-sustanzi mhumiex użati sabiex jissostitwixxu, fis-sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe kostitwent tal-ħalib.

Li ġej għandu jkun jgħodd esklussivament għall-prodotti tal-ħalib.

Li ġej għandu jkun jgħodd esklussivament għall-prodotti tal-ħalib.

(a) l-ismijiet li ġejjin użati fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a) l-ismijiet li ġejjin użati fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni:

(i) xorrox,

(i) xorrox,

(ii) krema,

(ii) krema,

(iii) butir,

(iii) butir,

(iv) xorrox tal-butir,

(iv) xorrox tal-butir,

(v) żejt tal-butir,

(v) żejt tal-butir,

(vi) kaseini,

(vi) kaseini,

(vii) xaħam tal-ħalib anidru (AMF),

(vii) xaħam tal-ħalib anidru (AMF),

(viii) ġobon,

(viii) ġobon,

(ix) jogurt,

(ix) jogurt,

(x) kefir,

(x) kefir,

(xi) kumiss,

(xi) kumiss,

(xii) viili/fil,

(xii) viili/fil,

(xiii) smetana,

(xiii) smetana,

(xiv) fil;

(xiv) fil;

 

(xiva) baqta tal-ħalib,

 

(xivb) krema qarsa;

 

(xivc) rjaženka (isem ta' prodott partikolari mil-Latvja);

 

(xivd)rūgušpiens (isem ta' prodott partikolari mil-Latvja);

(b) ismijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/13/KE attwalment użati għal prodotti tal-ħalib.

(b) ismijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/13/KE attwalment użati għal prodotti tal-ħalib.

Or. en

 

Emenda  343

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti V – Taqsima II

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

II Definizzjonijiet

II Definizzjonijiet

(1) ‘laħam tat-tjur' tfisser laħam tat-tjur tajjeb għall-konsum mill-bniedem, li ma għadda minn ebda trattament għajr trattament ta’ tkessiħ;

(1) ‘laħam tat-tjur' tfisser laħam tat-tjur tajjeb għall-konsum mill-bniedem, li ma għadda minn ebda trattament għajr trattament ta’ tkessiħ;

(2) ‘laħam tat-tjur frisk’ tfisser laħam tat-tjur li ma jkun twebbes f’ebda żmien bi proċess ta' tkessiħ qabel ma jkun inżamm f'temperatura ta’ mhux anqas minn – 2 °C u mhux ogħla minn + 4 °C. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixu rekwiżiti ta' temperatura ftit differenti għat-tqattigħ u ħżin ta’ laħam tat-tjur frisk li jsir fi ħwienet jew fi proprjetà qrib ta’ punti tal-bejgħ, fejn it-tqattigħ u l-ħżin jitwettqu biss għall-iskop li l-konsumatur ikun fornut direttament fuq il-post;

(2) ‘laħam tat-tjur frisk’ tfisser laħam tat-tjur li ma jkun twebbes f’ebda żmien bi proċess ta' tkessiħ qabel ma jkun inżamm f'temperatura ta’ mhux anqas minn – 2 °C u mhux ogħla minn + 4 °C. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixu rekwiżiti ta' temperatura ftit differenti għat-tqattigħ u ħżin ta’ laħam tat-tjur frisk li jsir fi ħwienet jew fi proprjetà qrib ta’ punti tal-bejgħ, fejn it-tqattigħ u l-ħżin jitwettqu biss għall-iskop li l-konsumatur ikun fornut direttament fuq il-post;

(3) ‘laħam tat-tjur iffriżat’ tfisser tfisser laħam tat-tjur li għandu jiġi ffriżat mill-iktar fis possibbli fir-restrizzjonijiet tal-proċeduri normali ta' tbiċċir u għandu jinżamm f'temperatura li f'ebda ħin ma tkun ogħla minn - 12 °C;

(3) ‘laħam tat-tjur iffriżat’ tfisser tfisser laħam tat-tjur li għandu jiġi ffriżat mill-iktar fis possibbli fir-restrizzjonijiet tal-proċeduri normali ta' tbiċċir u għandu jinżamm f'temperatura li f'ebda ħin ma tkun ogħla minn - 12 °C;

(4) ‘laħam tat-tjur iffriżat malajr’ tfisser laħam tat-tjur li għandu jinżamm f'temperatura li f'ebda ħin ma tkun ogħla minn - 18 °C fit-tolleranzi kif previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE.

‘laħam tat-tjur iffriżat malajr’ tfisser laħam tat-tjur li għandu jinżamm f'temperatura li f'ebda ħin ma tkun ogħla minn - 18 °C fit-tolleranzi kif previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE.

(5) ‘preparat tal-laħam tat-tjur’ tfisser laħam tat-tjur, inkluż laħam tat-tjur li sar biċċiet, li żdidulu oġġetti tal-ikel, ħwawar jew addittivi jew li għadda minn proċessi li ma kinux suffiċjenti biex ibiddlu l-istruttura tal-fibra muskolari interna tal-laħam;

(5) ‘preparat tal-laħam tat-tjur’ tfisser laħam tat-tjur, inkluż laħam tat-tjur li sar biċċiet, li żdidulu oġġetti tal-ikel, ħwawar jew addittivi jew li għadda minn proċessi li ma kinux suffiċjenti biex ibiddlu l-istruttura tal-fibra muskolari interna tal-laħam;

(6) ‘preparat ta’ laħam tat-tjur frisk’ tfisser preparat ta’ laħam tat-tjur li għalih intuża laħam tat-tjur frisk.

(6) ‘preparat ta’ laħam tat-tjur frisk’ tfisser preparat ta’ laħam tat-tjur li għalih intuża laħam tat-tjur frisk.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ta’ temperatura ftit differenti li għandhom ikunu applikati għat-tul minimu ta’ żmien meħtieġ u biss sa kemm ikun meħtieġ biex jitħaffef it-tqattigħ u l-immaniġġjar li jsiru fil-fabbrika waqt il-produzzjoni ta’ preparati ta’ laħam frisk tat-tjur;

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ta’ temperatura ftit differenti li għandhom ikunu applikati għat-tul minimu ta’ żmien meħtieġ u biss sa kemm ikun meħtieġ biex jitħaffef it-tqattigħ u l-immaniġġjar li jsiru fil-fabbrika waqt il-produzzjoni ta’ preparati ta’ laħam frisk tat-tjur;

(7) ‘prodott ta’ laħam tat-tjur’ tfisser prodott tal-laħam kif iddefinit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li għalih ikun intuża laħam tat-tjur.

(7) ‘prodott ta’ laħam tat-tjur’ tfisser prodott tal-laħam kif iddefinit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li għalih ikun intuża laħam tat-tjur.

 

Il-laħam tat-tjur għandu jiġi mibjugħ f’waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

 

– frisk,

 

– iffriżat,

 

– iffriżat malajr.

Or. en

 

Emenda  344

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti Va (ġdida)

Test propost mill-Parlament

 

Parti Va. Bajd tat-tiġieġ tal-ispeċi Gallus gallus

 

I. Kamp ta’ applikazzjoni

 

(1) Din il-Parti tal-Anness tapplika għall-kummerċjalizzazzjoni, ġewwa l-Unjoni, tal-bajd prodotti fl-Unjoni, importati minn pajjiżi terzi jew maħsuba għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni.

 

(2) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti previsti f'din il-Parti ta' dan l-Anness, bl-eċċezzjoni tal-punt  III(3), bajd mibjugħ direttament lill-konsumatur finali mill-produttur:

 

(a) fil-post tal-produzzjoni, jew

 

(b) f’suq pubbliku lokali jew b’bejgħ bieb bieb fir-reġjun tal-produzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

 

Meta tingħata tali eżenzjoni, kull produttur għandu jkun jista’ jagħżel jekk japplikax jew le tali eżenzjoni. Meta tiġi applikata din l-eżenzjoni, ma tista’ tintuża ebda gradazzjoni ta’ kwalità jew piż.

 

L-Istat Membru jista’ jistabbilixxi, skont il-liġi nazzjonali, id-definizzjoni tat-termini “suq pubbliku lokali”, “bejgħ bieb bieb” u “reġjun tal-produzzjoni”.

 

II. Gradazzjoni ta' kwalità u piż

 

1) Il-bajd għandu jkun gradat skont il-kwalità kif ġej:

 

– Klassi A jew ‘frisk’,

– Klassi B.

 

2. Il-bajd tal-klassi A għandu jkun gradat ukoll skont il-piż. Madankollu, ma għandhiex tkun meħtieġa gradazzjoni bil-piż għall-bajd ikkonsenjat lill-industrija tal-ikel u dik mhux tal-ikel.

 

3. Il-bajd tal-klassi B għandu jkun ikkonsenjat biss lill-industrija tal-ikel u dik mhux tal-ikel.

           

III. Immarkar tal-bajd

 

1. Il-bajd tal-klassi A għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur.

 

Il-bajd tal-klassi B għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur u/jew b’indikazzjoni oħra.

 

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-bajd tal-Klassi B minn din il-ħtieġa meta dak il-bajd jiġi kkummerċjalizzat esklussivament fit-territorju tagħhom.

 

2. L-immarkar tal-bajd skont il-punt 1 għandu jseħħ fil-post tal-produzzjoni jew fl-ewwel ċentru ta’ imballaġġ li fih ġie kkonsenjat il-bajd.

 

3. Il-bajd mibjugħ mill-produttur lill-konsumatur finali f’suq pubbliku lokali fir-reġjun tal-produzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkun mmarkat skont il-punt 1.

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din il-ħtieġa produtturi b'sa 50 tiġieġa li jbidu, sakemm l-isem u l-indirizz tal-produttur huma indikati fil-mument tal-bejgħ.

Or. en

 

Emenda  345

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti VI

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Part VI. Xaħmijiet li jistgħu jindilku

Part VI. Xaħmijiet li jistgħu jindilku

 

I. Deskrizzjoni tal-bejgħ

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 60 ma jistgħux jiġu kkonsenjati jew ittrasferiti lill-konsumatur finali mingħajr ipproċessar, la direttament u lanqas permezz ta' ristoranti, sptarijiet, canteens jew stabbilimenti oħra simili, sa kemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 60 ma jistgħux jiġu kkonsenjati jew ittrasferiti lill-konsumatur finali mingħajr ipproċessar, la direttament u lanqas permezz ta' ristoranti, sptarijiet, canteens jew stabbilimenti oħra simili, sa kemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.

Id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ ta' dawn il-prodotti għandhom ikunu dawk speċifikati f’din il-Parti.

Id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ ta' dawn il-prodotti għandhom ikunu dawk speċifikati f’din il-Parti.

Id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ ta’ hawn taħt għandhom jgħoddu esklussivament għall-prodotti ddefiniti hemmhekk bil-kodiċijiet NM li ġejjin u li jkollhom kontenut ta’ xaħam ta’ mill-anqas 10% iżda anqas minn 90% skont il-piż:

Id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ ta’ hawn taħt għandhom jgħoddu esklussivament għall-prodotti ddefiniti hemmhekk bil-kodiċijiet NM li ġejjin u li jkollhom kontenut ta’ xaħam ta’ mill-anqas 10 % iżda anqas minn 90 % skont il-piż:

(a) xaħmijiet tal-ħalib tal-kodiċijiet NM 0405 u ex2106;

(a) xaħmijiet tal-ħalib tal-kodiċijiet NM 0405 u ex2106;

(b) xaħmijiet li huma tal-kodiċi NM ex1517;

(b) xaħmijiet li huma tal-kodiċi NM ex1517;

(c) xaħmijiet magħmulin minn prodotti ta’ pjanti u/jew ta’ annimali tal-kodiċijiet NM ex 1517 u ex 2106.

(c) xaħmijiet magħmulin minn prodotti ta’ pjanti u/jew ta’ annimali tal-kodiċijiet NM ex 1517 u ex 2106.

Il-kontenut ta’ xaħam, eskluż il-melħ, għandu jkun mill-anqas żewġ terzi tal-materja niexfa.

Il-kontenut ta’ xaħam, eskluż il-melħ, għandu jkun mill-anqas żewġ terzi tal-materja niexfa.

Madankollu, dawn id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ għandhom japplikaw biss għal prodotti li jibqgħu solidi f’temperatura ta’ 20°C, u li jkunu tajbin għal użu bħala dilkiet.

Madankollu, dawn id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ għandhom japplikaw biss għal prodotti li jibqgħu solidi f’temperatura ta’ 20°C, u li jkunu tajbin għal użu bħala dilkiet.

Dawn id-definizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal:

Dawn id-definizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal:

(a) id-denominazzjoni ta’ prodotti li n-natura eżatta tagħhom tkun ċara mill-użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b’mod ċar biex jiddeskrivu kwalità karatteristika tal-prodott;

(a) id-denominazzjoni ta’ prodotti li n-natura eżatta tagħhom tkun ċara mill-użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b’mod ċar biex jiddeskrivu kwalità karatteristika tal-prodott;

(b) prodotti konċentrati (butir, marġerina, taħlitiet) b’kontenut ta’ xaħam ta’ 90 % jew aktar.

(b) prodotti konċentrati (butir, marġerina, taħlitiet) b’kontenut ta’ xaħam ta’ 90 % jew aktar.

 

II. Terminoloġija

 

1. It-terminu ‘tradizzjonali’ jista’ jintuża flimkien mal-isem “butir” previst fil-punt 1 tal-parti A tal-Appendiċi, meta l-prodott jinkiseb direttament mill-ħalib jew mill-krema.

 

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “krema” tfisser il-prodott li jinkiseb mill-ħalib fil-forma ta’ emulsjoni tat-tip żejt fl-ilma b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mill-inqas ta’ 10 %.

 

2. It-termini għall-prodotti msemmija fl-Appendiċi li jiddikjaraw, jimplikaw jew jissuġġerixxu kontenut ta’ xaħam ieħor minn dawk imsemmija f’dak l-Appendiċi għandhom ikunu pprojbiti.

 

3. B’deroga mill-paragrafu 2, u b’żieda:

 

(a) it-terminu “xaħam imnaqqas” jista’ jintuża għall-prodotti msemmija fl-Appendiċi li għandhom kontenut ta’ xaħam ta’ iktar minn 41 % iżda mhux aktar minn 62 %;

 

(b) it-termini “low-fat” jew “light” jistgħu jintużaw għall-prodotti msemmija fl-Appendiċi b’kontenut ta’ xaħam ta’ 41 % jew inqas.

 

It-terminu “xaħam imnaqqas” u t-termini “low-fat” u “light” jistgħu, madankollu, jissostitwixxu t-termini “tliet kwarti xaħam” jew “nofs xaħam” użati fl-Appendiċi.

Or. en

 

Emenda  346

Proposta għal regolament

Anness VII

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS VII

ANNESS VII

PRATTIKI ENOLOĠIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 62

PRATTIKI ENOLOĠIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 62

Parti I

Parti I

Tisħiħ, acidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni f’ċerti żoni ta’ vitikultura

Tisħiħ, acidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni f’ċerti żoni ta’ vitikultura

[...]

[...]

C. Aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni

C. Aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni

1. Għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, nbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni u nbid jistgħu jkunu suġġetti għal:

1. Għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, nbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni u nbid jistgħu jkunu suġġetti għal:

(a) deaċidifikazzjoni f’żoni ta’ vitikultura A, B u C I;

(a) deaċidifikazzjoni f’żoni ta’ vitikultura A, B u C I;

(b) aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni f’żoni ta’ vitikultura C I, C II u C III (a), mingħajr preġudizzju għall-punt 7 ta’ din it-Taqsima; or

(b) aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni f’żoni ta’ vitikultura C I, C II u C III (a), mingħajr preġudizzju għall-punt 7 ta’ din it-Taqsima; or

(c) aċidifikazzjoni fiż-żona ta’ vitikultura C III (b).

(c) aċidifikazzjoni fiż-żona ta’ vitikultura C III (b).

2. Aċidifikazzjoni tal-prodotti, minbarra nbid, msemmija fil-punt 1 tista’ ssir biss sa limitu ta’ 1,50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 20 milliekwivalenti kull litru.

2. Aċidifikazzjoni tal-prodotti, minbarra nbid, msemmija fil-punt 1 tista’ ssir biss sa limitu ta’ 1,50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 20 milliekwivalenti kull litru.

3. Aċidifikazzjoni ta’ nbejjed tista’ ssir biss sa limitu ta’ 2,50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 33,3 milliekwivalenti kull litru.

3. Aċidifikazzjoni ta’ nbejjed tista’ ssir biss sa limitu ta’ 2,50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 33,3 milliekwivalenti kull litru.

4. Deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed tista’ ssir biss sa limitu ta’ 1 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 13,3 milliekwivalenti kull litru.

4. Deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed tista’ ssir biss sa limitu ta’ 1 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 13,3 milliekwivalenti kull litru.

5. Most tal-għeneb maħsub għal konċentrazzjoni jista’ jkun deaċidifikat parzjalment.

5. Most tal-għeneb maħsub għal konċentrazzjoni jista’ jkun deaċidifikat parzjalment.

6. Minkejja l-punt 1, fi snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aċidifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 1 fiż-żoni ta’ vitikultura A u B, bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 2 u 3 ta’ din it-Taqsima.

6. Minkejja l-punt 1, fi snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aċidifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 1 fiż-żoni ta’ vitikultura A u B, bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 2 u 3 ta’ din it-Taqsima.

7. L-aċidifikazzjoni u t-tisħiħ, ħlief b’deroga li għandha tkun adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 59(1), u l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-istess prodott għandhom ikunu proċessi esklussivi b’mod reċiproku.

7. L-aċidifikazzjoni u t-tisħiħ, ħlief b’deroga li għandha tkun deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), u l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-istess prodott għandhom ikunu proċessi esklussivi b’mod reċiproku.

D. Proċessi

D. Proċessi

1. Ebda wieħed mill-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C, bl-eċċezzjoni tal-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed, m’għandu jkun awtorizzat, sa kemm ma jsirx b’kundizzjonijiet li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 59(1), fiż-żmien meta l-għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni jew inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni jkunu qed jinbidlu fi nbid jew fi kwalunkwe xarba oħra tas-settur tal-inbid maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem minbarra nbid frizzanti jew inbid frizzanti bil-gass fiż-żona ta’ vitikultura fejn l-għeneb frisk użat kien inqata’.

1. Ebda wieħed mill-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C, bl-eċċezzjoni tal-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed, m’għandu jkun awtorizzat, fiż-żmien meta l-għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni jew inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni jkunu qed jinbidlu fi nbid jew fi kwalunkwe xarba oħra tas-settur tal-inbid maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem minbarra nbid frizzanti jew inbid frizzanti bil-gass fiż-żona ta’ vitikultura fejn l-għeneb frisk użat kien inqata’.

2. Il-konċentrazzjoni ta’ nbejjed għandha ssir fiż-żona ta’ vitikultura fejn l-għeneb frisk użat kien inqata’.

2. Il-konċentrazzjoni ta’ nbejjed għandha ssir fiż-żona ta’ vitikultura fejn l-għeneb frisk użat kien inqata’.

3. L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed għandha ssir biss fl-impriża li tagħmel l-inbid u fiż-żona ta’ vitikultura fejn l-għeneb użat biex isir l-nbid inkwistjoni kien inqata’.

3. L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed għandha ssir biss fl-impriża li tagħmel l-inbid u fiż-żona ta’ vitikultura fejn l-għeneb użat biex isir l-nbid inkwistjoni kien inqata’.

4. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti. L-istess għandu japplika fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ most tal-għeneb konċentrat, most tal-għeneb konċentrat rettifikat jew sukrożju miżmuma fl-eżerċitar tal-professjoni tagħhom minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, partikolarment produtturi, dawk li jibbottiljaw, proċessuri u negozjanti, li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 59(1), fl-istess żmien u fl-istess post bħal ta’ għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni jew inbid bl-ingrossa. L-avviż dwar dawn il-kwantitajiet jista’, madankollu, ikun sostitwit b’entrata f’reġistru ta’ oġġetti attivi u utilizzazzjoni ta’ stokkijiet.

4. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti. L-istess għandu japplika fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ most tal-għeneb konċentrat, most tal-għeneb konċentrat rettifikat jew sukrożju miżmuma fl-eżerċitar tal-professjoni tagħhom minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, partikolarment produtturi, dawk li jibbottiljaw, proċessuri u negozjanti fl-istess żmien u fl-istess post bħal ta’ għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni jew inbid bl-ingrossa. L-avviż dwar dawn il-kwantitajiet jista’, madankollu, ikun sostitwit b’entrata f’reġistru ta’ oġġetti attivi u utilizzazzjoni ta’ stokkijiet.

5. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C għandu jkun irreġistrat fid-dokument ta’ akkumpanjament, kif ipprovdut fl-Artikolu 103, li taħt il-kopertura tiegħu l-prodotti li jkunu għaddew mill-proċessi jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni.

5. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C għandu jkun irreġistrat fid-dokument ta’ akkumpanjament, kif ipprovdut fl-Artikolu 103, li taħt il-kopertura tiegħu l-prodotti li jkunu għaddew mill-proċessi jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni.

6. Dawk il-proċessi, bla preġudizzju għal derogi ġustifikati minħabba kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, m’għandhomx isiru:

6. Dawk il-proċessi, bla preġudizzju għal derogi ġustifikati minħabba kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, m’għandhomx isiru:

(a) fiż-żona ta’ vitikulturaC wara l-1 ta’ Jannar;

(a) fiż-żona ta’ vitikulturaC wara l-1 ta’ Jannar;

(b) fiż-żoni ta’ vitikultura A u B wara s-16 ta’ Marzu, u għandhom isiru biss għal prodotti mill-qtugħ ta’ għeneb li jsir immedjatament qabel dawk id-dati.

(b) fiż-żoni ta’ vitikultura A u B wara s-16 ta’ Marzu, u għandhom isiru biss għal prodotti mill-qtugħ ta’ għeneb li jsir immedjatament qabel dawk id-dati.

7. Bla preġudizzju għall-punt 6, il-konċentrazzjoni bi tkessiħ u b’aċidifikazzjoni u b’deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed tista’ ssir matul is-sena kollha.

7. Bla preġudizzju għall-punt 6, il-konċentrazzjoni bi tkessiħ u b’aċidifikazzjoni u b’deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed tista’ ssir matul is-sena kollha.

Or. en

 

Emenda  347

Proposta għal regolament

Anness VIIa (ġdid)

 

Test propost mill-Parlament

 

ANNESS VIIa

TERMINI RIŻERVATI FAKULTATTIVI

 

Kategoriji ta’ prodotti

(b’referenza għall-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda)

Terminu riżervat fakultattiv

Att li jagħti definizzjoni tat-terminu u l-kundizzjonijiet tal-użu

laħam tat-tjur

(NM 0207, NM 0210)

mitmugħa bi

Regolament (KE) Nru 543/2008, Artikolu 11

 

trobbija fuq ġewwa/sistema intensiva

 

 

trobbija fil-beraħ

 

 

trobbija fil-beraħ tradizzjonali

 

 

età tal-qatla

 

 

tul tal-perjodu tat-tismin

 

bajd

(CN 0407)

frisk

Regolament (KE) Nru 589/2008, Artikolu 12

 

aktar min-normal jew frisk aktar min-normal

Regolament (KE) Nru 589/2008, Artikolu 14

 

indikazzjoni dwar il-metodu tal-għalf tat-tiġieġ li jbidu

Regolament (KE) Nru 589/2008, Artikolu 15

Għasel

(CN 0409)

oriġini minn fjuri jew ħxejjex

Direttiva 2001/110/KE, Artikolu 2

 

oriġini reġjonali

 

 

oriġini topografika

 

 

kriterji speċifiċi ta' kwalità

 

żejt taż-żebbuġa

(CN 1509)

l-ewwel ippressar kiesaħ

Regolament (KE) Nru 1019/2002, Artikolu 5

 

estrazzjoni kiesħa

 

 

aċidità

 

 

qawwi

 

 

togħma bħall-frott: misjur jew aħdar

 

 

qares

 

 

intens

 

 

medja

 

 

ħafif

 

 

ibbilanċjat sew

 

 

żejt mhux qawwi

 

ħalib u prodotti tal-ħalib

(CN 04)

butir tradizzjonali

Regolament (UE) Nru [regolament li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq], il-Parti VI tal-Anness VI

xaħmijiet li jiddellku

(NM 0405 u ex 2106, NM ex 1517, NM ex 1517 u ex 2106)

xaħam imnaqqas

Regolament (UE) Nru [regolament li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq], il-Parti VI tal-Anness VI

 

ħafif

 

 

Kontenut baxx ta’ xaħam

 

Or. en

 

Emenda  348

Proposta għal regolament

Anness VIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Parlament

ANNESS VIIb

 

ID-DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI GĦAR-ROSS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 121B u 121D

 

1. Dazji ta' importazzjoni għar-ross imnaddaf

 

(a) EUR 30 it-tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

 

(i) meta jkun nnutat li l-importazzjonijiet tar-ross imnaddaf li saru matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li għadha kif intemmet ma laħqux il-kwantità ta' referenza annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121b(3), imnaqqsa bi 15 %;

 

(ii) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imnaddaf li saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jilħqux il-kwantità ta' referenza annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121b(3), imnaqqsa bi 15 %;

 

(b) EUR 42.5 it-tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

 

(i) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imnaddaf li saru matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li għadha kif intemmet jeċċedu l-kwantità ta' referenza annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121b(3), imnaqqsa bi 15 %, iżda ma jaqbżux dik l-istess kwantità ta' referenza annwali miżjuda bi 15 %;

 

(ii) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imnaddaf li saru matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li għadha kif intemmet jeċċedu l-kwantità ta' referenza parzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121b(3), imnaqqsa bi 15 %, iżda ma jaqbżux dik l-istess kwantità ta' referenza parzjali miżjuda bi 15 %;

 

(c) EUR 65 it-tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

 

(i) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imnaddaf li saru matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li għadha kif intemmet ma laħqux il-kwantità ta' referenza annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121b(3), miżjuda bi 15 %;

 

(ii) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross imnaddaf li saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jilħqux il-kwantità ta' referenza parzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121b(3), miżjuda bi 15 %;

 

2. Dazji ta' importazzjoni għar-ross mitħun kollu

 

(a) EUR 175 it-tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

 

(i) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet ta' ross imnaddaf semi-mitħun u mitħun kompletament matul is-sena ta' suq li għadha kif intemmet jeċċedu t-387 743 tunnellata;

 

(ii) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross parzjalment mitħun u kompletament mitħun matul l-ewwel sitt xhur tas-sena ta' kummerċjalizzazzjni qabżu l-182 239 tunnellata metrika;

 

(b) EUR 145 it-tunnellata fil-każijiet li ġejjin:

(i) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet tar-ross mitħun kollu u tar-ross nofsu mitħun matul is-sena tas-suq li tkun għadha kif intemmet ma jkunux qabżu t-387 743 tunnellata;

 

(ii) meta jkun innutat li l-importazzjonijiet ta' ross imnaddaf semi-mitħun u mitħun kompletament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena ta' suq ma jeċċedux l-182 239 tunnellata.

Or. en

 

Emenda  349

Proposta għal regolament

Anness VIIc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS VIIc

 

VARJETAJIET TA' ROSS BASMATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 121d

 

Basmati 217

 

Basmati 370

 

Basmati 386

 

Kernel (Basmati)

 

Pusa Basmati

 

Ranbir Basmati

 

Super Basmati

 

Taraori Basmati (HBC-19)

 

Tip-3 (Dehradun)

Or. en