Mistoqsija Parlamentari - O-000029/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000029/2017

Interpellanza maġġuri - Segwitu tal-iskandlu tal-importazzjonijiet ta' laħam Brażiljan

12.4.2017

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000029/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Monika Smolková, Olga Sehnalová, Pavel Poc, Eric Andrieu, Hilde Vautmans, Brian Hayes, Lynn Boylan, Petras Auštrevičius, Karoline Graswander-Hainz, Alfred Sant, Petri Sarvamaa, Momchil Nekov, Bogusław Liberadzki, Marian Harkin, Stanislav Polčák, Boris Zala, Pirkko Ruohonen-Lerner, Matt Carthy, Martina Anderson, Liadh Ní Riada, Branislav Škripek, Bronis Ropė, Anna Záborská, Miroslav Mikolášik, Nessa Childers, Biljana Borzan, Jiří Pospíšil, Luke Ming Flanagan, Dubravka Šuica, Maria Arena, Vladimír Maňka, Ulrike Müller, Kateřina Konečná, Bart Staes, Pál Csáky, József Nagy, Annie Schreijer-Pierik, Norica Nicolai, Davor Škrlec, Martin Häusling, Sirpa Pietikäinen, Ivan Štefanec

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000029/2017
Testi mressqa :
O-000029/2017 (B8-0317/2017)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Matul dawn l-aħħar ġimgħat tfaċċjaw rapporti dwar prattiki kummerċjali illeċiti użati minn xi negozji Brażiiljani tal-ipproċessar tal-laħam. Jidher li l-akbar impjanti tal-ipproċessar tal-laħam, għal ħafna snin, esportaw laħam tal-annimali u tat-tjur ta' kwalità substandard lejn il-bqija tad-dinja. Il-laħam imħassar jingħad li ġie pproċessat bl-użu ta' sustanzi kimiċi, imballat bl-użu tal-kartun u, f'xi każi, anki kien fih traċċi ta' salmonella. Dawn il-prattiki illeċiti kollha jingħad li għaddew mill-aġenziji Brażiljani ta' monitoraġġ mingħajr ħadd ma nduna bħala riżultat ta' korruzzjoni.

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, Vytenis Andriukaitis, fit-3 ta' April 2017 qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha l-ogħla standards ta' sikurezza tal-ikel fid-dinja, u madankollu l-aġenziji nazzjonali ta' monitoraġġ tal-Istati Membri skoprew bosta każi ta' prodotti ta' laħam imħassar jew ta' kwalità substandard li kienu daħlu fis-suq uniku.

Billi l-Kummissarju Andriukaitis ma setax jagħti tweġibiet komprensivi għall-mistoqsijiet li tressqu mill-Kumitat AGRI, għad hemm dubji dwar is-sikurezza tal-prodotti tal-ikel importati fis-suq Ewropew.

1. Il-Kummissjoni kif tista' tiggarantixxi liċ-ċittadini Ewropej li dawn il-prattiki kummerċjali diżonesti fil-katina tal-provvista alimentari mhumiex se jitħallew jerġgħu jseħħu?

2. Peress li l-investigazzjoni dwar il-kumpaniji Brażiljani twettqet matul sentejn, kif jista' jkun li l-aġenziji Ewropej ta' monitoraġġ ma ndunawx b'dawn il-prattiki illegali?

3. Peress li l-produtturi Ewropej huma marbuta bi standards sanitarji saħansitra ogħla, x'se jintalab mill-produtturi Brażiljani fin-negozjati dwar il-ftehim kummerċjali li għaddej bħalissa bejn l-UE u l-Mercosur?