Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0844/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0844/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-tentattivi tal-Kummissjoni biex tikkontrolla l-immigrazzjoni illegali

20.6.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Edouard Ferrand, Mara Bizzotto, Matteo Salvini, Dominique Martin

B8-0844/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tentattivi tal-Kummissjoni biex tikkontrolla l-immigrazzjoni illegali

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont kliem l-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, ippubblikati fil-ġurnal Le Monde fit-8 ta’ Ġunju li għadda, "l'Europe a les moyens de maîtriser l'immigration" ("l-Ewropa għandha l-mezzi biex tikkontrolla l-immigrazzjoni");

1.  Isostni li r-raġunijiet invokati mill-Kummissarju Timmermans huma bbażati fuq analiżi kompletament maqtugħa u inkonxja mis-sitwazzjoni: a) il-ftehim mat-Turkija, b) il-"patt għall-migrazzjonijiet" Taljan, (c) il-ftehim UE-Libja, (d) komponent ta’ migrazzjoni legali (fuq il-mudell tal-"karta blu" Ġermaniża);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ċċedi kwalunkwe tentattiv li tikkontrolla l-immigrazzjoni illegali biex tħalli l-kompitu f'idejn in-nazzjonijiet, li huma biss l-entitajiet li, sal-ġurnata tal-lum, kienu kapaċi juru kemm huma effikaċi f’dan il-qasam.