RAPPORT dwar il-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Euro-Mediterranja

20.12.2006 - (2006/2173(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Kader Arif

Proċedura : 2006/2173(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0468/2006

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Euro-Mediterranja

(2006/2173(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Barċellona tat-28 ta' Novembru 1995, li tistabbilixxi sħubija bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, (SEMC), kif ukoll il-programm ta' ħidma adottat f'din il-konferenza,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2006 dwar il-Proċess ta' Barċellona kif emendat[1],

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament bit-titolu "l-Għaxar anniversarju mis-sħubija Euro-Mediterranja: programm ta' ħidma li jwieġeb għall-isfidi tal-ħames snin li ġejjin" COM(2005)0139) u l-annessi tiegħu ta' l-14 ta' April 2005 (SEC(2005)0482 u SEC(2005)0483),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament ta' l-11 ta' Marzu 2003,bit-titolu "It-Tkabbir ta' l-Ewropa - Viċinanza: qafas ġdid għar-relazzjonijiet mal-ġirien tal-Lvant u n-Nofsinhar tagħna" (COM(2003)0104), id-dokument ta' orjentazzjoni tiegħu dwar il-politika Ewropea tal-Viċinat (PEV)(COM(2004)0373), il-proposta tiegħu dwar il-ħolqien ta' Strument Ewropew għall-Viċinanza u għas-Sħubija (IEVP) (COM(2004)0628), il-komunikazzjoni tiegħu lill-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2004 dwar il-proposti tiegħu favur il-pjanijiet ta' azzjoni fil-qafas tal-PEV (COM(2004)0795) u l-pjanijiet ta' azzjoni għall-Iżrael, il-Ġordan, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, it-Tuniżija u l-Libanu,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-konferenzi ministerjali Ewro-Mediterranji u tal-konferenzi ministerjali settorjali li ltaqgħu wara l-bidu tal-Proċess ta' Barċellona, speċjalment il-konklużjonijiet tas-VII Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin li ltaqgħet ġewwa l-Lussemburgu fit-30 u l-31 ta' Mejju 2005,

–   wara li kkunsidra il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-KE u l-Istati Membri tagħhom u t-Tuniżija[2], l-Iżrael[3], il-Marokk[4], il-Ġordan[5], l-Eġittu[6], il-Libanu[7] u l-Alġerija[8] u l-Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranja dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-KE u l-PLO (għall-benefiċċju ta' l-Awtorita Palestinjana)[9]; wara li kkunsidra d-deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta' l-Unjoni Doganali (96/142/KE)[10]

–   wara li kkunsidra l-iskambju ħieles, magħruf bħala l-Ftehima ta' Agadir, iffirmata fil-25 ta' Novembru 2004 mill-Ġordan, l-Eġittu, it-Tuniżija u l-Marokk,

–   wara li kkunsidra s-sħubija strateġika għal Mediterran u l-Lvant Nofsani li l-Kunsill Ewropew adotta f'Ġunju 2004,

–   wara li kkunsidra il-karta dwar l-istrateġija reġjonali tas-sħubija MEDA Ewro-Mediterranja 2002-2006 u l-programm indikattiv reġjonali 2005-2006,

–   wara li kkunsidra l-istudju dwar l-impatt ta' sostenibiltà taz-zona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja (FTA) ippreparat mill-Istitut għall-Politika u għat-Tmexxija ta' l-Iżvilupp ta' l-Università ta' Manchester,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 1995 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran[11],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Marzu 2000 dwar il-politika Mediterranja[12],

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet (inkluż il-programm ta' ħidma għal ħames snin ippreparat mill-Kummissjoni) tas-Samit ta' Barċellona tas-27 u t-28 ta' Novembru 2005,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-11 ta' Mejju 2006 tal-Kumitat ekonomiku, finanzjarju, għall-Affarijiet Soċjali u għall-Edukazzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) dwar il-kundizzjonijiet għat-Trasformazzjoni tal-Faċilità Ewro-Mediterranja għall-Investimenti u għas-Sħubija (FEMIP) fil-Bank Ewro-Mediterranju għall-Investiment u l-Iżvilupp,

–   wara li kkunsidra x-xogħolijiet ta' l-EMPA,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2004 dwar il-proposta għar-Regolament tal-Kunsill relatat mal-miżuri finanzjarji u tekniċi ta' akkumpanjament (MEDA) għar-riforma ta' l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja (verżjoni Kodifikata)[13],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0468/2006),

A. billi l-Konferenza ta' Barċellona tas-27 u t-28 ta' Novembru 1995 tat bidu għal proġett ambizzjuż ħafna u uniku fil-qasam tiegħu: il-ħolqien ta' konnessjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali ġodda u aktar stretti bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Mediterran; u li dan il-proġett ippermetta progress importanti fir-reġjun iżda li għadu 'l bogħod biex jintemm,

B.  billi l-kundizzjonijiet politiċi (il-Ftehimiet ta' Oslo) li ffaċilitaw il-bidu tal-Proċess ta' Barċellona issa nbidlu radikalment, u billi l-prospett għall-kisba tal-paċi fil-Lvant Nofsani huwa aktar inċert minn qatt qabel,

C. billi huwa fl-interess ta' l-UE u l-Istati Membri li r-reġjun tal-Mediterran għandu jiżviluppa f'ambjent ekonomiku u soċjali reċiprokament integrat u ta' benefiċċju,

D. billi t-tkabbir demografiku qawwi tal-SEMCs jinneċessita l-introduzzjoni ta' politiki u miżuri ekonomiċi u soċjali, li ma jistgħux jistennew aktar,

E.  billi huwa fl-interess ta' l-SEMC u l-UE li jnaqqsu r-rati ta' diżokkupazzjoni fir-reġjun, u li joffru lill-popolazzjonijiet konċernati, u b'mod partikulari liż-żgħażagħ u lill-popolazzjoni rurali, prospetti deċenti, meta tqis li 35 miljun impjieg ġdid irid jinħoloq bejn l-2000 u l-2015 sabiex ir-rati ta' diżokkupazzjoni jibqgħu kif inhuma bħalissa,

F.  billi l-ekonomiji ta' l-SEMC jiddependu ħafna fuq il-kummerċ barrani u billi l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet totali jitilgħu għal żewġ terzi tal-PGD tagħhom; billi proporzjon sostanzjali ta' dawn il-flussi kummerċali huma lejn l-UE, għalkemm dawn jitilgħu biss għal 4% tal-kummerċ barrani ta' l-UE, billi l-istrutturi ta' esportazzjoni ta' l-SEMCs huma dgħajfa fid-diversifikazzjoni u dawn il-pajjiżi jibqgħu speċjalizzati f'setturi li ma tantx iwasslu għat-tkabbir,

G. billi, meta mqabbla ma' zoni ekonomiċi oħra, b'mod partikulari fil-pajjiżi ta' l-Asja tax-Xlokk, l-SEMCs tilfu pożizzjonijiet importanti mil-lat ta' kompetittivita relattiva, żvilupp industrijali u prospettivi għal żvilupp soċjali, u li mill-1980 'l hawn, il-kwota ta' l-SEMCs fil-kummerċ dinji naqas sensibilment, minkejja żieda ekonomika relattivament sostenuta; billi din l-evoluzzjoni għandu tkun sors ta' tħassib għall-UE u l-politika tagħha tal-viċinat, speċjalment fid-dawl ta' l-effetti fuq l-istabbilita soċjali u politika fil-fruntieri tagħha,

H. billi fil-pjan kummerċjali, l-istruttura kummerċjali bejn l-UE u l-SEMCs ftit li xejn żviluppat wara l-bidu tal-proċess ta' Barċellona u billi l-firma ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni għadha ma produċietx ir-riżultati kollha mistennija,

I.   billi hemm bżonn ta' FTA biex jiġi eliminat il-faqar, ikun hemm impjieg total, tissaħħaħ id-demokrazija u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli; billi din l-FTA għandha tkun ibbażata fuq regoli ekwilibrati u b'objettivi ċari, li huma essenzjali sabiex iqawwu l-integrazzjoni ta' l-SEMCs fil-kummerċ internazzjonali, jiżguraw li d-diversifikazzjoni ekonomika tagħhom tilħaq l-isfidi tal-globalizzazzjoni u jiżguraw tqassim ġust tal-benefiċċji tagħha,

J.   billi koperazzjoni ekonomika akbar fir-reġjun Mediterran toffri prospetti pożittivi wkoll għall-ekonomiji ta' l-Istati Membri ta' l-Ewropa tan-Nofsinhar u, b'hekk ikun hemm integrazzjoni aktar profonda fis-suq waħdieni ta' l-UE,

K. billi ż-żewġt ixtut tal-Mediterran jkomplu jkunu karatterizzati minn asimetrija ekonomika, soċjali u demografika, u billi hemm differenzi importanti f'termini ta' l-iżvilupp eżistenti bejn l-SEMCs,

L. billi l-frammentazzjoni persistenti politika u ekonomika ta' l-SEMCs u n-nuqqas ta' proċess ġenwin ta' integrazzjoni jistgħu jkollhom effetti ta' ħsara kbira fuq il-programm ta' Barċellona, u, b'mod partikulari, fuq il-ħolqien ta' l-FTA, billi jħarrxu l-effetti tal-konċentrazzjoni kummerċali, u b'hekk id-dipendenza wkoll ta' ċerti SEMCs fuq is-suq ta' l-UE,

M. billi l-ħolqien ta' FTA jista' jkollu effetti li huma ġeneralment pożittivi fuq perjodu twil, iżda jista' jkollu ukoll effetti ħżien fuq perjodu ta' żmien qasir jew medju fuq il-pajjiżi tal-Mediterran ta' l-UE u fuq l-SEMCs,

N. billi huwa fl-interess komuni li jiġu introdotti miżuri effettivi sabiex itaffu u jipprevjenu, għar-reġjuni u l-pajjiżi li jkunu affettwati, l-effetti negattivi tal-liberalizzazzjoni li qed isseħħ,

O. billi, minħabba l-pass mgħaġġel tal-bidla fis-soċjetajiet tagħna bbażati fuq il-kompjuter, l-SEMCs għandhom jgħaġġlu l-isforzi tagħhom, kemm b'mod kwantitattivi kif ukoll kwalitattiv, fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknoloġika, bil-ħsieb li titnaqqas id-diviżjoni teknoloġika li tisseparahom mill-pajjiżi żviluppati ħafna f'din iz-zona, u għalhekk eventwalment dan jippermettilhom tkabbir ekonomiku aktar sostenut u sostenibbli,

P.  billi l-SEMCs għamlu progress mhux ħażin fil-qasam ta' l-edukazzjoni primarja, li naqqas ħafna l-livell tagħhom ta' illitteriżmu, li madankollu xorta jibqa' għoli f'ċertu pajjiżi f'dan ir-reġjun; billi l-aċċess għall-edukazzjoni għolja u ta' livell universitarju huwa limitat għal proporzjon żgħir tal-popolazzjoni u billi s-sistema ta' l-iskola għad m'għandhiex il-kapaċita li tħarreġ staff professjonali jew tekniku ta' livell għoli sabiex toħloq bilanċ reali bejn il-provvista u t-talba fis-suq tax-xogħol,

Q. billi, flimkien mal-proċess imfassal biex tinħoloq zona ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-SEMCs, l-SEMCs għandhom ineħħu l-ostakoli politiċi u ekonomiċi li bħalissa qed jostokolawlhom il-proċess ta' integrazzjoni fiz-zona kollha sabiex ikunu jistgħu jiksbu kollaborazzjoni bejniethom li tista' tagħti aktar frott,

Impuls ġdid lill-proċess ta' Barċellona

1.  Jiddispjaċih li t-tliet objettivi prinċipali ta' Barċellona (definizzjoni ta' spazju komuni ta' paċi u stabbiltà; il-ħolqien ta' zona ta' prosperità komuni permezz ta' sħubija ekonomika u il-ħolqien ta' FTA; il-koperazzjoni fl-oqsma soċjali kulturali u umani li jiffavorixxu d-djalogu tal-kulturi fir-reġjun) għadhom lura milli jkunu milħuqa;

2.  Ifakkar li dawn il-tliet objettivi għandhom bżonn jiżviluppaw flimkien sabiex jiggarantixxu l-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja kif ukoll it-tnaqqis ta' l-ispazju ta' l-iżvilupp bejn iż-żewġt ixtut tal-Mediterran;

3.   Jenfasizza li t-tisħiħ tal-proċess ta' Barċellona jgħin sabiex jinxterrdu valuri Ewropej u l-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew; ifakkar li dan il-proċess ġie qabel inizjattivi reġjonali aktar riċenti u li dan kiseb natura aktar istituzzjonali; jenfasizza l-importanza ta' din l-inizjattiva bħala fattur għal stabbilita u l-promozzjoni ta' djalogu;

4.   Jenfasizza li s-suċċess tal-proċess ta' Barċellona, u b'mod partikulari tal-FTA, jirrikjedi sforz sostenut u konverġenti mill-partijiet kollha, u involviment akbar tas-soċjeta ċivili u tal-poplu fuq kull naħa tal-Mediterran;

5.  Jinsisti fuq definizzjoni aktar ċara ta' l-objettivi ta' l-ENP, li mingħajr ma jitwarrbu l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, m'għandix iddgħajjef il-proċess ta' Barċellona u lanqas tagħti vantaġġ lill-approċċi bilaterali għad-detriment ta' approċċ multilaterali reġjonali; jikkunsidra li użu aktar effettiv ta' l-ENPI għal proġetti reġjonali jagħmilha aktar possibbli li titjieb is-sitwazzjoni bil-ħsieb li tkun promossa zona ekonomika reġjonali aktar integrata ġenwinament; huwa ta' l-opinjoni filwaqt li jiffavorixxi l-koperazzjoni msaħħa ma' l-imsieħba l-aktar avvanzati u rigward il-karatteristiċi politiċi, kulturali, reliġjużi u soċjali tagħhom, li l-SEMCs għandhom ikomplu jkunu kkunsidrati bħala entità waħda sħiħa;

6.  Jemmen li, filwaqt li jitkompla jintwera approċċ pożittiv, id-data ta' l-2010 għat-twaqqif ta' l-FTA probabbilment ser ikollha tiġi riveduta minħabba d-dewmien akkumulat u l-problemi ffaċċati, sabiex jitqiesu l-ħafna bidliet strutturali fl-ekonomija dinjija mill-1995 u l-bżonn għal approċċ aktar kawt lejn kummerċ ħieles fost imsieħba mhux ugwali, jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri ta' l-UE u l-SEMCs sabiex iniedu mill-ġdid il-Proċess ta' Barċellona billi tingħata prijorita lit-twaqqif ta' zona soċjo-ekonomika Ewro-Mediterranja li tinkorpora ħafna aktar aspetti soċjali u ambjentali fil-parti ekonomika tas-sħubija.

7.  Jitlob lill-SEMCs biex ma jitilfux l-opportunita għal tkabbir sostenibbli li jippermettilhom li jirrispondu aħjar għall-bżonnijiet li dejjem qed jiżdiedu taċ-ċittadini tagħhom u għall-bżonn li jintlaħqu b'mod aktar effettiv l-isfidi tal-globalizzazzjoni;

8.  Jiddispjaċih li, għalkemm ma kinetx negliġibbli, l-assistenza teknika u finanzjarja mogħtija mill-UE ma kinetx biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi u l-ambizzjonijiet ta' Barċellona, b'mod partikulari rigward il-kapitli soċjo-kulturali tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona u l-appoġġ għal ekonomiji lokali;

9.  Jemmen li l-FTA se tkun tista' toffri opportunita ġenwina għat-tkabbir għall-SEMCs biss jekk din tkun ippjanata fuq bażi konċertata u gradwali fil-kuntest ta' sħubija razzjonali u prevedibbli li tirrifletti r-realtajiet soċjo-ekonomiċi ta' l-SEMCs u tippromwovi żvilupp ekonomiku u integrazzjoni reġjonali aktar profonda; jenfasizza l-importanza ta' parteċipazzjoni akbar mill-pajjiżi msieħba u ta' l-inċentiv li huwa provdut minn sħubija; ifakkar li l-pussess ta' l-objettivi tas-sħubija japplika għaż-żewġt ixtut tal-Mediterran; jenfasizza l-ħtieġa li l-SEMCs jingħataw id-dritt li jikkontrollaw ir-rapidita li biha jiftħu l-kummerċ u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għal żvilupp ekonomiku u soċjali;

10. Jikkunsidra li l-ħolqien ta' rbit istituzzjonali aktar mill-qrib bejn l-UE u l-SEMCs huwa fattur importanti biex ikun żgurat is-suċċess tal-proċess ta' Barċellona; huwa favur żieda sostanzjali fil-laqgħat formali u informali bejn l-awtoritajiet ta' l-UE u l-Istati Membri, l-SEMCs u l-awtoritajiet lokali kompetenti; jispera li l-SEMCs jipparteċipaw bħala osservaturi fil-ħidma ta' aġenziji u programmi speċjalizzati Ewropej li flimkien għandhom interess komuni;

11. jenfasizza l-importanza li jagħtu l-integrazzjoni reġjonali ta' l-SEMCs u l-potenzjament ta' l-iskambji kummerċali Nofsinhar-Nofsinhar, huwa kuntent bl-iffirmar tal-ftehima ta' l-iskambu ħieles ta' Agadir, tal-25 ta' Frar 2004, bejn il-Marokk, it-Tuniżija, l-Eġittu u l-Ġordan; jikkunsidra dan il-pass bħala wieħed indispensabbli għall-ħolqien reali ta' FTA u jistieden lill-pajjiżi l-oħra tar-reġjun biex jassoċċjaw lilhom infushom; jikkunsidra pero bħala essenzjali li jkun approfondit il-proċess ta' integrazzjoni ekonomika u li jiġu eliminati malajr l-ostakoli għall-iskambji kummerċali bejn il-pajjiżi sabiex ikunu sfruttat bis-sħiħ il-possibiltajiet ta' żvillupp kummerċali Nofsinhar-Nofsinhar;

12. Jitlob lill-UE sabiex iżżid ir-riżorsi disponibbli għal assistenza teknika u finanzjarja għall-SEMCs, b'konformita ma' l-għanijiet ambizzjużi ta' Barċellona u proporzjonati mal-progress ġenwin li jidher li ġie miksub mill-SEMCs rigward ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-ħarsien tal-ħaddiema, il-ħarsien ta' l-ambjent, l-integrazzjoni reġjonali, u t-titjib fil-kwalita ta' servizzi pubbliċi lokali u servizzi edukattivi u kulturali;

13. Juri li l-ħolqien ta' FTA ekonomika u kummerċali fil-Mediterran ma tistax tkun isseparata mill-isforzi politiċi mmirati biex ikunu żgurati l-paċi, id-demokratizzazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-promozzjoni ta' djalogu inter-kulturali u inter-reliġjuż, kif ukoll sforz sostenut li jiżgura li d-djalogu politiku u l-fiduċja bejn l-imsieħba jkollhom sehem ġenwin fit-twaqqif tad-demokrazija fir-reġjun;

Politika Kummerċjali u Doganali

14. Jenfasizza li t-taxxi doganali għadhom jagħmlu parti importanti mid-dħul fiskali tal-SEMCs; għalhekk iqis neċessarju l-pjan għal kull tnaqqis sussegwenti sabiex jikkunsidra l-progress ekonomiku magħmul mill-SEMCs u ż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-riformi fiskali ekwitabbli maħsuba sabiex ipattu għat-tnaqqis mid-dħul doganali;

15. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis it-tħassir potenzjali ta' preferenzi ta' tariffi li jibbenefikaw minnhom l-SEMCs, ikkawżat mill-iffirmar ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u xi pajjiżi terzi, it-titjib tas-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (SGP) għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-għoti tas-sistema ta' kumulazzjoni ta' l-oriġini lil xi pajjiżi Asjatiċi li huma kompetituri kbar ta' l-industrija fl-SEMCs;

16. Jistiedem lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi proċedura ta' kumpens, fil-kuntest tal-proċess ta' Barċellona u b'rispett lejn l-istandards tad-WTO, bil-ħsieb li jitnaqqas l-impatt negattiv li dan it-tħassir ta' tariffi jista' jkollu fuq l-SEMCs u, għall-futur, fuq il-ħolqien ta' l-FTA;

17. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieqaf milli tagħmel talbiet lill-pajjiżi imsieħba li jmorru lil hinn mir-rekwiżit tad-WTO, u biex ma tinfluwenzax lin-negozjati ta' adeżjoni tad-WTO ta' xi pajjiżi imsieħba tal-Mediterran billi tagħmel talbiet eċċessivi fin-negozjati ta' l-FTA;

18. Jilqa' l-progress li sar fil-'Faċilita tal-Kummerċ', b'mod partikulari fil-qasam doganali bl-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri doganali, l-awtomatizzazzjoni u tħaffif ta' proċeduri, iż-żieda fit-trasparenza, l-użu ta' informazzjoni elettronika u sistemi ta' ħlas elettroniċi, u l-abolizzjoni ta' ċerti barrieri mhux ta' tariffa li issa hemm it-tendenza li jieħdu post il-barrieri ta' tariffa tradizzjonali, b'mod partikulari fiz-zona ta' standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni;

19. Jerġa' jsostni li, minħabba l-intensifikazzjoni ta' kompetizzjoni internazzjonali, huwa essenzjali li tissaħħaħ ir-rieda politika sabiex titwaqqaf aġenda ekonomika u soċjali aktar sostanzjali li ttejjeb il-kompetittivita ta' l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien, tistimola t-tkabbir, it-taħriġ, l-innovazzjoni u r-riċerka, toħloq impjiegi ġodda u tqawwi l-prosperita bi ħsieb għal żvilupp konġunt;

20. Jistieden lill-SEMCs sabiex jistabbilixxu koperazzjoni akbar u skema ta' ġemelaġġ bil-ħsieb li jgħinu biex l-ambjent amministrattiv u ta' negozju jirriforma b'konformita mal-prinċipju ta' tmexxija tajba;

21. Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-kontrolli doganali u jsiru aktar stretti, sabiex jikkombattu l-kutrabandu, l-iffalsifikar u l-piraterija ta' prodotti; dawn il-prattiki, apparti li jwasslu għal telf ta' flus, huma wkoll ta' periklu konsiderevoli għas-saħħa ta' l-abitanti tar-reġjuni;

Studju li jevalwa l-impatt tas-sostenibiltà tal-FTA fiz-zona Ewro-Mediterranja

22. Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tat-tieni fażi ta' l-istudju msemmi hawn fuq dwar l-impatt tas-sostenibiltà tal-FTA magħmul mill-Università ta' Manchester; huwa estremament imħasseb dwar is-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni rigward l-effetti soċjali u ambjentali negattivi mistennija ta' FTA fuq medda ta' żmien qasira u dik medja; jistieden b'insistenza lill-Kummissjoni sabiex tinkludi r-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport fid-diskussjonijiet futuri dwar l-implimentazzjoni tal-FTA, iżda wkoll sabiex terġa' torjenta n-negozjati lejn koeżjoni soċjali u iżvilupp sostenibli rrakkomandat minn dan l-istudju;

23. Jenfasizza iktar l-importanza tat-twaqqif ta' skema ta' gwida ta' sħubija sabiex ikunu evalwati l-miżuri li ttieħdu sabiex jinkisbu l-objettivi stipulati; din il-gwida tista' tikkonsisti fil-ħolqien ta' għodda ta' analiżi u evalwazzjoni għall-Mediterran;

24. Iħeġġeġ lill-parteċipanti kollha fis-Sħubija Ewro-Mediterranja sabiex jiddiskutu s-sejbiet ta' l-evalwazzjoni ta' impatt ta' sostenibilta hawn fuq imsemmi ta' l-FTA fuq livell Ministerjali u sabiex jaraw x'inhuma l-konsegwenzi tan-negozjati ta' l-FTA li għaddejjin bħalissa;

Assistenza finanzjarja u teknika

MEDA u ENPI

25. Jiddispjaċih għal fatt li l-UE ma kinitx f'pożizzjoni li tagħmel disponibbli fondi proporzjonati ma' l-objettivi tal-process ta' Barċellona, li hija waħda mill-kawżi għad-dewmien akkumulat għall-ħolqien tal-FTA;

26. Jagħraf it-twettiq tajjeb tal-programm MEDA II fil-perjodu 2004-2006 meta mqabbel ma' MEDA I, b'mod partikulari rigward iż-żieda fil-kapaċita ta' assorbiment li ntwera mill-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll il-flessibilta fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti MEDA mis-sena 2000;

27. Jilqa' b'interess il-ħolqien ta' l-ENPI, strument ġdid maħsub sabiex ikopri l-aspetti finanzjarji ta' l-ENP, kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni sabiex il-fondi jiżdiedu għal EUR 14,930,000,000, biex jintlaħqu b'mod aktar sodisfaċenti l-bżonnijiet tal-pajjiżi li huma eliġibbli, fuq il-kundizzjoni li dan isir strument ġenwin ta' konverġenza, u jinkludi għajnuna sabiex jikkumpensa għal telf mid-dħul doganali ta' pajjiżi msieħba Mediterranji u għal spejjeż oħra assoċjati mal-liberalizzazzjoni tas-swieq;

28. Iqis insuffiċenti s-somma ta' € 11,181,000,000 adottata mill-Kunsill fis-17 ta' Ottubru 2006; jitlob li meta ssir reviżjoni f'nofs it-terminu tal-prospettiv finanzjarju għall-2008-2009, għandhom ikunu provduti ammonti aktar sostanzjali sabiex jagħmluha possibbli għall-proċess ta' integrazzjoni li jilħaq l-objettivi tiegħu;

29. Jispera li dan l-istrument finanzjarju jsir aktar effettiv billi jkun hemm enfasi akbar fuq programmar aktar relevanti u mmirat, kif ukoll fuq il-parteċipazzjoni ("il-pussess") ta' l-imsieħba u tas-soċjeta ċivili fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu ta' tmexxija tal-proġett; jistieden lill-gvernijiet ta' l-SEMCs sabiex jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa sabiex itejbu l-użu tal-fondi ta' l-UE, b'mod partikulari dawk għal riċerka, taħriġ għax-xogħol, it-tisħiħ ta' infrastrutturi lokali u servizzi pubbliċi, u l-organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema ta' produzzjoni industrijali u agrikola; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jimmiraw li jżommu bilanċ bejn il-ġirien tagħna lejn il-Lvant u dawk lejn in-Nofsinhar u sabiex jagħtu prijorita lill-għoti ta' fondi lill-proġetti reġjonali (b'mod partikulari dawk Nofsinhar-Nofsinhar);

30. Bis-sħiħ jerġa' jtenni li, għal ħolqien ta' l-FTA u b'mod aktar ġenerali għas-suċċess tal-proċess ta' Barċellona, l-ENP m'għandux jiddiżappunta l-aspettattivi leġittimi ta' l-SEMCs, b'mod partikulari fir-rigward tad-distribuzzjoni ġeografika ta' l-għajnuna finanzjarja Ewropea u l-arranġamenti ta' kif din tingħata;

FEMIP

31. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati pożittivi miksuba mill-FEMIP mit-twaqqif tiegħu u jqis li t-tisħiħ tiegħu hu bżonnjuż għas-suċċess tal-Proċess ta' Barċellona; jixtieq li jarah trasformat f'bank ġenwin Ewro-Mediterran għall-investiment u għall-iżvilupp;

32. Jinnota li l-attivitajiet tal-programm MEDA u ta' l-FEMIP huma komplementari ħafna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EIB biex jistabbilixxu proċedura ta' koperazzjoni u koordinazzjoni akbar sabiex iqawwu l-effettivita ta' l-azzjoni ta' l-UE, kemm fuq il-livell strateġiku kif ukoll fit-tmexxija ta' proġetti speċifiċi;

33. Jikkunsidra li, sakemm jintlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri ta' l-UE, il-Bank ta' Żvilupp Ewro-Mediterran kif propost jista' jiġi mniedi bl-involviment, fil-fażi inizjali, ta' kwalunkwe pajjiżi Ewropej jew dawk tal-Mediterran tan-Nofsinhar li huma interessati fil-proġett;

Investimenti diretti barranin (FDI)

34. Jinnota li n-nuqqas ta' attrazzjoni finanzjarja tillimita ħafna l-aċċess tal-FDI fl-SEMCs b'effetti negattivi fuq it-tkabbir ekonomiku tar-reġjun;

35. Ifakkar li l-investimenti[14] għandhom impatt importanti ħafna f'termini ta' sottokuntrattar, propagazzjoni ta' għarfien u tlaħħiq ta' bżonnijiet ta' taħriġ f'reġjun li fit-totalita tiegħu huwa sotto-industrijali, kif ukoll f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi;

36. Jikkunsidra illi huwa neċessarju għal dawn il-pajjiżi li jidħlu f'politika kummerċjali li tista' tħeġġeġ l-użu ta' investimenti domestiċi privati, b'mod partikulari permezz ta' l-immodernizzar ta' sistemi finanzjarji u bankarji u ta' l-iffaċilitar ta' l-aċċess għal kreditu għall-akbar numru ta' nies possibbli;

37. Jenfasizza l-importanza tad-djalogu bejn in-negozji fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran sabiex jitqawwa l-kummerċ u l-investiment;

Regolamenti ta' oriġini u kumulazzjoni ta' oriġini

38. Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tas-sistema pan-Ewropea tal-kumulazzjoni ta' l-oriġini fl-SEMCs kollha; jemmen li dan jista' jipprovdi lill-SEMCs l-aċċess għal zona ekonomika estiża li tkopri r-reġjun Ewro-Mediterran kif ukoll lill-pajjiżi ta' l-EFTA u lill-CEECs; jitlob li tkun rispettata bis-sħiħ is-sejħa mill-Awtorita Palestinjana li l-prodotti manifatturati fit-Territorji Okkupati ikunu identifikabbli fil-qafas tar-regoli ta' oriġini;

39. Għalhekk jistieden lill-SEMCs sabiex jadottaw kemm jista' jkun malajr protokolli Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli ta' oriġini fil-kuntest tal-ftehimiet rispettivi tagħhom ma' l-UE u msieħba pan Ewro-Mediterranji oħra, bil-ħsieb li jintuża l-potenzjal sħiħ ta' l-effett kumulattiv pan-Ewropew billi jiġi applikat fir-reġjun kollu;

40. Jistieden lill-SEMCs sabiex jimplimentaw malajr programmi ta' taħriġ, informazzjoni u dawk li jqajmu kuxjenza dwar ir-regoli ta' oriġini, kif ukoll biex jiggarantixxu, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, taħriġ xieraq għall-operaturi ekonomiċi u uffiċjali doganali;

41. Jistieden lill-Kummissjoni, b'konformita mal-kriterji stipulati fil-komunikazzjoni tagħha tas-16 ta' Marzu 2005 dwar ir-regoli ta' oriġini fi ftehimiet kummerċali preferenzjali, u fid-dawl ta' żewġ studji kkummissjonati mid-DĠ Kummerċ u d-DĠ Żvilupp minn meta ġiet ippubblikata l-Green Paper ta' l-2005, sabiex tikkunsidra sew ir-riforma (is-simplifikazzjoni u ż-żieda fil-flessibilta) ta' dawn ir-regoli, u l-ħtieġa li jkun hemm kontrolli aktar effettivi fuq l-applikazzjoni sabiex jiġu evitati abbużi ta' preferenzi; b'mod partikulari jixtieq li r-regolamenti l-ġodda jiggarantixxu konformita ma' dawn ir-regoli u rispett għall-impenji li ttieħdu maz-zona Ewro-Mediterranja;

Agrikoltura

42. Jenfasizza li l-ftuħ tas-swieq agrikoli għandu jkun definit b'mod konġunt, u mwettaq b'mod gradwali u asimetriku, u għandu jinkludi l-possibilta li jkunu konċessi numru selettiv ta' derogi u ta' skadenzi, filwaqt li fl-istess ħin jiġu meqjusa l-prospettivi tas-settur komuni għall-UE u għall-SEMCs u d-differenzi u l-karatteristiċi individwali tas-settur agrikolu tal-pajjiżi differenti; jenfasizza wkoll l-importanza ekonomika u soċjali ta' dan is-settur għall-SEMCs u n-neċessita li jkun evitat it-tfaqqir tal-popolazzjonijiet rurali, fattur ta' eżodu u ta' konċentrazzjoni fil-poli urbani li huma diġa sovrapopolati, b'riferiment speċjali għall-ibliet kostali;

43. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet ta' l-SEMC sabiex jagħtu prijorita lil kwalunkwe inizjattiva mmirata lejn il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tas-settur primarju tal-Mediterran bil-ħsieb li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħajja u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda agrikoli, u mhux agrikoli, fil-kampanja;

44. Jitlob għall-introduzzjoni ta' assistenza teknika integrata u skema ta' taħriġ tar-riżorsi umani; jenfasizza li l-miżuri agrikoli ta' l-UE fir-reġjun għandhom jgħinu biex tiġi definiti politika vijabbli ta' l-ilma, jiġu salvagwardjati l-ambjent u l-bijodiversita, ikunu mħarsa l-ħamrija u l-fertilita, tkun garantita s-sovranita ta' l-ikel u jiżdied il-valur tal-prodotti tipiċi tar-reġjun; jerġa' jtenni l-appoġġ tiegħu għall-politiki implimentati mill-SEMCs biex jiddiversifikaw il-produzzjoni agrikola tagħhom;

45. Huwa tal-fehma li l-promozzjoni ta' biedja adattata lokali, l-aktar fuq skala żgħira, ta' titjieb għall-ambjent u għalhekk għas-sitwazzjoni ekonomika u tas-saħħa tal-popolazzjoni rurali, ma jistgħux jintlaħqu billi sempliċiment jiġi liberalizzat l-aċċess għas-suq għall-prodotti agrikoli;

46. Jikkunsidra, konsegwentament, li kwalunkwe ftuħ tas-swieq bejn l-Unjoni Ewropea u l-SEMC għandu jkun gradwali, orjentat fuq il-kwalita u mkejjel, u għandu jqis l-istrutturi tal-farm, il-politiki u r-riformi ta' l-agrikoltura li qed isiru fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran; barra minn hekk, jenfasizza l-fatt li negozjati dwar l-aċċess għas-swieq ma jistgħu bl-ebda mod jiġu kondotti b'mod globali, iżda fuq bażi ta' każ b'każ u prodott bi prodott, u għandu jqis il-ħtieġa għal protezzjoni fil-każ ta' prodotti 'sensittivi', li għandhom ikunu esklużi minn kwalunkwe liberalizzazzjoni sabiex jiġi evitat li produtturi lokali jsofru minn ħsara irreparabbli;

47. Juri li ħafna pajjiżi Mediterranji wrew ix-xewqa li jippreservaw il-preferenzi kummerċali tagħhom fil-konfront tas-suq Komunitarju; jikkunsidra li ż-żamma ta' din is-sistema preferenzjali u asimetrika hija inkompatibbli ma' liberalizzazzjoni ġenerali tas-settur agrikolu; barra minn hekk, jenfasizza li huwa fl-interess reċiproku tal-pajjiżi Mediterranji kollha li jippreservaw ċerti għodod li bihom jimmaniġġjaw il-provvista fuq is-swieq rispettivi tagħhom;

48. Jistieden lill-parteċipanti soċjo-professjonali kollha fis-settur agrikolu Ewro-Mediterran sabiex iħaddnu koperazzjoni f'setturi komplementari billi jippromwovu l-komplementarjeta ta' prodotti kemm bejn l-ibħra tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran u (fejn ikun possibbli) bejn l-ibħra Nofsinhar-Nofsinhar ta' l-SEMCs; biex jagħti eżempju, jenfasizza l-każ ta' l-industrija ta' l-inbid jew is-settur tal-frott u l-ħxejjex, fejn il-produzzjoni miż-żewġt ixtut tal-Mediterran tista' tgħin biex tkun żviluppata provvista kummerċali aktar komprensiva u attraenti għall-konsumaturi;

49. Bl-istess mod jenfasizza l-valur li tkun żviluppata b'mod konġunt politika komuni Ewro-Mediterranja ta' tikkettar fuq il-bażi ta' titli ta' oriġini reġistrati - politika li għandha tkun kompatibbli b'mod suffiċenti mar-regoli kurrenti ta' l-UE bbażati fuq titli ta' oriġini reġistrati u ċertifikazzjoni organika, u għandha tiżgura t-traċċabilta u t-trasparenza tal-metodi ta' produzzjoni;

50. Huwa konvint li l-liberalizzazzjoni tas-swieq fl-SEMC għandha primarjament tibbenefika farms kbar mekkanizzati, li diġa jibbenefikaw bis-sħiħ mis-sistemi ta' fondi ta' kumpens; jistieden lill-parteċipanti istituzzjonali tas-sħubija Ewro-Mediterranja sabiex itejba l-aċċess għal self għal produtturi fuq skala żgħira u sabiex jiżviluppaw sistema għall-peżar ta' għajnuna lejn bdiewa żgħar, li jikkostitwixxu l-maġġoranza kbira tal-popolazzjoni tal-biedja ta' dawn il-pajjiżi, u li se jkunu minn ta' l-ewwel li jbatu minn kompetizzjoni ma' l-Unjoni Ewropea, u li maż-żmien se jissosstitwixxu s-sistema qadima ta' kumpens u għajnuna b'sistema ġdida ta' appoġġ għall-biedja sostenibbli u investimenti ta' industrija għall-ipproċessar ta' ikel fuq skala żgħira sabiex tissaħħaħ il-kompetittivita ta' ekonomiji rurali permezz ta' diversifikazzjoni, promozzjoni lokali u l-produzzjoni ta' kwalitajiet speċifiċi;

51. Jitlob li jkun hemm aktar ħsieb dwar l-implimentazzjoni ta' politika agrikola li tintegra b'mod ġenwin iż-żewġt ixtut tal-Mediterran, li fl-SEMCs tingħata prijorita liż-żieda fis-sikurezza ta' l-ikel aktar milli lill-kunsiderazzjonijiet kummerċjali, u li s-sajd u l-immaniġġjar ta' l-ilma jkunu koordinati;

Standards u regolamenti tekniċi, proprjetà intelletwali, kompetizzjoni.

52. Iqis li kuntest regolatorju armonizzat bejn l-UE u l-SEMC se jippermetti l-espansjoni u l-konsolidazzjoni ta' kummerċ fuq bażi ċara, filwaqt li jippromwovi speċjalment trasparenza aħjar u kompetizzjoni aktar ġusta; huwa ta' l-opinjoni li armonizzazzjoni, jew għall-inqas qafas konsistenti fejn huma kkonċernati l-standards, probabbli jinkoraġġixxu wkoll l-iżvilupp ta' kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar

53. Jenfasizza l-importanza li jiġu introdotti inċentivi ekonomiċi u assistenza teknika adegwati għall-SMEs li għandhom diffikulta biex jinternalizzaw l-ispejjeż li ġejjin mill-armonizzazzjoni ta' l-istandards proposti mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni;

54. Jistieden lill-SEMCs biex ifasslu u japplikaw leġiżlazzjoni dwar il-proprjeta intellettwali li tilħaq standards internazzjonali, li tinkoraġġixxi innovazzjoni u kreattivita u li hija flessibbli b'mod suffiċenti sabiex tilħaq ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi tal-pajjiżi kkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni, b'referenza għal-leġiżlazzjoni tal-propreta intellettwali, sabiex ma titlobx lill-SEMCs biex jippruvaw imorru lil hinn mill-impenji mitluba skond it-TRIPs eżistenti;

Servizzi

55. Huwa ta' l-opinjoni li kwalunkwe liberalizzazzjoni tas-servizzi fil-qafas tal-ħolqien ta' FTA ma tistax issir ħlief fuq bażi miftehma mal-SEMCs filwaqt li jingħatalhom id-dritt li jintroduċu u jikkontrollaw il-ftuħ tas-setturi sensittivi u vulnerabbli ta' l-ekonomiji tagħhom;

56. Huwa tal-fehma li s-settur tas-servizzi huwa essenzjali għas-suċċess ta' l-FTA Ewro-Mediterranja; jinnota li s-settur tas-servizzi huwa kruċjali għall-ekonomiji ta' l-SEMCs u huwa madwar 50% tal-PGD ta' l-Eġittu, il-Marokk u s-Sirja, 60% tal-PGD tat-Tuniżija u aktar minn 70% tal-PGD tal-Ġordan u l-Libanu;

57. Jieħu nota tal-ftuħ uffiċjali tan-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ f'servizzi u investiment fil-ħames konferenza kummerċali ministerjali tal-EuroMed f'Marzu 2006 bejn l-UE u xi SEMCs;

58. Jitlob lill-Kummissjoni biex ma tagħmilx pressjoni fuq l-SEMCs biex jiftħu s-swieq tagħhom tas-servizzi aktar minn kif ġie miftiehem fil-qafas tal-GATS fid-WTO, u biex tirrispondi għall-offerti pożittivi billi testendi d-dispożizzjonijiet ta' l-UE rigward it-tkabbir tal-possibiltajiet għal moviment ħieles ta' ħaddiema tas-servizzi (Mode IV ta' GATS);

59. Iqis li għandha ssir distinzjoni bejn is-servizzi kummerċali tas-servizzi pubbliċi; jinsisti fuq il-ħtieġa li s-servizzi pubbliċi jinżammu 'l barra mill-qafas tan-negozjati, speċjalment dawk is-servizzi relatati mal-bżonnijiet bażiċi tan-nies u jippermettulhom aċċess għal benefiċċji pubbliċi essenzjali, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma tax-xorb u l-enerġija, kif ukoll dawk li għandhom rwol ewlieni fl-identità kulturali, bħas-servizzi awdjoviżivi;

Trasport

60. Jemmen li l-iżvilupp ta' netwerk Ewro-Mediterranja tat-trasport ibbażata fuq interkonnessjonijiet moderni u t-tħejjija ta' strateġija komuni għal koperazzjoni, koordinazzjoni u żvilupp aħjar jikkostitwixxu kundizzjoni minn qabel għas-suċċess ta' l-FTA; iqis vitali li l-SEMCs igawdu minn interoperattivita aktar mill-viċin man-netwerks ta' trasport trans-Ewropej, u li jistgħu jkunu involuti fid-deċiżjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' prijorità futuri; f'dan il-kuntest jitlob li tingħata kunsiderazzjoni lill-possibiltajiet li jitjiebu r-rotot tat-trasport marittimu bħala kwistjoni ta' prijorita, u li jitnaqqsu l-ispejjeż assoċjati mas-servizzi marittimi ta' merkanzija;

61. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEMCs sabiex jagħmlu disponibbli riżorsi finanzjarji suffiċenti għall-immodernizzar ta' l-infrastruttura, b'referenza partikulari għas-settur loġistiku, u biex iħejju r-riformi neċessarji biex jagħmlu s-settur aktar kompetittiv u dinamiku filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni ġeografika speċifika taz-zona, li hija l-punt transitu naturali għall-kummerċ fi prodotti bejn l-Ewropa u l-Asja (inklużi, b'mod partikulari ċ-Ċina u l-Indja);

62. Jistieden lill-SEMCs, flimkien mal-Kummissjoni, biex jagħmlu s-setturi tat-toroq u tal-portijiet aktar effiċenti sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż loġistiċi u tat-trasport li huma għoljin ħafna li minħabba fihom, l-esportazzjoni industrijali u agrikola tar-reġjun hija anqas kompetittiva; jitlob ukoll sabiex ikun hemm aktar ħsieb dwar is-settur tat-trasport bl-ajru, b'referenza partikulari għas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru;

63.  Jinnota b'interess l-adozzjoni li ser isseħħ ta' komunikazzjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tar-rotot trans-Ewropej ewlenin għall-pajjiżi Mediterranji, filwaqt li jqis il-bżonn għal azzjoni sabiex il-flussi tat-trasport jerġgħu jiġu orjentati għall-benefiċċju ta' dan ir-reġjun;

Enerġija

64. Jinnota li l-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Proċess ta' Barċellona jiddependu fuq firxa li dejjem tiżdied ta' provvista esterna ta' enerġija, b'mod partikulari għaż-żejt u l-gass, u li t-talba li qed tiżdied se teżerċita aktar pressjoni fuq il-mezzi ta' provvista eżistenti; fuq dan l-isfond, ikun importanti li tiġi stabbilita koperazzjoni effettiva bejn il-pajjiżi tal-Mediterran fiz-zona tal-provvista ta' enerġija;

65. Jitlob li l-ħolqien ta' suq ġenwin Ewro-Mediterran ta' l-enerġija jingħata importanza ċentrali; fid-dawl taż-żieda riċenti fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass, iqis illi huwa vitali għall-UE u għal dawk l-SEMCs kollha li m'għandhomx riżorsi ta' enerġija biex jagħmlu sforz koordinat sabiex jerġgħu jqawwu d-djalogu mal-pajjiżi li jipproduċu l-enerġija, filwaqt li kemm jista' jkun jevitaw li jidħlu fi ftehimiet bilaterali li huma ta' detriment għall-interessi ta' l-UE u ta' l-SEMCs; jinnota b'interess ix-xewqa tal-Kummissjoni, muriha fl-okkażjoni tal-Konferenza dwar il-politika ta' l-enerġija esterna ta' l-20 u l-21 ta' Novembru 2006, li tagħti sehem importanti lill-Afrika ta' fuq u lil-Lvant Nofsani fil-politika ta' l-enerġija esterna tagħha, u jitlob li dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu akkumpanjati b'azzjonijiet konkreti;

66. Jilqa' t-twettiq ta' koperazzjoni ta' l-enerġija fir-reġjun tal-Mediterran taħt l-awspiċi tal-Pjattaforma ta' l-Enerġija Ewro-Mediterranja ta' Ruma (REMEP); jikkunsidra li din il-pjattaform tista' tipprovdi punt tat-tluq komuni għat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-SEMC billi tippermetti li jitwettqu inizjattivi reġjonali importanti kif ukoll bażi għal kwalunkwe attivita oħra fl-interess komuni li jista' jkun hemm deċiżjoni fuqha;

67. Jilqa' t-tnedija ta' proġetti kbar sotto-reġjonali bħalma hija l-integrazzjoni tas-suq ta' l-elettriku tal-pajjiżi Magreb f'dak ta' l-UE, l-integrazzjoni tas-swieq tal-gass fir-reġjun Mashreq, u l-bini tal-pajpijiet tal-gass Għarab u ta' Medgaz;

68. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri ta' l-UE u l-SEMCs sabiex jesploraw forom ġodda ta' koperazzjoni bilaterali u multilaterali fis-settur ta' l-enerġija, b'mod partikulari fil-qasam ta' l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex titjieb l-effiċjenza ta' l-enerġija; jistieden ukoll lill-SEMCs sabiex jintroduċu politiki biex iħeġġu l-iżvilupp ta' enerġiji li jiġġeddu u ta' ħarsien ambjentali (l-attivitajiet għar-raffinament taż-żejt u r-riski assoċjati mat-trasport ta' l-idrokarbonju fil-Mediterran);

69. Huwa tal-fehma illi huwa vitali għall-UE u għal dawn l-SEMC li m'għandhomx riżorsi ta' l-enerġija sabiex jidħlu fi djalogu strateġiku dwar il-possibiltajiet li jħaddnu l-produzzjoni ta' enerġiji li jiġġeddu fuq skala kbira u li l-SEMCs jingħataw id-dritt li jipparteċipaw fi programmi ta' l-UE relatati mar-Riċerka u l-Iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija li tiġġedded;

70. Jenfasizza s-sehem li jista' jkollhom il-bijo-fjuwils ta' l-ewwel ġenerazzjoni bħala forma ta' enerġija alternattiva, kif ukoll il-kompetittivita miżjuda tagħhom fis-swieq ta' l-enerġija;

L-ambjent u żvilupp sostenibbli

71. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva «Horizon 2020» imnedija waqt is-Samit ta' Barċellona ta' l-2005 li hija maħsuba sabiex tnaqqas il-livell ta' tniġġis fir-reġjun billi tidentifika u tattakka s-sorsi ta' tniġġis l-iktar importanti minn issa sa l-2020; jenfasizza li din l-inizjattiva probabbli tissupplimenta u terġa' tniedi l-Istrateġija Mediterranja għall-Iżvilupp Sostenibbli, li kienet approvata fl-1995;

72. Jistieden lill-Kummissjoni u l-SEMCs sabiex jikkonċentraw fuq l-għan ambjentali ewlieni li jitwaqqaf it-tniġġis tal-Mediterran (b'mod partikulari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet industrijali u l-iskart urban), filwaqt li titjieb il-koperazzjoni politika u finanzjarja li tinvolvi parteċipazzjoni aħjar mill-awtoritajiet u mir-rappreżentanti reġjonali u lokali tas-soċjeta ċivili u tas-settur privat; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjonijiet regolari tal-progress miksub f'dan il-qasam;

73. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkonċentra fuq implimentazzjoni sħiħa tal-Protokoll ta' Barċellona fuq sorsi bbażati fuq l-art ta' tniġġis marittimu mill-pajjiżi Mediterranji kollha, b'mod speċjali permezz ta' finanzjament miżjud għall-Programm ta' Assistenza Ambjentali Teknika tal-Mediterran (METAP);

74. Jikkunsidra li din l-inizjattivi jistħoqqilha tkun riklamata kemm jista' jkun u għandha tirċieva appoġġ sħiħ mill-Parlament Ewropew minħabba l-implikazzjonijiet importanti tagħha mhux biss għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun (it-turiżmu, is-sajd, l-agrikoltura, l-aċċess għall-ilma) iżda wkoll għall-istandards ta' għajxien ta' reġjuni viċin;

Industrija

75. Jinnota bi tħassib li l-SEMCs żviluppaw industrija speċjalizzata ta' prodotti ta' livell teknoloġiku baxx u ta' valur miżjud baxx, li jagħmluhom aktar dgħajfa fil-konfront tal-kompetizzjoni esterna; Iqis li t-tkabbir tal-kompetittività ta' l-industrija tal-SEMCs hija meħtieġa għas-suċċess tal-FTA u jistieden lill-SEMCs jadottaw miżuri diretti sabiex jgħinu lill-intrapriżi jsaħħu l-kompetittività tagħhom b'relazzjoni mal-produtturi Ewropej u Asjatiċi;

76. Jitlob li l-pjan għal-liberalizzazzjoni tas-settur industrijali jkun aġġustat skond l-iżvilupp tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali (speċjalment il-livell tal-qgħad) f'kull SEMC kif ukoll skond l-impatt tiegħu fuq l-ambjent;

77. Jistieden lill-SEMCs sabiex jistabbilixxu politiċi reġjonali fil-qasam industrijali sabiex jippermettu aktar prospetti ta' ekonomiji ta' skala u strateġija ta' żvilupp aħjar li tqis is-sehem ta' impriżi żgħar ħafna (VSEs) u impriżi żgħar u medji (SMEs) fir-reġjun; jistieden lill-Kummissjoni u l-SEMCs sabiex jippromwovu l-VSEs u l-SMEs billi jiżviluppaw servizzi finanzjarji effiċenti u jagħtu assistenza teknika u amministrattiva sabiex jippermettulhom li jtejbu l-kompetittivita tagħhom;

78. Jistiednu wkoll lill-Kummissjoni u lill-SEMCs sabiex jidħlu f'azzjoni konġunta mmirata lejn: (a) is-simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi, (b) li jkun żgurat li assoċjazzjonijiet professjonali, ta' negozju u ta' trade union huma rappreżentati b'mod aktar ġenwin, (c) li jkun permess l-aċċess għall-informazzjoni kummerċali, (d) li d-ditti jkunu provduti b'assistenza teknika u servizzi ta' appoġġ u (e) il-provvista ta' taħriġ tul il-ħajja;

Is-settur tat-tessuti

79. Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-konsegwenzi tat-tmiem tal-ftehima dwar it-tessili u l-ħwejjeġ fl-1 ta' Jannar 2005 u t-tneħħija tal-kwoti fuq il-produzzjoni tas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fl-SEMCs u l-UE; juri li dan is-settur għandu sehem kruċjali fl-ekonomiji ta' ħafna SEMCs u xi pajjiżi Ewropej; jenfasizza li l-implimentazzjoni ta' programm immirat li jtejjeb il-kompetittivita tas-settur, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, tkun ta' użu;

80. Jikkunsidra li l-akbar diffikultajiet li jiffaċċja s-settur tat-tessuti jistgħu jkollhom konsegwenzi negattivi fuq l-ekonomija tal-pajjiżi ta' l-UE u ta' l-SEMCs u, b'mod indirett, fuq it-twaqqif ta' l-FTA; jikkunsidra li, meta l-istrateġija kummerċali u ta' investiment il-ġdida ta' l-UE fir-rigward taċ-Ċina, u b'mod ġenerali, il-politika Ewropea Kummerċali lejn l-Asja jiġu formulati, għandu jiġi meqjus l-impatt possibbli tagħhom fuq l-SEMC u l-pajjiżi ta' l-UE;

81. Jistieden lill-Kummissjoni, b'koperazzjoni aktar mill-viċin ma' l-Istati Membri u s-settur privat, biex tibda programmi ta' assistenza ad hoc sabiex titjieb il-kompetittivita ta' l-industriji tat-tessuti ta' dawn il-pajjiżi, u sabiex jitqawwew ir-rabtiet tradizzjonali tagħhom mal-produtturi tal-Komunita;

82. Jikkunsidra li d-diffikultajiet kurrenti għandhom jiġu megħluba billi s-settur jiġi organizzat mill-ġdid sabiex ikun jista' jieħu vantaġġ mill-prossimita fiżika tiegħu għas-swieq Ewropej billi jkun hemm konċentrazzjoni fuq il-produzzjoni ta' kwalita medja u għolja b'perjodi mgħaġġla ta' kunsinja (u ta' forniment mill-ġdid ta' stokk) bi prezzijiet kompetittivi;

83. Jappoġġja it-twaqqif ta' zona Ewro-Mediterranja ta' produzzjoni bħala l-uniku mezz sabiex jippermetti li anki l-Mediterran tat-Tramuntana (u mhux biss dak tan-Nofsinhar) jaffaċċja l-isfida ta' sezzjonijiet reġjonali kompetenti u jiżgura li jinżammu l-produzzjoni u l-impjieg industrijali; jikkunsidra li huwa neċessarju li jiġu allokati fondi Ewropej speċifiċi għall-programmi ta' appoġġ tar-riċerka, ta' l-innovazzjoni jew tal-koperazzjoni bil-ħsieb ta' dak il-għan;

84. Jappoġġja sħubija Ewro-Mediterranja li tippromwovi koperazzjoni u kompetittivita fis-settur permezz ta' politika proattiva li tappoġġja bis-sħiħ it-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni teknoloġika, id-disseminazzjoni ta' prattika tajba u l-iskambju ta' informazzjoni tas-suq; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' netwerk Ewro-Mediterranja ta' skejjel, stabbilimenti ta' taħriġ u ċentri speċjalizzati tekniċi għall-industrija tat-tessuti/tal-ħwejjeġ biex tkun promossa sħubija teknika u programmi konġunti ta' taħriġ u riċerka;

85. Jara li d-diffikulta li jinkiseb aċċess għall-finanzjamnet kif ukoll in-natura mhux adegwata ta' ċerti strumenti finanzjarji għadhom ta' ostakolu kbir li jridu jegħilbu SMEs fis-settur ; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi mezzi biex jegħilbu dawn in-nuqqasijiet kif ukoll miżuri ta' inċentiv immirati biex tinżamm parti mill-katina ta' produzzjoni fil-pajjiżi taz-zona Ewro-Mediterranja;

Xjenza u teknoloġija

86. Jinsab imħasseb rigward il-progress bil-mod li qed isir mill-maġġoranza tal-SEMCs fis-settur edukattiv u ta' riċerka xjentifika; jinnota li minkejja żieda viżibbli tal-proporzjon tat-tfal li jattendu l-iskola, jibqa' nuqqas persistenti ta' interazzjoni bejn is-suq tax-xogħol u s-sistema edukattiva, b'implikazzjonijiet serji għall-produttività, għat-taħriġ u s-snajja' tal-ħaddiema u b'mod ġenerali, għall-prospetti ta' l-iżvilupp tar-reġjun;

87. Jistieden lill-Kummissjoni u l-SEMCs biex jintroduċu miżuri mmirati lejn it-titjib tas-sistema edukattiva inġenerali, biex jagħtu aktar kas is-sehem taż-żgħażagħ, u biex iħeġġu b'mod aktar frekwenti skambji bejn universitajiet u biex jiffaċilitaw id-dħul tan-nisa fis-suq ta' l-impjieg permezz ta' programmi speċifiċi ta' tagħlim; jenfasizza li parteċipazzjoni akbar min-nisa fis-suq tax-xogħol hija fattur ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku; jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-Fondazzjoni Ewro-Mediterranja Anna Lindh għal Djalogu Interkulturali fir-rigward ta' skejjel Euromed, gruppi Euromed ta' ħaddiema żgħażagħ fir-riċerka, skejjel tas-sajf ta' l-universita u programmi ta' skambji li jippermettu djalogu u koperazzjoni aktar estensivi bejn il-membri tas-sħubija Ewro-Mediterranja;

88. Iħeġġeġ lill-SEMCs sabiex jagħtu aktar prijorita lil mudell ta' żvilupp ibbażat fuq l-ekonomija ta' għarfien u sabiex iżidu b'mod sostanzjali l-proporzjon ta' PGD allokat lir-riċerka xjentifika; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku;

89. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja n-netwerk inter-universitarja Euromesco, sabiex tgħin biex tiżgura li sħubiji bejn l-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, il-laboratorji u l-iskejjel mediċi huma stabbiliti fuq bażi istituzzjonali, kif ukoll sabiex tippromwovi l-mobilta ta' ħaddiema ta' riċerka, għalliema u studenti li diġa ħadu l-lawrija minn dawn l-istituzzjonijiet, u ssaħħaħ il-programmi ta' riċerka konġunta;

90. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-arranġamenti eżistenti ta' fondi u progammazzjoni bil-ħsieb li jkunu mħeġġa proġetti konġunti EU/SEMC u li dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jipparteċipaw aktar fi programmi ta' qafas Komunitarji ta' riċerka;

91. Jenfasizza l-importanza tat-taħriġ vokazzjonali, li għandu sehem kruċjali fl-iżvilupp tad-ditti; jikkunsidra li l-importanza tat-taħriġ vokazzjonali għandu jkun rifless permezz ta' l-introduzzjoni ta' programmi mmirati lejn il-problemi u r-rekwiżiti li d-ditti jiltaqgħu magħhom u jidentifikaw;

Il-kummerċ u l-iżvilupp

92. Jinsisti li l-politika kummerċjali ta' l-UE ma topponix l-objettivi tal-politika tagħha għall-iżvilupp u għat-tnaqqis tal-faqar, iżda tikkompletahom; ifakkar li aktar minn 30% tal-popolazzjoni tal-SEMCs jgħixu b'anqas minn 2 USD kuljum; jistieden lill-UE sabiex tinvesti fi pjan ta' azzjoni speċifiku sabiex tiġġieled kontra l-faqar assolut u relattiv fil-Mediterran, jiġifieri verżjoni Mediterranja ta' l-Objettivi tal-Millenju, u biex tikseb l-iżvilupp permezz tal-kummerċ, il-verżjoni Mediterranja ta' l-Għajnuna għall-Kummerċ, flimkien ma' skemi għat-tnaqqis tal-faqar;

93. Jenfasizza li l-mikrokreditu, b'mod partikulari għall-proprjetarji żgħar fis-settur agrikolu, huwa mezz essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-kisba ta' żvilupp sostenibbli soċjali u ekonomiku b'konformita ma' l-Objettivi tal-Millenju, u huwa wkoll forza qawwija fil-liberalizzazzjoni, b'mod partikulari għan-nisa; jikkunsidra li dan l-approċċ mikroekonomiku għandu jkun rikonoxxut fil-qafas ta' l-FTA, u b'mod aktar ġenerali, fl-ENP u fil-Proċess ta' Barċellona; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipprovdu aktar appoġġ għall-inizjattivi mmirati lejn il-promozzjoni tal-mikrofinanza fl-SEMCs, sabiex il-programmi eżistenti jiġu msaħħa sew u jiġu żviluppati u promossi sistemi ġodda li jiffaċilitaw l-aċċess għal kreditu għall-akbar numru ta' nies possibbli;

94. Jesnfasizza l-importanza ta' standards fundamentali ta' impjieg u xogħol diċenti għall-iżvilupp ta' l-FTA; jinnota li, jekk il-kummerċ għandu jassisti l-iżvilupp u jnaqqas il-faqar, għandu jgħin ukoll sabiex jinkisbu progress soċjali u kundizzjonijiet diċenti tax-xogħol; jinnota li r-regoli li jirregolaw il-kummerċ m'għandhomx jiġu qabel il-leġiżlazzjoni soċjali u l-Konvenzjoni ta' Qafas ta' l-ILO; jinnota li l-azzjoni biex tiġġieled kontra kull tip ta' esplojtazzjoni fuq ix-xogħol, kif ukoll ir-rispett għal-libertajiet ta' trade union, huma essenzjali jekk il-kummerċ għandu jkun organizzat fuq bażi ġusta u fl-interess ta' kulħadd; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex taħdem għal dan il-għan f'kollaborazzjoni mill-viċin ma' l-ILO, b'mod partikulari bil-ħsieb għall-introduzzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni ta' l-ENP;

95. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis il-kriterji mhux kummerċjali fin-negozjati futuri, sabiex iż-żieda fil-bidliet ma ssirx għad-detriment tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-popolazzjonijiet lokali; jixtieq li l-FTA tipprevedi aġenda għal xogħol diċenti speċjalment maħsuba għall-SEMCs, u li l-UE timpenja ruħha biex tipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa biex din l-aġenda tiġi mwettqa;

96. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi kodiċi ta' kondotta nnegozjati ma' multinazzjonalitajiet, li għandhom jinkorporaw l-objettivi li jipprovdu xogħol diċenti; jirrakkomanda li impriżi li huma bbażati fl-Ewropa u li għandhom sussidjarjetajiet fl-SEMCs għandhom jeżaminaw regolarment il-konformita tas-sussidjarjetajiet tagħhom ma' dawn il-kodiċi ta' kondotta; jitlob għal kwalunkwe impriża assoċjata ġdida sabiex taċċetta l-kodiċi ta' kondotta u biex tirriklama dan;

Kunsiderazzjonijiet finali

96. Jiġbed l-attenzjoni għad-deċiżjoni tas-Samit ta' Barċellona 2005 sabiex tinħoloq zona ta' koperazzjoni reċiproka fir-rigward tal-migrazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-ġustizzja u s-sigurta; jara t-twaqqif ta' din iz-zona bħala korollarju essenzjali għat-twaqqif ta' FTA Ewro-Mediterranja ġenwina;

97. Għalkemm il-kundizzjonijiet għadhom ma ġewx miġbura flimkien, huwa ta' l-opinjoni, li l-FTA għandha titlesta permezz ta' għotja gradwali u għandha tkun ikkundizzjonata miċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-ħaddiema; filwaqt li jiġu meqjusa s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol r-riflessjonijiet attwali tal-komunita internazzjonali dwar ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; jinsisti dwar l-importanza ta' tnaqqis neċessarju ta' l-ispejjez tat-trasferimenti ta' flus effettwati mill-migranti, bil-għan li l-użu ta' dawn ikun massimizzat fl-ekonomija lokali; jikkunsidra illi hemm urġenza fir-rigward tal-ħolqien ta' modalitajiet ġuridiċi u amministrattivi li huma suxxettibbli biex jiffaċilitaw għotja ta' visas, speċjalment lill-operaturi tas-sħubija Ewro-Mediterranja, lill-istudenti, lill-universitajiet u lill-operaturi soċjo-ekonomiċi;

99. Jibqa' inkwetat minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni ċara tal-politika Mediterranja ta' l-UE u ta' viżjoni strateġika fit-tul għall-iżvilupp u l-istabbilizzazzjoni tar-reġjun; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja jerġa' jsir prijorita politika fl-aġenda ta' l-UE;

100.    Jiddeplora d-distruzzjoni sistematika tas-sistema ekonomika u ta' l-infrastrutturi tal-Libanu matul il-kunflitt riċenti ma' l-Iżrael, li se twassal għal dewmien fl-iżvilupp tal-pajjiż u fit-twaqqif ta' l-FTA; jistieden lill-UE sabiex, fil-kuntest tal-proċess kurrenti ta' paċi, formalment tipprova talloka appoġġ finanzjarju suffiċenti għar-rikostruzzjoni ekonomika u soċjali tal-pajjiż; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni tat-territorji Palestinjani u konsegwentament jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-koperazzjoni mal-komunita internazzjonali, sabiex jipprovdu lill-popolazzjoni Palestinjana b'għajnuna umanitarja essenzjali u jistieden lill-Gvern Iżraeljan sabiex jerġa' jdaħħal il-ħlas tat-taxxa Palestinjana u d-dħul doganali, li bħalissa jinsabu ffriżati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinsisti dwar il-konformita mal-klawżoli relatati mal-Proċess ta' Barċellona, b'mod partikulari l-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem inklużi l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u l-pjanijiet ta' azzjoni varji, sabiex tinkiseb zona reali ta' liberta u sikurezza fir-reġjun;

101.    Filwaqt li jikkunsidra l-passi riċenti meħuda taħt il-politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll il-preżenza l-ġdida taċ-Ċina fl-Afrika, jemmen li l-objettiv tal-politika barranija ta' l-UE fil-Mediterran hija li tappoġġja u tħeġġeġ riformi politiċi, demokratiċi u soċjoekonomiċi fil-pajjiżi msieħba sabiex flimkien joħolqu zona ta' prosperita komuni;

102.    Jenfasizza s-sehem ta' l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja fis-sħubija bħala l-korp demokratiku li jġib flimkien lill-Membri Parlamentari miż-żewġt ixtut tal-Mediterran bħala appoġġ għat-tliet pilastri tal-Proċess ta' Barċellona; fl-aħħarnett, jitlob għal koperazzjoni akbar bejn l-EMPA, il-Kummissjoni u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam ekonomiku;

103.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri u ta' l-SEMCs u lill-EMPA.

  • [1]  Testi adottati, P6_TA(2005)0412.
  • [2]  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.
  • [3]  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.
  • [4]  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.
  • [5]  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.
  • [6]  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.
  • [7]  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.
  • [8]  ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.
  • [9]  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.
  • [10]  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.
  • [11]  ĠU C 323, 4.12.1995, p. 5.
  • [12]  ĠU C 378, 29.12.2000, p. 71.
  • [13]  ĠU C 226E, 15.9.2005, p. 42.
  • [14]            B'mod partikolari investimenti f'siti 'greenfield'.

NOTA SPJEGATTIVA

Fl-1995, is-Samit ta' Barċellona li għaqqad flimkien lill-Istati Membri ta' l-UE u l-SEMCs, kien ippermetta l-ħolqien ta' qafas ta' koperazzjoni ġdid u ambizzjuż ħafna bejn iż-żewġt ixtut tal-Mediterran.

Ir-rapport preżenti janalizza r-riżultati ekonomiċi ta' aktar minn għaxar snin ta' koperazzjoni bil-ħsieb għat-twettiq effettiv ta' l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona, u jressaq numru ta' suġġerimenti għall-ħolqien ta' FTA Ewro-Mediterranja li tkun ta' benefiċċju reċiproku.

Preambolu politiku u istituzzjonali

Id-Dikjarazzjoni ta' Barċellona kellha tliet objettivi prinċipali: it-twaqqif ta' zona komuni ta' paċi u ta' stabilita permezz ta' rinfurzar tad-djalogu politiku u tas-sigurta, il-ħolqien ta' zona ta' prosperita komuni permezz ta', fost oħrajn, sħubija ekonomika u finanzjarja u t-twaqqif progressiv ta' FTA, u fl-aħħarnett il-koperazzjoni fl-oqsma soċjali, kulturali u umani biex ikun permess id-djalogu tal-kulturi fiz-zona.

Għaxar snin wara jidher li r-riżultati xi ftit jew wisq varjati, u l-idea nnifisha għal sħubija Ewro-Mediterranja privileġġjata u l-integrazzjoni ta' l-SEMCs fi spazju Ewropew ekonomiku u soċjali, m'għadhomx prijorita.

L-assenza tal-maġġoranza tal-kapijiet ta' l-Istat u tal-gvern ta' l-SEMCs fis-samit ta' l-anniversarju ta' Barċellona fl-2005 turi ċerta skumdita li hemm bħalissa fir-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji. Il-kuntest politiku diffiċli, minħabba l-gwerra fil-Libanu u minħabba n-nuqqas ta' prospettiva ta' paċi ta' kompross bejn l-Iżrael u l-pajjiżi Għarab, joħloq instabilita li twaqqaf il-proċess.

Is-sħubija li ġiet imwaqqfa fl-1995 ippermettiet l-emerġenza ta' spazju komuni għal djalogu, iżda d-definizzjoni ta' qafas politiku ċar u integrat jitlob għal sforzi aktar sostenuti u konverġenti min-naħa ta' l-imsieħba fuq iż-żewġt ixtut. Din il-volonta li jkun hemm avvanz fil-Proċess ta' Barċellona huwa tant aktar meħtieġ meta ċerti SEMCs qed isibu diffikultajiet biex iwettqu l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni konklużi ma' l-UE li għadhom ma ġewx finalizzati kollha.

Ma' dawn il-kunsiderazzjonijiet jiżdied wkoll it-tħassib li nħoloq mill-ENP f'parti mill-SEMCs. Fil-fatt, għalkemm l-ENP hija ppreżentata mill-UE bħala kompliment bilaterali li jinforza mill-ġdid il-Proċess multilaterali ta' Barċellona, ċerti SEMCs iqisu l-metodu ta' differenzjament għal kull pajjiż li ġie introdott permezz ta' dan l-istrument il-ġdid bħala sors potenzjali ta' diverġenza u mhux ta' konverġenza bejn l-imsieħba Mediterranji. Fi kliem ieħor, indeboliment tal-filosofija ta' Barċellona.

Bilanċ ekonomiku, kummerċjali u soċjali

Minkejja l-isforzi li saru, l-SEMCs jibqgħu milquta ħafna mill-faqar (aktar minn 30% tal-popolazzjoni jgħixu fuq inqas minn 2 USD kuljum) u mill-qgħad li jolqot l-aktar liż-żgħażagħ. Dawn iż-żewġ tendenzi, flimkien mat-tkabbir demografiku li jikkaratterizza dawn il-pajjiżi, se jżidu l-pressjoni migratorja fil-fruntieri ta' l-Unjoni. L-imsieħba taż-żewġt ixtut għandhom jaffaċċjaw flimkien din l-isfida kbira.

Fuq il-livell ekonomiku, l-ambizzjoni marbuta ma' kummerċ għas-servizz ta' l-iżvilupp kif ukoll it-tnaqqis tad-differenza fl-iżvilupp bejn l-UE u l-SEMCs għadhom wisq 'il bogħod biex jiġu mwettqa. Fil-fatt, il-proporzjon tal-ġid huwa ta' 1:10, u fl-SEMCs dan ivarja ħafna bejn pajjiż u ieħor.

Din l-assimetrija qed tiġi rinfurzata permezz ta' bidliet fit-tendenzi kummerċjali li ma rnexxilhomx inaqqsu l-marġinalizzazzjoni ta' l-SEMCs fil-kummerċ internazzjonali. Pereżempju, minkejja t-tkabbir relattiv konstanti, is-sehem ta' l-SEMCs tal-kummerċ estern totali ta' l-UE żdied minn 4.9% fl-1995 għal 5.9% biss, fl-2003, u s-sehem tagħhom tal-kummerċ globali naqas sew mill-1980. Barra minn hekk, ir-reġjun Ewro-Mediterran għadu juri preferenza qawwija għall-kummerċ bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.

Ix-xewqa li tiġi msaħħa l-koperazzjoni Nofsinhar/Nofsinhar, espressa permezz ta' l-iffirmar tal-Ftehima ta' Agadir fl-2004, hija żvilupp pożittiv f'dan ir-rigward. Iżda l-waqfien preżenti f'dan il-pjan għal FTA bejn il-Marokk, it-Tuniżija, il-Ġordan u l-Eġittu, li ġej primarjament minħabba d-distanza u l-kummerċ limitat bejn dawn il-pajjiżi, jitlob għal determinazzjoni u miżuri deċiżivi sabiex dan il-proċess ta' integrazzjoni jkun ta' suċċess.

Barra minn hekk, il-miżuri li ttieħdu s'issa ma ppermettewx lill-SEMCs biex jiddiversifikaw l-esportazzjonijiet tagħhom jew biex jispeċjalizzaw fi prodotti ta' valur miżjud għoli li jikkontribwixxu aktar mil-lat ta' tkabbir u xogħol; dawn iż-żewġ fatturi huma, wara kollox, vitali biex titkabbar il-kompetittivita tagħhom u biex ikunu stabbiliti sew fis-suq dinji. Dan jidher b'mod partikulari fis-settur tat-tessuti, fejn l-SEMCs, li qabel kienu jibbenefikaw mill-viċinanza ġeografika ta' l-UE u mill-Ftehima Multi-Fibra, ma rnexxilhomx ilaħħqu mal-kompetizzjoni li dejjem tiżdied, bi prezzijiet baxxi, ta' pajjiżi bħalma huma ċ-Ċina u l-Indja minn mindu ġew abboliti l-kwoti tat-tessuti.

Evoluzzjoni simili qed tidher fis-settur agrikolu, li għadu mhuwiex modernizzat u diversifikat biżżejjed biex jaffaċċja l-kompetizzjoni dinjija.

Fl-aħħarnett, in-nuqqas ta' infrastrutturi, id-djuq tas-swieq, il-kumplessita tar-regoli burokratiċi u n-nuqqas ta' stabbilita politika fir-reġjun ikomplu jaqtgħu qalb il-maġġoranza ta' l-investituri u joħolqu ostakolu għaż-żieda mixtieqa ta' l-FDI (investimenti diretti barranin).

Proposti u prospettivi

F'dan il-kuntest instabbli u xejn ċar politiku u istituzzjonali, ir-riflessjoni dwar FTA f'dan ir-reġjun tad-dinja li għaddej minn zminijiet imħawda teħtieġ l-ewwelnett, u kemm jista' jkun malajr, attenzjoni politika. Barra minn hekk, wieħed ma jistax jiffoka biss fuq l-aspett kummerċali tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji, peress li t-tliet objettivi ta' Barċellona huma intrinsikament marbuta, u għandhom bżonn jiżviluppaw flimkien sabiex jiggarantixxu l-proċess ta' integrazzjoni. L-objettiv tal-ħolqien ta' FTA m'għandux inessi li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ mhijiex għan fiha nnifisha.

L-FTA ma tistax toffri opportunità ġenwina għall-SEMCs ħlief jekk hija pjanat b'mod miftiehem u gradwali fil-qafas ta' sħubija razzjonali u prevedibbli. F'dan ir-rigward, hemm bżonn li wieħed jirrikonoxxi li d-dewmien, kultant sostanzjali, fit-twettiq tar-riformi ekonomiċi u politiċi li huma neċessarji għall-ħolqien ta' suq veru Ewro-Mediterran, jimponi li s-sena 2010 tiġi reveduta bħala d-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-FTA.

Il-karatteristiċi ekonomiċi u soċjali ta' dawn il-pajjiżi jagħtuhom id-dritt li jipproteġu s-setturi l-aktar fraġli ta' l-ekonomiji tagħhom bħalma huma l-agrikoltura, l-industriji li għadhom jibdew, kif ukoll is-servizzi pubbliċi essenzjali, speċjalment dawk li jindirizzaw il-bżonnijiet essenzjali tal-poplu (is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma, l-enerġija, it-trasport, il-kultura...) u li għalhekk għandhom jinżammu taħt kontroll pubbliku.

Sabiex iż-żieda fil-bidliet ma tkunx ta' detriment tal-popolazzjoni lokali, huwa indispensabbli li jiġu meqjusa l-kriterji mhux kummerċali. Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet ta' xogħol diċenti, ta' l-ambjent u tal-ġlieda kontra l-faqar. Għandhom jitħejjew programmi bil-għan li jitjiebu kemm is-sistema ta' l-edukazzjoni kif ukoll il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.

Il-koperazzjoni Ewro-Mediterranja għandha titfassal mill-perspettiva tal-kontribuzzjoni tagħha għall-iżvilupp, u b'mod speċjali tat-twettiq ta' l-OMD. Minn din il-lenti, għandu jiġi implimentat pjan ta' azzjoni speċifiku għall-ġlieda kontra l-faqar assolut u relattiv fil-Mediterran, jiġifieri verżjoni Mediterranja ta' l-OMD.

L-impatt mistenni ta' l-FTA fuq dħul doganali, li jagħmel parti sinifikanti mir-riżorsi ta' l-SEMCs (eż: 20% tal-PDG fl-Alġerija), għandu jkun meqjus f'negozjati futuri; dawn għandhom jinkludu l-progress ekonomiku li sar mill-SEMCs u ż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati r-riformi tat-taxxa mfassla sabiex ipattu għat-tnaqqis mid-dħul doganali. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma importanti ukoll peress li tnaqqis sostanzjali tal-baġits ta' l-SEMCs ikollu riperkussjoni, l-ewwelnett, fuq il-politiki soċjali (is-saħħa, l-edukazzjoni, eċċ.) li huma kapitali għall-iżvilupp ta' dawn il-pajjiżi.

Għalhekk in-negozjati se jkollhom iqisu l-ħtieġa li jirranġaw ir-rapidita u l-iskala tal-progress tal-ftuħ tas-swieq permezz ta' integrazzjoni ekonomika mgħaġġla ta' l-SEMCs minn qabel; din għandha tinkludi, b'mod partikulari, il-bini ta' netwerks reġjonali ta' infrastruttura u ta' netwerks Ewro-Mediterranji tat-trasport.

Huwa essenzjali li tiġi żgurata din il-progressivita tal-proċess ta' liberalizzazzjoni skond ir-riformi meħuda, li jkun rispettat id-dritt ta' l-SEMCs li jikkontrollaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, li tinżamm sistema assimetrika bbażata fuq il-preferenzi kummerċali, li jiġu konservati l-għodda għall-immaniġġar ta' l-offerta, u li jkunu appoġġjati l-istrateġiji ta' sħubija u modernizzazzjoni ta' l-istrutturi ta' produzzjoni industrijali u agrikoli. Minn dan il-lat, jeħtieġ li tiġi organizzata riflessjoni madwar forma ta' politika agrikola integrata għall-Mediterran.

Ir-riżultati ta' l-istudju dwar l-impatt ta' FTA mitluba mill-Kummissjoni Ewropea lill-Universita ta' Manchester, li jieħdu mill-ġdid il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandhom jitqiesu biex jiġi direzzjonat mill-ġdid il-proċess ta' negozjazzjoni li għaddej. Għandu jkun żgurat bl-istess mod akkumpanjament adattat għall-SEMCs f'dan il-proċess ta' riforma permezz ta' appoġġ tekniku u finanzjarju adegwat.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' l-ENPI, strument finanzjarju li se jieħu post il-programmi MEDA fl-2007, għandha tiġi segwita b'attenzjoni, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mad-distribuzzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja bejn il-pajjiżi ġara tal-Lvant u dawk tan-Nofsinhar. Għalhekk il-koperazzjoni bejn l-ENPI u l-FEMIP għandha tkun rinfurzata biex tiżdied l-effikaċja ta' l-azzjoni ta' l-UE. It-trasformazzjoni ta' l-FEMIP f'bank Ewro-Mediterranju għall-investiment u l-iżvilupp se timxi f'din id-direzzjoni u għandha tiġi mħeġġa. Din se tippermetti wkoll ir-rinfurzar tal-pedament istituzzjonali fir-reġjun.

Minn lat ieħor, anki jekk ma jkunux għadhom ġew milħuqa l-kundizzjonijiet, l-FTA għandha tiġi kompluta fil-ħin permezz taċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-ħaddiema. Għalhekk huwa urġenti li jinħolqu l-modalitajiet ġuridiċi u amministrattivi li jiffaċilitaw b'mod speċjali l-għotja ta' visas.

Kummenti finali

Il-kisba mill-ġdid ta' volonta politika fi ħdan l-imsieħba u d-dħul mill-ġdid tal-koperazzjoni Ewro-Mediterranja fil-lista ta' prijoritajiet ta' l-UE huma l-kundizzjonijiet indispensabbli biex il-Proċess ta' Barċellona jerġa' jiġi mniedi mill-ġdid b'suċċess, kif ukoll FTA li tibbenefika b'mod reċiproku mis-servizz tat-tnaqqis tad-differenza fl-iżvilupp bejn iż-żewġt ixtut tal-Mediterran.

Ir-rinfurzar ta' l-integrazzjoni reġjonali, l-uniku mezz ta' ġlied kontra l-frammentazzjoni politika u ekonomika ta' dan ir-reġjun, huwa f'dan it-titolu premessa essenzjali għat-twaqqif ta' l-FTA. Dan jeħtieġ ikun akkumpanjat permezz ta' pediment istituzzjonali aħjar taz-zona u ta' appoġġ finanzjarju ta' l-UE skond l-ambizzjonijiet tal-koperazzjoni Ewro-Mediterranja.

Għalhekk jeħtieġ li wieħed jinkwieta minħabba l-fatt li l-objettivi ta' l-ENP, bil-kontra ta' dawk ta' Barċellona, mhumiex ċari biżżejjed. Barra minn hekk, huwa imperattiv li l-objettiv tal-"parteċipazzjoni progressiva għas-suq intern", mingħajr prospett għal adeżjoni u eskluż miċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-ħaddiema, għandu jkun preċiżat, bħalma hija r-rabta bejn il-Proċess ta' Barċellon u l-ENP sabiex jiġu indirizzati l-problemi leġittimi ta' l-SEMCs.

Mill-perspettiva tal-ħolqien ta' FTA, li jrid ikun mgħaġġel jekk għandu jidħol fis-seħħ fl-2010, l-objettiv ta' kummerċ għas-servizz ta' l-iżvilupp għandu jibqa' l-punt mexxej fin-negozjati. Il-fraġilita ta' ċerti setturi ta' l-ekonomija ta' l-SEMCs għandha titqies waqt kull fażi tal-liberalizzazzjoni kummerċjali li m'għandhiex isseħħ għad-detriment tal-benessri tal-popolazzjonijiet. Mingħajr dan, l-FTA tissogra li ssir simbolu ta' nuqqas ta' ftehim Ewro-Mediterran.

In-nuqqas ta' definizzjoni ċara tal-politika Mediterranja ta' l-UE u ta' viżjoni strateġika fit-tul għall-iżvilupp u l-istabbilizzazzjoni tar-reġjun hija bla dubju l-akbar ostakolu għas-sħubija Ewro-Mediterranja, kif ukoll is-sors ewlieni għall-waqfien li qed jaffettwaha. L-għan tagħna għandu jkun li nirreaġixxu għal dan in-nuqqas, u dan għandu jiddetermina l-azzjonijiet futuri tagħna.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARANIN (29.11.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Euro-Mediterranja
(2006/2173(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Antonio Tajani

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħal l-Kumitat responsabbli mill-Fond, sabiex jinkludi l-proposti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Ifakkar li l-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles ekonomika u kummerċjali fil-Mediterran ma tistax tkun diżassoċjata mill-isforzi politiċi mmirati biex jiggarantixxu l-paċi, d-demokratizzazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-promozzjoni tad-djalogu inter-kulturali u inter-reliġjuż, kif ukoll mill-isforz serju sabiex id-djalogu politiku u l-fiduċja bejn l-imsieħba jikkontribwixxu b'mod ġenwin għal-ħolqien tad-demokrazija fir-reġjun;

2.   Ifakkar fil-ħtieġa urġenti li ssir ħidma lejn sikurezza u stabbiltà sostenibbli fir-reġjun, inkluż l-aċċettazzjoni minn kulħadd tas-sovranità sħiħa tal-Lebanon, kif ukoll tal-koeżistena fil-paċi ta' l-Istati Palestinjani u Iżraeljani; jinnota f'dan il-kuntest il-ħsara kkawżata fir-reġjun mill-gwerra fil-Lvant Nofsani tas-sajf 2006; jitlob għal impenn formali mill-UE, fil-kuntest tal-proċess tal-paċi li għaddej bħalissa, permezz ta' l-għoti ta' appoġġ finanzjarju adegwat għar-rikostruzzjoni ekonomika u soċjali tal-pajjiżi tar-reġjun; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinsisti fuq il-konformità tal-klawżoli relatati mal-proċess ta' Barċellona, speċjalment il-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem inkluż il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u d-diversi pjanijiet ta' azzjoni, sabiex tinħoloq zona verament ħielsa u sikura fir-reġjun;

3.   Jenfasizza li zona ta' kummerċ ħieles kienet l-ewwel pass fit-twaqqif ta' l-Unjoni Ewropea, u li din kienet fundamentali għaż-żamma tal-paċi fl-Ewropa għal aktar minn 60 sena, wara sekli sħaħ ta' gwerrer; huwa loġiku li wieħed jistenna li l-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Euro-Mediterranja jkun l-ewwel pass għal waqfien tal-gwerra u tat-terroriżmu fil-Lvant Nofsani;

4.   Iqis li l-objettiv tal-Politika barranija ta' l-UE għall-Mediterran, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-azzjonijiet riċenti tal-Politika Ewropea għall-Viċinanza kif ukoll il-preżenza ġdida taċ-Ċina fl-Afrika, tikkonsisti fl-appoġġ u l-inkoraġġiment tar-riformi politiċi, demokratiċi, soċjo-ekonomiċi fil-pajjiżi sħab bil-għan li joħolqu flimkien spazju ta' prosperità komuni;

5.   Jinsab konvint f'dan ir-rigward li huwa aktar bżonnjuż minn qatt qabel li l-FEMIP jitrasforma ruħu f'netwerk verament genwin u awtonomu b'relazzjoni mal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), għax din il-faċilità biss hija kapaċi tirrispondi, kontinwament u konsistentament għat-talbiet dejjem jikbru mill-pajjiżi sħab għal self u għal iffinanzjar u dan għandu jsir fl-ispirtu tal-Marshall Plan għar-reġjun, inkluż l-attivitajiet marbuta mar-rikostruzzjoni;

6.   Itenni l-appoġġ tiegħu għal pajjiżi li huma sors ta' migrazzjoni u jemmen li hemm bżonn ta' politika miftiehma sabiex jiġu miġġielda l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin sabiex jitwaqqaf il-fluss migratorju marbut mal-kriminalità organizzata; jenfasizza l-bżonn li l-Frontex jissaħħaħ, minħabba li dan jista' jsawwar il-qafas ta' solidarjetà u kooperazzjoni għal ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali fil-Mediterran; jenfasizza b'mod partikolari, l-impatt sostanzjali tad-diffikultajiet ekonomiċi fuq il-migrazzjoni u jenfasizza l-bżonn urġenti ta' ħidma flimkien mal-pajjiżi sħab kollha tal-Mediterran (speċjalment mal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq) fuq politika transkonfinali ġenwina dwar l-immigrazzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Euro-Mediterranja

Numru tal-proċedura

2006/2173(INI)

Kumitat responsabbli

INTA

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET
6.7.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Antonio Tajani
21.6.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

23.11.2006

28.11.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

28.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Angelika Beer, Panagiotis Beglitis, Elmar Brok, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Camiel Eurlings, Bronisław Geremek, Klaus Hänsch, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Alojz Peterle, Libor Rouček, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Antonio Tajani, Charles Tannock, Luis Yañez-Barnuevo García, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Tunne Kelam, Jaromír Kohlíček, Alexander Lambsdorff, Miguel Angel Martínez Martínez, Miguel Portas, Aloyzas Sakalas

Sostitut(i) (Art. 178, (2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BIEDJA U L-IZVILUPP RURALI (23.11.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Euro-Mediterranja
(2006/2173(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jean-Claude Fruteau

PROPOSTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

Il-karatteristiċi tal-ftuħ tas-swieq agrikoli

1.  Iqis li hemm bżonn li jitwaqqaf qafas ta' koperazzjoni bejn il-pajjiżi ta' l-UE u l-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran (SEMC) ibbażat fuq ir-rispett lejn id-diversità u l-karatteristiċi tal-biedja ta' kull pajjiż fiż-żewġ reġjuni, li jinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-swieq lokali u reġjonali u l-prodotti tradizzjonali ta' kwalità partikolari u jippermetti l-ħolqien ta' kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura dħul soċjali ekwitabbli għal bdiewa (meta mqabbel max-xogħol li jkun sar) u li jinkoraġġixxi lill-bdiewa sabiex jibqgħu jaħdmu l-art;

2.  Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' l-integrazzjoni ekonomika min-Nofsinhar għan-Nofsinhar fiz-zona tal-Mediterran, minkejja l-progress sinifikanti rreġistrat bl-iffirmar tal-Ftehima ta' Agadir ta' l-2004; iqis li l-ħolqien ta' zona reġjonali ta' kummerċ ħieles bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran (SEMC) tista' tippermetti t-tnaqqis tad-dipendenza ta' dawn ta' l-aħħar fuq il-potenzi kbar agrikoli; huwa konvint li din iz-zona se tikkontribwixxi sabiex jiġi stimulat l-investiment u sabiex jiġu mmodernizzati l-istrutturi għall-produzzjoni agrikola, sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji;

3.  Iqis li t-titjib għall-aċċess għas-Suq tal-Komunità jista' jippermetti lill-SEMC li jiżviluppaw aspett wieħed mill-produzzjoni agrikola tagħhom permezz tat-tkabbir ta' l-esportazzjonijiet; ifakkar madanakollu li s-settur agrikolu fl-SEMC iħaddem parti sostanzjali tal-popolazzjoni attiva u hija bbażat prinċipalment fuq intrapriżi żgħar (ta' inqas minn 5 ettari) li huma kkaratterizzati minn livell baxx ta' produzzjoni; jinsisti fuq il-fatt li l-ftuħ f'salt u ġġeneralizzat tal-kummerċ agrikolu ma' l-Unjoni Ewropea jhedded il-ħajja ta' dawn l-intrapriżi ż-żgħar u tal-produtturi ta' l-oġġetti ta' ikel bir-riskju li jitkabbar id-diżekwilibriju territorjali (l-aċċellerazzjoni ta' l-eżodu rurali lejn iz-zoni urbani u littorali) u li tiġi ssagrifikata agrikoltura multifunzjonali u tieħu vantaġġ minnha agrikoltura mhux adattata għall-ħamrija u għar-riżorsi ta' l-ilma ta' dawn il-pajjiżi;

4.   Iqis li l-promozzjoni ta' agrikoltura adattata lokalment fuq skala żgħira, li tikkostitwixxi titjib għall-ambjent u għalhekk għas-sitwazzjoni ekonomika u tas-saħħa tal-popolazzjoni agrikola, ma tistax tintlaħaq sempliċiment permezz ta' l-aċċess liberalizzat għas-suq għall-prodotti agrikoli, iżda tista tintlaħaq permezz ta' skema mtejba u kwalifikata għall-aċċess għas-suq; jikkunsidra li fil-qafas ta' dan il-pjan, il-prodotti agrikoli jkollhom aċċess aħjar għas-swieq ta' l-Unjoni Ewropea jekk ikunu mkabbra b'konformità mar-Regoli ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' l-ambjent u b'kunsiderazzjoni għas-sigurtà ta' l-ikel; l-importazzjonijiet ta' prodotti li mhumiex konformi ma' dawn ir-regoli, se jkunu sanzjonati permezz ta' taxxa li titħallas fuq il-fruntieri ta' l-Unjoni Ewropea id-dħul minn din it-taxxa se jintuża sabiex jiġu appoġġjati proġetti li jippromwovu l-iżvilupp agrikolu fil-pajjiżi esportaturi;

5. Ifakkar fl-isforzi importanti sostnuti mill-bdiewa ta' l-Unjoni Ewropea fl-okkazzjoni ta' riformi preċedenti tal-PKA; iżid li dawn ta' l-aħħar affaċjaw, qed jaffaċjaw u se jkomplu jaffċċjaw taqlibiet kbar ġodda li huma maħsuba sabiex inaqqsu l-artifiċjalità ta' l-istruttura tas-suq u l-prezzijiet tas-settur agrikolu li jirrelataw mar-riformi ta' diversi organizzazzjonijiet komuni għas-suq, speċjalment fis-setturi ta' l-inbid, tal-frott u tal-ħaxix li jolqtu prinċipalment il-bilanċ soċjali u ekonomiku tas-settur agrikolu speċjalment fil-pajjiżi Ewropej tal-Mediterran; ifakkar li f'dawn l-aħħar snin, kien hemm investimenti qawwija fis-setturi ta' l-inbid u tal-frott u l-ħaxix anke jekk xi kultant dawn ma kinux biżżejjed, sabiex jiżdied il-valur miżjud tal-prodotti permezz taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u l-oriġini tal-prodotti, b'riferenza partikolari għaċ-ċertifikazzjoni ta' produzzjoni organika u ċertifikazzjoni bbażata fuq ir-Regolament 510/2006;

6.  Iqis għalhekk li l-ftuħ tas-suq kollu bejn l-Unjoni Ewropea u l-SEMC għandu jseħħ b'mod progressiv, ibbażat fuq il-kwalità u jkun ikkalkulat, filwaqt li għandhom jitqiesu l-istrutturi għall-użu massimu, il-politiki agrikoli u r-riformi implimentati fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran; jinsisti barra minn hekk fuq il-fatt li n-negozjati dwar l-aċċess għas-suq fl-ebda każ ma jistgħu jkunu implimentati f'daqqa, iżda jitqiesu każ wara l-ieħor u prodott wara l-ieħor; filwaqt li jitqies il-bżonn għall-protezzjoni tal-prodotti sensittivi li għandhom jiġu esklużi mil-liberalizzazzjoni totali sabiex tiġi evitata ħsara irreparabbli għall-produtturi lokali;

7.  Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tiggarantixxi l-possibbiltà li tapplika l-klawżoli ta' protezzjoni speċjali(SSG) li jistgħu jkunu strument bażiku li jiġġieled kull theddida marbuta ma' importazzjonijiet eċċessivi jew bi prezzijiet irħas ħafna;

8.  Ifakkar li ħafna pajjiżi tal-Mediterran urew ix-xewqa li jżommu l-preferenzi kummerċjali tagħhom vis-à-vis is-suq tal-Komunità iqis li ż-żamma tas-sistema preferenzjali u ażimetrika hija inkompatibbli mal-liberalizzazzjoni ġenerali tas-settur agrikolu jenfasizza barra minn hekk l-interess reċiproku tal-pajjiżi kollha tal-Mediterran sabiex iżommu ċertu għodod li permezz tagħhom jimmaniġġjaw il-provvisti fis-swieq rispettivi tagħhom; jitlob f'dan is-sens lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tal-SEMC sabiex ifittxu fil-qafas tan-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ is-soluzzjonijiet kollha possibbli, (inkluż il-klassifikazzjoni tal-prodotti tal-ħalib, tal-frott u l-ħaxix bħala prodotti sensittivi), sabiex jiġi llimitat l-iżbilanċ tas-suq u kull ażimetrija jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni eventwali bejn is-swieq agrikoli tal-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u dawk ta' l-Unjoni Ewropea li jistgħu jikkawżaw telf lill-bdiewa fiż-żewġ gruppi ta' pajjiżi;

L-Iżvilupp ta' Sħubija aktar mill-viċin

9.  F'dan il-kuntest ta' imblokk tan-negozjati multilaterali ta' l-ODK relatati maċ-ċiklu ta' Doha, jesprimi t-tħassib tiegħu għar-rikrudexxenza tar-relazzjonijiet bilaterali fis-settur agrikolu, per eżempju fil-ftehimiet iffirmati riċentement bejn l-Istati Uniti u l-Marokk; iqis li fl-interess komuni tal-pajjiżi kollha tal-Mediterran, tiġi infurzata s-sħubija tagħhom sabiex jibnu flimkien spazju ta' koperazzjoni u kummerċ bil-mira li jiżguraw prosperità ekonomika komuni;

10 Iħeġġeġ lill-pajjiżi tan-Nofsinhar u Lvant tal-Mediterran sabiex itejbu l-kwalità tal-prodotti li jesportaw u sabiex josservaw l-istandards ta' kwalità u dawk fitosanitarji rikjesti mill-Unjoni Ewropea;

11. Jistieden lill-imsieħba tal-Euromed sabiex jimplimentaw sistema ta' koperazzjoni ikbar u ta' ġemelaġġi sabiex jgħaġġlu r-riforma fil-kuntest amministrattiv tal-kummerċ, b'mod kumplimentari mal-miżuri li nbdew fil-qafas tal-faċilitajiet għall-aġġustament settorjali li diġà qed jeżistu, li fil-qasam tal-politika agrikola, prinċiparjament se jfissru miżuri veterinarji u miżuri li jsaħħu l-ekonomiji agrikoli skond il-prinċipji tal-programm EAFRD;

12. Iħeġġeġ lill-SEMC jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex iħeġġu l-investiment Euro-Mediterranju minn operaturi mis-settur privat , speċjalment l-organizzazzjonijiet soċjo-professjonali; iqis li l-ftuħ progressiv u rregolat tas-swieq se jippermetti l-ewwel l-ewwel pass 'l quddiem; fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku Euro-Mediterranju u Mediterranju; huwa mħasseb dwar il-persistenza tar-regoli burokratiċi li jagħmlu diffiċli dawn it-tip ta' finanzjamenti jistieden għalhekk lill-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u lill-Kummissjoni sabiex bil-mod jeliminaw l-ostakoli li jtellfu l-iżvilupp reċiproku ta' l-investiment u t-tixrid armonizzat ta' strumenti ta' appoġġ maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-suq u l-produzzjoni;

13. Jistieden lill-operaturi soċjo-professjonali kollha tas-settur agrikolu ta' l-Euro-Mediterran biex jappoġġjaw il-koperazzjoni fis-setturi kumplimentari; u jinkoraġġixxu l-kumplimentarjetà tal-prodotti fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran u bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran; jenfasizza per eżempju l-każ tas-settur tal-produzzjoni ta' l-inbid u tas-setturi tal-frott u l-ħaxix fejn il-produzzjoni taż-żewġ naħat tal-Mediterran tista' tgħin fl-iżvilupp ta' provvista kummerċjali aktar komprensiva u attrajenti għall-konsumaturi;

14. Jinsisti f'dan ir-rigward fuq l-interess li tiġi żviluppata politika komuni Ewro-Mediterranja konġunta għall-ittikkettar bbażata fuq id-denominazzjoni ta' l-oriġini kkontrollata li tkun kompatibbli ma' l-istandards li bħalissa qedgħin fis-seħħ fi ħdan l-Unjoni Ewropea bbażata fuq id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini kkontrollata u taċ-ċertifikazzjoni organika u li tiżgura t-traċċabilità u t-trasparenza tal-metodi ta' produzzjoni;

15. Jinsisti fuq il-bżonn li jiġu inkoraġġiti miżuri li jħeġġu l-ftehimiet ta' sħubiji u l-iżvilupp ta' netwerks għal koperazzjoni deċentralizzata bejn territorji u sistemi reġjonali li jippromwovu r-riċerka, l-iskambju ta' l-aqwa esperjenza, it-taħriġ, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' l-ikel, il-kompetenza Ewropea fil-qasam tas-sigurtà ta' l-ikel f'diversi setturi bejn l-operaturi tal-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u dawk ta' l-Unjoni Ewropea;

16. Jistieden b'insistenza lill-operaturi tas-sħubija Euro-Mediterranea sabiex jiffukaw fuq il-progress tekniku mmirat lejn metodi ta' agrikoltura sostenibbli għall-ekonomija u għall-ekoloġija li jippermettu lill-bdiewa żgħar iżidu l-produzzjoni taċ-ċereali u l-produzzjoni ta' prodotti bażiċi u sabiex jipproċessaw u jippromwovu l-prodotti tagħhom lokalment sabiex jipprovdu reazzjoni urġenti għall-problema tas-sigurtà ta' l-ikel fl-SEMC;

Appoġġ għall-Iżvilupp Rurali

17. Jilqa' b'sodissfazzjon l-interess muri mill-pajjiżi Mediterranji rigward il-politika għall-iżvilupp rurali; jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġja l-implimentazzjoni ta' netwerk għas-soċjetà ċivili sabiex din tikkontribwixxi fl-elaborazzjoni ta' pjan strateġiku għall-iżvilupp rurali għan-Nofsinhar tal-Mediterran mibni fuq l-obbjettivi għad-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet, għat-tisħiħ ta' l-infrastrutturi meħtieġa sabiex jitjib l-aċċess għall-informazzjoni, it-taħriġ professjonali, l-ipproċessar u l-kummerċ, għat-tiġdid territorjali bejn iz-zoni urbani u dawk rurali u għall-konservazzjoni ta' l-ambjent (speċjalment fil-qafas ta' tmexxija responsabbli tar-riżorsi naturali relatati ma' modi ta' produzzjoni adegwati); jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex tiżviluppa pjan strateġiku flimkien ma' inizjattivi għal sħubijiet transnazzjonali, interreġjonali, transkonfinali u tal-viċinanza li bħalissa qed jiġu mħejjija fuq il-bażi ta' programmi operazzjonali ta' intervenzjoni; jenfasizza l-bżonn li jiġi promoss - f'dan ir-rigward- it-twaqqif ta' netwerks u ta' koperazzjoni strutturata għall-qsim ta' l-esperjenza LEADER u ta' diversi esperjenzi li nkisbu fit-tisħiħ integrat taz-zoni agrikoli;

19. Jistieden lill-operaturi tas-sħubija Euro-Mediterranja sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw politika kwalitattiva bbażata fuq monitoraġġ strett tal-prodotti kif ukoll fuq metodi kkontrollati ta' verifika fid-dawl speċjalment ta' l-istandards tekniċi u r-restrizzjonijiet relatati kif stabbilit għal produzzjoni agrikola u agro-alimentari tal-Komunità;

Miżuri oħra

20. Fil-qasam ta' l-iżvilupp rurali bħal f'dak ta' normi kummerċjali u ta' livell tekniku ta' l-istrutturi tal-produzzjoni,jistieden lill-Kummissjoni sabiex tutilizza l-Istrument Ewropew għall-Viċinanza futur u s-sħubija bħala strument verament ta' konverġenza u ta' żvilupp sostenibbli u mhux biss bħala mezz ta' kumpens għal-liberalizzazzjoni tas-swieq; jistieden lill-Kummissjoni tapplika b'mod kostanti klawżola ta' kundizjonalità li tagħmel l-għoti ta' għajnuna finanzjarja għal konverġenza aħjar bejn il-pajjiżi tar-Reġjun tal-Mediterran jersqu lejn l-obbjettivi ta' Barċellona, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-integrazzjoni reġjonali;

21. Jinsab konvint li fl-SEMC, il-liberalizzazzjoni tas-swieq se japprofittaw minnha l-intrapriżi mekkanizzati l-kbar li diġà qed jibbenefikaw minn sistema ta' fondi għall-kumpens jistieden lill-operaturi istituzzjonali tas-sħubija Euro-Mediterranja sabiex itejbu l-aċċess għal self ta' flus lil produtturi żgħar sabiex jimplimentaw sistema ta' ponderazzjoni ta' l-għajnuniet destinati għall-bdiewa żgħar li jikkostitwixxu l-maggoranza tal-popolazzjoni agrikola f'dawn il-pajjiżi u li se jkunu l-ewwel vittmi tal-kompetizzjoni ma' l-Unjoni Ewropea u li sabiex fuq perjodu ta' żmien twil, jibdlu s-sistema antika ta' kumpens u għajnuna b'sistema ġdida ta' appoġġ għal agrikoltura sostenibbli u għal investimenti żgħar fl-industrija ta' l-ipproċessar ta' l-ikel sabiex tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-ekonomiji agrikoli permezz tad-diversifikazzjoni, il-promozzjoni lokali u l-produzzjoni ta' kwalitajiet speċifiċi.

NOTA SPJEGATTIVA

Is-sħubija Euro-Mediterranja imnidija f'Barċellona fl-1995, għandha l-għan li tistabbilixxi zona ta' paċi u stabbiltà, li tikkontribwixxi għall-ftehim mutwali aħjar bejn il-popli tar-reġjun u li tibni spazju ta' prosperità komuni permezz ta' koperazzjoni akbar u permezz ta' liberalizzazzjoni regolata tal-kummerċ fi ħdan it-territorju tal-Mediterran.

Għaxar snin wara, il-pjan tat-twaqqif ta' zona ħielsa ta' kummerċ Euro Mediterranja sa l-2010, inizjalment ristretta għas-settur industrijali, ġiet estiża għas-settur agriklolu. Minn issa 'l quddiem fil-qafas tan-negozjati mibdija bejn l-UE u l-SEMC, id-dibattitu essenzjalment wasal dwar kemm se jitħaffef u dwar il-metodu ta' dan il-proċess.

L-isfidi u l-limitazzjonijiet tal-ftuħ f'salt tas-swieq

Għall-SEMC

Fil-kuntest ta' spluzjoni demografika, il-kwistjoni tas-sikurezza ta' l-ikel titlob għal soluzzjoni urġenti għall-problema tal-produttività tas-settur agrikolu li fl-istess ħin hija marbuta wkoll ma' produzzjoni bi spejjeż baxxi. Għal ħafna persuni, il-ftuħ tas-swieq jidher bħala mezz adegwat li jirrispondi għal din il-perspettiva doppja, permezz tat-tpoġġija mgħaġġla tal-provvisti tal-SEMC fis-suq dinji, ta' l-inkoraġġiment għall-immodernizzar tat-tagħmir għall-produzzjoni tagħhom li jippermettilhom li jibbenefikaw mill-vantaġġi komparattivi tagħhom fuq ċertu numru ta' prodotti (eż: frott u ħaxix).

Dan il-kunċett ekonomiku, madanakollu se jikklaxxja mad-dimensjonijiet soċjali u ambjentali tal-problema. Fuq livell soċjali, sar evidenti li l-ftuħ f'salt tas-swieq ma jnaqqasx milli jfixkel aktar u aktar il-ħajja ta' l-intrapriżi familjali, li għandhom livell ta' produttività partikolarment baxx u jikkostitwixxu l-maġġoranza tas-settur agrikolu tal-SEMC.

Fuq livell ambjentali, l-eliminazzjoni ta' dawn l-intrapriżi familjali, twassal għal diżekwilibriju territorjali gravi minħabba l-amplifikazzjoni ta' l-eżodu rurali (li diġà huwa devastanti) lejn ċentri urbani kbar ippopolati ħafna speċjalment lejn il-kosta. Minħabba li l-integrazzjoni fis-suq dinji tħeġġeġ metodi ta' produzzjoni iktar u iktar intensivi u orjentati lejn kulturi li mhumiex adattati għall-agrikoltura fil-pajjiżi kkonċernati ; jirriżulta li l-konsum mhux razzjonali ta' l-ilma, li l-irwol vitali u strateġiku tiegħu huwa diġà sors ta' tensjoni, kif ukoll l-abbandun tal-kultura ta' l-ikel tradizzjonali, mhux biss huma indispensabbli għall-alimentazzjoni tal-popolazzjonijiet lokali iżda talli jibqgħu adegwati man-natura u mal-potenzjalità tal-ħamrija tal-SEMC.

Għall-Unjoni Ewropea

Jekk il-ftuħ tas-swieq joffri potenzjalitajiet reali t'esportazzjoni għall-bdiewa Ewropej, speċjalment għal ċertu numru ta' prodotti li l-produzzjoni tagħhom hija skarsa fl-SEMC (bħal ħalib, zokkor, eċċ) l-argumenti tradizzjonali favur ir-regolamentazzjoni tal- kummerċ ma jibqgħux attwali, meta wieħed iqis il-livelli tas-salarji fl-SEMC fin-nuqqas ta' spejjeż ta' natura ambjentali li huma bbażati fuq dawn ta' l-aħħar u, aktar minn hekk, fin-nuqqas ta' normi armonizzati bejn l-Ewropa u l-SEMC. Il-problema ta' kompetizzjoni li tiġġenera din is-sitwazzjoni hija aktar gravi minħabba li ħafna drabi tikkonċerna l-istess tipi ta' produzzjoni (speċjalment ta' frott u ħaxix) fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran.

Ma jibqa' xejn ħlief jekk l-Unjoni Ewropea tibqa' barra mill-proċess tad-dħul tal-SEMC fil-kummerċ dinji qawwiet kummerċjali oħra ma jonqsux milli jaħtfu l-ispazju permezz ta' investimenti privati ta' kalibru, b'riskju li jintlaħqu riżultati iktar preġudikabbli għall-Istati tal-Mediterran ta' l-Unjoni : il-kompetizzjoni kummerċjali tal-SEMC mingħajr benefiċċju għal kontraparti ; waqfien fil-qasam tal-politika kummerċjali permezz ta' l-ODK eċċ.

Perspettivi għal sħubija ekonomika effiċjenti

Sar indispensabbli - kemm għall-SEMC u kemm għall-Unjoni Ewropea li jibdew malajr kemm jista' jkun id-diskussjonijiet għall-implimentazzjoni ta' sħubija reali bbażata fuq il-ftuħ progressiv u l-kontroll tas-swieq, adattata għar-realtajiet soċjo-ekonomiċi u soċjali tar-reġjun tal-Mediterran.

F'din il-perspettiva, ir-'rapporteur' jipproponi erba' għażliet prinċipali li jidhrulu pertinenti sabiex jilħqu l-objettivi mfittxija :

1 - Jadotta r-ritmu u l-intensità tal-proċess tal-ftuħ tas-swieq agrikoli. Dan jimplika l-appoġġ preliminari mgħaġġel għall-integrazzjoni ekonomika tal-SEMC ; il-progressività tal-proċess ta' liberalizzazzjoni li jirrifletti r-riformi u l-politiki agrikoli u rurali implimentati fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran ; iż-żamma ta' sistema ażimetrika bbażata fuq preferenzi kummerċjali u fuq iż-żamma ta' strumenti li permezz tagħhom iwasslu l-provvisti tagħhom.

2 - L-Iżvilupp ta' sħubiji u ġemellaġġi aktar sfidanti sabiex tiġi appoġġjata r-riforma ta' l-ambjent amministrattiv, propizju għall-infurzar ta' l-investimenti ; iż-żieda fil-koperazzjoni bejn organizzazzjonijiet professjonali tar-reġjun tal-Mediterran f'setturi kumplimentari ; l-appoġġ għall-iżvilupp ta' sistema għad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini speċifiċi.

3. - Jenfasizza l-iżvilupp rurali , sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp fl-SEMC ta' agrikoltura multifunzjonali, li tirrispetta lill-ambjent u lir-riżorsi naturali, li tippermetti l-produzzjoni ta' prodotti ta' l-ikel ta' kwalità filwaqt li tipparteċipa fi żvilupp territorjali bbilanċjat. B'mod aktar ġenerali, il-kuxjenza komuni għall-importanza ta' problemi għall-iżvilupp rurali, għandha tippermetti l-ħolqien ta' set ta' valuri komuni u l-armonizzazzjoni progressiva tan-normi ta' produzzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran.

4 - Miżuri oħra. Huwa importanti li l-Unjoni Ewropea timmobilizza l-istrumenti finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħha (b'mod partikolari l-Istrument Ewropew għall-Viċinanza futur), speċjalment b'appoġġ għall-immodernizzar ta' l-istrutturi għall-produzzjoni tal-SEMC u l-approċċi għal sħubijiet settorjali. Ir-'rapporteur' barra minn hekk jisħaq fuq li l-Unjoni Ewropea għandha tibbaża b'mod istituzzjonali jew finanzjarju, l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ponderazzjoni għal għajnuniet destinati għal intrapriżi familjali żgħar tal-SEMC li se jkunu l-aktar esposti għall-kompetizzjoni fil-qasam agrikolu.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja

Numru tal-proċedura

2006/2173(INI)

Kumitat responsabbli

INTA

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI
6.7.2006

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Jean-Claude Fruteau
21.6.2006

Eżami fil-kumitat

2.10.2006

22.11.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Thijs Berman, Giuseppe Castiglione, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Jean-Claude Fruteau, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Esther Herranz García, Heinz Kindermann, Albert Jan Maat, Diamanto Manolakou, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, María Isabel Salinas García, Brian Simpson, Kyösti Virrankoski, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Bernadette Bourzai, Ilda Figueiredo, Wiesław Stefan Kuc, Jan Mulder

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

PROĊEDURA

Titlu

Il-ħolqien ta' zona ta' kummerċ ħieles Euro-Mediterranja

Numru tal-Proċedura

2006/2173(INI)

Kumitat responsabbli
  Awtorizazzjoni tad-data mħabbra fis-seduta plenarja

INTA
6.7.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħtu/i opinjoni(jiet)
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET
6.7.2006

AGRI
6.7.2006

 

 

 

Opinjoni(ijiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Kader Arif
23.11.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Diskussa fil-kumitat

3.10.2006

21.11.2006

 

 

 

Data adottata

18.12.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

22

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Jean-Pierre Audy, Enrique Barón Crespo, Daniel Caspary, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Alain Lipietz, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Johan Van Hecke, Zbigniew Zaleski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Harlem Désir, Elisa Ferreira, Małgorzata Handzlik, Jens Holm, Jörg Leichtfried

Sostituti skond ir-Regola 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

 

Kummenti
(disponibbli b'lingwa waħda biss)