Mistoqsija Parlamentari - O-0030/2008Mistoqsija Parlamentari
O-0030/2008

Trattat globali li jipprojbixxi l-armi ta' l-uranju

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0030/08/rev.1
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Elly de Groen-Kouwenhoven, Angelika Beer u Caroline Lucas f’isem il-Grupp Verts/ALE, Luisa Morgantini f’isem il-Grupp GUE/NGL, Annemie Neyts-Uyttebroeck f’isem il-Grupp ALDE, Ana Maria Gomes f’isem il-Grupp PSE, Ģirts Valdis Kristovskis f’isem il-Grupp UEN, Karl von Wogau u Stefano Zappalà f’isem il-Grupp PPE-DE
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0030/2008
Testi mressqa :
O-0030/2008 (B6-0154/2008)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-użu ta’ Uranju Mdgħajjef fil-gwerra jmur kontra r-regoli u l-prinċipji bażiċi stipulati fil-Liġi Internazzjonali Umanitarja u Ambjentali, kemm dik miktuba u kemm dik tad-drawwiet u l-prattiki stabbiliti fil-komunità internazzjonali. Għalhekk, f’Novembru 2006, il-Parlament Ewropew saħħaħ it-talbiet preċedenti tiegħu għal moratorju fuq l-armi ta’ l-uranju billi adotta r-reżoluzzjoni tiegħu dwar “l-armi bijoloġiċi u armi konvenzjonali inumani.” L-appoġġ għal dan qiegħed jiżied dejjem iżjed mad-dinja kollha. F’Marzu 2007, il-Belġju adotta liġi nazzjonali li tipprojbixxi l-manifattura, l-użu, il-ħżin, il-bejgħ, l-akkwist, il-forniment u t-tranżitu ta' l-armi ta' l-uranju. F’Mejju 2007, il-Parlament Ewropew wera l-istampi u x-xhieda ta’ vittmi ta' l-armi ta' l-uranju fl-Iraq (70% ta' l-Iraq jinsab miksi bit-trab ta’ l-Uranju Mdgħajjef). F’Ottubru 2007, il-Ministru Taljan għad-Difiża stqarr li bejn l-1996 u l-2006, aktarx mietu 37 suldat Taljan wara li kienu esposti għall-armi ta’ l-uranju waqt il-missjonijiet tagħhom fl-Iraq u fil-Balkani. F’diversi pajjiżi oħrajn ġraw każi simili li laqtu mijiet ta’ veterani. Fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, it-tħassib dwar l-effetti fuq is-saħħa ta' l-Uranju Mdgħajjef wassal għall-implimentazzjoni ta’ testijiet għas-suldati li jirritornaw. F’Diċembru 2007, l-Assemblea Ġenerali tan-NU għaddiet, b'maġġoranza kbira ħafna, riżoluzzjoni li tenfasizza tħassib dwar l-użu militari ta' l-uranju. Ir-riżoluzzjoni intitolata ‘L-Effetti ta’ l-użu ta' armamenti u ammunizzjon li jkun fihom l-uranju mdgħajjef' tħeġġeġ lill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex terġa' teżamina l-perikli għas-saħħa ppreżentati mill-armi ta’ l-uranju. L-evidenza dejjem tikber tat-tossiċità kimika u tan-natura potenzjalment karċinoġena tħeġġeġ l-applikazzjoni tal-Prinċipju Prekawzjonarju b'mod konformi mal-liġi ta' l-UE.

 

  1. Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li ssegwi r-riżoluzzjoni tal-Parlament?

 

  1. Liema miżuri qiegħda tieħu l-Kummissjoni – b’mod konformi ma’ l-obbligi tagħha skond il-prinċipju prekawzjonarju – biex tevita li l-istaff umanitarju tagħha jkun espost għall-Uranju Mdgħajjef f’reġjuni kkontaminati?

 

  1. Qiegħda l-Kummissjoni tippjana li tiftaħ djalogu ma' l-Euromil, li hija favur is-soluzzjoni tal-projbizzjoni?

 

  1. Liema fondi għandha disponibbli l-Kummissjoni biex tagħmel inventarju ta' zoni kkontaminati, biex tagħmel stħarriġ ambjentali taz-zoni kkontaminati u biex tgħin fit-tindif taz-zoni kkontaminati?

 

  1. Liema fondi hija lesta tonfoq il-Kummissjoni biex tinforma lin-nies ċivili u biex tgħin lill-ħaddiema u lill-istaff militari?

 

  1. Liema fondi għandha disponibbli l-Kummissjoni biex tagħmel stħarriġ mediku u surveys sanitarji tal-vittmi ta’ l-uranju u biex tikkumpensa lill-vittmi?

 

 

Tressiq: 01.04.2008

Mibgħuta: 03.04.2008

Skadenza: 10.04.2008