Mistoqsija Parlamentari - O-000129/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000129/2016

Il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija, l-omofobija u forom oħra ta' intolleranza;

26.10.2016

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000129/2016
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Catherine Bearder, Sophia in 't Veld, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Anneli Jäätteenmäki, Filiz Hyusmenova, f'isem il-Grupp ALDE
Birgit Sippel, Tanja Fajon, Josef Weidenholzer, Claude Moraes, Sylvie Guillaume, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Soraya Post, Cécile Kashetu Kyenge, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Miltiadis Kyrkos, Emilian Pavel, f'isem il-Grupp S&D
Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán, Kostas Chrysogonos, Kateřina Konečná, Ángela Vallina, Sofia Sakorafa, Merja Kyllönen, Marie-Christine Vergiat, Stelios Kouloglou, Dimitrios Papadimoulis, f'isem il-Grupp GUE/NGL

Fl-1998 ġiet adottata l-Karta tal-Partiti Politiċi Ewropej għal soċjetà mhux razzista. Fl-2008 ġiet adottata Deċiżjoni Qafas dwar il-ġlieda kontra r-Razziżmu u l-Ksenofobija. L-implimentazzjoni ġiet evalwata fl-2014. F'Ġunju 2016, il-Kummissarju Jourová ħabbret il-ħolqien ta' Grupp ta' Livell Għoli dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija, l-omofobija u forom oħra ta' intolleranza, u nediet kodiċi ta' kondotta li ġie ffirmat minn kumpaniji kbar tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Minkejja dan kollu, ir-razziżmu u l-ksenofobija huma mifruxa ħafna, u ħafna drabi jiġu akkumpanjati minn omofobija u forom oħra ta' mibegħda u intolleranza. Kull ma jmur, ir-razziżmu u l-ksenofobija qegħdin jitqajmu wkoll minn partiti politiċi, f'ċertu każijiet anke minn partiti fil-gvern, li jindirizzaw il-kampanji tagħhom kontra l-immigranti, inkluż ċittadini tal-UE minn Stati Membri oħra. Iż-żieda qawwija fid-diskors ta' mibegħda u fir-reati ta' mibegħda wara l-votazzjoni dwar il-Brexit, li saħansitra wasslu għall-qtil ta' resident Pollakk fir-Renju Unit, hija eżempju ta' tħassib kbir ta' din ix-xejra. L-inċitament għall-mibegħda, għall-intolleranza u għall-vjolenza b'hekk qiegħed jitwettaq mill-istess partiti li jmisshom jiġġieldu kontra dan il-fenomenu.

1. Il-Kunsill x'azzjoni beħsiebu jieħu biex jiġġieled kontra r-razziżmu, il-ksenofobija, l-omofobija u forom oħra ta' intolleranza fil-kampanji politiċi?

2. Il-Kunsill x'għodod għandu biex jiġġieled kontra r-razziżmu u l-ksenofobija fil-pajjiżi li fuq il-karta implimentaw id-Deċiżjoni Qafas, iżda mhumiex qegħdin japplikawha fil-prattika, b'hekk qegħdin jonqsu milli jipprovdu protezzjoni kontra d-diskors ta' mibegħda razzist u ksenofobiku u r-reati ta' mibegħda?

3. Il-Kunsill jaqbel li jenħtieġ li d-Deċiżjoni Qafas tiġi aġġornata u msaħħa, inkluż billi tiġi inkluża l-omofobija?