Mistoqsija Parlamentari - O-000230/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000230/2011

L-Użu tal-prinċipju ta' sussidjarjetà wara t-Trattat ta' Lisbona

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000230/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Michael Theurer, Alexandra Thein, Silvana Koch-Mehrin, Andrew Duff
f'isem il-Grupp ALDE

Proċedura : 2011/2836(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000230/2011
Testi mressqa :
O-000230/2011 (B7-0622/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mill-1 ta' Diċembru 2009 il-parlamenti tal-Istati Membri għandhom id-dritt jinnotifikaw il-President tal-Kummissjoni li, skont il-ġudizzju tagħom, att leġiżlattiv tal-UE partikolari mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

  1. Il-Kummissjoni tinsab sodisfatta bil-kwalità konsistenti tar-rispons?
  2. X'strutturi interni tiddisponi minnhom il-Kummissjoni għal opinjonijiet motivati? X'riżorsi (umani) huma disponibbli għall-Kummissjoni f'dan ir-rigward?
  3. X'relazzjonijiet istituzzjonalizzati jeżistu bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) dwar it-trattament ta' mistoqsijiet dwar is-sussidjarjetà?

  Fil-fehma tal-Kummissjoni x'inhu r-rwol tal-awtoritajiet sub-nazzjonali reġjonali u tas-CoR fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà?

  Fir-rigward tan-netwerks għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà fis-CoR, x'possibbiltajiet hemm fil-fehma tal-Kummissjoni għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali li għandhom kompetenza leġiżlattiva?

Imressqa: 4.10.2011

Mgħoddija: 6.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 13.10.2011