Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Schengen
19.5.2011
Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet H-000216/2011
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : Ġunju 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Maria Eleni Koppa (S&D)
Il-ħolqien taż-żona Schengen mingħajr fruntieri interni flimkien mal-moviment liberu taċ-ċittadini Ewropej huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jirrappreżenta l-pilastru li jerfa' l-kostruzzjoni Ewropea. Ir-ritorn għall-kontrolli mal-fruntieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea ma jikkostitwixxix is-soluzzjoni tal-immigrazzjoni. Din tkun miżura li tagħmel diffiċli l-ħajja taċ-ċittadini Ewropej u tirrappreżenta ritorn għan-nazzjonalizzazzjoni.
Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew li skont dan il-libertà tal-moviment forsi hija l-aspett tal-Unjoni Ewropea li l-aktar togħġob lill-Ewropej, tista' l-Kummissjoni tgħarraf x'pożizzjoni se tadotta fil-konfront tad-Danimarka wara d-deċiżjoni reċenti tagħha li terġa' ddaħħal il-kontrolli mal-fruntieri? Hija disposta tadotta provvedimenti ulterjuri li jsaħħu aktar il-fruntieri esterni tal-UE? Se tipproċedi b'reviżjoni tal-prinċipju tal-kompetenza esklużiva tal-Istat tal-ewwel dħul illegali?
Imressqa: 19.5.2011
el