RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-regolament (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 dwar għeżula tat-tisqif

26.1.2007 - (COM(2006)0511 – C6-0327/2006 – 2006/0169(CNS)) - *

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Rosa Miguélez Ramos

Proċedura : 2006/0169(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0014/2007
Testi mressqa :
A6-0014/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-regolament (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 dwar għeżula tat-tisqif

COM(2006)0511 – C6-0327/2006 – 2006/0169(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0511)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0327/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6‑0014/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat.

NOTA ĠUSTIFIKATTIVA

IL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Ma jeżistu ebda dispożizzjonijiet attwali li jiddefinixxu għeżula tat-tisqif. Ir-regolamenti li ġejjin madankollu jillimtaw l-użu ta' dawn ix-xbieki:

-  ir-regolament (KE) Nru 894/97 tal-Kunsill li jipprevedi ċerti miżuri tekniċi għall konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, kif emendat bir-regolament (KE) Nru 1239/98 tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1998;

-  ir-regolament (KE) Nru 812/2004 tal-Kunsill tas-26 ta' April li jistabbilixxi miżuri rigward il-qbid aċċidentali ta' ċetaċei fis-sajdiet u li jemenda r-regolament (KE) Nru 88/98;

-  ir-regolament (KE) Nru 2187/2005 tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi għas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi, fl-ilmiet tal-Baħar Baltiku, il-Belts u Sound, li jemenda r-regolament (KE )Nru 1434/98 u li jħassar ir-regolament (KE) Nru 88/98.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-iskop li tintroduċi definizzjoni uniformi ta' għeżula tat-tisqif f'dawn it-tliet regolamenti sabiex tiffaċilita l-kontroll u l-implimentazzjoni ta' restrizzjonijiet fl-użu ta' dawn l-għeżula permezz ta' dawn it-tliet strumenti.

Id-definizzjoni proposta għal "għeżula tat-tisqif" hija din: kull għażel li jinżamm fil-wiċċ tal-baħar jew ċerta distanza 'l isfel mill-wiċċ permezz ta' tagħmir li jżommu fil-wiċċ u li jimxi bla xkiel mal-kurrent jew mal-bastiment li miegħu jista' jkun marbut. Miegħu jista' jkollu apparat biex jistabilizza x-xibka jew biex ma' jħallihiex titkaxkar mal-kurrent.

SFOND STORIKU FIL-QOSOR

It-tħassib dwar l-użu ta' għeżula tat-tisqif u dwar il-konsegwenzi tiegħu intensifika ruħu fix-xena internazzjonali u komunitarja lejn tmiem it-tmeninijiet u fil-bidu tad-disgħinijiet, b'mod partikulari minħabba l-espansjoni u l-użu akbar u mingħajr kontroll ta' dan l-iraptu, minħabba n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fil-qabda tiegħu, minħabba l-impatt tiegħu fuq l-ambjent tal-baħar u minħabba l-għadd kbir ta' qabdiet oħra anċillari li jirriżultaw mill-użu tiegħu, b'mod partikulari l-qbid ta' mammiferi u ta' għasafar tal-baħar.

Fil-11 ta' Lulju 1989 f'Tarawa (Kiribati), l-għoxrin Forum tal-Paċifiku tan-Nofsinhar adotta d-Dikjarazzjoni ta' Tarawa li opponiet l-użu ta' dawn ix-xbieki. Fl-24 ta' Novembru 1989 il-Konvenzjoni li tipprojbixxi s-sajd bl-għeżula tat-tisqif fil-Paċifiku tat-Tramuntana ġiet adottata f'Wellington mill-pajjiżi u t-territorji tal-Paċifiku tat-Tramuntana. Ir-riżoluzzjonijiet ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 44/225 tat-22 ta' Diċembru 1989, 45/197 tal-21 ta' Diċembru 1990 u 46/215 ta' l-20 ta' Diċembru 1991 wrew oppożizzjoni għall-użu ta' dawn it-tip ta' xbieki. F'din l-aħħar riżoluzzjoni ġiet ukoll proposta l-introduzzjoni ta' moratorju ġenerali fil-31 ta' Diċembru 1992 għall-użu ta' dawn ix-xbieki, data li kellha tiggarantixxi s-sospensjoni tas-sajd fil-baħar fond fuq skala kbira permezz ta' l-għeżula tat-tisqif. Minn Novembru 1990, l-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku) adottat riżoluzzjoni biex ma tħallix l-espansjoni tas-sajd bl-għeżula tat-tisqif fil-Baħar Atlantiku u l-Baħar Mediterranju.

Fil-livell komunitarju, ir-regolament KEE/345/95 ta' Jannar 1992 (bil-ħdax-il emenda għar-regolament (KEE) Nru 3094/86 rigward miżuri tekniċi għall-preservazzjoni) daħħal deroga temporanja li kienet tapplika sal-31 ta' Diċembru 1993 sabiex numru limitat ta' bastimenti (dawk li kienu jużaw dawn it-tip ta' xbieki biex jistadu għat-tonn Albacore (thunnus alalonga) fl-Atlantiku tal-Grigal sa talanqas is-sentejn ta' qabel ma daħal fis-seħħ dak ir-regolament) ikunu jistgħu jużaw xbieki sa tul ta' 5 km biex jaqbdu din l-ispeċi ta' ħut (il-bqija tal-flotta Komunitarja kienet tista' tuża sa tul massimu ta' 2.5km).

F'April 1994, il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għal regolament tal-Kunsill għas-sitt emendar tar-regolament (KEE) Nru 3094/86 (COM(1994)0131). Il-proposta kienet li mill-31 ta' Diċembru 1997 jiġi pprojbit l-użu ta' għeżula tal-tisqif, ta' kwalunkwe tul. Madankollu, l-Istati Membri ma kenux lesti li jaċċettaw din il-proposta. Fl-aħħar ġie adottat mill-Kunsill ir-regolament 1239/98 f'Ġunju ta' l-1998. B'emenda għar-regolament Nur 894/97 dan ipprojbixxa l-użu ta' għeżula tat-tisqif mill-1 ta' Jannar 2002 għall-ispeċi ta' ħut imniżżla fl-Anness V111 fl-ibħra kollha li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, minbarra fil-Baħar Baltiku, il-Belts u Sound. Barra minn dawn l-ibħra, dawn ir-restrizzjonijiet japplikaw għall-bastimenti kollha tas-sajd komunitarji.

Il-Parlament Ewropew ippronunzja ruħu fuq il-kwistjoni ta' l-għeżula tat-tisqif fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 1991[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni bil-ħdax-il emendar tal-regolament (KEE) Nru 3094/86, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tas-17 ta' Diċembru 1993[2] li fiha ddikjara ruħu kontra l-użu ta' dan it-tip ta' rkaptu u talab l-interdizzjoni totali tiegħu, filwaqt li aċċetta li l-Kummissjoni tkun tista', fuq talba ta' Stat Membru, tawtorizza l-użu tiegħu ġewwa ż-żona limitu tat-tnax-il mil. Din il-pożizzjoni reġgħet ġiet affermata bir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tat-28 ta' Settembru 1994[3] dwar il-proposta tar-regolament li tinkludi s-sittax-il emenda għar-regolament (KEE) Nru 3094/86. F'din ir-riżoluzzjoni l-PE talab l-interdizzjoni sa mill-31 ta' Diċembru 1994 (flok l-1997) taż-żamma abbord ta' dan l-irkaptu u l-użu tiegħu għas-sajd ta' ċerti speċi li jpassu ħafna, kif ukoll għal kumpens u għajnuna għall-konverżjoni għas-sajjieda milqutin.

Ir-regolament (KE) Nru 812/2004 tal-Kunsill, adottat fis-26 ta' April 2004, li jistabbilixxi miżuri rigward il-qbid aċċidentali ta' ċetaċei fis-sajd u li jimmodifika r-regolament (KE) Nru 88/98, mill-2008 jestendi għall-Baħar Baltiku, il-Belts u Sound l-interdizzjoni taż-żamma abbord u l-użu ta' għeżula tat-tisqif ta' kwalunkwe tul u tkun xi tkun l-ispeċi intenzjonata tal-qabda. Barra minn hekk, ir-regolament (KE) Nru 812/2004 tal-Kunsill stabbilixxa l-miżuri li jillimitaw l-ammont tal-qbid aċċidentali ta' ċetaċei billi jipprojbixxi li bastimenti ta' 12-il metru jew akbar jużaw ċerti tipi ta' irkaptu tas-sajd, inklużi l-għeżula tat-tisqif, f'ċerti żoni u f'ċertu żmien, jekk ma jużawx ukoll fl-istess waqt strumenti deterrenti akustiċi attivi. L-Istati Membri kinu obbligati li jimplimentaw programmi li jimmoniterjaw il-qbid aċċidentali ta' ċetaċei.

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Frar 2004[4], ta l-appoġġ tiegħu għal din il-proposta għar-regolament (COM(2003)451, ta' l-24 ta' Lulju 2003), filwaqt li ppropona emendi, b'mod partikulari rigward il-ħtieġa li titfassal strateġija sostenibbli għall-ġlieda kontra l-qbid aċċidentali ta' ċetaċei, il-ħtieġa ta' studji u d-definizzjoni ta' irkaptu u metodi alternattivi ta' sajd sabiex jiġi evitat il-qtil aċċidentali ta' l-ispeċi msemmija, kif ukoll il-qerda ta' għeżula tat-tisqif sabiex jiġi evitat li dawn jiġu eventwalment esportati f'pajjiżi terzi.

Din l-interdizzjoni, li tibda tapplika mill-2008 permezz tar-regolament (KE) Nru 812/2004 tal-Kunsill, u magħha l-kundizzjonijiet proviżorji għall-applikazzjoni ta' din l-interdizzjoni huma inklużi fir-regolament (KE) Nru 2187/2005 tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konservazzjoni, permezz ta' miżuri tekniċi, tar-riżorsi tal-ħut fl-ilmiet tal-Baħar Baltiku, il-Belts u Sound, li jemenda r-regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-regolament (KE) Nru 88/98.

Fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005[5], il-PE appoġġja l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0086 ta' l-14 ta' Marzu 2005), filwaqt li ppropona għadd ta' emendi maħsuba biex b'mod partikulari jiċċaraw u jintegraw ċerti dispożizzjonijiet dwar irkaptu tas-sajd. Pereżempju, kien hemm proposta biex tidħol definizzjoni ta' "apparat ta' estensjoni" (rallonge),biex ikun hemm definizzjoni ta' xbieki tat-tkarkir tat-tip T90 u tal-permess biex jintużaw, kif ukoll evalwazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 2008 ta' l-effetti negattivi ta' għeżula tat-tisqif u ta' tagħmir ieħor ta' tħabbil fuq il-popolazzjoni tal-mammiferi.

KUMMENTI U KONKLUŻJONIJIET TAR-RAPPORTEUR

Ir-rapporteur jinnota li definizzjoni bl-istess skop ta' dan l-abbozz għal rapport kienet diġà tinsab fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu ta' qabel (Artikolu 2, punt m) imma safrattant din kienet tħassret mit-test finali adottat mill-Kunsill. Ir-regolament Nru 2187/2005 jinkludi dikjarazzjoni komuni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li fiha l-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2006 tippreżenta proposta li tinkludi definizzjoni uniformi tat-termini "għeżula tat-tisqif" li tkun tapplika fl-ibħra kollha komunitarji.

Barra minn hekk, definizjoni simili kienet tidher ukoll fil-proposta għal regolament tal-Kunsill rigward il-miżuri għall-immaniġġjar ta' l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ħut fil-Mediterran (COM(2003)5589 tad-9 ta' Ottubru 2003) fl-Artikolu 2, punt 10. Matul din il-leġiżlatura l-Parlament Ewropew, wara dibattititi twal, esprima l-pożizzjoni tiegħu dwar din il-proposta fir-riżoluzzjoni tas-9 ta' Ġunju 2005[6] . Ir-rapporteur kienet tippreferixxi li, wara l-ftehima politika fil-Kumitat għall-Agrikultura u s-Sajd ta' l-20 u l-21 ta' Novembru 2006, definizzjoni bħal din inżammet fit-test ta' dan ir-regolament tal-futur. Madankollu, hija tinnota d-dikjarazzjoni konġunta tat-23 ta' Novembru 2006 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li fiha l-Kunsill jimpenja ruħu li matul l-2007 jeżamina din il-proposta għal regolament u li jieħu deċiżjoni dwar dan is-suġġett. Ir-rapporteur tittama li d-definizzjoni li hemm fil-proposta ta' dan l-abbozz ta' rapport tiżdied bla dewmien ma' l-Artikolu 11 tar-regolament (KE) Nru 894/97, kif emendat mir-regolament (KE) 1239/98 tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1998 u li din imbagħad għalhekk tkun tapplika wkoll għall-Mediterran.

Id-definizzjoni ta' għeżula tat-tisqif f'din il-proposta tal-Kummissjoni taqbel b'mod partikulari mad-definizzjoni użata mill-FAO[7] u ma twessgħax il-firxa ta' l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet u tal-kundizzjonijiet għall-użu ta' dawn ix-xbieki fil-leġiżlazzjoni komunitarja.

Ir-rapporteur hija ta' l-opinjoni li l-introduzzjoni ta' definizzjoni uniformi ta' għeżula tat-tisqif fit-tliet regolamenti msemmija hija indispensabbli għaliex din se tgħin biex tħaffef l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam u biex tiġi evitata ċirkumvenzjoni tagħha permezz ta' interpretazzjonijiet differenti fil-livell nazzjonali.

Ir-rapporteur tilqa' din l-inizjattiva li timmira għal omoġenjità akbar fil-prattiki ta' mmoniterjar bejn l-Istati Membri, filwaqt li tiffavorixxi għarfien komuni aħjar ta' dan it-terminu mill-partijiet involuti. Barra minn hekk, din il-proposta tingħaqad mal-proċess ta' simplifikazzjoni u ta' titjib tal-politika komuni għas-sajd, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kjarifika u r-riforma tal-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tal-miżuri tekniċi.

Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur tirrakkomanda li din il-proposta tiġi approvata.

  • [1]  JO C 280 tat-28.10.1991, p. 181-182;A3-0244/91, rapporteur M. Garcia.
  • [2]  B3-1791/93 u B3-1793/93, ĠU C 20 24.1.1994, p.543.
  • [3]  ĠU C 305 31.10.1994, p. 83; A4-0009/94, rapporteur: Carmen Fraga Estevez.
  • [4]  ĠU C 972, 22.4.2004, p. 30-74; A5-0020/2004, rapporteur: Heinz Kindermann.
  • [5]  ĠU C 233, 28.09.2006, p. 17-92E; A2-0265/2005, rapporteur: M. Chmielewski.
  • [6]  ĠU C124, 25.05.2006, p.421-527, A6-0112/2005, rapporteur: Carmen Fraga Estevez. Ara wkoll il-leġiżlatura ta' qabel din, il-minuti tas-Seduta ta' 1 ta' April 2004, il-punt 4.21, kif ukoll ir-rapport A5-0159/2004, rapporteur: Giorgio Lisi.
  • [7]  FAO "Fisheries Technical Paper", 222 (rev 1), 1990.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-regolament (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 dwar għeżula tat-tisqif

Referenzi

(COM(2006)0511 – C6-0327/2006 – 2006/0169(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

4.10.2006

Kumitat Responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH
12.10.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.10.2006

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

ENVI
30.10.2006

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Rosa Miguélez Ramos
24.10.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat għar-regjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

21.12.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

25.1.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

James Hugh Allister, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Pedro Guerreiro, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Albert Jan Maat, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Dirk Sterckx, Catherine Stihler, Daniel Varela Suanzes-Carpegna

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Duarte Freitas, James Nicholson

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Thomas Wise

Data tat-tressiq 

26.1.2007

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss

...