Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B6-0262/2009Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B6-0262/2009

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA

5.5.2009

imressqa skond l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura minn
li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi li ġejjin: dwar il-qagħda fir-Repubblika tal-Moldova

Proċedura : 2009/2578(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B6-0262/2009
Testi mressqa :
RC-B6-0262/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qagħda fir-Repubblika tal-Moldova

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Moldova, b'mod partikolari dik tal-24 ta' Frar 2005, kif ukoll dawk dwar il-Politika tal-Viċinat Ewropew (ENP) u l-Kooperazzjoni Reġjonali fil-Baħar l-Iswed,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finali u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Koperazzjoni Parlamentari UE-Repubblika tal-Moldova tat-22-23 ta' Ottubru 2008,

–  wara li kkunsidra l-Karta ta' Strateġija tal-Kummissjoni tal-2004, li tinkludi r-rapport dwar ir-Repubblika tal-Moldova,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ffirmat nhar it-28 ta' Novembru 1994 bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-Sħubija tal-Lvant (COM(2008)0823) tat-3 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-assistenza mogħtija mill-Unjoni Ewropea lir-Repubblika tal-Moldova fil-qafas tal-ENPI, inkluż għall-proġett "Appoġġ Elettorali għar-Repubblika tal-Moldova", li ta assistenza finanzjarja b'appoġġ għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti fir-Repubblika tal-Moldova,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni ENP UE-Repubblika tal-Moldova adottat fis-seba' Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Moldova li sar nhar it-22 ta' Frar 2005, kif ukoll ir-rapporti annwali ta' progress dwar ir-Repubblika tal-Moldova,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima UE-Repubblika tal-Moldova dwar il-Faċilitizzazzjoni tal-Viżi, iffirmata fl-2007,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija tas-sejbiet preliminari u l-konklużjonijiet tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni fl-Elezzjoni, tar-Repubblika tal-Moldova għall-elezzjonijiet parlamentari tal-5 t'April 2009 u tar-rapport tal-OSCE ODIHR ta' wara l-elezzjoni għall-perjodu mis-6-17 t'April 2009,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin Franċiż, Ċek u Żvediz dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova, tad-9 ta' April 2009,

–  wara li kkunsdira d-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-UE dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova tas-7 u t-8 ta' April 2009,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tas-27-28 ta' April 2009, kif ukoll l-iskambju ta' veduti dwar din il-kwestjoni mal-Presidenza tal-UE li sar fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin nhar it-28 ta' April 2009,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' Javier Solana, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għas-CFSP, tas-7 u l-11 ta' April 2009 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' Benita Ferrero-Waldner, Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni, tas-6, is-7 u l-11 ta' April 2009 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Equippe għal Pajjiż tan-NU fir-Repubblika tal-Moldova tat-12 ta' April 2009,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1280 tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' April 2002,

–  wara li kkunsidra l-Memorandum tal-Moldova tal-Amnesty International tas-17 t'April 2009 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova waqt u wara l-avvenimenti tas-7 t'April 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni ad hoc tiegħu għar-Repubblika tal-Moldova, li ż-żjara tagħha saret mis-26 sad-29 t'April 2009,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant li se jkunu ppreżentati dalwaqt jirrikonoxxu l-aspirazzjonijiet Ewropej tar-Repubblika tal-Moldova u l-importanza tal-Moldova bħala pajjiż b'rabtiet fondi storiċi, kulturali u ekonomiċi mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

B.  billi l-Pjan ta' Azzjoni UE-Repubblika tal-Moldova jimmira għall-inkoraġġiment tar-riformi politiċi u istituzzjonali fir-Repubblika tal-Moldova, inkluż fl-oqsma tad-demokrazija u l-jeddijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudizzjarju u l-libertà tal-mezzi tax-xandir, kif ukoll ir-relazzjonijiet ta' bwon viċinat,

C.  billi ġiet stipulata mira għal Ġunju 2009 li jkunu mnidija negozjati dwar il-Ftehima l-ġdida bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-UE waqt il-Kunsill ta’ Koperazzjoni UE-Moldova,

billi r-Repubblika tal-Moldova hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa u l-OSCE u b'hekk ikkomettiet ruħha għall-promozzjoni ġenwina tad-demokrazija u tar-rispett tal-jeddijiet tal-bniedem, inkluż fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tortura, tal-maltrattament u ta' trattamenti oħrajn inumani u degradanti, u t-taqbida kontriehom,

E.  billi l-elezzjonijiet parlamentari fir-Repubblika tal-Moldova saru fil-5 t'April 2009, li kienu mmonitorjati minn Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni fl-Elezzjoni komposta mill-OSCE / ODIHR u rappreżentanti mill-Parlament Ewropew, mill-Assemblea Parlamentari tal-OSCE u l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

billi ġie espress tħassib serju matul il-perijodu pre-elettorali dwar il-kontroll li l-gvern kellu fuq il-mezzi pubbliċi tax-xandir, l-intimidazzjoni u l-assillar tal-mexxejja tal-oppożizzjoni, tal-mezzi privat tax-xandir, u l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi għall-benefiċċju tal-partit fil-gvern,

G.  billi bejn 500, 000 u miljun Moldovu jgħixu barra mill-pajjiż u peress li ġew iffirmati

  bosta appelli minn għadd kbir ta' NGOs u assoċjazzjonijiet tad-diaspora Moldova

  inkluż wieħed indirizzat lill-President tar-Repubblika tal-Moldova, il-President tal-Parlament u l-Prim Ministru tal-Moldova fi Frar 2009 dwar il-miżuri li jċaħħdu lill-Moldovi li jgħixu barra l-pajjiż mill-jedd għall-vot, intbagħtu lill-awtoritajiet Moldovi qabel l-elezzjonijiet tal-5 ta' April u sfaw injorati; wara li kkunsidra l-għadd limitat ħafna (22,000) ta' votanti Moldovi barra r-Repubblika tal-Moldova,

H.  billi l-awtoritajiet de facto tar-reġjun separatist tat-Transnistrija ma ħallewx għadd kbir ta’ ċittadini Moldovani jieħdu sehem fl-elezzjonijiet,

I.  billi l-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni fl-Elezzjoni kkonkludiet, fis-sejbiet preliminari tagħha li l-elezzjonijiet issodisfaw ħafna standards u obbligi internazzjonali, imma jeħtieġ aktar titjib biex jiġi żgurat proċess elettorali ħieles minn indħil żejjed amministrattiv u biex tiżdied il-kunfidenza pubblika,

billi l-partiti tal-oppożizzjoni u l-Koalizzajoni 2009 ilmentaw dwar irregolaritajiet kbar matul l-elezzjoni tal-5 ta' April fit-tħejjija tal-listi tal-votanti u l-listi supplementari u fil-għadd u t-tabulazzjoni,

K.  billi, wara li kien hemm għad mill-ġdid, ir-riżultati finali tal-elezzjonijiet ġew ippubblikati mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali fil-21 t'April 2009 u vvalidati mill-Qorti Kostituzzjonali fit-22 t'April 2009,

billi l-ġrajjiet li ġew wara l-elezzjonijiet kienu kkaratterizzati mill-vjolenza u mill-kampanja massiċċa tal-Gvern Moldovu ta' intimidazzjoni u vjolenza, u b'hekk intefa' d-dubju fuq l-impenn tal-awtoritajiet Moldovi favur il-valuri demokratiċi u l-jeddijiet tal-bniedem u l-eżistenza ta' fiduċja pubblika f'dawk l-awtoritajiet,

billi l-protesti paċifiċi tqanqlu mid-dubji dwar il-ġustizzja tal-elezzjonijiet u n-nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, inklużi dawk li jamministraw il-proċess elettorali, u billi l-atti spjaċevoli ta' vjolenza u vandaliżmu sfaw sfruttati mill-awtoritajiet biex jintimidaw is-soċjetà ċivili billi jirrispondu b'mod vjolenti u sproporzjonat u billi rrestrinġew aktar il-jeddijiet u l-libertajiet fundamentali ġa fraġli taċ-ċittadini Moldovi,

billi huwa aċċettat li mill-anqas 310 ruħ ġew arrestati u detenuti, filwaqt li ċertu numru ta' dawk arrestati għadhom miżmumin il-ħabs u filwaqt li, meta arrestati, xi detenuti soffrew maltrattament sistematiku fil-għases tal-pulizija tant li jista' jitqies tortura,

billi s-swat u l-arresti mhux ġustifikati minn unitajiet mhux identifikati tal-pulizija jidher li ma kinux intiżi biex jippaċifikaw is-sitwazzjoni, imma biex iwasslu għal att magħmulin apposta biex jirreprimu,

billi ġew kommessi abbużi serji tal-jeddijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet Moldovi, filwaqt li l-immolestar inġustifikat tas-soċjetà ċivili u l-protestanti u disprezz għall-istat tad-dritt u l-konvenzjonijiet Ewropej relevanti li r-Repubblika tal-Moldova hija firmatarja tagħhom għadhom għaddejjin f'dak il-pajjiż,

Q.  billi l-Gvern Moldovu akkuża lir-Rumanija b'involviment fid-dimostrazzjoni post-elettorali u keċċa lill-ambaxxatur Rumen; billi l-Gvern Moldovu ġab lura l-obbligu tal-viża għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru tal-UE,

R.  billi għandu jiġi enfasizzat li l-ebda indikazzjoni jew evidenza serja ma fiġġet dwar il-bażi li fuqha xi Stat Membru tal-UE jista' jiġi mixli li huwa responsabbli għall-ġrajjiet vjolenti ta' dawn l-aħħar ġimgħat,

S.  billi sħubija ġenwina u bbilanċjata tista' tiġi żviluppata biss fuq il-bażi ta' valuri komuni fir-rigward, b'mod partikolari, tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili,

T.  billi l-Unjoni Ewropea tipprova tistabilixxi, permezz tal-programm tagħha għal Sħubija fil-Lvant, stabilità akbar, governanza aħjar u żvilupp ekonomiku fir-Repubblika tal-Moldova u fil-pajjiżi l-oħrajn fil-fruntieri tagħha tal-lvant,

1.  Jisħaq dwar l-importanza ta' relazzjoni eqreb bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova u jikkonferma l-ħtieġa li jaħdmu flimkien biex jikkontribwixxu għal aktar stabilità, sigurtà u prosperità fil-kontinent Ewropew u biex ikun hemm il-prevenzjoni li jfiġġu linji ġodda ta' diviżjoni;

2.  Jirrafferma l-impenn tiegħu għalbiex jissokta djalogu sinikanti u orjentat lejn il-kisba tal-għanijiet mar-Repubblika tal-Moldova, imma jorbot importanza kbira mal-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet f'saħħithom dwar l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jenfasizza li aktar konsolidazzjoni tar-relazzjonijiet, inkluż permezz tal-konklużjoni ta' ftehima ġdida u mtejba, tajjeb li tkun kontinġenti għal impenn reali u evidenti tal-awtoritajiet Moldovi għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

3.   Jenfasizza li konformità sħiħa ma' standards internazzjonali demokratiċi hija tal-akbar importanza qabel, matul u wara l-proċess elettorali għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea;

4.  Jikkundanna bil-qawwa l-kampanja massiċċa ta' molestar, vjolazzjonijiet serji tal-jeddijiet tal-bniedem u l-azzjonijiet illegali l-oħrajn kollha magħmulin mill-Gvern Moldovu wara l-elezzjonijiet parlamentari;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Moldovi jieqfu minnufih minn kull arrest illegali u jikkonduċi l-azzjoni governattiva skont l-impenji internazzjonali tal-pajjiż u l-obbligi għar-rigward tad-demokrazija, l-istat ta' dritt u d-drittijiet umani;

6.   Huwa partikolarment imħasseb dwar l-arresti illegali u arbitrarji u l-vjolazzjonijiet fuq firxa wiesa' tal-jeddijiet tal-bniedem ta' persuni arrestati, l-aktar il-jedd għall-ħajja, il-jedd għal-libertà mill-abbuż fiżiku, u mit-trattament degradanti, it-tortura u l-kastig, il-jedd għal-libertà u s-sigurtà, il-jedd għas-smigħ xieraq u l-jeddijiet għal-libertà tal-għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni, kif ukoll il-fatt li dawn l-abbużi għandhom għaddejjin;

7.  Jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm djalogu nazzjonali, bil-parteċipazzjoni tal-partiti tal-gvern u tal-oppożizzjoni, li għandhom jagħmlu sforz serju biex jtejbu b'mod fundamentali l-proċeduri demokratiċi u l-iffunzjonar tal-istituzzjonijiet demokratiċi fir-Repubblika tal-Moldova u li għandhom jindirizzaw immedjatament id-defiċjenzi nnotati fis-sejbien tal-Missjoni Internazzjonali tal-Osservazzjoni tal-Elezzjoni;

8.   Jenfasizza, madankollu, li t-tensjonijiet interni fir-Repubblika tal-Moldova huma kbar ħafna u għalhekk jemmen bis-sħiħ li hemm ħtieġa urġenti li tinħoloq kummissjoni indipendenti ta' investigazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-UE, tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' esperti indipendenti bil-mira li jiġi żgurat proċess imparzjali u trasparenti ta' investigazzjoni;

9.  Jinsisti li dawk kollha misjuba responsabbli għall-vjolenza brutali kontra d-detenuti jitressqu quddiem il-ġustizzja; jinsisti, barra minn hekk, li s-sejbiet tal-kumitat ta' investigazzjoni għandhom iwasslu għal riforma ġenwina tas-sistema legali u l-forzi tal-pulizija fir-Repubblika tal-Moldova;

10.  11. Jitlob li tiġi żgurata investigazzjoni speċjali dwar il-każijiet ta’ persuni li mietu waqt l-avvenimenti wara l-elezzjonijiet kif ukoll dwar l-allegazzjonijiet kollha ta' stupru u trattament ħażin waqt detenzjoni u l-arresti politikament motivati bħal dawk ta' Anatol Matasaru u ta' Gabriel Stati;

11.  Jikkundanna l-kampanja ta' fastidju mill-awtoritajiet Moldovani kontra ġurnalisti, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u partiti tal-oppożizzjoni, b'mod partikolari l-arresti u t-tkeċċijiet ta' ġurnalisti, l-interruzzjoni tal-aċċess għall-websajts u l-istazzjonijiet tat-TV, il-propaganda ta’ informazzjoni mnedija fuq stazzjonijiet pubbliċi u ċ-ċaħda għall-aċċess għall-midja pubblika lir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni; jikkunsidra li dawn l-azzjonijiet għandhom il-mira li jiżolaw lir-Repubblika tal-Moldova mill-midja domestika u internazzjonali u mill-iskrutinju pubbliku; jiddeplora u jikkundanna l-kontinwazzjoni ta’ din iċ-ċensura permezz ta’ ittri mibgħuta mill-Ministri tal-Affarijiet Domestiċi u l-Ministru tal-Ġustizzja lill-NGOs, lill-partiti politiċi u lill-midja;

12.  Jiddeplora bil-qawwa d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Moldovi li jkeċċu lill-ambaxxatur Rumen u li jdaħħlu l-obbligu tal-viża għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea; jinsisti li d-diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini tal-UE fuq il-bażi tal-oriġini nazzjonali tagħhom ma hijiex aċċettabbli u jistieden lill-awtoritajiet Moldovi jreġġgħu lura r-reġim ta' ħelsien mill-viża għaċ-ċittadini Rumeni;

13.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fl-istess waqt, ħalli jirrevedu s-sistema tal-viża tal-UE għar-Repubblika tal-Moldova biex jiġu mtaffija l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-viżi għaċ-ċittadini Moldovi, l-aktar il-kundizzjonijiet finanzjarji, u biex irendi possibbli arranġamenti tal-ivvjaġġar irregolati aħjar; jittama, madankollu, li ċittadini tal-Moldova mhux se jużaw sistema aħjar ta' viża u vjaġġar biex jibdew eżodu in massa minn pajjiżhom, iżda li jkunu mħeġġa jagħtu kontribut attiv għall-iżvilupp ulterjuri ta' pajjiżhom;

14.  Jieħu nota tal-fatt li l-allegazzjonijiet li pajjiż tal-UE kien involut fl-avvenimenti jidhru infondati u ma ġewx diskussi u lanqas ripetuti matul il-laqgħat tad-Delegazzjoni Ad Hoc fir-Repubblika tal-Moldova.

15.  Jitlob għal provi immedjati u sostanzjali għal kwalunkwe allegazzjoni tal-Gvern tal-Moldova dwar l-azzjonijiet ta’ dawk li pprotestaw u dwar l-involviment ta' gvernijiet barranin;

16.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Moldova fir-rigward tal-ftuħ ta' fajl kriminali dwar l-“tentattiv ta’ użurpazzjoni tal-poter tal-istat fis-7 ta’ April” u jittama li l-investigazzjoni titmexxa b'mod trasparenti u li tiċċara l-allegazzjonijiet kollha li saru mill-awtoritajiet Moldovi kontra wieħed jew bosta pajjiżi terzi li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni possibbli tagħhom waqt dawn l-avvenimenti

  wieħed jew aktar f'dawn il-ġrajjiet;

17.  Jikkunsidra li hu inaċċettabbli, filwaqt li jikkundanna l-atti kollha ta' vjolenza u vandaliżmu, li l-protesti kollha jiġu ppreżentati bħala atti kriminali u l-“kumplott antikostituzzjonali” allegat; jemmen li l-protesti paċifiċi ħraxu kunsiderevolment minħabba dubji dwar kemm kienu ġusti l-elezzjonijiet, nuqqas ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi u skuntentizza dwar is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fir-Repubblika tal-Moldova;

18.  Jemmen li d-djalogu kostruttiv mal-partiti tal-oppożizzjoni, mas-soċjetà ċivili u mar-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali huwa l-uniku mod biex tispiċċa s-sitwazzjoni attwali fir-Repubblika tal-Moldova;

19. Jenfasizza li kull elezzjoni ġdida teħtieġ kunsens bejn l-oppożizzjoni u l-gvern dwar titjib konkret għall-proċess elettorali;

20.  Itenni l-importanza tal-indipendenza tal-ġudikatura, u jitlob li jkun jittieħdu passi ulterjuri biex tiġi żgurata l-indipendenza editorjali tal-midja kollha, inkluż ir-Radju u Televiżjoni Moldovi u l-waqfien ta' kull intimidazzjoni kontra l-Istazzjon ProTV u kull theddid marbut mal-estensjoni tal-liċenzja tiegħu, kif ukoll titjib kunsiderevoli fil-liġi elettorali tal-Moldova bħala elementi kruċjali ta' kwalunkwe proċess elettorali futur u konsolidament demokratiku fir-Repubblika tal-Moldova;

21.  Jiddeplora l-fatt li l-Gvern tal-Moldova m'għamel l-ebda sforz sabiex jiffaċilita l-votazzjoni ta' ċittadini tal-Moldova li jgħixu barra l-pajjiż, f'konformità mas-suġġerimenti tal-Kummissjoni ta' Venezja; jistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova biex jadottaw il-miżuri neċessarji biex dan iseħħ fiż-żmien dovut;

22.  Jenfasizza d-diskrepanzi konsiderevoli bejn ir-rapport preliminari tal-OSCE/ODIHR dwar

  kif tmexxew l-elezzjonijiet u l-allegazzjonijiet tal-irregolaritajiet mifruxin minn

  għadd kunsiderevoli ta' NGOs Moldovi; jindika li tali diskrepanza għandhom

  jitqiesu f'kull reviżjoni futura tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tal-elezzjonijiet tal-OSCE/ODIHR

  u l-kontribuzzjonijiet tal-UE għall-missjonijiet internazzjonali ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet;

23.  Jemmen li, sabiex tippreserva l-kredibilità tagħha mal-poplu tar-Repubblika tal-Moldova,

   l-UE għandha tinvolvi ruħha fil-ġestjoni tal-qagħda kurrenti b'mod

  proattiv, profond u komprensiv; iħeġġeġ lill-Kunsill jikkunsidra l-possibilità li tintbagħat Missjoni tal-Istat tad-Dritt għar-Repubblika tal-Moldova, biex tassisti lill-awtoritajiet taż-żamma tal-ordni fil-proċess tagħhom ta' riforma, partikolarment fl-oqsma l-pulizija u tal-ġustizzja;

24.  Jenfasizza li l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Programm Ewropew għall-Viċinat u, b'mod partikolari, il-programm il-ġdid għas-Sħubija tal-Lvant biex jistabbilixxu aktar stabbiltà, tmexxija aħjar, u żvilupp ekonomiku bilanċjat fil-Moldova u fil-pajjiżi l-oħra mal-fruntieri tal-lvant tal-Unjoni;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-UE disponibbli għar-Repubblika tal-Moldova

  fil-qasam tal-jeddijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-bniedem jilħqu aktar destinatarji, b'mod partikolari

  billi jsir użu sħiħ tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u l-Jeddijiet Umani u

  d-dispożizzjonijiet tal-istrument ENP; jistieden lill-Kummissjoni tippreżentalu rapport dettaljat dwar l-użu tal-fondi Ewropej kollha fir-Repubblika tal-Moldova, b'attenzjoni speċjali għall-fondi allokati għall-governanza t-tajba u l-iżvilupp demokratiku;

26.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jsaħħu l-missjoni tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għar-Repubblika tal-Moldovam, kemm f'termini ta' ambitu kif ukoll ta' mezzi;

27.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u jirrimarka li huwa meħtieġ rwol aktar b'saħħtu tal-UE biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni tat-Transnistrija;

28.  Jenfasizza għal darb'oħra li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha biex toffri l-poplu tar-Repubblika tal-Moldova futur tassew Ewropew; iħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha fir-Repubblika tal-Moldova u s-sieħba tal-Moldova biex ma jabbużawx mis-sitwazzjoni attwali ta' instabilità biex ibiegħdu l-Moldova mill-mixja tagħha lejn l-Ewropa;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, l-Assembei Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u l-OSCE, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova.