RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

27.3.2006 - (N6-0009/2005 – C6‑0166/2005 – 2005/2114(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Umberto Guidoni

Proċedura : 2005/2114(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0101/2006
Testi mressqa :
A6-0101/2006
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (N6-0009/2005 – C6 0166/2005 – 2005/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004[1],

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija[2],

–    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 - C6 -0093/2006),

–    wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini[4], b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

1. Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2. Jagħmel l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (N6-0009/2005 – C6 0166/2005 – 2005/2114 (DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004[6],

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija[7],

–    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 - C6 -0093/2006),

–    wara li kkunsidra t-Trattat tKE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini[9], b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

1. Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-snin finanzjarji 2004 u 2003;

Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (f'EUR 1000)

 

 

2004

2003

Dħul

 

 

 

Dħul minn drittijiet relatati ma' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

 

68412

58 657

Sussidji tal-Kummissjoni inklużi sussidji riċevuti mingħand iz-ZEE

 

20 529

19 786

Sussidju tal-Komunità għal mediċini orfni

 

4 026

2 814

Kontribuzzjonijiet għal programmi tal-Komunità

 

0

1 208

Dħul ta' l-Amministrazzjoni

 

1 973

1 703

Dħul varju

 

1 473

1 788

 

Total (a)

96 413

85 956

Nefqa (1)

 

 

 

Spiża ta' l-Istaff

 

34 333

29 663

Spiża ta' l-Amministrazzjoni

 

11 224

10 835

Spiża ta' l-Operat

 

38 573

32 838

Deprezzament

 

3 650

2 364

Nefqa oħra

 

280

0

 

Total (b)

88 060

75 700

 

Bilanċ favorevoli minn attivitajiet ta' l-operat (c = a - b)

8 353

10 256

 

Operat finanzjarju (e)

1 160

676

 

Riżultat ekonomiku (f = c + e)

9513

10 932

(1) Il-parti ta' l-approprijazzjonijiet trasferiti li trid titqies bħala nefqa għas-sena finanzjarja ġiet evalwata fuq bażi ġenerali aktar milli fuq il-bażi ta' eżaminazzjoni ta' tranżazzjonijiet individwali.

2. Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (N6-0009/2005 – C6 0166/2005 – 2005/2114 (DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004[11],

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija[12],

–    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 - C6 -0093/2006),

–    wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[13], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini[14], b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

A.  billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kellha assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min jorbot fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi, meta kkunsidrati fis-sħuħija tagħhom, kienu legali u regolari,

B. billi l-Qorti ta' l-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riservi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorita Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel,

1. Ifakkar li, skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament jagħti kwittanza għat-twettiq tal-baġit lill-organizzazzjonijiet stabbiliti mill-Komunitajiet, liema organizzazzjonijiet huma ta' karattru etiku u li jibbenefikaw minn għajnuniet mill-baġit; madankollu, josserva li dawn l-organizzazzjonijiet kollha m'humiex totalment, u l-anqas parzjalment, iffinanzjati minn sussidji mill-baġit; jenfasizza li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament ta' dawn l-organizzazzjonijiet mill-baġit, u kemm għall-finanzjament tagħhom barra mill-baġit; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn l-organizzazzjonijiet maħluqa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-utilizzazzjoni ta' fondi li jkunu ġejjin minn fondi barra mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jibbenefikawx minn sussidji mill-baġit, m'humiex obbligati li jagħmlu hekk; jisħaq fuq il-prinċipju li l-aġenziji Komunitarji kollha, kemm jekk huma ssussidjati kif ukoll jekk m'humiex, għandhom jitressqu quddiem il-Parlament għall-kwittanza tagħhom - anke fil-każijiet fejn tista' tintervjeni awtorità oħra ta' kwittanza bis-saħħa tat-test kostituttiv tagħhom - u minn dan jasal għall-konklużjoni li din hi raġuni għaliex għandhom jiġu rriveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2. Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri, li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tas-setgħat, tar-responsabilitajiet, tat-tmexxija, tar-riżorsi, tas-servizzi pprovduti u ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija; jinnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Aġenzija; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3. Jinsisti li minbarra li jonfqu l-flus b'mod tajjeb, l-aġenziji għandhom ukoll jagħmlu minn kollox biex jonfqu l-flus b'mod kemm jista' jkun effiċjenti u effettiv; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibilita li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu analiżi tal-preżentazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin: ix-xogħol ripetut fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri mfassla biex itejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri tal-Komunità għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha ta' reklutaġġ, ta' taħriġ u ta' l-għoti ta' responsabilitajiet;

4. Jinnota li l-aġenziji tal-Komunità mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; jirrimarka li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa b'dan permezz tal-metodi xierqa biex jispjegaw kemm ikun hemm bżonn ir-raġunijiet għalfejn jeżistu dawn l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni għal dan il-għan permezz tal-metodi li tħoss li huma neċessarji;

5. Jinnota l-fatt li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa l-istrutturi u l-arranġamenti għall-operat ta' l-aġenziji tal-Komunità f'ħafna modi, u li diversi aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dawn l-effetti fir-rapporti ta' ħidma tagħhom, filwaqt li jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministraturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regolatorji meħtieġa;

6. Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod li bih jiġu ppreżentati r-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati-ġenerali tagħha; jitlob għal trattament simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunità, li jvarjaw b'mod sinifikanti f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex turi lill-aġenziji tal-Komunità t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jridu jippreżentaw;

7. Jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-kuntratti konklużi mal-banek ilhom fis-seħħ aktar minn ħames snin, bi ksur tar-regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija li jimplimenta r-regoli, li jeżiġi li ssir sejħa għall-offerti ġdida ta' l-anqas kull ħames snin; jinnota r-risposta ta' l-Aġenzija, li tispjega r-raġunijiet għad-dewmien biex titnieda sejħa għal offerti, u li tfassal il-benefiċċji miksubin permezz ta' negozjati diretti mal-bank, u ser iżomm dan f'moħħu meta jkun qed jikkunsidra r-reviżjonijiet għar-Regolament Finanzjarju;

8. Jinnota li l-implimentazzjoni kemm tal-baġit operattiv u kif ukoll ta' dak amministrattiv fl-2004 kienet aktar baxxa milli fl-2003; huwa kuntent ħafna bl-implimentazzjoni sħiħa tal-linja tal-baġit tal-Mediċini Orfni;

9. Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-farmaċewtiċi, li kienet ġiet adottata fl-2004, kellha impatt konsiderevoli fuq il-ħidma u l-istrutturi ta' l-immaniġġjar ta' l-Aġenzija; jifraħ lill-Aġenzija talli adattat ruħha b’suċċess għall-ambjent regolatorju l-ġdid;

10. Jinnota illi l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema ta' rrappurtar dwar farmakoviġilanza fuq livell Ewropew ('database' EudraVigilance) kienet bil-mod aktar milli mistenni; madankollu, huwa sodisfatt bit-taħbira riċenti tad-Direttur Eżekuttiv li s-sitwazzjoni tjiebet sustanzjalment fl-2005;

11. Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb il-kuntatti ma' l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur sabiex titqajjem kuxjenza aħjar fir-rigward ta' prodotti tossiċi u li jistgħu jagħmlu l-ħsara li jinsabu fi prodotti mediċinali; jenfasizza d-dmir ta' l-Aġenzija biex taġixxi fl-interess pubbliku;

12. Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-aktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

13. Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni aktar effettiva, tevita x-xogħol doppju u tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-aktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit.

  • [1]  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.
  • [2]  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.
  • [3]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [4]  ĠU L 136, 30.4.2004, p.1.
  • [5]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p.3).
  • [6]  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.
  • [7]  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.
  • [8]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [9]  ĠU L 136, 30.4.2004, p.1.
  • [10]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p.3).
  • [11]  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.
  • [12]  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.
  • [13]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [14]  ĠU L 136, 30.4.2004, p.1.
  • [15]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p.3).

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TA' L-IKEL

for the Committee on Budgetary Control

on the discharge for implementation of the budget of the European Medicines Agency for the financial year 2004
(N6-0009/2005 - C6-0166/2005 - 2005/2114(DEC))

Draftswoman: Jutta D. Haug

SUĠĠERIMENTI

The Committee on the Environment, Public Health and Food Safety calls on the Committee on Budgetary Control, as the committee responsible, to incorporate the following suggestions in its motion for a resolution:

1. Notes that the implementation of both the operating and administrative budget was lower in 2004 than in 2003; is very pleased with the full implementation of the Orphan Drugs budget line;

2. Points out that the new pharmaceuticals legislation, which was adopted in 2004, had a considerable impact on the Agency's work and management structures; congratulates the Agency on its successful adaptation to the new regulatory environment;

3. Notes that the implementation by Member States of the European-wide pharmacovigilance reporting system (EudraVigilance database) was slower than expected; is, however, satisfied with the recent announcement by the Executive Director that the situation has substantially improved during 2005;

4. On the basis of the data available, is of the opinion that the Executive Director of the European Medicines Agency can be granted discharge in respect of the implementation of the budget of the EMEA for the financial year 2004.

ANNESS

(Mio EUR)

Budget
Line

Heading

Total commitment appropriations (initial 2004 budget, supplementary and amendment budgets and transfers, additional appropriations, incl. carry-overs from 2003, reuse of revenue etc.)

Committed

%

Total payment appropriations

(initial 2004 budget, supplementary and amendment budgets and transfers, additional appropriations, incl. carry-overs from 2003, reuse of revenue etc.)

Outturn

%

02 04 02 01

EMEA - Subsidy under titles 1 and 2

11.028

8.942

81.1

11.028

8.947

81.1

02 04 02 02

EMEA - Subsidy under title 3

18.247

16.094

88.2

18.144

16.100

88.7

02 04 02 03

Special contribution for orphan drugs

4.076

4.076

100

4.076

4.076

100

PROĊEDURA

Titolu

Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

Numru tal-proċedura

2005/2114(DEC)

Kumitat responsabbli

CONT

Opinjoni minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI
19.1.2006

'Rapporteur' ta' opinjoni
  Data tal-ħatra

Jutta D. Haug (PSE)21.7.2005

'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti

 

Diskussjoni fil-kumitat

24.1.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.2.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46
0
0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Liam Aylward, Johannes Blokland, John Bowis, Frederika Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Bairbre de Brún, Avril Doyle, Jillian Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Milan Gaľa, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Marios Matsakis, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Karin Scheele, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Jonas Sjöstedt, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

María del Pilar Ayuso González, Christofer Fjellner, Jutta D. Haug, Erna Hennicot-Schoepges, Jiří Maštálka, Miroslav Mikolášik

Sostituti(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Angel Martínez Martínez

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

PROĊEDURA

Titolu

Kwittanza għas-Sena 2004 - Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

Referenzi

N6-0009/2005 – C6‑0166/2005 – 2005/2114(DEC)

Bażi legali

Artikolu 276 KE

Bażi fir-Regoli ta' Proċedura

Artikolu 71 u Anness V

Pubblikazzjoni fil-ĠU tal-kontijiet annwali finali ta' l-aġenzija

ĠU C 269, 28.10.2005

Pubblikazzjoni fil-ĠU tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri

ĠU C 332, 28.12.2005

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill:      Data meta ntbagħtet

5972/2006 - C6-0093/200614.3.2006

Kumitat responsabbli
  Data ta' referenza

CONT
19.1.2006

Kumitati mitlubin jagħtu opinjoni
  Data ta' referenza

ENVI
19.1.2006

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Umberto Guidoni
20.4.2005

Diskussjoni fil-kumitat

22.2.2006

21.3.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2006

Riżultat tal-votazzjoni:

 

Proposta għal deċiżjoni dwar il-kwittanza

favur: 18

kontra: 1

astensjonijiet: 0

Proposta għal deċiżjoni dwar l-għeluq tal-kontijiet

favur: 18

kontra: 1

astensjonijiet: 0

Mozzjoni għal riżoluzzjoni bil-kummenti

favur: 19

kontra: 1

astensjonijiet: 0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Bösch, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Petr Duchoň, James Elles, Szabolcs Fazakas, Markus Ferber, Christofer Fjellner, Umberto Guidoni, Dan Jørgensen, Ona Juknevičienė, Nils Lundgren, Hans-Peter Martin, Edith Mastenbroek, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes, Margarita Starkevičiūtė, Kyösti Virrankoski, Terence Wynn

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Mote, Paul Rübig

Sostituti skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

27.3.2006

 

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)