Mistoqsija Parlamentari - O-000030/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000030/2018

VP/HR - Liġi dwar l-esproprjazzjoni ta' art mingħajr kumpens fir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

14.3.2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000030/2018
lill-Kummissjoni (Viċi President / Rappreżentant Għoli)
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Angel Dzhambazki, Charles Tannock, f'isem il-Grupp ECR

Żvilupp inkwetanti ħafna għall-futur tal-pajjiż seħħ fis-27 ta' Frar 2018 meta l-Parlament tal-Afrika t'Isfel għadda mozzjoni biex titħaffef ir-ridistribuzzjoni ta' art permezz ta' esproprjazzjoni mingħajr kumpens. Din il-mozzjoni ġiet fi żmien meta d-dibattitu dwar ir-riforma tal-artijiet fl-Afrika t'Isfel huwa importanti aktar minn qatt qabel. Il-mozzjoni ġiet adottata b'maġġoranza fil-Parlament u diġà qiegħda toħloq inċertezza u diviżjoni fil-pajjiż.

Barra minn hekk, din il-leġiżlazzjoni hija fi ksur dirett tal-Artikolu 25 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel. Jeżisti l-periklu reali li l-Kumitat ta' Rieżami Kostituzzjonali ser isolvi l-kwistjoni billi jemenda l-Kostituzzjoni, minħabba l-pressjoni politika mill-Parlament.

X'inhi l-fehma tal-VP/RGħ dwar il-leġiżlazzjoni adottata dan l-aħħar fl-Afrika t'Isfel?

Il-VP/RGħ tqis li din il-leġiżlazzjoni hija ksur tal-Artikolu 17 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU?

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza