Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000012/2018

Testi mressqa :

O-000012/2018 (B8-0015/2018)

Dibattiti :

PV 02/05/2018 - 30
CRE 02/05/2018 - 30

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
2 ta' Frar 2018
O-000012/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Mairead McGuinness, f'isem il-Grupp PPE

 Suġġett: Nindirizzaw is-sikurezza tal-azjendi agrikoli fl-UE
 Tweġiba 

Id-data l-aktar reċenti mill-Eurostat turi li fl-2015 seħħew 'il fuq minn 500 inċident fatali fl-agrikoltura, fil-forestrija u fis-sajd.

Il-biedja baqgħet professjoni perikoluża minkejja l-azzjonijiet meħuda fil-livell tal-UE biex tiġi indirizzata s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol bħal pereżempju d-Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (89/391/KEE).

In-nuqqas ta’ finanzjament għal skemi ta’ sikurezza għall-azjendi agrikoli ġie kkwotat bħala l-barriera għat-titjib tas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li l-kwistjoni tas-saħħa u l-benessri tal-bdiewa tiġi indirizzata fil-livell tal-UE.

X’azzjoni tista’ tittieħed biex titkejjel l-inċidenza u jitnaqqas il-livell tant għoli li hu inaċċettabbli ta’ inċidenti u mwiet fuq l-azjendi agrikoli Ewropej?

Hi l-Kummissjoni qed tara l-ħtieġa li fl-Unjoni Ewropea kollha tintefa' attenzjoni kkonċentrata fuq il-kwistjoni tal-inċidenti li jseħħu fl-azjendi agrikoli u fuq is-sikurezza tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari billi jiddaħħlu opzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jiffinanzjaw skemi ta’ sikurezza għall-azjendi agrikoli fil-kuntest tar-riforma li jmiss tal-PAK?

Hi l-Kummissjoni tinsab imħassba li d-dħul baxx tal-azjendi agrikoli u l-pressjoni bla waqfien fuq il-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel jistgħu jikkontribwixxu għal livell inaċċettabbli ta’ inċidenti fl-azjendi agrikoli?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Frar 2018Avviż legali