Mistoqsija Parlamentari - O-000043/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000043/2013

  Il-kompatibilità tat-trattati bilaterali dwar l-investimenti (BIT) mad-Dritt tal-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000043/2013/rev.1
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Daniel Caspary, Paweł Zalewski
f'isem il-Grupp PPE
David Martin, Bernd Lange
f'isem il-Grupp S&D
Silvana Koch-Mehrin
f'isem il-Grupp ALDE
Helmut Scholz
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Franziska Keller
f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proċedura : 2013/2610(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000043/2013
Testi mressqa :
O-000043/2013 (B7-0120/2013)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, qed jiġi stabbilit bil-mod il-mod qafas leġiżlattiv għall-kompetenza esklussiva tal-UE fil-materja tal-investimenti.

Madankollu hemm għadd ta' kwistjonijiet rigward l-interazzjoni bejn id-dritt tal-UE u l-liġi tal-investiment internazzjonali li għad iridu jiġu indirizzati.

1.  Ġew konklużi 190 BITs bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-BITs għandhom effett diskriminatorju billi l-istandards tagħhom għall-protezzjoni tal-investiment ivarja minn trattat għal trattat, li jfisser li qed jiksru l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, dawn it-trattati jikkonfliġġu mal-monopolju ġurisdizzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fir-rigward tad-dritt tal-UE billi jwasslu għal ġurisprudenza parallela permezz ta' proċeduri differenti ta' arbitraġġ. Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li dawn it-trattati filfatt huma inkompatibbli mad-dritt tal-UE u għandhom jiġu tterminati. Liema passi ħadet il-Kummissjoni biex iġġiegħel lill-Istati Membri jitterminawhom dawn il-BITs?

2.   Fl-2009, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddeċidiet fi tliet każijiet (C-118/07, C-249/06 u C-205/06) li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw it-trasferiment ħieles tal-kapital kisru d-dritt tal-UE billi ma ppermettewx l-applikazzjoni potenzjali tal-miżuri tal-UE dwar il-movimenti tal-kapital. Liema passi ħadet il-Kummissjoni biex tindirizza dan il-kunflitt partikolari fil-BITs kemm eżistenti kif ukoll dawk ġodda konklużi mill-Istati Membri u mill-ftehimiet ġodda ta' investimenti tal-UE?

3.  Ir-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istat twassal għal responsabbiltà finanzjarja tal-UE fil-konfront tal-investituri ta' pajjiżi terzi. Din ir-responsabbiltà finanzjarja ma tistax tkun ġestita kif xieraq jekk l-istandards tal-protezzjon disponibbli għall-ftehimiet ta' investiment jaqbżu b'mod sinifikanti l-limiti tar-responsabbiltà rikonoxxuti fl-Unjoni u fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Kif se tiżgura l-Kummissjoni li l-livell ta’ protezzjoni tal-investiment mogħti minn ftehimiet futuri tal-Unjoni lil investituri barranin ikun l-istess bħal, imma mhux akbar, minn dak mogħti lill-investituri fl-Unjoni mid-dritt tal-UE u mill-prinċipji ġenerali komuni għad-drittijiet tal-Istati Membri?

Imressqa: 17.4.2013

Mgħoddija: 19.4.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 26.4.2013