Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0437/2013/REV1Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0437/2013/REV1

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI (D027417 – 2013/2726(RPS))

2.10.2013

imressqa skont l-Artikolu 88(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal
Renate Sommer f'isem il- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Proċedura : 2013/2726(RPS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0437/2013
Testi mressqa :
B7-0437/2013
Testi adottati :

B7‑0437/2013

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

 

The European Parliament,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (D027417),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel[1] u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[3],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 88(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, kif iddikjarat fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-użu tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel ma jridx ikun falz, ambigwu jew qarrieqi;

1.  Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal;

2.  Iqis li dan l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni mhux kompatibbli mal-għan u l-kontenut tal-att bażiku;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.