Sistemi ta' innovazzjoni agrikola tal-UE
30.4.2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000045/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nicola Caputo, Jan Huitema, Patricija Šulin, Laurențiu Rebega, Marc Tarabella, Norbert Erdős, José Blanco López, Clara Eugenia Aguilera García, Viorica Dăncilă, Victor Negrescu, Tibor Szanyi, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Angel Dzhambazki, Peter Jahr, Alessia Maria Mosca, Michela Giuffrida, Renata Briano, Iratxe García Pérez, Fredrick Federley, Marit Paulsen, Hilde Vautmans, Jens Rohde, Julie Girling, Momchil Nekov, Michel Dantin, Pavel Poc, Miroslav Poche, Anthea McIntyre, Francesc Gambús, Ivan Jakovčić, Dominique Bilde, Izaskun Bilbao Barandica, Barbara Kappel, Damiano Zoffoli, Philippe De Backer, Renato Soru, Ramon Tremosa i Balcells, Nedzhmi Ali, Paolo De Castro, Jens Gieseke, Brando Benifei, Esther Herranz García, Ulrike Müller, José Inácio Faria, Christel Schaldemose, Ivana Maletić, Rolandas Paksas, Daniel Dalton, Vladimir Urutchev, Angélique Delahaye, Miltiadis Kyrkos, Maria Noichl, Nicola Danti, Igor Šoltes, Albert Deß, Francisco José Millán Mon, Anne Sander, Ivo Vajgl, Giovanni La Via, Daniel Buda, Younous Omarjee, Pina Picierno, Frédérique Ries, Doru-Claudian Frunzulică, Milan Zver, Ricardo Serrão Santos
Hija ta' importanza kritika li s-settur agrikolu tal-UE b'mod proattiv iħaddan l-innovazzjoni jekk irid iżomm il-kompetittività ekonomika tiegħu u jindirizza l-isfidi dwar is-sostenibbiltà.
Il-ħolqien ta' agrikoltura konnessa, li, inter alia, tuża sensers ta' teknoloġija avvanzata sabiex tissorvelja produzzjoni tal-impriżi agrikoli u l-problemi tas-saħħa tal-annimali, toffri kamp għall-iffrankar tul il-katina sħiħa tal-produzzjoni tal-ikel. Dan jinkludi azzjoni lejn l-awtomazzjoni tat-trasport u l-loġistika, li tqarreb il-prodotti tal-biedja lejn il-konsumatur u twassal għal immaniġġjar tal-istokk aktar rapidu u aktar preċiż f'imħażen u fi ħwienet tal-imnut.
Sistemi ta' biedja intelliġenti li jużaw kameras u forom oħra ta' teknoloġija jistgħu jtejbu l-effiċjenza tat-tisqija u jiffrankaw l-ilma. Biedja bi preċiżjoni, li tinvolvi teknoloġiji bbażati fuq id-dejta, inklużi għodod tan-navigazzjoni bis-satellita u l-internet, jistgħu jgħinu lill-bdiewa fl-UE jimmaniġjaw l-għelejjel u jnaqqsu l-użu tal-fertilizzanti u pestiċidi.
Banek ta' żrieragħ fl-UE għandhom rikkezza ta' materjal ġenetiku li jista' jintuża għall-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda.
Sfortunatament, l-evidenza turi li r-rabtiet bejn ir-riċerka, il-bdiewa u l-industrija tal-ikel huma dgħajfa wisq. Wisq opportunitajiet ta' innovazzjoni baqgħu ma ġewx sfruttati u ħafna mill-mistoqsijiet tar-riċerka mis-settur baqgħu ma ġewx imwieġba.
Tista' l-Kummissjoni tispjega kif biħsiebha ssaħħaħ u tippromwovi s-sistemi ta' innovazzjoni agrikola u tagħmilhom aktar aċċessibli għall-bdiewa tal-UE?