Mistoqsija Parlamentari - O-000006/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000006/2017

Interpellanza minuri - VP/HR - Il-politika Iżraeljana dwar l-insedjamenti

27.1.2017

Interpellanza minuri għal tweġiba bil-miktub O-000006/2017
lill-Kummissjoni (Viċi President / Rappreżentant Għoli)
Artikolu 130a tar-Regoli ta’ Proċedura
Marietje Schaake, Sophia in 't Veld, Kateřina Konečná, Jozo Radoš, Takis Hadjigeorgiou, Ivo Vajgl, Nessa Childers, Stefan Eck, Florent Marcellesi, Alyn Smith, Patrick Le Hyaric, Molly Scott Cato, Izaskun Bilbao Barandica, Afzal Khan, Barbara Spinelli, Alfred Sant, Bodil Valero, Klaus Buchner, Javier Nart, Helmut Scholz, Hilde Vautmans, Brando Benifei, Jill Evans, Jordi Solé, Marita Ulvskog, Olle Ludvigsson, Jytte Guteland, Jens Nilsson, Anna Hedh, Gabriele Zimmer, Martina Anderson, Claude Turmes, Liadh Ní Riada, Matt Carthy, Nils Torvalds, Agnes Jongerius, Georgi Pirinski, Merja Kyllönen, Neoklis Sylikiotis, Ignazio Corrao, Pascal Durand, Malin Björk, Kati Piri, Tania González Peñas, Eva Joly, Martina Michels, Anne-Marie Mineur, Fabio Massimo Castaldo, Marina Albiol Guzmán, Judith Sargentini, Lynn Boylan, Sajjad Karim, Bronis Ropė, Ana Gomes, Miapetra Kumpula-Natri, Eleonora Evi, Gerben-Jan Gerbrandy, Beatriz Becerra Basterrechea, Edouard Martin, Soraya Post, Julie Ward, Michèle Rivasi, Maria Arena

Fl-24 ta' Jannar 2017, il-Gvern Iżraeljan ħabbar li kien se japprova l-bini ta' 2 500 unità residenzjali ġdida fix-Xatt tal-Punent. Dawn il-kostruzzjonijiet huma meqjusa illegali skont id-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, il-ġimgħa li għaddiet tħabbar li kien ġie approvat il-bini ta' mijiet ta' djar ġodda f'Ġerusalemm tal-Lvant (okkupata). Iż-żewġ żviluppi t-tnejn ġew wara r-Riżoluzzjoni 2334 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-23 ta' Diċembru 2016 li kkundannat il-politika Iżraeljana attwali dwar l-insedjamenti.

Il-VP/RGħ kienet konxja minn dawn il-proġetti tal-bini ppjanati, u x'kuntatti kien hemm mal-Gvern Iżraeljan rigward din il-kwistjoni?

Il-VP/RGħ se tikkundanna dawn il-proġetti ta' bini u proġetti futuri oħra min-naħa tal-Iżrael, li huma illegali skont id-dritt internazzjonali u jagħmlu ferm aktar diffiċli li jkun hemm soluzzjoni ta' żewġ stati?

Il-VP/RGħ kif se tiżgura l-koordinazzjoni ma' sħab internazzjonali oħrajn biex tiggarantixxi li jiġi rrispettat id-dritt internazzjonali?