Mistoqsija Parlamentari - O-000087/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000087/2011

Dwar il-Kumpaniji tad-Direttorji Qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1475/2006 u oħrajn)

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000087/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Erminia Mazzoni
f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet
Malcolm Harbour
f'isem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Proċedura : 2011/2682(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000087/2011
Testi mressqa :
O-000087/2011 (B7-0315/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Għal żmien twil ċerti kumpaniji tad-direttorju li joperaw minn Stati Membri differenti tal-UE pprattikaw prattiki kummerċjali qarrieqa.

Dawn il-prattiki kummerċjali qarrieqa ġew evidenzjati permezz ta’ dokumentazzjoni sottomessa, f’numru kbir ta’ petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, minn dawk li jaħdmu għal rashom, organizzazzjonijiet volontarji u negozji tal-familji li spiċċaw vittmi tal-kumpaniji tad-direttorji qarrieqa.

L-MPE għadhom jirċievu mijiet ta’ ittri ta’ lment mingħand vittmi ġodda ta’ tali kumpaniji tad-direttorji. Il-vittmi ħafna drabi huma żgħar ħafna u ma jifilħux għall-ispejjeż legali biex jieħdu azzjoni legali kontra l-kumpaniji tad-direttorji. Min-naħa l-oħra, il-ħlas tal-miżati li ġew imġiegħla jiffirmaw għalihom b’qerq iqiegħed lil dawn l-organizzazzjonijiet f’diffikultajiet finanzjarji kbar.

Il-kwistjoni hija ta’ natura transkonfinali wkoll minħabba li d-direttorji kummerċjali qarrieqa ħafna drabi jkollhom fil-mira tagħhom vittmi li huma bbażati fi Stat Membru ieħor tal-UE.

Il-Kummissjoni stqarret b’mod ċar li d-Direttiva dwar Riklamar Qarrieqi u Riklamar Komparattiv "tiddikkjara illegali l-prattiki qarrieqa ta’ dawn il-kumpaniji tad-direttorji". Skont il-Kummissjoni, il-problema għandha mnejn tkun relatata mal-infurzar tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Madankollu f’okkażjonijiet oħra, il-Kummissjoni stqarret ukoll li jista’ jagħti l-każ li jkun hemm il-bżonn li l-leġiżlazzjoni tal-UE tinbidel biex din il-prattika speċifika tiġi pprojbita.

Tista’ tikkonferma l-Kummissjoni li kien hemm traspożizzjoni korretta tad-Direttiva MCA fl-Istati Membri kollha tal-UE?

Tikkunsidra l-Kummissjoni b’mod serju li taċċellera ż-żmien li fih beħsiebha tniedi u tlesti r-reviżjoni tagħha tad-direttiva MCA jew li ssib għodod leġiżlattivi ġodda biex jitwaqqfu dawn il-prattiki qarrieqa?

Fejn saret traspożizzjoni korretta tad-Direttiva MCA fi Stat Membru, kienet biżżejjed biex tipproteġi liċ-ċittadini f'dak l-Istat Membru fil-każ ta' asserzjonijiet minn kumpaniji ta' dan it-tip stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jista' jkun ittraspona d-Direttiva MCA b'mod korrett/inkorrett?

Imressqa: 6.4.2011

Mgħoddija: 8.4.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 15.4.2011