MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 144kWORD 60k
20.5.2015
PE558.884v01-00
 
B8-0514/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-Latin u l-Grieg antik bħala lingwi u kulturi tal-oriġini tal-Ewropa


Florian Philippot, Dominique Bilde, Sophie Montel, Steeve Briois

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Latin u l-Grieg antik bħala lingwi u kulturi tal-oriġini tal-Ewropa  
B8-0514/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 77/486/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta' ħaddiema migranti,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-programm ELCO (tagħlim tal-lingwi u tal-kulturi tal-oriġini), applikat fi Franza mill-1975, kien jimmira li jiffaċilita l-adattament tat-tfal tal-ħaddiema migranti;

B.     billi jkun jitqies diskriminatorju l-fatt li l-għarfien tal-lingwi u tal-kulturi tal-oriġini ma jirrigwardawx ukoll it-tfal li joriġinaw mill-Istat Membru li fih jgħixu;

C.     billi l-lingwi tal-oriġini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma l-Latin u l-Grieg antik, li minnhom tnisslu direttament għadd kbir ta' lingwi attwalment mitkellma fl-Istati tal-Unjoni, u li għal sekli sħaħ kienu pprattikati kullimkien bħala lingwi dotti;

1.      Iqis li l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi konoxxenza aħjar tal-kultura Griega-Latina peress li ħallithielha b'wirt il-prinċipji demokratiċi li ssostni li tiddefendi;

2.      Jafferma li l-Unjoni jmissha tippromwovi fl-Istati Membri kollha t-tagħlim tal-Latin u tal-Grieg antik;

3.      Jemmen li l-Unjoni jmissha tirrifletti dwar l-użu tal-Latin bħala lingwa ta' riferiment;

4.      Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' riflessjoni għal dan ir-rigward;

5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Ġunju 2015Avviż legali