Proċedura : 2006/2133(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0471/2006

Testi mressqa :

A6-0471/2006

Dibattiti :

PV 12/03/2007 - 18
CRE 12/03/2007 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2007 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0062

RAPPORT     
PDF 270kWORD 241k
21 ta' Diċembru 2006
PE 380.802v02-00 A6-0471/2006

dwar ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi sħubija ġdida

(2006/2133(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Richard Howitt

ERRATA/ADDENDA
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIċerka u l-enerġija
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI
 PROĊEDURA

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi sħubija ġdida

(2006/2133(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-aktar żewġ standards awtorevoli miftiehma internazzjonalment dwar il-kondotta ta’ l-intrapriżi id-Dikjarazzjoni bejn Tliet Partijiet tal-Prinċipji li jikkonċernaw l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-"Linji Gwida għall-Impriżi Multinazzjonali" ta' l-OECD, u l-kodiċi ta' kondotta skond il-protezzjoni ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali bhalma huma l-FAO, id-WHO u l-Bank Dinji u l-isforzi taħt l-awspiċju ta' l-UNCTAD fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' l-intrapriżi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ l-ILO dwar il-Prinċipji Fundamentali u d-Drittijiet fuq il-Post tax-Xogħol, tat-18 ta Ġunju 1998, u l-ftehima tagħha dwar l-istandards ewlenin u universali dwar ix-xogħol: It-tneħħija tax-xogħol infurzat (il-Konvenzjonijiet 29 u 105), il-Libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt ta' negozjar kollettiv (il-Konvenzjonijiet 87 u 98), it-Tneħħija ta’ xogħol ta' minuri (il-Konvenzjoni 138 u l-Konvenzjoni 182), u l-ebda diskriminazzjoni fl-impjieg (il-Konvenzjonijiet 100 u 111),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u b’mod partikulari l-artikolu tagħha fejn kull individwu u kull organu tas-soċjetà jintalab ikollu rwol fl-iżgurar ta’ l-osservanza universali tad-drittijiet tal-bniedem, il-Ftehima Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi ta’ l-1966, Il-Ftehima dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali ta’ l-1966, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa ta’ l-1979, l-Abbozz ta’ Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni ta’ l-1994, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-1989,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Ġlieda Kontra t-Tixħim ta' l-OECD (1997)

–   wara li kkunsidra l-Inizjattiva Globali ta’ Rappurtar (GRI) li bdiet fl-1997(1), il-Linji Gwida aġġornati ta’ Rappurtar Sostenibbli tal-G3, maħruġa fil-5 ta’ Ottubru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti li tnieda f’Settembru 2000,

-    wara li kkunsidra t-tħabbira fid-9 ta' Ottubru 2006 mill-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Inizjattiva Globali ta' Rappurtar illi ffurmaw "alleanza strateġika"

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Normi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Responsabilitajiet tal-Korporazzjonijiet Transnazzjonali u Intrapriżi ta' Negozju Oħra fir-Rigward tad-Drittijiet tal-Bniedem (Diċembru 2003),

–   wara li kkunsidra r-riżultat tas-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti f’Johannesburg, b’mod partikulari l-istedina għal inizjattivi fost il-gvernijiet dwar il-kwistjoni ta’ responsabilità ta’ intrapriżi u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2002 dwar is-segwitu tas-Samit,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ix-xogħol tal-Grupp għall-Patt Globali "Lejn sħubijiet globali – Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-isħab relevanti, b’mod partikulari s-settur privat", 10 ta’ Awissu 2005 (05-45706 (E) 020905),

–   wara li kkunsidra l-ħatra ta’ Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, għar-rapport interim tiegħu tat-22 ta’ Frar 2006 (E/CN.4/2006/97), u l-konsultazzjonijiet reġjonali li żamm f’Bangkok fis-26-27 ta’ Ġunju 2006 u f’Johannesburg fis-27-28 ta’ Marzu 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 1999 dwar l-istandards ta’ l-UE għall-Intrapriżi Ewropej li joperaw fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: lejn Kodiċi ta’ Mġiba Ewropea(2), li tirrakkomanda l-ħolqien ta’ Mudell ta’ Kodiċi ta’ Mġiba Ewropea appoġġjata mill-Pjattaforma Ewropea ta’ Monitoraġġ,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Brussell ta’ l-1968 kif ikkonsolidata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali(3),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja ta’ l-ekoġestjoni u l-verifika (EMAS)(4),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-segwitu tal-Green Paper dwar ir-responsabilità soċjali ta’ l-intrapriżi(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni ta’ qafas Ewropew għar-responsabilità soċjali ta’ l-intrapriżi(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna r-Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriżi: Il-kontribuzzjoni tan-negozju għall-Iżvilupp Sostenibbli(7),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent, il-kejl u l-kxif ta’ kwistjonijiet ambjentali fil-kontijiet annwali u fir-rapporti annwali tal-kumpaniji (innotifikata skond id-dokument numru C(2001)1495)(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ Lulju 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali intitolat "Il-Promozzjoni ta’ l-Istandards Bażiċi tax-Xogħol u t-Titjib fit-Tmexxija Soċjali fil-kuntest tal-Globalizzazzjoni"(9),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003 dwar ir-responsabilità soċjali ta’ l-intrapriżi(10),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Tmexxija u Żvilupp" (COM(2003)0615),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti annwali kkonsolidati ta’ ċertu tip ta’ kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra u intrapriżi ta’ assigurazzjoni(11),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi(12),

–   wara li kkunsidra r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Forum Multilaterali Ewropew dwar is-CSR tad-29 ta’ Ġunju 2004, inkluża r-rakkomandazzjoni 7 li tappoġġja l-azzjoni sabiex jinkiseb il-qafas legali xieraq,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Id-Dimensjoni Soċjali ta’ Globalizzazzjoni – il-kontribuzzjoni politika ta’ l-UE dwar l-estensjoni tal-benefiċċji għal kulħadd" (COM(2004)0383),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, l-emendar tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE dwar reklamar qarrieqi, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Inġusti fin-Negozju')(13),

–   wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Marzu 2005 li reġa’ nieda l-istrateġija ta’ Liżbona li tiffoka din is-sħubija bejn l-UE u l-Istati Membri fuq it-tema "Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi",

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2005 dwar l-esplojtazzjoni u x-xogħol ta’ minuri fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw(14),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija riveduta ta’ l-Iżvilupp Sostenibbli – Pjattaforma għall-azzjoni (COM(2005)0658), u l-Istrateġija mġedda ta’ l-Iżvilupp Sostenibbli ta’ l-UE adottata mill-Kunsill fid-9 ta’ Lulju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, iffirmat mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fl-20 ta’ Diċembru 2005,

–   wara li kkunsidra s-Sistema Ġenerali ta’ Preferenzi (GSP+) ġdida, fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2006 li tiggarantixxi aċċess mingħajr ħlas ta’ dazju jew tnaqqis fit-tariffi għal numru akbar ta’ prodotti u tinkludi wkoll inċentiv ġdid għal pajjiżi vulnerabbli li jiffaċċjaw ħtiġijiet kummerċjali, finanzjarji jew ta’ żvilupp speċifiċi,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Promozzjoni ta’ xogħol diċenti għal kulħadd – il-kontribuzzjoni ta’ l-UE fl-implimentazzjoni ta’ l-aġenda tax-xogħol diċenti fid-dinja" (COM(2006)0249),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza tat-3 ta’ Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-Kummerċ Ġust u l-Iżvilupp(15),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Immodernizzar tal-Liġi tal-Kumpanija u t-Tisħiħ tat-Tmexxija ta’ l-Impriżi fl-Unjoni Ewropea – Pjan għall-Avvanz" (Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Tmexxija Korporattiva) (COM(2003)0284),

–   wara li kkunsidra s-Seduta ta’ Smigħ "Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriżi – jeżisti approċċ Ewropew?" organizzata mill-Parlament Ewropew fil-5 ta’ Ottubru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0471/2006),

A. filwaqt li l-kumpaniji ma jistgħux ikunu sostituti għall-awtoritajiet pubbliċi meta dawn ta' l-aħħar jonqsu li jeżerċitaw kontroll fuq il-konformità ma' l-istandards soċjali u ambjentali,

1.  Huwa konvint li ż-żieda fir-responsabilità soċjali u ambjentali permezz tan-negozju, marbuta mal-prinċipju tar-responsabilità ta’ l-impriżi, tirrappreżenta element essenzjali tal-Mudell Soċjali Ewropew, ta' l-istrateġija Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli u li jkunu sodisfatti l-isfidi soċjali tal-globalizzazzjoni ekonomika;

2.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippermetti impetu ġdid għad-dibattitu ta' l-UE dwar ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi (CSR) imma jinnota t-tħassib espress minn uħud mill-parteċipanti ewlenin dwar in-nuqqas ta' trasparenza u bilanċ fil-konsultazzjoni li saret qabel il-pubblikazzjoni;

3.  Jirrikonoxxi li jibqa' dibattitu miftuħ bejn il-gruppi differenti li għandhom interess fuq definizzjoni xierqa tas-CSR, u li l-kunċett ta’ "lil hinn mill-konformità" jippermetti lil xi kumpaniji sabiex jiddikjaraw ir-responsabilità soċjali filwaqt li fl-istess ħin ma jirrispettawx il-liġijiet lokali jew internazzjonali; jemmen li l-assistenza ta' l-UE lill-gvernijiet ta' pajjiżi terzi fl-implimentazzjoni ta' regolamenti soċjali u ambjentali konsistenti ma' konvenzjonijiet internazzjonali, flimkien ma' reġimi ta' spezzjoni effettivi, huma xi ħaġa kumplimentari meħtieġa biex iġibu 'l quddiem is-CSR tan-negozju Ewropew madwar id-dinja kollha;

4.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-politiki tas-CSR għandhom jiġu promossi skond il-merti tagħhom, la bħala sostituzzjoni għal regolament xieraq f’oqsma oħra, lanqas bħala approċċ moħbi għall-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal din; jistieden sabiex id-dibattitu dwar is-CSR fuq livell Ewropew jiġi 'depolarizzat' billi ma jkunx hemm sapport la lejn approċċ esklussivament volontarju u lanqas lejn approċċ mandatarju; itenni approċċ essenzjalment volontarju iżda jħalli - mingħajr obbligazzjoni - ir-riċerka bbażata fuq objettivi soċjali u ambjentali ċari u mingħajr ma jeskludi iktar djalogu u riċerka dwar impenji li jorbtu;

5.  Jinnota illi l-proliferazzjoni ta' l-inizjattivi volontarji tas-CSR jistgħu ikunu pperċepiti bħala ostakolu għal aktar kumpaniji biex jadottaw il-politiki tas-CSR, partikularment l-intrapriżi ż-żgħar, kif ukoll bħala nuqqas ta' inċentiv għall-kumpaniji sabiex imexxu azzjonijiet aktar kredibbli tas-CSR, filwaqt li fl-istess ħin juru l-importanza li ngħatat lilha, u l-ħtieġa li jinħolqu iktar inċentivi għal iktar politiki ambizzjużi tas-CSR; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġixxi t-tixrid ta' prattika tajba li tirriżulta minn inizjattivi volontarji tas-CSR; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll li tistabilixxi lista ta' kriterji li għandhom jiġu rispettati mill-intrapriżi li jiddikjaraw li huma responsabbli;

6.  Jemmen li l-kredibilità ta’ l-inizjattivi volontarji tas-CSR hija aktar dipendenti fuq impenn sabiex jiġu inkorporati standards u prinċipji eżistenti miftiehma internazzjonalment, u fuq l-approċċ ta’ bosta partijiet interessati, kif irrakkomandat mill-Forum Multilaterali ta' l-UE (MSF), kif ukoll dwar l-applikazzjoni tal-verifikazzjoni indipendenti u l-monitoraġġ; jirrakkomanda l-ħolqien ta' tali mekkaniżmu fuq livell Ewropew;

7.  Jemmen li d-dibattitu ta' l-UE dwar is-CSR wasal fil-punt fejn l-enfażi għandu jinbidel minn fuq 'proċessi' għal 'riżultati', li għandu jwassal għal kontribuzzjoni trasparenti u li titkejjel min-negozji fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-degradazzjoni ambjentali fl-Ewropa u madwar id-dinja;

8.  Jirrikonoxxi li ħafna kumpaniji diġa' jagħmlu sforz kbir u li dejjem jiżdied biex ilaħħqu mar-responsabilità soċjali tagħhom;

9.  Jinnota li s-swieq u l-kumpaniji huma fi stadji differenti ta' żvilupp madwar l-Ewropa; jikkunsidra għalhekk illi metodu 'qies wieħed tajjeb għal kulħadd' li jfittex li jimponi mudell wieħed għall-imġieba ta' l-intrapriżi m'huwiex relevanti u ma jwassalx għall-adozzjoni bis-sens tas-CSR min-negozji; jikkunsidra barra minnhekk illi l-enfażi għandu jitpoġġa fuq l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili u b'mod partikolari fuq l-għarfien tal-konsumatur dwar produzzjoni responsabbli biex tippromwovi l-adozzjoni ta' responsabilità ta' l-intrapriżi li hija dejjiema u relevanti għall-kuntest nazzjonali jew reġjonali;

10. Jinnota li s-CSR għandha tindirizza oqsma ġodda bħat-taħriġ għal tul il-ħajja, l-organizzazzjoni tax-xogħol, opportunitajiet ugwali, inklużjoni soċjali, żvilupp sostenibbli u etika, sabiex tieħu azzjoni bħala strument addizzjonali għall-immaniġġjar tal-bidla industrijali u ta' l-istrutturar;

Id-dibattitu ta’ l-UE dwar is-CSR

11. Jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tfassal Alleanza Ewropea għar-Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriżi fi sħubija ma’ diversi netwerks tan-negozju; jirrakkomanda li l-Kummissjoni nnifisha għandha tiżgura punt wieħed ta’ koordinazzjoni sabiex iżżomm l-għarfien ta’ l-attivitajiet u s-sħubija ta’ l-Alleanza, kif ukoll isir qbil dwar objettivi ċari, skedi u viżjoni strateġika li tinforma x-xogħol tagħha; jinkorraġixxi kumpaniji Ewropej jew kumpaniji li joperaw fl-Ewropa, kbar jew żgħar, biex jieħdu din l-inizjattiva, u biex l-Alleanza titkabbar bil-parteċipazzjoni tal-parteċipanti l-oħra;

12. Jemmen li d-djalogu soċjali kien mezz effettiv biex jippromwovi inizjattivi tas-CSR u li l-kunsilli tax-xogħol Ewropej kellhom ukoll irwol kostruttiv x'jilgħabu fl-iżvilupp ta' l-aħjar prattika fil-konfront tas-CSR;

13. Jissuġġerixxi li żieda sostanzjali fl-adozzjoni tal-prattiki tas-CSR fost il-kumpaniji ta' l-UE, l-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' l-aħjar prattika minn mexxejja ġenwini fost il-kumpaniji f'aspetti differenti tas-CSR, l-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta' l-azzjoni speċifika ta' l-UE sabiex tappoġġja lis-CSR, u l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' tali inizjattivi fuq l-ambjent u fuq id-drittijiet umani u soċjali jistgħu jinkludu l-'benchmarks' ewlenin tas-suċċess ta' l-Alleanza; u li tkun stabbilita skadenza ta’ sentejn għat-tlestija tax-xogħol tal-'laboratorji' mwaqqfa taħt il-ħarsien tagħha kif issuġġerit mis-CSR Ewropa;

14. Jinnota li t-tlaqqigħ mill-ġdid tal-Forum Multilaterali kien parti miżjuda tard mal-Komunikazzjoni, u li għandhom jittieħdu l-miżuri sabiex tinbena l-kunfidenza tal-bosta partijiet interessati li djalogu ġenwin għandu jseħħ li jwassal għal impatt reali tal-politiki u l-programmi ta’ l-UE sabiex ikun hemm inċentiv u tiġi applikata s-CSR fin-negozju ta' l-UE; jemmen li għandhom jittieħdu lezzjonijiet fir-rigward tas-sentejn li l-MSF operat qabel, pożittivi fir-rigward tar-regola "fama xejn, mistħija xejn" u b'mod partikolari bl-użu tar-rapporteurs indipendenti; jirrimarka, pero', li jeħtieġ ikun hemm titjib fir-rigward ta' bini ta' kunsens; iħeġġeġ ukoll biex ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jipparteċipaw b'mod aktar attiv fid-dibattitu;

15. Jitlob lill-Kummissjoni biex tistieden rappreżentanti min-numru ta' gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali li huma impenjati li jużaw akkwisti u għodda oħra ta' politika pubblika biex javvanzaw is-CSR biex jifformaw 'il-laboratorju' tagħhom taħt l-'Alleanza' u jintegraw ir-riżultati tagħhom fix-xogħol futur;

16. Jappoġġja sforzi mill-Kummissjoni biex tkabbar is-sħubija fl-MSF biex tinkludi investituri, is-settur edukattiv u l-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jinsisti li għandha tibqa' l-opportunità għal djalogu sostenibbli biex jintlaħqu l-objettivi miftiehma;

17. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ, fil-monitoraġġ tal-progress tas-CSR, parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-Forum ta' Bosta Partijiet Interessati u skambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;

18. Jagħti appoġġ għal kxif mandatorju għall-intrapriżi u 'lobbyists' oħra u għall-aċċess bilanċjat bejn gruppi ta’ negozju u partijiet interessati oħra lejn it-tfassil tal-politika nnifisha ta’ l-UE;

Ir-rabta bejn is-CSR u l-kompetittività

19. Jilqa' l-għan tal-Komunikazzjoni li torbot is-CSR ma' l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' l-Aġenda ta' Liżbona, preċiżament għaliex jikkonsidra li approċċ serju lejn is-CSR mill-kumpaniji jista' jikkontribwixxi kemm għal żieda fin-numru ta' l-impjiegi kif ukoll għat-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u biex jiġi assigurat ir-rispett lejn id-drittijiet tal-ħaddiema u l-promozzjoni tar-riċerka - u l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet tekniċi; jappoġġja l-prinċipju ta' "kompettitività responsabbli" bħala parti integrali tal-Programm tal-Kummissjoni għall-Innovazzjoni u l-Kompettitività; jisfida lill-kumpaniji Ewropej biex jinkludu fir-rappurtaġġ tagħhom kif qed jikkontribwixxu għall-objettivi ta' Liżbona;

20. Jirrikonoxxi li regoli ta' kompetizzjoni effettivi, ġo u barra l-Ewropa, huma element essenzjali biex wieħed jassigura prattika ta' negozju responsabbli, b'mod partikolari billi jingħata trattament ġust u aċċess għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) li huma bbażati lokalment;

21. Jerġa' jtenni illi l-implimentazzjoni, fi ħdan is-CSR, ta' prattiki responsabbli u mhux diskriminatorji li jippromwovu l-impjegar tan-nisa u persuni żvantaġġjati tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona;

22. Jinnota inkonsistenza bejn l-għażliet ta’ strateġiji kompetittivi minn kumpaniji li jfittxu titjib kontinwu fil-flessibilità u l-ħlas, u impenji volontarji tas-CSR li jfittxu li jevitaw prattiki ta’ sfruttar ta’ impjieg u jippromwovu relazzjonijiet għal żmien twil mal-fornituri; jilqa' iktar djalogu dwar dan il-punt;

23. Jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, illi l-evalwazzjonijiet u l-monitoraġġ ta' kumpaniji Ewropej li huma meqjusa bħala responsabbli jiġu estiżi biex ikopru l-attivitajiet tagħhom u ta' dawk li huma subkuntratturi tagħhom barra l-Unjoni Ewropea, ukoll, biex jiġi assigurat li s-CSR tagħti benefiċċji wkoll lil pajjiżi terzi u speċjalment pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, skond il-konvenzjonijiet ta' l-ILO b'mod partikolari dwar, il-libertà li tifforma trejdjunjins, il-projbizzjoni tax-xogħol tal-minuri u tax-xogħol infurzat, u b'mod iktar speċifiku nisa, migranti, popli indiġeni u gruppi ta' minoranza;

24. Jirrikonoxxi lis-CSR bħala kontrollur importanti tan-negozju u jitlob l-integrazzjoni tal-politiki soċjali, bħar-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, il-politika ta' pagi ġusti, l-evitar tad-diskriminazzjoni, it-tagħlim matul il-ħajja, etċ, u kwistjonijiet ambjentali iffukati b'mod partikolari fuq il-promozzjoni dinamika ta' l-iżvilupp sostenibbli, kemm bħala appoġġ għal prodotti ġodda u proċessi permezz ta' innovazzjoni ta' l-UE u politiki tan-negozju, kif ukoll għat-tfassil ta' strateġiji settorali, sub-reġjonali u kompettività msejsa fuq il-belt;

25. Jenfasizza li l-intrapriżi li juru responsabilità soċjali jikkontribbwixxu b'mod importanti biex jirrimedjaw in-nuqqas ta' ugwaljanzi fis-suq tax-xogħol li jaffettwaw, b'mod partikulari, lin-nisa u lill-persuni żvantaġġjati, inklużi l-persuni b'diżabilità, fis-suq tax-xogħol, mhux l-inqas fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjiegi, tal-benefiċċji soċjali, tat-taħriġ, ta' l-iżvilupp fil-karriera u ta' politika dwar salarji ġusti; jenfasizza li l-intrapriżi għandhom iwettqu l-politika ta' reklutaġġ tagħhom skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjiegi, għat-taħriġ vokazzjonali u għall-promozzjoni, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol(16);

L-Istrumenti tas-CSR

26. Jilqa' x-xejra li kumpaniji akbar jippubblikaw rapporti volontarji soċjali u ambjentali fis-snin reċenti; jinnota li n-numru ta' rapporti bħal dawn ilu jiżdied sa mill-1993 iżda sar kemmxejn statitku u li huma biss minoranza li jużaw standards u prinċipji internazzjonalment aċċettati, ikopru l-katina tal-provvista kollha tal-kumpanija jew jinvolvu monitoraġġ u verifiki indipendenti;

27. Itenni l-appoġġ tal-Parlament għar-rappurtaġġ soċjali, ambjentali u finanzjarju integrat minn kumpaniji li huma sostnuti mir-regolamentazzjoni, forsi b'limitu minimu sabiex jiġi evitat ħlas mhux proporzjonat għall-intrapriżi iżgħar; jitlob għal riċerka dettaljata dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-rappurtaġġ soċjali u ambjentali fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kixfa Ambjentali ta’ l-2001, id-Direttiva ta’ l-Immodernizzar tal-Kontijiet ta’ l-2003, u d-Direttiva tal-Prospetti ta’ l-2003, li jappoġġjaw it-traspożizzjoni effettiva madwar l-Istati Membri, u jwettqu konsultazzjoni fuq il-potenzjal sabiex jissaħħu dawn ir-rekwiżiti meta jmiss li jerġgħu jiġu evalwati, inklużi l-interpretazzjonijiet tal-materjalità tar-riskju soċjali u ambjentali skond ir-rekwiżiti eżistenti ta’ kxif;

28. Jagħraf il-limitazzjonijiet preżenti ta' 'l-industrija' tas-CSR fir-rigward ta' kejl ta' imġieba korporattiva, verifiki soċjali u ċertifikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ispiża, komparabilità u indipendenza, u jemmen li ser ikun meħtieġ li jiġi żviluppat qafas professjonali inkluż kwalifiki speċifiċi f'dan il-qasam;

29. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni testendi r-responsabilità tad-diretturi tal-kumpaniji b'iktar minn 1000 impjegat biex tinkludi l-obbligu tad-diretturi nfushom li jimminimizzaw kwalunkwe impatt ta' ħsara soċjali u ambjentali ta' l-attivitajiet tal-kumpaniji;

30. Jerġa' jtenni l-appoġġ tiegħu għall-Iskema ta' l-EU għall-ekoġestjoni u l-verifika, b'mod partikolari r-rekwiżit tagħha għal verifiki esterni u l-obbligazzjoni fuq l-Istat Membru biex jippromwovi l-iskema, u jemmen li hemm skop għall-iżvilupp ta' skemi simili li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol, soċjali u umani;

31. Jappoġġja l-Kodiċi ta' Prattika Tajba ta' l-Akkreditazzjoni Internazzjonali Soċjali u Ambjentali u l-Alleanza ta' Ttikkettar, bħala eżempju ewlieni għall-promozzjoni ta' kolloborazzjoni bejn inizjattivi ta' ttikkettar eżistenti, bi preferenza għall-ħolqien ta' tikketti soċjali ġodda f'livell nazzjonali jew Ewropew;

32. Jemmen li l-konsumaturi, il-klijenti, l-impjegati u l-investituti għandu jkollhom l-opportunità li jagħżlu jew jirrifjutaw prodotti/fornituri, xogħolijiet u kumpaniji skond jekk humiex xi ftit jew wisq responsabbli fir-rigward ta' kundizzjonijiet ambjentali u soċjali;

33. Iħeġġeġ lill-UE biex tadotta standard Ewropew għat-tikkettar ta' prodotti fejn l-osservanza tad-drittijiet umani u fundamentali tal-ħaddiema huma parti mill-iskema ta' ttikkettar;

34. Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta mekkaniżmu li permezz tiegħu vittmi, inklużi ċittadini minn pajjiżi terzi, jista' jkollhom rimedji kontra kumpaniji Ewropej fil-qrati nazzjonali ta' l-Istati Membri;

35. Jinnota n-nuqqas tal-kwistjoni ta’ l-Investiment Responsabbli Soċjali mill-Komunikazzjoni, jappoġġja parteċipazzjoni sħiħa mill-investituri bħala l-partijiet interessati fid-dibattitu tas-CSR fil-livell ta’ l-UE li jinkludi l-MSF, jappoġġja t-talbiet ta’ l-industrija għat-trasparenza aktar milli għall-preskrizzjoni permezz ta’ l-introduzzjoni tad-"dikjarazzjoni dwar il-prinċipji ta’ interess" mifruxa ma' l-UE għall-fondi ta’ investiment;

36. Jinnota li l-konsumaturi jilgħabu parti importanti meta hi kwistjoni ta' ħolqien ta' inċentivi għal produzzjoni responsabbli u prattiki ta' negozju responsabbli; pero', jemmen li s-sitwazzjoni fil-preżent hija impenetrabbli għall-konsumaturi minħabba konfużjoni bejn l-istandards differenti tal-prodott nazzjonal u l-iskemi ta' ttikkettar tal-prodotti, li kollha qed jgħinu biex idgħajfu t-tikkettar tal-prodott soċjali eżistenti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-istess ħin, spejjeż konsiderevoli qed jintefqu mill-kumpaniji meta jibdlu bejn ħafna rekwiżiti u standards nazzjonali differenti; jinnota wkoll li huwa għoli li jitwaqqfu mekkaniżmi ta' monitoraġġ biex jissorveljaw it-tikkettar tal-prodott soċjali, b'mod partikolari għall-pajjiżi ż-żgħar;

37. jitlob lill-Kummissjoni biex tirregola r-responsabilità konġunta u in solidum għall-intrapriżi ġenerali jew prinċipali sabiex jiġu miġġielda l-abbużi fil-każ ta' ħaddiema b'sottokuntratt jew b'xogħol esternalizzat u biex jistabbilixxu suq intern trasparenti u kompetittiv għall-kumpaniji kollha;

38. Jappoġġja l-isforzi ta' l-Eurostat biex jiżviluppa indikaturi biex jitqies it-twettiq tas-CSR fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli ta' l-UE kif ukoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi ġodda biex tqis l-għarfien u l-konsum ta' prodotti ta' l-EU eko-ttikkettati u s-sehem tal-produzzjoni mill-intrapriżireġistrati ma' l-EMAS;

39. Ifakkar kunsiderazzjoni mogħtija qabel għall-ħatra ta' Ombudsman ta' l-UE dwar is-CSR biex imexxi inkjesti indipendenti dwar kwistjonijiet relatati mas-CSR fuq talba tal-kumpaniji jew xi grupp interessat; jistieden iktar riflessjoni dwar dan u proposti simili għall-futur;

Regolamentazzjoni Aħjar u s-CSR

40. Jemmen li politiki tas-CSR jistgħu jitjiebu b'għarfien akbar u b'implimentazzjoni ta' strumenti legali eżistenti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex torganizza u tippromwovi kampanji ta’ tagħrif u tissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-applikazzjoni tar-responsabilità diretta u barranija skond il-Konvenzjoni ta’ Brussell, u fuq l-applikazzjoni tad-direttivi fuq reklamar qarrieqi u prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju għall-aderenza mill-kumpaniji għall-kodiċi ta’ kondotta volontarja tas-CSR;

41. Jerġa' jtenni l-ħtieġa li tintuża lingwa sempliċi, faċilment miftehma sabiex tinkoraġixxi lill-kumpaniji jippromwovu s-CSR;

42. Jerġa’ jiddikjara li għandhom isiru sforzi kbar mill-Kummissjoni u mill-gvernijiet ta’ l-UE f’livell nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġu użati l-opportunitajiet ipprovduti mir-reviżjoni tad-Direttivi ta’ Sejħat għall-Offerti Pubbliċi fl-2004 sabiex is-CSR tiġi appoġġjata billi jiġu applikati klawsoli soċjali u ambjentali lill-kuntratti tagħhom, sabiex fejn huwa neċessarju jiskwalifikaw kumpaniji inklużi f’każijiet ta’ korruzzjoni; u għall-Kummissjoni, il-Bank Ewropew ta’ Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp sabiex japplikaw kriterji stretti soċjali u ambjentali għal kull għotja u self allokat lill-kumpaniji fis-settur privat, sostnuti minn mekkaniżmi ċari ta’ lmenti; jinbena fuq l-eżempju li jgħaqqad l-akkwist pubbliku u l-konformità ma' Konvenzjonijiet Ewlenin ta' l-ILO u Linji ta' Gwida ta' l-OECD fl-Olanda, u ma' l-istandard SA8000 CSR ta' diversi provinċji Taljani; ifakkar li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi biex jassiguraw li kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu tkun konformi ma' l-ogħla kriterji soċjali u ambjentali u m'għandhomx jintużaw għal proġetti li jmorru kontra objettivi politiċi miftehma ta' l-UE dwar, per eżempju, l-enerġija u l-armamenti;

43. Jerga' jtenni li regolamentazzjoni tajba u leġislazzjoni ġew żviluppati fil-qasam tal-liġi mhux iebsa, u li leġislazzjoni simili toffri inċentivi għall-kumpaniji li jkunu konformi ma' prinċipji tas-CSR filwaqt li jħallu kumpanniji li għadhom ma ffirmawx il-prinċipji tas-CSR il-ħin meħtieġ biex jadattaw;

Il-proċess ta’ integrazzjoni tas-CSR fil-politiki u l-programmi ta’ l-UE

44. Jilqa' l-impenji ripetuti fil-Komunikazzjoni għall-Kummissjoni sabiex is-CPR tiġi appoġġjata u promossa matul l-oqsma kollha ta' l-attività tagħha u jitlob għal sforz kbir biex dawn l-impenji jissarrfu f'azzjonijiet konkreti fil-kategoriji kollha;

45. Jemmen li d-dibattitu tas-CSR m’għandux jiġi separat mill-mistoqsijiet tar-responsabilizzazzjoni ta’ l-impriżi, u li kwistjonijiet ta’ l-impatt soċjali u ambjentali tan-negozju, ir-relazzjonijiet mal-partijiet interessati, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minorità tal-partijiet interessati u d-dmirijiet tad-diretturi tal-kumpaniji f’dan ir-rigward għandhom jiġu integrati b’mod sħiħ fil-Pjan ta’ Azzjoni tat-Tmexxija ta’ l-Impriżi tal-Kummissjoni; jirrimarka li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiffurmaw parti mid-dibattitu dwar is-CSR; jitlob il-Kummissjoni biex tikkunsidra dawn il-punti partikolari u biex tressaq proposti konkreti biex tindirizzahom;

46. Jilqa’ l-appoġġ finanzjarju dirett għall-inizjattivi tas-CSR mill-Kummissjoni, b’mod partikulari sabiex tiġi inkuraġġita l-innovazzjoni, jiġi permess l-involviment tal-partijiet interessati u jiġu assistiti gruppi ta' vittmi potenzjali f'konnessjoni ma' allegata prattika ħażina, inkluż il-qtil ta' l-impriżi; jinkoraġixxi lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, b'mod partikolari, mekkaniżmi li jiżguraw li l-komunitajiet affetwati minn kumpaniji Ewropej huma intitolati għal proċess ta' ġustizzja ġust u accessibli; jenfasizza l-importanza tal-linja tal-baġit ta' l-UE B34000 għal proġetti pilota bħal dawk li jinvolvu l-Impenn Komunitarju ta' l-Impjegat, fondi ipotekati biex jappoġġjaw is-CSR fi ħdan il-Programm għall-Kompettività u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni, u għat-3 % tar-riċerka tax-Xjenza Soċjali u Umanistika li għandhom jingħataw għall-kummerċ fis-soċjetà taħt il-Programm tar-Riċerka u Żvilupp FP7; jitlob għal sforzi ferm ikbar mill-Kummissjoni biex tappoġġja s-CSR fir-rigward ta' kumpaniji ta' l-EU li joperaw f'terzi pajjiżi permezz ta' programmi ta' assistenza esterna tagħha;

47. Jilqa' l-impenn li l-Edukazzjoni ssir waħda mit-tmien oqsma ta' prijorità ta' azzjoni, jitlob għal integrazzjoni akbar tas-CSR fil-programm Sokrates, il-provvista ta' firxa wiesgħa ta' materjali tas-CSR fiċ-Ċentru tar-Riżorsi tat-Tagħlim Ewropew tal-futur, u l-ħolqien ta' direttorju Ewropew 'online' ta' skejjel tal-kummerċ u universitajiet dwar is-CSR u l-iżvilupp sostenibbli;

48. Jinkoraġixxi inizjattivi f'livell ta' l-UE u ta' l-Istati Membri biex jitjieb it-tagħlim ta' immaniġġjar u produzzjoni responsabbli fl-iskejjel tal-kummerċ ta' l-Ewropa;

49. Jirrimarka illi r-responsabilità soċjali u ambjentali tagħti lill-organizzazzjonijiet governattivi u non-governattivi daqstant kummerċ, u jitlob il-Kummissjoni biex twettaq l-impenn tagħha li tippubblika rapport annwali dwar l-impatt soċjali u ambjentali ta' l-attivitajiet diretti tagħha, kif ukoll li tiżviluppa politiki biex tinkoraġixxi l-istaff ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE biex jieħu impenn volontarju komunitarju;

50. Iqis li, bħala parti mis-CSR, il-kumpaniji jistgħu jisponsorjaw attivitajiet kulturali u edukattivi li offrew valur miżjud lill-politiki Ewropej fil-qasam tal-kultura u t-tagħlim matul il-ħajja kollha;

51. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tintegra bis-sħiħ is-CSR fil-politiki tal-kummerċ, filwaqt li tirrispetta r-regoli tad-WTO u ma toħloqx barrieri kummerċjali billi tfittex li tintroduċi dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali, reġjonali jew multilaterali u torbot l-artikoli b’konformità ma’ l-Istandards tas-CSR miftiehma internazzjonalment bħalma huma l-Linji Gwida ta’ l-OECD, id-Dikjarazzjoni bejn it-Tliet Partijiet tal-ILO u l-Prinċipji ta’ Rio, kif ukoll bħala riserva tal-poteri regolatorji dwar kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem, responsabilità soċjali u ambjentali; jilqa’ l-appoġġ mogħti lil dawn l-objettivi fil-Komunikazzjoni dwar Xogħol Diċenti; jirrepeti t-talba tiegħu għad-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi, li jaħdmu fi ħdan il-kompetenza tal-Kummissjoni, sabiex jippromwovu u jaġixxu bħala punti ta’ kuntatt fir-rigward tal-Linjigwida dwar l-Impriżi Multinazzjonali ta’ l-OECD; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu t-tħaddim tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali b'mod partikolari meta jirrigwardjaw mumenti speċifiċi dwar allegati vjolazzjonijiet matul operazzjonijiet u ktajjen ta' provvisti ta' kumpaniji Ewropej madwar id-dinja;

52. Jinnota l-kontribuzzjoni magħmula mill-moviment internazzjonali tal-kummerċ ġust biex ipoġġi fuq quddiem prattiki ta' negozju responsabbli għal sittin sena u jipprova li prattiki bħal dawn huma vijabbli u sostenibbli matul il-katina tal-provvisti; jitlob il-Kummissjoni biex tikkunsidra l-esperjenza tal-moviment tal-kummerċ ġust u biex tesplora b'mod sistematiiku kif din l-esperjenza tista' tintuża fil-kuntest tas-CSR;

53. Jitlob il-Kummissjoni biex tassigura illi kumpaniji transnazzjonali bbażati fl-UE b'faċilitajiet ta' produzzjoni f'terzi pajjiżi, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fl-iskema GSP+, jimxu ma' l-istandards ewlenin ta' l-ILO, il-konvenzjonijiet soċjali u ambjentali u l-ftehim internazzjonali biex jintlaħaq bilanċ mad-dinja kollha bejn it-tkabbir ekonomiku u standards ogħla soċjali u ambjentali;

54. Jilqa’ l-impenn tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp sabiex tiġi appoġġjata s-CSR bħala azzjoni ta' prijorità; jitlob azzjoni prattika għall-Iżvilupp DG biex jilgħab irwol importanti fid-dibattitu, biex jeżamina l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet biex jintużaw riżorsi naturali fid-dinja li qed tiżviluppa, biex taħdem ma' intrapriżi domestiċi kif ukoll l-operazzjonijiet barranin tal-kumpaniji ta' l-UE, intrapriżi sub-kuntratturi u l-persuni interessati fihom, biex jiffaċċjaw l-abbuż u l-prattika ħażina fi ktajjen ta' provvisti, biex jikkumbattu l-faqar u biex joħolqu tkabbir ġust;

55. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni timmira lejn il-parteċipazzjoni tan-negozji żgħar fis-CSR permezz ta’ ħidma konġunta ma' entitajiet intermedjarji, billi toffri appoġġ speċifiku għall-parteċipazzjoni ta’ koperattivi/negozji soċjali ekonomiċi permezz ta’ l-assoċjazzjonijiet speċjalisti, l-użu tan-Netwerk taċ-Ċentri ta’ l-Informazzjoni Ewropea sabiex jiġu promossi direttament l-inizjattivi tas-CSR u jikkunsidra l-appuntament ta’ envoj tas-CSR simili għall-Envoj tan-Negozju Żgħir fl-Intrapriża tad-DG;

56. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tmexxi studju fid-dettal madwar l-Ewropa kollha dwar il-modi differenti li bihom l-SMEs jistgħu jipparteċipaw fis-CSR u dwar l-inċentivi għalihom biex jaddottaw il-prinċipji tas-CSR fuq bażi volontarja individwali, u li titgħallem il-lezzjonijiet tagħha mill-esperjenza miksuba u mill-prattika tajba f'dan il-qasam;

57. Jilqa’ l-impenn tal-Komunikazzjoni sabiex jissaħħaħ l-irwol ta’ l-impjegati u tat-trejdjunjins tagħhom fis-CSR u jtenni t-talba tiegħu għall-Kummissjoni u għall-imsieħba soċjali sabiex jibnu fuq in-negozjati ta’ suċċess ta’ 50 Qafas ta’ Ftehimiet Internazzjonali u 30 Qafas ta’ Ftehimiet Ewropej fir-rigward ta' l-istandards prinċipali tax-xogħol għall-kumpaniji individwali jew għas-setturi bħala approċċ wieħed għall-iżvilupp tar-responsabilità ta’ l-intrapriżifl-Ewropa u fid-dinja; jirreferi għall-kunsilli Ewropej tax-xogħolijiet li huma adattati speċjalment biex jippromwovu s-CSR u, b'mod partikolari, biex javvanzaw id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema fil-kumpaniji multinazzjonali;

58. Jisħaq fuq l-importanza ta' l-irwol ta' l-isħab soċjali fil-promozzjoni ta' l-impjegar tan-nisa u fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; jinkuraġġixxihom biex jieħdu inizjattivi, fi ħdan qafas ta' CSR, sabiex iħeġġu parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji, f'kunsilli għax-xogħlijiet u f'korpi ta' djalogu soċjali;

59. Jirrakkomanda li r-riċerka futura tas-CSR tmur lil hinn mis-sempliċi 'każ ta' negozju' għas-CSR, biex tiffoka fuq ir-rabta bejn il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli, fil-livell makro (l-UE u l-Istati Membri) il-livell 'meso' (setturi industrijali u ktajjen ta' provvisti) u l-livell makro (SMEs), u l-interrelazzjoni bejniethom, kif ukoll l-impatt ta' l-inizjattivi tas-CSR preżenti u l-vjolazzjonijiet possibli tal-prinċipji CSR; jappoġġja l-irwol ewlieni li tilgħab l-Akkademja Ewropea tan-Negozju fis-Soċjetà f'dan ir-rispett; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-'Istat Annwali tas-CSR' awtorevoli, imfassal b'koperazzjoni minn esperti u riċerkaturi indipendenti li jqabblu l-informazzjoni eżistenti, u jiddeskrivu xejriet ġodda u jipprovdu rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet futuri;

Il-kontribuzzjoni Ewropea għar-Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriżi fuq livell Globali

60. Jemmen li l-impatt potenzjali tal-politiki tas-CSR jibqa’ l-akbar fir-rigward tal-ktajjen globali ta’ provvista tal-kumpaniji, sabiex jippermettu l-investiment responsabbli mill-kumpaniji biex jassistu l-ġlieda kontra l-faqar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, sabiex jippromwovu kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol, sabiex jappoġġjaw il-kummerċ ġust u t-tmexxija tajba, kif ukoll li jitnaqqsu l-inċidenzi ta' ksur ta' standards internazzjonali, inklużi standards tax-xogħol, minn korporazzjonijiet fil-pajjiżi fejn ir-reġimi regolatorji huma dgħajfin jew ma jeżistux;

61. Jistieden lill-Kummissjoni tniedi riċerka speċifika fuq dak l-impatt u tressaq proposti biex jiżdied l-investiment responsabbli mill-kumpaniji u r-responsabilità tagħhom;

62. Jirrikonoxxi illi numru ta' inizjattivi internazzjonali tas-CSR huma iktar fil-fond u laħqu maturità ġdida, inkluż il-pubblikazzjoni reċenti tal-linji gwida 'G3' mill-Inizjattiva Globali ta' Rappurtar, it-tneħħija ta' 200 kumpanija mill-Patt Globali tan-NU u l-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għan-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

63. Jitlob il-Kummissjoni biex tmexxi fuq quddiem fir-rigward tat-talbiet globali għar-riforma fil-liġi tal-kumpaniji, bħala rekwiżit fundamentali għal CSR ġenwin u sistematiku;

64. Jesprimi d-diżappunt li l-Kummissjoni ma tatx prijorità akbar lill-promozzjoni ta’ l-inizjattivi globali fil-Komunikazzjoni tagħha, u jistieden lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha ma’ l-Istati Membri u mal-partijiet interessati sabiex it-tnejn jiżviluppaw viżjoni strateġika u ta’ kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ l-inizjattivi tas-CSR fil-livell globali, kif ukoll bħala sforz kbir sabiex tiżdied b’mod sinifikattiv il-parteċipazzjoni f’inizjattivi bħal dawn mill-kumpaniji ta’ l-UE;

65. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw u jippromwovu r-rispett lejn l-istandards bażiċi ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) bħala fattur fir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi(CSR) fl-oqsma li joperaw fihom;

66. Jemmen li d-dimensjoni internazzjonali tas-CSR għandha tkun ta' stimolu għal linjigwida biex jitfasslu b'mod li jippromwovu l-iżvilupp ta' politiki ta' dan it-tip madwar id-dinja;

67. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha ma’ msieħba oħra relevanti, sabiex torganizza inizjattiva internazzjonali ewlenija fl-2007 sabiex tiċċelebra l-ħames anniversarju ta’ l-impenn miftiehem fis-Samit Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli sabiex timpenja ruħha f'inizjattivi intergovernattivi fil-qasam tar-responsabilità ta' l-impriżi;

68. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibni fuq is-suċċess tad-Djalogu Transatlantiku bejn l-Impriżi dwar is-CSR fis-snin disgħin, billi torganizza eżerċizzju simili bejn l-UE u l-Ġappun;

69. Jinkoraġixxi iktar żvilupp fl-inizjattivi internazzjonali għal trasparenza sħiħa fil-fondi mill-kumpaniji Ewropej fl-attivitajiet tagħhom ma' terzi pajjiżi, biex jagħtu rispett sħiħ lid-drittijiet tal-bniedem fl-operazzjonijiet f'żoni ta' kunflitt u li jirrifjutaw 'lobbying' inkluż 'ftehimiet mill-pajjiż li jospita' li jkunu magħmula minn kumpaniji biex idgħajfu jew jevadu r-rekwiżiti regolatorji f'pajjiżi bħal dawn;

70. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-Linjigwida ta' l-OECD, b'mod partikolari billi jmexxu reviżjoni dwar l-effettività ta' punti ta' kuntatt nazzjonali Ewropej (NCPs) u l-irwol tagħhom biex issir medjazzjoni effettiva bejn il-persuni interessati biex isolvu l-kunflitti; jitlob l-iżvilupp ta' mudell għall-NCPs Ewropej bl-aħjar prattika fil-formazzjoni istituzzjonali, fil-visibilità, fl-aċċessibilità għall-persuni kollha interessati u fl-immaniġġjar ta' l-ilmenti; jitlob għal interpretazzjoni wiesgħa tad-definizzjoni ta' l-investiment fl-applikazzjoni tal-Linjigwida ta' l-OECD biex jiżgura li kwistjonijiet ta' katina ta' provvista jkunu koperti bil-proċeduri ta' l-implimentazzjoni;

71. Jitlob l-appoġġ għall-iżvilupp ta' l-Inizjattiva Globali tar-Rappurtar billi jistieden kumpaniji ta' l-UE biex jipparteċipaw f'approċċi settorali ġodda li jkopru oqsma bħall-kostruzzjoni, il-kimiċi u l-agrikoltura; biex tinħoloq riċerka dwar il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, biex ikun jista' jsir xogħol li jilħaq lil pajjiżi oħra b'mod partikolari pajjiżi fl-Ewropa ċentrali u tal-lvant, u biex jiġu żviluppati indiċi ta' sostenibbilità flimkien ma' swieq ta' ishma fi swieq li għadhom qed jikbru;

72. Jitlob il-Kummissjoni biex fi ftehimiet futuri ta' koperazzjoni ma' pajjiżi li għadhom jiżviluppaw tinkludi kapitoli dwar ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-għajnuna biex tirrimedja l-problemi soċjali, umani u ambjentali f'operazzjonijiet u fil-katina ta' provvista ta' kumpaniji bbażati fl-UE f'pajjiżi terzi;

73. Jilqa' fil-prinċipju d-diskussjonijiet li qed isiru mill-Organizzazzjoni ta' l-Istandards Internazzjonali dwar il-ħarsien ta' standard ta' responsabilità soċali u jistieden lir-rappreżentanza Ewropea biex tiżgura li kull riżultat ikun konstitenti ma' standards u ftehimiet internazzjonali, u bl-opportunità li jiġu żviluppati metodi paralleli ta' evalwazzjoni esterna u ċertifikazzjoni;

°

°         °

74. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lil istituzzjonjiet u organizzazzjonijiet imsemmija fiha.

(1)

www.globalreporting.org

(2)

ĠU C 104, 14.4.1999, p. 180.

(3)

ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(4)

ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.

(5)

ĠU C 86, 10.4.2002, p. 3.

(6)

ĠU C 187 E, 7.8.2003, p. 180.

(7)

ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 73.

(8)

ĠU L 156, 13.6.2001, p. 33.

(9)

ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 598.

(10)

ĠU C 39, 18.2.2003, p. 3.

(11)

ĠU L 178, 17.2.2003, p. 16.

(12)

ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(13)

ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(14)

ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 84.

(15)

Testi Adottati, 6.7.2006,P6_TA(2006)0320.

(16)

ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40. Direttiva emendata bid-Direttiva 2002/73/KE (ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15).


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriżi tirrappreżenta lin-negozju fit-teħid ta’ responsabilità aktar diretta għall-immaniġġjar ta’ l-impatt soċjali u ambjentali tiegħu, li jsir responsabbli aktar b'mod miftuħ mhux biss sempliċement għall-ħaddiema u t-trejdjunjins tagħhom, iżda anke għall-'partijiet interessati' usa’ inklużi l-investituri, il-konsumaturi, il-komunitajiet lokali, il-gruppi ambjentali u gruppi oħra ta’ interess.

Il-qawmien tas-CSR jista’ jitqies bħala risposta għall-iskandli li ġraw fl-aħħar żewġ għexieren ta’ snin, li jinvolvu l-aktar intrapriżiAmerikani, kif ukoll risposta diretta minn ġewwa u minn barra tal-komunità tan-negozju li tieħu sehem direttament biex tilħaq l-isfidi bħalma huma l-bidla fil-klima, l-esklużjoni soċjali u l-faqar dinji li saru ta’ interess dejjem akbar f’era ta’ globalizzazzjoni ekonomika.

Bħala Rapporteur, dan huwa t-tielet rapport u riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li jiena ddraftjajt fuq dan is-suġġett mill-1999. Fit-tlaqqiegħ ma’ ħafna parteċipanti fil-'moviment' tas-CSR laqatni ħafna kif – l-aħjar – dawk involuti iġorru fihom eċċitament u entużjażmu dwar kif jikkonfrontaw dawn l-isfidi ta' era ġdida, fil-ħolqien ta' viżjoni differenti għan-negozju fis-soċjetà, rieda li jittieħdu r-riskji biex joħorġu relazzjonijiet ġodda lil hinn mill-fruntieri tradizzjonali, impenn ġenwin biex jagħmel differenza f'dinja kumplessa u diffiċli. Fost is-sostenituri u l-kritiċi, jibqgħu wħud li jaraw is-CSR essenzjalment bħala strument tar-relazzjonijiet pubbliċi sabiex jevadu jew ixekklu r-responsabilità tan-negozju għall-problemi soċjali u ambjentali. Barra minn hekk, hemm ħafna fil-komunità tan-negozju li jipprattikaw is-CSR, iżda li ma jirrelatawx mal-'jargon' u l-apparat assoċjat ma’ dik li saret l-industrija bis-saħħa tad-dritt tagħha. Madanakollu s-CSR ppruvat li la hija interess u lanqas moda, bil-mexxejja kemm tan-negozju u tall-politika jirrikonoxxu r-responsabilità tagħna sabiex titmexxa ’l quddiem.

Ir-risposta ta’ l-UE għad-dibattitu tas-CSR oriġinat mit-talba tal-Kummissjoni għan-negozju sabiex tingħata għajnuna kontra l-esklużjoni soċjali f’nofs id-disgħinijiet, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-1999 li titlob għal kodiċi ta' kondotta li torbot sabiex tmexxi madwar id-dinja d-drittijiet ambjentali, tax-xogħol u tal-bniedem fil-kumpaniji ta' l-UE, flimkien mas-sejħa ta’ l-2000 mill-Kapijiet ta' Stati ta' l-UE għan-negozji li jappoġġjaw is-CSR bħala parti mill-Aġenda ta’ Liżbona.

Il-Green u l-White Papers tal-Kummissjoni dwar is-CSR fil-bidu ta’ l-2000 qiegħdu lis-CSR fuq l-aġenda ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE, u t-tfassil tal-Forum Multilaterali Ewropew ppermetta dibattitu ġenwin fost il-partijiet interessati, għalkemm wieħed jista’ jkun ffrustrat ta’ sikwit mis-suppożizzjonijiet tradizzjonali u l-modi ta’ ħidma ta’ l-imsieħba soċjali fil-livell ta’ l-UE. Dawn il-proċessi rnexxielhom iħaddnu dibattitu wiesa’ fl-UE dwar is-CSR, iżda naqsu bil-kbir milli jindirizzaw dak li l-UE setgħet tagħmel sabiex 'iżżid il-valur' għad-dibattitu, jew sabiex tieħu azzjonijiet konkreti sabiex jiġi promoss negozju responsabbli.

Il-Kummissjoni kellha ħafna dewmien suċċessiv fil-pubblikazzjoni tar-risposta tagħha fi żmien sentejn: ikkawżat min-nuqqas ta’ ħeġġa sabiex tiġi kkonfrontata l-polarizzazzjoni bejn dawk fost in-negozju u l-partijiet l-oħra interessati li jridu jaraw lis-CSR suġġetta għar-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti permezz tal-verifika esterna u/jew tal-leġiżlazzjoni bl-irwol espliċitu għall-partijiet interessati, u dawk li jixtiequ jaraw lis-CSR bħala eżerċizzju mmexxi biss min-negozju li għandu jevolvi mingħajr tidħil tal-politika pubblika lil hinn mid-diskorsi, mill-konferenzi stampa u ċ-ċerimonji ta’ premjazzjoni.

Il-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi li toħroġ mid-dibattitu, bil-produzzjoni ta’ Komunikazzjoni li tappoġġja ħafna l-approċċ li jmur kontra r-regolamentazzjoni. Il-Kummissarji kellhom serje ta’ laqgħat privati ma’ rappreżentanti ta’ kumpaniji magħżula sabiex jinnegozjaw dwar it-test tal-Komunikazzjoni, li mbagħad ġie deskritt bħala 'miftiehem' min-negozju, u ltaqgħu darba biss personalment ma’ l-NGOs interessati sabiex jiddiskutu l-kontenut tiegħu mill-pubblikazzjoni ’l hawn. L-uffiċjal prinċipali tal-Kummissjoni responsabbli għas-CSR jidher li tneħħa mix-xogħol tiegħu forsi sabiex jagħmel post għal dan il-'kunsens' il-ġdid. Memorandum li laħaq inxtered mill-ħaddiema ta’ l-organizzazzjoni UNICE ddeskriva l-Komunikazzjoni bħala 'suċċess veru' għaliex 'konċessjonijiet lill-partijiet oħra interessati ... ma jħallux impatt reali.' Dan qanqal dubju dwar is-sinċerità ta’ bidla fl-aħħar minuta sabiex jerġa’ jiltaqa’ l-Forum Multilaterali tas-CSR, u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni setgħet ppermettiet sforzi eċċessivi ta’ persważjoni ta’ l-intrapriżif’kuntraddizzjoni għall-Inizjattiva ta’ Trasparenza tagħha ta’ Novembru 2005.

Għaldaqstant il-Parlament Ewropew għandu xi għażliet strateġiċi x’jagħmel sabiex jiddetermina r-risposta tiegħu għall-Komunikazzjoni.

Għalkemm għandu jkun faċli li l-proċess kollu jiġi kkritikat, dan probabbilment jista’ jwassal lill-UE sabiex tirtira kompletament mid-dibattitu tas-CSR, allura kif tista’ tagħmel id-dibattitu jaħdem?

L-ewwel, 'l-Alleanza għan-Negozju' għandha tilħaq hi stess minimu ta’ livelli ta’ organizzazzjoni u trasparenza li l-kumpaniji parteċipanti tagħha għandhom jippretendu huma stess fl-attivitajiet tan-negozju tagħhom. Għandhom jittieħdu lezzjonijiet mid-diffikultajiet ta’ proċedura tal-Forum Multilaterali, u għandha tkun kapaċi tagħmel riċerka u tiddjaloga risposti regolatorji sabiex 'tiddepolarizza' d-dibattitu bejn l-approċċi volontarji u mandatorji.

Il-Kummissjoni għandha ssir parteċipant sħiħ fiż-żewġ settijiet ta’ diskussjoni, u ffukar ġdid għall-parteċipanti kollha għandu jkun r-rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet speċifiċi fil-politiki u l-programmi ta’ l-UE sabiex jiġu implimentati l-aspetti differenti tas-CSR.

L-opportunità għandha tintuża sabiex tappoġġja r-rekwiżiti mandatorji għall-intrapriżi u għal 'lobbyists' fit-tfassil tal-politika ta' l-UE, sabiex juru l-impenn tal-Parlament tagħna għad-dibattitu inklussiv, bilanċjat u trasparenti.

Il-Parlament Ewropew m’għandux jiċħad l-iffukar tal-Kummissjoni fuq ir-rabta bejn il-kompetittività u s-CSR, bejn għaliex toffri viżibilità ġdida politika, u bejn għaliex fl-insegwiment ta’ l-approċċ mhux regolatorju, il-Kummissjoni naqqset l-importanza ta’ l-approċċ tal-'valur ta’ kreazzjoni' mmexxi mill-opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi ġodda u innovattivi soċjalment u ambjentalment mill-kumpaniji ta’ l-UE.

Madankollu l-Parlament għandu jirrikonoxxi li l-kumpaniji li jiffaċċjaw lill-kompetituri li jfittxu li jadottaw standards tas-CSR anqas rigorużi, negozji żgħar li jiffaċċjaw il-ħtiġijiet multipli u kuntradittorji mill-kumpaniji li huma jfornu, l-investituri u l-konsumaturi li jsibu l-informazzjoni fuqhiex huma jixtiequ jagħmlu xi għażliet etiċi bħala konfużi u mhux ċerti – dan kollu jfisser li m'għandniex naċċettaw l-approċċ ta’ "kollox jgħaddi" addottat mill-Kummissjoni, u wieħed jirritorna għall-kunċett ta’ 'konverġenza' li qabel kien sostnut minnha. Bl-appoġġ ta’ l-approċċ essenzjali u volontarju,"l-għażla tar-rebbieħa" fost l-inizjattivi tas-CSR (għalkemm mhux il-kumpaniji individwali), u li ma jiġix aċċettat il-kunċett "qies wieħed tajjeb għal kulħadd", nistgħu nadottaw approċċ relevanti aktar għad-dibattitu tal-lum, iżda li għadu jġorr appoġġ kbir fil-komunità tan-negozju nnifisha.

Sabiex id-dibattitu tagħna dwar l-approċċi mandatorji kontra l-approċċi volontarji jiġi "ddepolarizzat", il-Parlament Ewropew għandu jillimita lilu nnifsu li jirrepeti l-pożizzjonijiet tagħna ta’ l-2002 u l-2003 għal biċċa waħda ta’ leġiżlazzjoni ġdida għar-rappurtaġġ ta’ integrazzjoni soċjali, ambjentali u finanzjarju mill-kumpaniji - almenu għall-kumpaniji l-kbar. Xejn aktar, xejn anqas. Hija r-"regolamentazzjoni xierqa" u aħħarija li sempliċement tirrikjedi trasparenza, sabiex risposti volontarji u bbażati fuq is-suq jistgħu jiġu permessi fost ir-rekluti potenzjali tal-kumpaniji, l-investituri u l-konsumaturi.

Aktar milli jsostnu ż-żieda tal-leġiżlazzjoni ġdida lil hinn minn dan, il-Parlament jista' minflok, javvanza l-promozzjoni ta' l-UE tas-CSR billi jutilizza l-leġiżlazzjoni eżistenti, il-politiki u l-programmi ta' l-UE. Il-Komunikazzjoni taqsam dawn l-objettivi, iżda l-Parlament jista’ jgħin billi jikteb xi ftit mid-dettalji li l-Kummissjoni tagħżel li tevita.

Il-kumpaniji huma mistiedna jindirizzaw l-impatti soċjali u ambjentali fl-evalwazzjoni tan-negozju bħala parti mit-tliet regolamenti separati tat-tmexxija ta' l-intrapriżita' l-UE. Għandna nitolbu għal sforzi akbar sabiex jiżdied l-għarfien dwar dawn id-dispożizzjonijiet, tiġi appoġġjata t-traspożizzjoni effettiva madwar l-UE u nikkonsultaw dwar kwistjonijiet ta' 'materjalità' u modi oħra sabiex jissaħħu dawn id-dispożizzjonijiet fil-futur. M’għandu jkun hemm l-ebda diviżjoni artifiċjali bejn is-CSR u l-kwistjonijiet dwar ir-responsabilizzazzjoni ta’ l-intrapriżiu t-tmexxija.

Dalwaqt se jibdew inizjattivi fil-livell ta’ l-UE li huma importanti u ġenwini sabiex tiġi promossa s-CSR skond l-istandards internazzjonali diġà rikonoxxuti u l-approċċ multilaterali. Dawn għandhom jiġu appoġġjati. L-abbozz tar-riżoluzzjoni rrakkomandata lill-Parlament issegwi diskussjonijiet ddettaljati mas-CSR Ewropa, il-Forum għall-Investiment Soċjali Ewropea, l-Akkademja Ewropea tan-Negozju fis-Soċjetà kif ukoll ħafna oħrajn.

Il-Kummissjoni nnifisha hija mistiedna żżid l-għarfien u kif ukoll direttament tapplika l-politiki eżistenti dwar ir-reklamar qarrieqi, ir-responsabilità barranija diretta u l-akkwist pubbliku, li jinkludi t-tfassil ta' laboratorju ta' l-Alleanza, sabiex jibgħat sinjal qawwi favur in-negozju responsabbli. Dan kollu huwa konsistenti mar-rakkomandazzjoni 7 tal-Forum Multilaterali, appoġġjat bis-sħiħ mir-rappreżentanti tan-negozju, favur "qafas legali...sabiex jippermetti lill-kumpaniji li jixtiequ jkomplu fis-CSR, sabiex jibbenefikaw minn dan fis-suq, kemm fl-UE, kif ukoll globalment".

Dwar ir-risposti istituzzjonali, huwa rrakkomandat li jiġi stabilit l-Ombudsman ta’ l-UE dwar is-CSR u għall-'Istat Annwali tas-CSR', iżda l-Parlament qiegħed jingħata l-parir kontra l-"irranġar ta’ malajr" li tiġi stabilita tikketta soċjali Ewropea li tista’ ssoffri minn problemi ta' kredibilità, favur iż-żieda tal-kollaborazzjoni u l-konsistenza fost it-tikketti eżistenti – eżempju ieħor ta’ konverġenza.

Finalment, nixtieq nissuġġerixxi mod kif jista’ jiġi kkonvertit id-dibattitu fuq is-CSR fl-UE li ħafna drabi kien ikkaratterizzat minn nuqqas ta' qbil, dewmien u ssuspettar – lejn wieħed ta’ eċċitament, ħeġġa u impenn li jiena ddeskrivejt fil-bidu.

Il-Parlament Ewropew jista’ jfittex li jxaqleb id-dibattitu aktar lejn il-kuntest ta’ l-istrateġiji globali tas-CSR. Il-kumpaniji huma ħafna aktar komdi b'dan l-approċċ, sabiex jittaffew il-beżgħat li l-azzjoni ta' l-UE tista' tqegħidhom fi żvantaġġ kontra l-kompetituri internazzjonali. It-trejdjunjins qegħdin jinnegozjaw dejjem aktar Ftehimiet ta’ Qafas Internazzjonali li jirrikonoxxu s-swieq globali li fihom joperaw il-kumpaniji ta’ l-UE. L-attivisti jirrikonoxxu li l-akbar eżempji ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet ambjentali, tax-xogħol jew tal-bniedem iseħħu fil-katina ta’ provvista globali tal-kumpaniji tat-'Tramuntana' fis-swieq tal-pajjiżi tan-'Nofsinhar' li qegħdin jiżviluppaw, u li l-objettiv aħħari għandu jkun għal konvenzjoni internazzjonali li torbot fuq ir-responsabilizzazzjoni ta’ l-intrapriżi– kif sostnuta fis-Samit Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg.

Il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi li approċċ bħal dan ma jistax ifisser li wieħed jagħżel li joħroġ mill-azzjonijiet fil-livell ta’ l-UE, u fil-fatt tiġi pprovduta sfida akbar sabiex tinżamm l-opinjoni politika fost l-Istati Membri li huma favur azzjoni deċiżiva f’livell internazzjonali. Il-Presidenzi li jmiss ta’ l-UE mill-Ġermanja, mill-Portugall u minn Franza għas-sentejn li jmiss huma kollha entużjasti biex jieħdu azzjonijiet f’dan il-qasam, u l-Parlament għandu jissuġġerixxi li l-Ewropa 'tmexxi' d-dibattitu internazzjonali billi jlaqqa’ l-konferenza internazzjonali sabiex tevalwa u twassal l-impenn ta’ Johannesburg għall-"inizjattivi intergovernattivi dwar ir-responsabilizzazzjoni ta’ l-impriżi" sabiex jiċċelebra l-ħames anniversarju. Jiena wkoll qiegħed nissuġġerixxi djalogu bilaterali bejn l-UE u l-Ġappun f’dan il-qasam.

Approċċ bħal dan ifisser ukoll sforzi konġunti sabiex jintegraw is-CSR fl-iżvilupp u l-politiki tal-kummerċ ta’ l-UE, inkluż it-tħaddim sħiħ tal-Linjigwida dwar l-Intrapriża Multinazzjonali ta’ l-OECD – imwiegħda iżda li qatt ma twettqu.

Meta r-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tax-Xogħol qiegħed jikkunsidra b'mod miftuħ ir-risposti miftuħa għad-dibattitu tas-CSR, il-magħrufa Inizjattiva Globali ta' Rappurtar li toħroġ mill-Programmi Ambjentali tan-NU qiegħda tfittex konverġenza ta’ l-istrumenti tas-CSR man-negozju, meta l-Patt Globali ta’ l-Impriżi tan-NU neħħa 200 kumpanija mill-inizjattiva tiegħu għaliex naqsu milli jimxu skond ir-rekwiżiti tiegħu – il-Kummissjoni se tkun ikkonfrontata bir-realtà ta’ l-approċċ "kollox jgħaddi" tal-Komunikazzjoni tagħha li hija skaduta u kif ukoll mhux moda.

Iżda jekk il-Parlament Ewropew jista’ jirnexxi fil-kitba ta’ riżoluzzjoni li tgħin tagħmel effettivi u trasparenti l-mekkaniżmi għal djalogu dwar is-CSR fl-UE, f’li tinkuraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex twassal tajjeb kliemha permezz ta’ l-azzjonijiet konkreti li viżibilment juru "l-valur miżjud" ta’ l-approċċ ta’ l-UE fil-politiki u fil-programmi eżistenti ta’ l-UE, u li fl-istess waqt twaqqaf lill-Ewropa milli taqa’ lura mid-dibattitu internazzjonali tas-CSR u ddaħħal ftit mill-viżjoni u mill-ispirtu mill-moviment tas-CSR fid-diskussjonijiet tagħna – imbagħad id-dibattitu Ewropew tas-CSR jista’ jerġa’ jibda.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIċerka u l-enerġija (29.11.2006)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi: sħubija ġdida

(2006/2133(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Gunnar Hökmark

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu s-suġġerimenti li ġejjin:

1.    Jenfasizza l-irwol tar-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi (CSR) fil-kontribuzzjoni għal żvilupp sostenibbli u l-Istrateġija ta' Liżbona fir-rigward ta' kwistjonijiet bħall-użu aktar razzjonali ta' riżorsi naturali, riżultati aħjar mill-innovazzjoni, tnaqqis tal-faqar u rispett akbar għad-drittijiet tal-bniedem;

2.  Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex toħloq forum għal djalogu mal-partijiet li għandhom sehem bejn u tul l-Istati Membri li tiffaċilita l-iskambju ta' l-aqwa prattika u żżid l-għarfien tas-CSR fil-livell Ewropew; iżda jenfasizza li l-Kummissjoni m'għandhiex tieħu inizjattivi biex tistabbilixxi qafas regolatorju żejjed ieħor li jintroduċi regoli li ma jeżistux fl-Istati Membri;

3.    Jenfasizza li l-involviment ta' kumpaniji f'attivitajiet CSR għandu jkun volontarju dejjem u għandu jqis l-istat attwali ta' żvilupp tas-suq fl-Istati Membri kollha, kif ukoll tal-kultura ta' negozju tagħhom, f'konformità mal-prinċipju ta' sħubija soċjali u ta' aspetti politiċi; jenfasizza wkoll li attivitajiet CSR ma jistgħux ikunu sostitut għal attivitajiet tas-settur pubbliku fejn miżuri bħal dawn jintalbu b'mod xieraq u jridu jkunu indipendenti minn oqfsa regolatorji li japplikaw għal parteċipanti fis-settur pubbliku;

4.    Jinnota li s-CSR għandha tindirizza oqsma ġodda bħat-taħriġ għal tul il-ħajja, l-organizzazzjoni ta' xogħol, opportunitajiet ugwali, inklużjoni soċjali, żvilupp sostenibbli u etika, sabiex tieħu azzjoni bħala strument addizzjonali għall-immaniġġjar tal-bidla industrijali u ta' l-istrutturar;

5.    Jinkoraġġixxi l-kumpaniji biex jiddeċiedu b'mod individwali dwar 'benchmarks' għas-soluzzjonijiet tas-CSR; jemmen li l-attivitajiet tas-CSR li ma joriġinawx minn ħdan kumpaniji iżda huma imposti b'mod estern jista' jkollhom effetti negattivi fuq il-volontà ta' kumpaniji li jinvestu u jwettqu kummerċ ma' pajjiżi oħra, b'mod partikulari ma' pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, u b'hekk jistgħu jnaqqsu l-possibilitajiet ta' żvilupp ekonomiku u sforzi biex jitnaqqas il-faqar;

6.    Jimmarka l-importanza tat-tisħiħ tal-fiduċja u tal-kunsens u appoġġ għal prinċipji internazzjonali aċċettati bħal-Linjigwida ta' l-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, bil-ħsieb tal-fatt li m'hemmx sistema ta' kejl maqbula b'mod universali għal attivitajiet tas-CSR;

7.    Jilqa' djalogu li jinkuraġġixxi kumpaniji biex joħolqu bilanċ raġonevoli bejn kunsiderazzjonijiet etiċi, ħidma ta' profitt u kompetittività; jirrifjuta l-punt li sforzi biex jiżdiedu l-profitti m'humiex konsistenti ma' l-imġiba etika u jirrikonoxxi l-benefiċċji għall-istat soċjali u għas-sostenibilità li joriġinaw minn swieq miftuħa u kompetittivi; jenfasizza r-responsabilità etika u kummerċjali li qatt ma tikser id-drittijiet jew libertajiet tal-bniedem bażiċi, li għandha tinżamm mill-kumpaniji Ewropej kollha fl-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi terzi; ifakkar ukoll fl-effetti pożittivi li kumpaniji Ewropej jista' jkollhom fuq il-kundizzjonijiet lokali ta' xogħol u fuq l-ambjent u fl-importanza tat-trasferiment ta' tagħrif u teknoloġija li jsegwu l-investimenti barranin u operazzjonijiet ta' negozju f'pajjiżi li jospitaw; jenfasizza wkoll ir-responsabilità ta' kumpaniji involuti bħala entitajiet li jħaddmu jew partijiet ikkonċernati f'pajjiżi terzi biex qatt ma jieħdu vantaġġ ta' l-oppressjoni attwali ta' ċittadini; jaqsam il-ħsieb li konsumaturi għandhom l-irwol importanti fl-ekonomija;

8.    Jemmen li d-dimensjoni internazzjonali tas-CSR għandha tkun ta' stimolu għal linjigwida biex jitfasslu b'mod li jippromwovu l-iżvilupp ta' politiki ta' dan it-tip mad-dinja.

PROĊEDURA

Titolu

Responsabilità Soċjali ta' l-Intrapriżi: sħubija ġdida

Numru tal-proċedura

2006/2133(INI)

Kumitat responsabbli

EMPL

Kumitat mitlub jagħti opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE
15.6.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Gunnar Hökmark
20.6.2006

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

10.10.2006

28.11.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

28.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Eugenijus Maldeikis, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Catherine Trautmann, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Gunnar Hökmark, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (27.11.2006)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi: sħubija ġdida

(2006/2133(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marie Panayotopoulos-CassiotouSUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw u jippromwovu r-rispett lejn l-istandards bażiċi ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) bħala fattur fir-responsabiltà soċjali ta' l-intrapriżi(CSR) fl-oqsma li joperaw fihom;

2.   Ifakkar fil-bżonn li titrawwem intraprenditorija soċjoloġikament u ekoloġikament responsabbli sabiex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu u jużaw b'mod sħiħ il-potenzjal tan-nisa f'din l-isfera, iżjed jqis li intrapriża tkun soċjalment responsabbli biss jekk tirrispetta d-drittijiet kollha tal-ħaddiema tagħha;

3.   Jiġbed l-attenzjoni għall-irwol fundamentali li għandhom l-intrapriżi fir-rigward tar-rispett għall-valuri li jsejsu lill-Unjoni; jinkuraġġixxihom biex jadottaw prattiki ta' reklutaġġ xierqa u mhux diskriminatorji bil-ħsieb li jippromwovu, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea, l-impjegar tan-nisa (jżidu r-rata tan-nisa impjegati għal mill-inqas 60% b'konformità ma' l-objettivi ta' Liżbona) u ta' persuni żvantaġġati, inklużi l-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jippremjaw il-prattika tajba tal-kumpaniji f'dan il-qasam, b'mod partikulari bl-għoti ta' premji jew distinzjonijiet oħrajn;

4.   Jitlob għall-politika ta' reklutaġġ responsabbli fir-rigward ta' gruppi li huma diskriminati jew soċjalment żvantaġġati, u fir-rigward ta' persuni li l-kapaċità tagħhom għax-xogħol hija limitata minħabba xi diżabilità;

5.   Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippromwovu is-CSR ma' l-intrapriżi Ewropej kollha li jaħdmu kemm fl-Unjoni Ewropea u kemm barra minnha; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra, bħala parti mix-xogħol ta' l-Alleanza l-ġdida dwar is-CSR, li toħloq karta ta' prattika tajba sabiex il-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu jikkonformaw magħha;

6.   Jenfasizza li l-intrapriżi li juru responsabilità soċjali jikkontribbwixxu b'mod importanti lejn ir-rimedjazzjoni tan-nuqqas ta' ugwaljanzi fis-suq tax-xogħol li jaffettwaw, b'mod partikulari, lin-nisa u lill-persuni żvantaġġjati, inklużi l-persuni b'diżabilità, mhux l-inqas fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjiegi, tal-benefiċċji soċjali, tat-taħriġ, ta' l-iżvilupp fil-karriera u ta' politika dwar salarji ġusti; jenfasizza li l-intrapriżi għandhom iwettqu l-politika ta' reklutaġġ tagħhom skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjiegi, għat-taħriġ vokazzjonali u għall-promozzjoni, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol(1);

7.   Jirrimarka li mġiba soċjalment responsabbli tinvolvi l-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja dwar l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-kumpaniji, inkluż fir-rigward tar-rilokazzjoni;

8.   Jisħaq fuq l-importanza ta' l-irwol ta' l-isħab soċjali fil-promozzjoni ta' l-impjegar tan-nisa u fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; jinkuraġġixxihom biex jieħdu inizjattivi, fi ħdan qafas ta' CSR, sabiex iħeġġu parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji, f'kunsilli għax-xogħlijiet u f'korpi ta' djalogu soċjali;

9.   Jenfasizza li s-CSR għandu jinvolvi l-adozzjoni ta' politiki maħsubin biex jippromwovu ambjent tax-xogħol ta' kwalità għolja, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea, u biex jippermettu bilanċ imtejjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

10. Iqis li, bħala parti mis-CSR, il-kumpaniji jistgħu jisponsorjaw attivitajiet kulturali u edukattivi li offrew valur miżjud lill-politiki Ewropej fil-qasam tal-kultura u t-tagħlim matul il-ħajja kollha;

11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ, fil-moniteraġġ tal-progress tas-CSR, parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-Forum ta' Bosta Partijiet Interessati u skambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;

12. Jitlob għall-ftehim ħolistiku tas-CSR, minħabba li r-responsabilità soċjali ta' intrapriża mhux ristretta għal relazzjonijiet ta' impjiegi diretti iżda tinkludi wkoll oqsma tal-ħajja oħrajn.

PROĊEDURA

Titolu

Responsabilità Soċjali ta' l-Intrapriżi: sħubija ġdida

Numru tal-proċedura

2006/2133(INI)

Kumitat responsabbli

EMPL

Kumitat mitlub jagħti opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM
15.6.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Marie Panayotopoulos-Cassiotou
11.7.2006

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

5.10.2006

23.11.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

23.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Lívia Járóka, Pia Elda Locatelli, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Christa Prets, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, Sophia in 't Veld, Heide Rühle

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(1)

ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40. Direttiva emendata bid-Direttiva 2002/73/KE (ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15).


PROĊEDURA

Titolu

Responsabilità Soċjali ta' l-Intrapriżi: sħubija ġdida

Numru tal-proċedura

2006/2133(INI)

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL
15.6.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE
15.6.2006

ECON
15.6.2006

ITRE
15.6.2006

IMCO
15.6.2006

JURI
15.6.2006

 

FEMM
15.6.2006

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

DEVE
11.7.2006

ECON
5.9.2006

IMCO
4.9.2006

JURI
11.9.2006

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Richard Howitt
19.4.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

13.9.2006

4.10.2006

22.11.2006

18.12.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

19.12.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

25

15

0

Members present for the final vote

Jan Andersson, Roselyne Bachelot-Narquin, Emine Bozkurt, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Sepp Kusstatscher, Jean Lambert, Raymond Langendries, Thomas Mann, Mario Mantovani, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Jean Spautz, Struan Stevenson, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Udo Bullmann, Françoise Castex, Richard Howitt, Jamila Madeira, Claude Moraes, Roberto Musacchio, Elisabeth Schroedter, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy

Data tat-tressiq

20.12.2006

Kummenti
(disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2007Avviż legali