Mistoqsija Parlamentari - H-0267/2009Mistoqsija Parlamentari
H-0267/2009

Il-Patt ta' Stabilità u Żvilupp

MISTOQSIJA ORALI H-0267/09
għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Settembru 2009
skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Rodi Kratsa-Tsagaropoulou
lill-Kunsill

F’Ġunju, il-Kunsill Ewropew kkonferma l-impenn tiegħu favur finanzi pubbliċi b’saħħithom u l-Patt ta’ Stabilità u Żvilupp. Madankollu, sa tmiem is-sena, madwar 20 Stat Membru huma mistennija li jkunu suġġetti għall-proċedura ta' defiċit eċċessiv. X’inizjattivi se tieħu l-Presidenza biex tilħaq l-għan tagħha ta’ implimentazzjoni korretta u responsabbli tal-Patt ta’ Stabilità u s’issa fejn identifikat id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni korretta tal-Patt ta’ Stabilità? Tikkunsidra li l-kriżi teħtieġ reviżjoni ġdida tal-Patt jew ir-riforma li kienet adottata fl-2005 hi suffiċjenti sabiex il-Patt ikun rispettat u effettiv meta jitqiesu l-kundizzjonijiet attwali?  Liema strateġija ta’ ħruġ u ta’ tnaqqis tad-defiċit pubbliku tippreferi u liema hi l-iskeda ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija? Tikkunsidra li l-2010 għandha tkun sena ta’ tisħiħ u ta’ dixxiplina fiskali jew li jeħtieġ jinżamm ammont ta’ flessibilità fil-finanzi pubbliċi, partikolarment minħabba l-previżjonijiet ta’ tnaqqis tal-impjiegi?

 

 

Imressqa: 27.07.2009

el