Mistoqsija Parlamentari - O-000030/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000030/2011

Il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kunsill dwar it-tkeċċija tar-Roma minn Franza

3.2.2011

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000030/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nikolaos Chountis, Alexander Alvaro, Marije Cornelissen, Cornelis de Jong, Cornelia Ernst, Hélène Flautre, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Heidi Hautala, Sophia in 't Veld, Franziska Keller, Jean Lambert, Raül Romeva i Rueda, Rui Tavares, Kyriacos Triantaphyllides, Marie-Christine Vergiat, Michail Tremopoulos, Maria Eleni Koppa, Eva-Britt Svensson, Nicole Kiil-Nielsen, Keith Taylor, Kriton Arsenis, Catherine Grèze, Renate Weber, Marisa Matias, Kinga Göncz, Willy Meyer, Karima Delli, Patrice Tirolien, Henri Weber, Catherine Trautmann, Harlem Désir, Françoise Castex, Kader Arif, Liem Hoang Ngoc, Raimon Obiols, Patrick Le Hyaric, Jacky Hénin, Takis Hadjigeorgiou, Miguel Portas, Thomas Händel, Gabriele Zimmer, Søren Bo Søndergaard

Id-deċiżjoni ta’ Franza li tkeċċi mit-territorju tagħha ċittadini tal-UE Roma ta’ oriġini Rumena u Bulgara wasslet għal reazzjoni immedjata mill-Parlament Ewropew li, fir-riżulozzjoni tiegħu (P7_TA(2010)0312) tad-9 ta' Settembru 2010, ‘Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-miżuri ... li wasslu għall-espulsjoni tagħhom’ u għaldaqstant ‘iħeġġeġ lill-awtoritajiet (Franċiżi) biex minnufih jissospendu l-espulsjonijiet kollha tar-Roma, u fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni, il-Kunsill u lill-Istati Membri biex jintervjenu bl-istess talba’.

Meta kienet qed titkellem f’isem il-Kummissjoni, Viviane Reding, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, drittijiet fundamentali u ċittadinanza, ħarġet dikjarazzjoni li kienet tinkludi l-osservazzjonijiet li ġejjin: ‘Id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika jew ir-razza m’hemmx lok għaliha fl-Ewropa. Hija inkompatibbli mal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet nazzjonali li jiddiskriminaw kontra gruppi etniċi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE qed jiksru wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li ffirmaw l-Istati Membri kollha, inkluża Franza’.

L-unika istituzzjoni tal-UE li għadha ma għarrfitx il-pożizzjoni tagħha hija l-Kunsill, u dan qed iqajjem dubji serji fost il-popli tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali fl-UE. X’inhi l-fehma tal-Kunsill dwar din il-kwistjoni partikolari?

Imressqa: 3.2.2011

Mgħoddija: 4.2.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 25.2.2011