Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B7-0388/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B7-0388/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA dwar l-iskandlu tal-abort sfurzat fiċ-Ċina

4.7.2012 - (2012/2712(RSP))

imressqa skont l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:
PPE (B7‑0388/2012)
Verts/ALE (B7‑0390/2012)
S&D (B7‑0395/2012)
ALDE (B7‑0396/2012)
ECR (B7‑0398/2012)
GUE/NGL (B7‑0399/2012)

José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Cristian Dan Preda, Elmar Brok, Alojz Peterle, Anna Záborská, Mario Mauro, Bernd Posselt, Filip Kaczmarek, Roberta Angelilli, Tunne Kelam, Monica Luisa Macovei, Elena Băsescu, Eija-Riitta Korhola, Sari Essayah, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Laima Liucija Andrikienė, Csaba Sógor, Zuzana Roithová, Giovanni La Via, Eduard Kukan, Bogusław Sonik, Martin Kastler, Miroslav Mikolášik, Tadeusz Zwiefka f'isem il-Grupp PPE
Véronique De Keyser, Liisa Jaakonsaari f'isem il-Grupp S&D
Marietje Schaake, Sophia in ‘t Veld, Leonidas Donskis, Graham Watson, Robert Rochefort, Marielle de Sarnez, Ramon Tremosa i Balcells, Sonia Alfano, Izaskun Bilbao Barandica, Jelko Kacin, Sarah Ludford, Kristiina Ojuland, Johannes Cornelis van Baalen, Edward McMillan-Scott f'isem il-Grupp ALDE
Helga Trüpel, Eva Lichtenberger, Raül Romeva i Rueda, Barbara Lochbihler, Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE
Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR
Marie-Christine Vergiat, Marisa Matias, Alda Sousa f'isem il-Grupp GUE/NGL
Jaroslav Paška


Proċedura : 2012/2712(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B7-0388/2012
Testi mressqa :
RC-B7-0388/2012
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iskandlu tal-abort sfurzat fiċ-Ċina

(2012/2712(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapporti mressqa fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu, u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–   wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li saret fil-Kajr fl-1994,

–   wara li kkunsidra l-politika ta’ wild wieħed fiċ-Ċina u l-liġijiet dwar l-abort fiċ-Ċina,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fit-2 ta’ Ġunju 2012 mara ta’ seba’ xhur tqala, Feng Jianmei, inħatfet u ġiet sfurzata tagħmel abort fil-kontea ta’ Zhenpng (provinċja ta’ Shanxi), liema inċident qajjam mewġa ta’ indinjazzjoni u kundanna fiċ-Ċina u madwar id-dinja;

B.  billi l-aborti li jaqbżu s-sitt xhur huma illegali skont il-liġi Ċiniża; billi l-gvern muniċipali ta' Ankang wettaq investigazzjoni li kkonkludiet li uffiċjali fil-kontea ta' Zhenping użaw "mezzi krudili" u "ipperswadew" lis-Sa Feng biex tabortixxi l-fetu; billi r-rapport stqarr li din id-deċiżjoni kisret id-drittijiet tagħha; billi l-gvern muniċipali ta' Ankang ħabbar pieni għall-uffiċjali tal-ippjanar lokali involuti fil-każ, inkluża t-tkeċċija mill-post tax-xogħol;

C. billi, skont l-investigazzjoni, l-uffiċjali lokali kienu saqsew lill-familja tas-Sa Feng għal depożitu ta’ RMB 40 000 bħala garanzija, li skont ir-raġel tagħha kienet multa talli kien se jkollhom it-tieni wild; billi l-awtoritajiet lokali ma kellhom ebda bażi legali biex jiġbru dan id-depożitu; billi s-Sa Feng ġiet sfurzata tiffirma formula ta’ kunsens biex ittemm it-tqala tagħha għaliex ma riditx tħallas il-multa, u nżammet l-isptar mill-gwardji;

D. billi, minħabba l-politika ta’ wild wieħed li tadotta ċ-Ċina, aborti illegali selettivi abbażi tas-sess huma mifruxa, li joħolqu żbilanċ bejn l-għadd ta’ irġiel u nisa;

1.  Jenfasizza bil-qawwi li, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, l-għan tal-programmi dwar l-ippjanar tal-familja għandu jkun li jippermetti li l-kopji u l-individwi jieħdu deċiżjonijiet ħielsa, responsabbli u infurmati dwar li jkollhom it-tfal u li jkunu disponibbli medda wiesgħa ta' metodi sikuri, effettivi u aċċettabbli għall-għażla tagħhom marbuta mal-ippjanar tal-familja , u ma hemm lok għal ebda forma ta' koerċizzjoni;

2.  Itenni d-dritt fundamentali tan-nisa kollha li jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa riproduttiva, inkluż l-ippjanar tal-familja u t-twelid assistit;

3.  Jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-vittmi, filwaqt li jikkundanna bil-qawwi l-fastidju li qed jiġu soġġetti għalih u jitlob protezzjoni pubblika għalihom;

4.  Jikkundanna bil-qawwi d-deċiżjoni li s-Sa Feng kienet imġiegħla tagħmel abort u jikkundanna l-prattika ta' aborti sfurzati u sterilizzazzjonijiet, speċjalment fil-kuntest tal-politika ta’ wild wieħed;

5.  Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-gvern muniċipali ta’ Ankang li joffri kumpens lill-familja tas-Sa Feng u li l-uffiċjali lokali involuti fil-każ jingħataw pieni ħorox;

6.  Jieħu nota tal-fatt li l-każ tas-Sa Feng sar magħruf sew grazzi għall-internet u jenfasizza l-importanza tal-libertà ta’ espressjoni, inkluża dik onlajn; jilqa’ b’sodisfazzjon l-itfaċċar ta’ sfera pubblika għad-dibattitu, parzjalment grazzi għall-mikroblogging;

7.  Iqis importanti li jitkompla d-dibattitu fost l-intellettwali u l-akkademiċi dwar jekk għandhiex titkompla jew le il-politika ta’ wild wieħed fiċ-Ċina;

8.  Jistieden lill-Kummisjsoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jinkludu l-abort sfurzat fuq l-aġenda għad-djalogu bilaterali li jmiss tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem maċ-Ċina;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.