Mistoqsija Parlamentari - O-000076/2014Mistoqsija Parlamentari
O-000076/2014

L-impjiegi u l-aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000076/2014
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2014/2779(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000076/2014
Testi mressqa :
O-000076/2014 (B8-0035/2014)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mill-2010, l-ammont ta' ċittadini qiegħda jew f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, bħala medja, fl-UE żdied, b'120 miljun Ewropew jgħixu fil-faqar jew f'riskju ta' faqar. Skont previżjonijiet tal-Kummisjoni, jeħtieġ li jkun hemm 16-il miljun ċittadin addizzjonali impjegat biex tintlaħaq ir-rata tal-impjieg ta' 75 % tal-Istrateġija Ewropa 2020. Barra minn dan, qed jiżdiedu d-diverġenzi fir-rati tal-impjieg bejn Stati Membri u bejn ir-reġjuni, biex b'hekk hemm ir-riskju li jinħolqu aktar żbilanċi soċjali fit-tul.

1. Il-Kunsill jemmen li l-kriżi ekonomika, flimkien mal-konsolidazzjoni fiskali, wasslu għat-tnaqqis fl-investiment immirat lejn il-kisba tal-miri tal-impjiegi u l-miri soċjali ta' Ewropa 2020? Jekk dan huwa l-każ, il-Kunsill għandu ħsieb li jżid l-investiment?

2. Il-Kunsill jikkunsidra li t-tabella ta' valutazzjoni tal-impjiegi u soċjali l-ġdida tista' tipprovdi stampa aktar ċara tal-progress tal-Istati Membri jekk tkun miżjuda b'indikaturi addizzjonali? Jekk dan huwa l-każ, liema indikaturi addizzjonali huma meħtieġa?

3. X'ikunu l-effetti jekk il-miri dwar l-impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar isiru vinkolanti bħalma huma dawk tal-konsolidazzjoni fiskali, sabiex il-konsiderazzjonijiet soċjali jitqiegħdu fuq l-istess livell bħal dawk makroekonomiċi?

4. Il-Kunsill jemmen li, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 dwar l-impjiegi, jeħtieġ li jitneħħew l-ostakoli għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi, bħat-tisħiħ tas-suq uniku, it-tnaqqis tal-piż regolatorju tal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet sabiex in-negozji joħolqu l-impjiegi?

5. Il-Kunsill kif biħsiebu jżid il-parteċipazzjoni fuq il-livell tal-Istati Membri tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-NGOs soċjali, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020?