Proċedura : 2017/2608(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0191/2017

Testi mressqa :

RC-B8-0191/2017

Dibattiti :

PV 16/03/2017 - 3.1
CRE 16/03/2017 - 3.1

Votazzjonijiet :

PV 16/03/2017 - 6.1

Testi adottati :

P8_TA(2017)0086

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 430kWORD 47k
15.3.2017
PE598.544v01-00}
PE598.547v01-00}
PE598.553v01-00}
PE598.557v01-00} RC1
 
B8-0191/2017}
B8-0194/2017}
B8-0200/2017}
B8-0224/2017} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

ECR (B8-0191/2017)

S&D (B8-0194/2017)

ALDE (B8-0200/2017)

PPE (B8-0224/2017)


dwar iż-Żimbabwe, il-każ ta' Pastor Evan Mawarire u każijiet oħra ta’ restrizzjoni tal-libertà ta’ espressjoni (2017/2608(RSP))


Cristian Dan Preda, Bogdan Brunon Wenta, Tomáš Zdechovský, Marijana Petir, Jarosław Wałęsa, Tunne Kelam, Pavel Svoboda, Ivan Štefanec, Lefteris Christoforou, Elisabetta Gardini, Milan Zver, Brian Hayes, David McAllister, Eduard Kukan, Laima Liucija Andrikienė, Michaela Šojdrová, József Nagy, Roberta Metsola, Romana Tomc, Patricija Šulin, Maurice Ponga, Sven Schulze, Csaba Sógor, Željana Zovko, Ivana Maletić, Stanislav Polčák, Deirdre Clune, Giovanni La Via, Claude Rolin, Adam Szejnfeld, Lorenzo Cesa, Jiří Pospíšil, Dubravka Šuica, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Therese Comodini Cachia, Francisco José Millán Mon, Krzysztof Hetman, Anna Záborská, Andrey Kovatchev, Inese Vaidere, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE
Victor Boştinaru, Soraya Post, Arne Lietz f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Karol Karski, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba, Monica Macovei, Notis Marias, Mark Demesmaeker, Anna Elżbieta Fotyga, Geoffrey Van Orden, Branislav Škripek, Raffaele Fitto, Urszula Krupa, Jana Žitňanská, Angel Dzhambazki, Ruža Tomašić, Arne Gericke, Pirkko Ruohonen-Lerner, Valdemar Tomaševski, Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR
Pavel Telička, Johannes Cornelis van Baalen, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Dita Charanzová, Marielle de Sarnez, Gérard Deprez, María Teresa Giménez Barbat, Nathalie Griesbeck, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Hannu Takkula, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen, Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp ALDE
Judith Sargentini, Jean Lambert, Maria Heubuch, Heidi Hautala, Bodil Valero, Igor Šoltes, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Isabella Adinolfi, Piernicola Pedicini, Laura Ferrara, Laura Agea, Rolandas Paksas, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD
Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-Żimbabwe, il-każ ta' Pastor Evan Mawarire u każijiet oħra ta’ restrizzjoni tal-libertà ta’ espressjoni (2017/2608(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali tal-UE dwar il-Gvernanza Lokali tat-30 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali tal-UE dwar il-vjolenza tat-12 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali tal-UE dwar il-ħtif ta' Itai Dzamara tad-9 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe dwar il-protesti pubbliċi u l-imġiba tal-pulizija,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/220 tal-15 ta’ Frar 2016 li testendi l-miżuri restrittivi tal-UE kontra ż-Żimbabwe sal-20 ta’ Frar 2017(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-UE tad-19 ta’ Frar 2014 dwar ir-rieżami tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku Globali ffirmat fl-2008 mit-tliet partiti politiċi ewlenin, jiġifieri ZANU PF, MDC-T u MDC,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Lulju 2012 dwar iż-Żimbabwe u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK tas-27 ta' Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe(2),

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, li ż-Żimbabwe rratifikat,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-poplu taż-Żimbabwe ilu jbati għal ħafna snin taħt reġim awtoritarju mmexxi mill-President Mugabe li jsostni is-setgħa tiegħu permezz tal-korruzzjoni, il-vjolenza, elezzjonijiet mimlija irregolaritajiet u apparat ta' sigurtà brutali; billi l-poplu taż-Żimbabwe ma esperjenzax il-libertà vera f'għexieren ta' snin u ħafna persuni ta' taħt l-età ta' tletin sena, għalhekk, jafu biss ħajja ta' faqar u ripressjoni vjolenti;

B.  billi l-moviment tal-midja soċjali indipendenti #ThisFlag stabbilit mill-fundatur Evan Mawarire, li huwa pastor u difensur tad-drittijiet tal-bniedem ibbażat f’Harare, ikkatalizza l-frustrazzjoni li ċ-ċittadini kellhom bir-reġim ta’ Mugabe waqt il-protesti tas-sena l-oħra kontra n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-gvern kontra l-korruzzjoni, l-impunità u l-faqar; billi Pastor Mawarire stieden lill-gvern jindirizza l-ekonomija li qegħda tfalli u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem; billi l-moviment #ThisFlag ġibed l-appoġġ tal-knejjes u tal-klassi tan-nofs, li sa issa kellhom it-tendenza li jżommu 'l bogħod mill-politika tat-toroq;

C.  billi Pastor Evan Mawarire kien diġà ġie arrestat fuq akkużi ta’ inċitament biex titwettaq vjolenza pubblika u meħlus f’Lulju 2016, u sussegwentement telaq miż-Żimbabwe fl-istess xahar minħabba l-biża’ dwar is-sikurezza tiegħu u tal-familja tiegħu;

D.  billi fl-1 ta’ Frar 2017 Pastor Evan Mawarire ġie arrestat fl-ajruport ta' Harare meta rritorna fiż-Żimbabwe; filwaqt li oriġinarjament kien akkużat bis-"sovversjoni ta' gvern kostituzzjonali" skont it-Taqsima 22 tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali, reat li huwa punibbli b’piena ta’ priġunerija sa 20 sena; billi fit-2 ta’ Frar żdiedet akkuża oħra, dik li insulta l-bandiera skont it-Taqsima 6 tal-Att dwar il-Bandiera taż-Żimbabwe; billi Pastor Mawarire nħeles biss fuq pleġġ wara li kien qatta' disat ijiem fil-kustodja;

E.  billi, f’dikjarazzjoni pubblika, il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe esprimiet tħassib serju dwar il-brutalità u l-imġiba vjolenti tal-pulizija, filwaqt li tgħid li d-drittijiet fundamentali tad-dimostranti ġew miksura, u appellat lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jinvestigaw u jressqu lill-awturi tar-reati quddiem il-ġustizzja;

F.  billi Itai Dzamara, ġurnalist u attivist politiku, inħataf fid-9 ta’ Marzu 2015 minn ħamest irġiel mhux identifikati f’ħanut ta' barbier f’Harare; billi l-Qorti Suprema ordnat lill-Gvern ifittex lil Dzamara u jirrapporta dwar il-progress lill-Qorti ta' kull ħmistax sakemm ikun ġie determinat fejn kien jinsab; billi għadu mhux magħruf id-destin tas-Sur Dzamara;

G.  billi Promise Mkwananzi, il-mexxej ta’ #Tajamuka, moviment soċjali marbut mal-istay-away ta’ Lulju, ġie arrestat u akkużat b'inċitament għall-vjolenza pubblika qabel is-sejħa għax-“shutdown 3.0” skedata għall-31 ta’ Awwissu 2016 u ġie meħlus bi pleġġ; billi attivista oħra ta’ #Tajamuka, is-Sinjura Linda Masarira, li qabel kienet ġiet arrestata f’Mejju 2015 u rimandata mill-kustodja fuq pleġġ mingħajr ħlas, reġgħet ġiet arrestata waqt il-protesti f’Lulju 2016;

H.  billi l- miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim taż-Żimbabwe ġew imġedda fi Frar 2017 sal-20 ta' Frar 2018; billi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar se jkomplu japplikaw għall-President Mugabe, għal Grace Mugabe, u għall-Industriji tad-Difiża taż-Żimbabwe; billi l-embargo fuq l-armi se jibqa' fis-seħħ; billi l-UE neħħiet ir-restrizzjonijiet minn fuq 78 persuna u 8 entitajiet;

I.  billi ż-Żimbabwe hija firmatarja tal-Ftehim ta' Cotonou, li l-Artikolu 9 tiegħu jistipula li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huwa element essenzjali tal-kooperazzjoni AKP-UE,

J.  billi l-EUR 234 miljun allokati lill-Programm Indikattiv Nazzjonali (NIP) għaż-Żimbabwe għall-perjodu 2014-2020 taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom jiġu ffukati fuq tliet setturi ewlenin, jiġifieri s-saħħa, l-iżvilupp ekonomiku bbażat fuq l-agrikultura, u l-governanza u l-bini ta' istituzzjonijiet;

1.  Jikkundanna l-arrest ta’ Pastor Evan Mawarire; jenfasizza li l-ħelsien tieħgu fuq pleġġ mhuwiex biżżejjed u li l-akkużi politikament motivati miġjuba kontrih irid jiġi rtirati għalkollox;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jiżguraw li s-sistema tal-ġustizzja kriminali ma tiġix abbużata sabiex titfa' fil-mira, tagħti fastidju jew tintimida lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem bħalma hu Pastor Evan Mawarire;

3.  Jemmen li l-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni huma komponenti essenzjali ta’ kwalunkwe demokrazija; jenfasizza li l-espressjoni ta' opinjoni b'mod nonvjolenti huwa dritt kostituzzjonali għaċ-ċittadini kollha taż-Żimbabwe u jfakkar lill-awtoritajiet fl-obbligu tagħhom li jħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini kollha;

4.  Jinsab profondament imħasseb dwar rapporti minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ta’ vjolenza politika, kif ukoll ta' restrizzjonijiet fuq difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-intimidazzjoni tagħhom; jiddispjaċih li mill-aħħar elezzjonijiet 'il hawn, u mill-adozzjoni tal-Kostituzzjoni l-ġdida fl-2013, ftit sar progress fir-rigward tal-istat tad-dritt u b'mod partikolari lejn ir-riforma tal-ambjent tad-drittijiet tal-bniedem;

5.  Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jaċċertaw ruħhom dwar fejn jinsab is-Sur Dzamara u jiżguraw li dawk li huma responsabbli għall-ħtif tiegħu jitressqu quddiem il-ġustizzja; jinnota li l-espressjoni ta' opinjoni b'mod nonvjolenti huwa dritt kostituzzjonali għaċ-ċittadini kollha taż-Żimbabwe u li huwa l-obbligu tal-awtoritajiet li jħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini kollha;

6.  Jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-każ tas-Sinjura Linda Masarira, li ġiet ikkundannat fuq akkużi ta’ vjolenza pubblika li rriżultaw mill-istrajk nazzjonali li sar fis-6 ta’ Lulju 2016; jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe juru trażżin tiegħu innifsu u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini kollha taż-Żimbabwe, inkluż id-dritt għal-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-għaqda; ifakkar lill-Gvern fir-responsabilità tiegħu rigward li jirrispetta, li jobdi, u li ma jwaqqax il-Kostituzzjoni, u li jservi lill-poplu kollu taż-Żimbabwe b’mod imparzjali mingħajr eċċezzjoni;

7.  Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE f’Harare tkompli toffri l-assistenza tagħha liż-Żimbabwe bl-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u biex jiġu esplorati l-possibilitajiet ta’ ffaċilitar ta’ missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE;

8.  Jenfasizza għal darba oħra kemm huwa importanti għall-UE li tibda djalogu politiku mal-awtoritajiet taż-Żimbabwe fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou, u b'hekk tikkonferma l-impenn tal-UE li tappoġġja lill-popolazzjoni lokali;

9.  Jinsisti li l-UE għandha tiżgura li l-finanzjament allokat liż-Żimbabwe għall-Programm Indikattiv Nazzjonali tagħha jindirizza b'mod effikaċi s-setturi kkonċernati, u jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe jippermetti lill-Kummissjoni aċċess mingħajr xkiel għall-proġetti ffinanzjati mill-UE u jsaħħaħ id-disponibilità tiegħu għall-assistenza teknika għall-proġetti u l-programmi miftiehma b'mod konġunt;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE, lill-Gvern u lill-Parlament taż-Żimbabwe, lill-gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika u lill-Unjoni Afrikana.

 

(1)

ĠU L 40, 17.2.2016, p. 11.

(2)

ĠU L 54, 28.2.2012, p. 20.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2017Avviż legali