Mistoqsijiet parlamentari
2 t'Ottubru 2014
O-000069/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Giovanni La Via, Karl-Heinz Florenz, f'isem il-Grupp PPE
Jo Leinen, f'isem il-Grupp S&D
Ian Duncan, f'isem il-Grupp ECR
Gerben-Jan Gerbrandy, f'isem il-Grupp ALDE
Merja Kyllönen, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bas Eickhout, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Valentinas Mazuronis, f'isem il-Grupp EFDD

 Suġġett: Il-Konferenza dwar it-tibdil fil-klima f'Lima (COP 20)

X'azzjoni qiegħed jieħu l-Kunsill biex jiżgura li l-Konferenza COP 20 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Lima qiegħda tagħmel progress sinifikanti:

– fit-tfassil tal-elementi ewlenin tal-ftehim 2015 dwar it-tibdil fil-klima;

– biex jiżdied il-livell ta' ambizzjoni globali minn issa sal-2020 sabiex jinżamm l-objettiv ta' 'taħt iż-2°C'; kif ukoll

– biex tiżdied il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-klima sabiex jinkiseb l-għan konġunt ta' USD 100 biljun fis-sena sal-2020?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 6 t'Ottubru 2014Avviż legali