9. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Crescenzio Rivellini informa li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma kienx ħadem għas-6 votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet tat-8 ta' Ottubru 2009 u għal 23 votazzjoni mill-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet tat-22 ta' Ottubru 2009.
Elżbieta Katarzyna Łukacijewska informat li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma kienx ħadem għall-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar ir-riżoluzzjoni tar-rapport László Surján (A7-0038/2009) u dwar ir-riżoluzzjoni tar-rapport Claude Moraes ( A7-0040/2009).