Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0091/2013Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0091/2013

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-abbozz tal-Kummissjoni li jimplimenta regolament li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-itikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

6.3.2013 - (2013/2524(RPS))

imressqa skont l-Artikolu 88(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 
(Rapporteur: Matthias Groote)

Proċedura : 2013/2524(RPS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0091/2013
Testi mressqa :
B7-0091/2013
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B7‑0091/2013

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz tal-Kummissjoni li jimplimenta regolament li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

(2013/2524(RPS))
 

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, l-aktar l-Artikolu 26 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE[1],

–   

wara li kkunsidra il-Kompendju ta’ materjali botaniċi tal-Awtorità tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA) li hu rrappurtat li fihom sustanzi li jseħħu b’mod naturali li jistgħu jkunu ta’ tħassib għas-saħħa tal-bniedem meta użati fl-ikel u fis-supplimenti tal-ikel[2],

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar l-Ikel fir-rigward tat-tujon tat-2 ta' Frar 2002[3],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[4],

–   wara li kkunsidra r-Regola 88(2), 3 u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi xorb spirituż huwa kklassifikat f'kategoriji skont id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008;

B.  billi l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jistgħu jiġu emendati permezz ta’ miżuri adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju, skont l-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament;

C. billi skont il-Premessa 2 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, miżuri applikabbli għas-settur tax-xorb spirituż għandhom jissalvagwardjaw ir-reputazzjoni li x-xorb spirituż kiseb fl-Unjoni Ewropea u fis-suq dinji billi jkomplu jqisu l-prattiki tradizzjonali użati fil-produzzjoni ta’ xorb spirituż;

D. billi skont il-Premessa 6 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, filwaqt li d-definizzjonijiet ta’ xorb spirituż jistgħu jiġu kompletati jew aġġornati, inter alia meta d-definizzjonijiet preċedenti kellhom nuqqasijiet jew kienu insuffiċjenti, dawk id-definizzjonijiet għandhom ikomplu jirrispettaw il-prattiki ta’ kwalità tradizzjonali;

E.  billi l-absint, xarba alkoħolika prodotta tradizzjonalment f'diversi Stati Membri, s'issa għadha ma ġietx definita bħala kategorija ta’ prodott fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008;

F.  billi l-Kummissjoni tipproponi fl-Artikolu 1(c), tal-abbozz ta’ Regolament tagħha l-inserzjoni ta’ definizzjoni tal-absint fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li jipprovdi livell minimu ta’ anetolu ta’ 0.5 gramma kull litru;

G. billi l-absint huwa magħruf l-aktar bħala xarba spirituża prodotta billi jitħawwar l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillat ta’ oriġini agrikola mal-absint assenzju (Artemisia absinthium L.), l-assenzju Ruman (Artemisia pontica L.), il-ħlewwa (Pimpinella anisum L.), il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.) u pjanti tal-ħxejjex oħra skont id-disponibbiltà reġjonali tagħhom;

H. billi skont id-disponibbiltà reġjonali tal-pjanti tal-ħxejjex u fuq preferenzi tal-konsumatur li jvarjaw, il-prattiki tradizzjonali tal-produzzjoni tal-absint f'ħafna Stati Membri waslu biex ivarjaw sa ċertu punt b'tali mod li mhux ir-riċetti tradizzjonali kollha jipprevedu livell ta’ anetolu mimimu, u l-livell ta’ anetolu ta’ ħafna mill-prodotti li huma disponibbli bħalissa fis-suq jibqa’ taħt il-0.5 ta’ gramma għal kull litru kif propost mill-Kummissjoni;

I.   billi mad-dħul fis-seħħ tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni, il-produtturi ta’ dawn il-varjazzjonijiet tal-absint kienu, b’riżultat ta’ din id-definizzjoni ġdida tal-absint introdotta, ikunu obbligati jew li jastjenu milli jużaw it-terminu "absint" bħala d-denominazzjoni ta’ bejgħ tagħhom jew li jibdlu r-riċetti antiki tagħhom, minkejja l-metodi tradizzjonali ta’ produzzjoni tagħhom;

J.   billi din il-bidla ta’ karatteristiċi tal-prodott inerenti tista’ tirrita lill-konsumaturi u tista’ għalhekk iddgħajjef il-fiduċja tal-konsumatur;

K. billi l-absint bħala kategorija ta’ prodott jista’ jiġi definit b’mod li jiżgura r-rispett għall-varjetajiet reġjonali minflok li l-produtturi jiġu obbligati jibdlu l-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni;

L.  billi l-produtturi tal-absint jistgħu jiġu obbligati wkoll jinkludu l-kwantità tal-anetolu fil-lista tal-ingredjenti;

M. billi, barra minn hekk, skont il-premessa 2 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, miżuri applikabbli għas-settur tax-xorb spirituż għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur;

N. billi, barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi fl-Artikolu 1(c), tal-abbozz ta’ Regolamenti tagħha li d-definizzjoni tal-absint tinkludi rekwiżit għal kwantità ta’ tujon (alfa u beta) bejn 5 u 35 milligrammi għal kull litru;

O. billi l-Kompendju tal-EFSA tal-materjali botaniċi rrappurtat li fihom sustanzi naturali li jistgħu jkunu ta’ tħassib għas-saħħa tal-bniedem meta użati fl-ikel u fis-supplimenti tal-ikel isemmi t-tjun li jinsab fl-Artemisia absinthium L.;

P.  billi, skont l-Opinjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2002, il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar l-Ikel ma qiesx li kien xieraq li jintuża t-tujon bħala sustanza ta’ taħwir kimikament identifikat u appoġġja l-applikazzjoni tal-limiti għoljin fl-ikel u xorb li kienu fis-seħħ fi żmien l-adozzjoni tal-Opinjoni u li jibqgħu fis-seħħ skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

Q. billi xi produtturi tal-absint bdew jużaw il-pjanti tal-Artemisia li huma ħielsa mit-tujon jew fihom biss livelli baxxi ħafna ta’ din is-sustanza;

R.  billi l-istipulazzjoni ta’ livell minimu ta tujon bħala parti minn definizzjoni tal-absint għalhekk hija f'kontradizzjoni mal-paradigma preżenti biex tiġi ttrattata din is-sustanza potenzjalment ta' ħsara;

S.  billi l-istipulazzjon ta’ livelli minimi ta’ tujon għall-absint ma żżidx karatteristika indispensabbli mad-definizzjoni ta’ din ix-xarba spirituża;

1.  Iqis li l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 110/2008;

2.  Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.