Mistoqsija Parlamentari - H-000154/2011Mistoqsija Parlamentari
H-000154/2011

Previżjoni ta' fondi fl-abbozz il-ġdid tal-baġit għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ

Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet H-000154/2011
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : Mejju 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Georgios Papanikolaou (PPE)

Fil-qafas tal-inizjattiva ewlenija “aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi” qed jiġi enfasizzat li, minħabba l-kriżi, ir-rata tal-impjiegi niżlet taħt id-69%, filwaqt li r-rata tal-qgħad telgħet għal 10%. Meta wieħed jassumi li s-suq tax-xogħol se jistabbilizza ruħu fl-2010-2011, il-kisba ta’ rata ta’ impjiegi ta’ 75% sal-2020 teħtieġ żieda medja ta’ ftit aktar minn 1% kull sena. Fl-istess ħin, il-qgħad fost iż-żgħażagħ sal-25 sena ta’ età jammonta għal kważi 20%, filwaqt li l-kriżi persistenti pjuttost se twassal għal tnaqqis ulterjuri fl-impjiegi, aktar milli għat-tkabbir mixtieq bir-rata ta’ impjiegi ta’ 1%.

Kif, u b’liema previżjoni ta’ fondi fl-abbozz tal-baġit il-Kummissjoni se tipprova tikseb sas-sena li ġejja l-objettiv ta’ żieda medja ta’ 1% fl-impjiegi fl-UE?

Il-Kummissjoni taħseb li t-tnaqqis propost tal-fondi tal-baġit tas-sena li ġejja se jkollu impatt negattiv fuq l-ammonti allokati għall-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u l-promozzjoni tal-impjiegi fl-UE b’mod ġenerali?

Imressqa: 22.3.2011

el