RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi

12.7.2007 - (COM(2006)0093 – C6‑0081/2006 – 2006/0031(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Gisela Kallenbach
Rapporteur għal opinjoni:
Alexander Alvaro, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni
(*) Kumitati assoċjati - Regola 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2006/0031(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0276/2007

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi

(COM(2006)0093 – C6‑0081/2006 – 2006/0031(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0093)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 (1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6 0081/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A6‑0276/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 3

L-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll tagħmel neċessarju t-tibdil ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/477/KEE. Fil-fatt, jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti, effikaċi u rapida ta' l-obbligi internazzonali li jolqtu d-Direttiva.

(3) Il-Kummissjoni ffirmat il-Protokoll f'isem il-Komunità fis-16 ta' Jannar 2002. L-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll teħtieġ bidliet f'ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/477/KEE. Fil-fatt, jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti, effikaċi u rapida ta' l-obbligi internazzjonali li jolqtu d-Direttiva. Barra minn dan, jeħtieġ li tinħataf l-opportunità ta' din ir-reviżjoni biex titjieb din id-Direttiva sabiex titratta ċerti kwistjonijiet, b'mod partikulari dawk li kienu ġew identifikati fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE.

Ġustifikazzjoni

Fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE, il-Kummissjoni Ewropea identifikat sensiela ta' problemi li nqalgħu fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, u b'hekk ikkunsidrat serje ta' titjib. Bi qbil mal-prinċipju ta' leġiżlazzjoni aħjar, il-proċess attwali ta' reviżjoni m'għandux biss jintuża sabiex jadatta d-Direttiva għall-Protokoll tan-NU, iżda wkoll sabiex id-Direttiva jsirilha t-titjib li teħtieġ.

Emenda 2

PREMESSA 3 A (ġdida)

 

(3a) Minħabba li l-evidenza minn servizzi sigrieti turi żieda fl-użu ta’ armi konvertiti fl-UE, huwa essenzjali li jiġi żgurat li dan it-tip ta’ armi konvertiti jiddaħħlu fid-definizzjoni ta’ 'arma tan-nar' f’din id-Direttiva.

Emenda 3

PREMESSA 4

(4) Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu ppreċiżati l-kunċetti tal-manifattura u t-traffikar illegali ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom, għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

(4) Għalhekk jeħtieġ li jiġu ddefiniti l-kunċetti tal-manifattura u t-traffikar illegali ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom, kif ukoll il-kunċett ta' l-ittraċċar tagħhom, għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda 4

PREMESSA 5

(5) Barra minn hekk, il-Protokoll jistabbilixxi obbligu ta' l-immarkar ta' l-armi waqt il-manifattura tagħhom, u waqt it-trasferimenti tagħhom minn ħażniet tal-gvernijiet bil-ħsieb li jitqiegħdu fl-użu ċivili permanenti, filwaqt li d-Direttiva 91/477 tagħmel biss referenza indiretta għall-obbligu ta' l-immarkar.

 

 

(5) Barra minn hekk, il-Protokoll jistabbilixxi obbligu ta' l-immarkar ta' l-armi waqt il-manifattura tagħhom, u waqt it-trasferimenti tagħhom minn ħażniet tal-gvernijiet bil-ħsieb li jitqiegħdu fl-użu ċivili permanenti, filwaqt li d-Direttiva 91/477 tagħmel biss referenza indiretta għall-obbligu ta' l-immarkar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ittraċċar ta' l-armi, huwa meħtieġ li jintużaw biss simboli alfanumeriċi u li fl-immarkar tiġi inkluża s-sena tal-manifattura ta' l-arma (jekk mhux parti min-numru tas-serje). Il-Konvenzjoni ta' l-1 ta' Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki fuq Armi Żgħar għandha tintuża bħala referenza għas-sistema ta' l-immarkar fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

Emenda 5

PREMESSA 6

(6) Min-naħa l-oħra, it-tul ta' żmien għaż-żamma tar-reġistri ta' informazzjoni dwar l-armi għandu jinġieb għal ta' l-inqas għaxar snin, kif jipprovdi l-Protokoll.

 

 

 

 

(6) Iktar minn hekk, filwaqt li l-Protokoll jipprevedi li t-tul ta' żmien għaż-żamma tar-reġistri ta' informazzjoni dwar l-armi għandu jinġieb għal ta' lanqas għaxar snin, huwa meħtieġ li dan il-perjodu jittawwal għal ta' l-inqas 20 sena sabiex l-ittraċċar ta' l-armi tan-nar ikun jista' jsir sewwa. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jżommu sistema kompjuterizzata u ċentralizzata ta’ arkivjar ta' data fejn kull arma tan-nar tingħata numru ta’ identifikazzjoni uniku u jitniżżlu l-isem u l-indirizz ta’ kull sid suċċessiv. L-aċċess mill-pulizija u mill-awtoritajiet ġudizzjarji għall-informazzjoni fir-reġistru ċentrali għandu jkun suġġett għal konformità ma’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Emenda 6

PREMESSA 7

(7) Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li l-attivitajiet tas-sensara u s-senserija, hekk kif jissemmew fl-Artikolu 15 tal-Protokoll, jaqgħu sew fid-definizzjoni tal-kummerċjant ta' l-armi li tagħti d-Direttiva.

(7) Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat li l-attivitajiet ta' l-intermedjarji u l-intermedjar, kif inhuma msemmija fl-Artikolu 15 tal-Protokoll, għandhom jiġu definiti għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda 7

PREMESSA 7

(Emenda lingwistika li ma taffettwax il-verżjoni Ingliża. Regola 151 (d))

Emenda 8

PREMESSA 9 A (ġdida)

 

(9a) Minħabba n-natura speċjali ta' l-attività tan-negozjanti u l-intermedjarji, jeħtieġ li l-Istati Membri jeżerċitaw kontroll strett fuq din l-attività, b'mod partikulari sabiex jivverifikaw l-integrità professjonali u l-kapaċitajiet ta' dawn in-negozjanti u l-intermedjarji.

Emenda 9

PREMESSA 9 B (ġdida)

 

(9b) Il-kisba ta' armi tan-nar minn individwi privati permezz ta' komunikazzjonijiet mill-bogħod, pereżempju l-internet, għandha tkun soġġetta għar-regoli stipulati f'din id-Direttiva, u l-kisba ta' armi tan-nar minn persuni li jkunu nstabu ħatja minn sentenza finali ta' qorti ta' reati kriminali serji għandha tkun ipprojbita.

Emenda 10

PREMESSA 9 C (ġdida)

 

(9c) Il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar b'mod ġenerali jiffunzjona b'mod sodisfaċenti u għandu jitqies bħala l-uniku dokument li huwa meħtieġ minn kaċċaturi u tiraturi sabiex jittrasferixxu arma tan-nar lejn Stat Membru ieħor.

Emenda 11

PREMESSA 9 D (ġdida)

 

(9d) Sabiex jitħaffef l-ittraċċar ta' l-armi tan-nar u biex jiġu missielta b'mod effiċjenti l-ittraffikar u l-immanifatturar illegali ta' l-armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, jeħtieġ li jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri.

 

Iż-żamma u l-iskambju ta' informazzjoni huma soġġetti għall-konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ta' data bħal din.

Emenda 12

PREMESSA 9 E (ġdida)

 

(9e) Diversi Stati Membri reċentement issimplifikaw il-mod kif jikklassifikaw l-armi tan-nar billi qalbu minn erba' kategoriji għal dawn it-tnejn li ġejjin: armi pprojbiti u armi li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma' din il-klassifikazzjoni issimplifikata, għalkemm l-Istati Membri li bħalissa jaqsmu l-armi tan-nar f'sett ulterjuri ta' kategoriji jistgħu, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, iżommu l-klassifikazzjoni u s-sistemi ta' awtorizzazzjoni eżistenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-karatteristiċi speċjali u t-tradizzjonijiet rispettivi ta' l-Istati Membri għandhom jiġu rispettati skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, li huwa dejjem imħares fil-politiki ta' l-UE.

Emenda 13

ARTIKOLU 1, PUNT -1 (ġdid)

Artikolu 1, paragrafu 1 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘arma tan-nar’ tfisser kwalunkwe arma bil-kanna li tista’ tinġarr, li tispara, li hija ddisinjata biex tispara jew li tista’ tiġi modifikata biex tispara tir, balla jew projettili permezz ta’ splussiv, sakemm ma tissodisfax id-definizzjoni iżda hija eskluża għal waħda mir-raġunijiet elenkati fit-taqsima III ta’ l-Anness I. L-armi tan-nar huma kklassifikati fit-taqsima II ta’ l-Anness I".

Emenda 14

ARTIKOLU 1, PUNT -1 A (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1a) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

"1a. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'partijiet' tfisser kwalunkwe element jew element ta' sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frejm jew ir-receiver, l-islajd jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech lock, jew kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta' arma tan-nar.

Emenda 15

ARTIKOLU 1, PUNT -1 B (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 1 b (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1b) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

 

"1b. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'munizzjon' tfisser skrataċ jew balal sħaħ jew il-komponenti tagħhom, inklużi l-kaxxi ta' l-iskrataċ, il-kaps, il-porvli tal-propellent, il-balal jew il-projettili, li jintużaw fl-armi tan-nar, bil-kundizzjoni li dawn il-komponenti stess jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni fl-Istati Membri rilevanti."

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT -1 C (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 1 c (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1c) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1c li ġej:

 

"1c. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'traċċar' tfisser l-ittraċċar sistematiku ta' l-armi tan-nar u, fejn ikun possibbli, tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom mill-manifattur sax-xerrej bil-għan li tingħata għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex isibu, jinvestigaw u janalizzaw il-manifattura illeċita u l-ittraffikar illegali.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT -1 D (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 1 d (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1d) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1d li ġej:

 

"1d. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'arma antika' tfisser jew kwalunkwe arma manifatturata qabel l-1900, inklużi r-repliki, jew kwalunkwe arma iżjed riċenti li tkun iddefinita bħala arma antika minn Stat Membru skond kriterji tekniċi. Il-kriterji tekniċi rilevanti għandhom jissodisfaw ta' l-inqas l-istandards stipulati skond l-Artikolu 13(3a)."

Emenda 18

ARTIKOLU 1, PUNT 1 E (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 1 e (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1e) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1e li ġej:

 

"1e. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'intermedjarju' tfisser kull persuna naturali jew legali li joħloq, kemm jekk bi qligħ u kemm jekk le, il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġi konkluż kuntratt li jkollu x'jaqsam mal-manifattura, il-kummerċ, l-iskambju, il-kiri, it-tiswija jew il-konverżjoni ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet tagħhom u tal-munizzjon tagħhom. Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-aġenti u r-rappreżentanti li joperaw f'isem negozjanti awtorizzati fuq il-bażi ta' kuntratti standard li jikkonferixxi mandat jistgħu ma jitqisux bħala intermedjarji.

Emenda 19

ARTIKOLU 1, PUNT -1 F (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 2 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1f) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'negozjant' tfisser kull persuna naturali jew legali li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti, kompletament jew parzjalment, fil-manifattura, il-kummerċ, l-iskambju, il-kiri, it-tiswija jew il-konverżjoni ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet u tal-munizzjon tagħhom.

Emenda 20

ARTIKOLU 1, PUNT 1
Artikolu 1, paragrafu 3, parti introduttorja (Direttiva 91/477/KEE)

1) Fl-Artikolu 1, wara l-paragrafu 2, jiżdiedu ż-żewġ paragrafi ġodda li ġejjin:

1a) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"3. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "manifattura illegali" tfisser il-manifattura jew l-assemblaġġ ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet u l-komponenti jew il-munizzjon tagħhom.

"1a. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "manifattura illegali" tfisser il-manifattura jew l-assemblaġġ ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet u l-komponenti jew il-munizzjon tagħhom li tmur kontra din id-Direttiva, inkluża dik li ssir permezz ta' partijiet importati minn pajjiżi terzi."

Emenda 21

ARTIKOLU 1, PUNT 1

Artikolu 1, paragrafu 4 (Direttiva 91/477/KEE)

"4. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "traffikar illegali" tfisser l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsenja, it-trasport jew it-trasferiment ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom, bi tluq mit-territorju ta' Stat Membru jew b'passaġġ minn dan it-territorju lejn dak ta' Stat Membru ieħor, jekk wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati ma jawtorizzax li dan isir skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew jekk l-armi tan-nar ma jkunux immarkati f'konformità ma' l-Artikolu 4(1).

 

"4. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "traffikar illegali" tfisser l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsenja, it-trasport jew it-trasferiment ta' l-armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom li jmur kontra din id-Direttiva, għat-territorju ta' Stat Membru, jekk wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati ma jawtorizzax li dan isir skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew jekk l-armi tan-nar u l-partijiet u l-munizzjon tagħhom ma jkunux reġistrati skond l-Artikolu 4(3) jew ma jkunux immarkati f'konformità ma' l-Artikolu 4(1). L-akkwist, il-bejgħ, il-kunsenja, it-trasport jew it-trasferiment ta' l-armi tan-nar madankollu m'għandux ikun ikkunsidrat bħala traffikar illegali għar-raġuni li l-armi msemmija ma jkunux immarkati skond l-Artikolu 4(1) jekk dawn ikunu ġew manifatturati jew trasferiti minn stokkijiet tal-gvern għal użu ċivili permanenti qabel ...*, bil-kundizzjoni li l-immarkar ikun jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti applikabbli qabel dik id-data."

_____________

* Id-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni


In-nuqqas ta' reġistrazzjoni għandu jkun inkluż bħala wieħed mir-rekwiżiti li jiddefinixxu t-traffikar illegali. Iż-żieda tal-kliem "ma jaqbilx mal-kliem tad-Direttiva" se jippermettu aktar ċertezza legali billi jiddefinixxu bħala traffikar illeċitu kwalunkwe traffikar li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u jiżguraw li kull arma tan-nar preżenti fit-territorju ta' l-UE tkun trattata bl-istess mod. Madankollu, it-tranżazzjonijiet ta' armi tan-nar li jissodisfaw standards attwali ta' mmarkar m'għandhomx jitqiesu bħala illegali jekk ikunu jikkonċernaw armi tan-nar immanifatturati jew ittrasferiti qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda 22

ARTIKOLU 1, PUNT 1 A (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 4 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(1a) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"4. Il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar huwa dokument li jinħareġ fuq talba mill-awtoritajiet ta' Stat Membru għal persuna li tikseb pussess ta' arma tan-nar u tużaha b'mod legali. Il-Pass huwa validu għal żmien ta' mhux aktar minn ħames snin. Iż-żmien tal-validità jista' jiġi estiż. Dan għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness II. Il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar huwa dokument li ma jistax jiġi trasferit, u fih għandu jkun hemm imniżżel l-arma jew l-armi tan-nar li jkollu u juża min ikollu dan il-pass. Il-pass għandu dejjem ikun fil-pussess tal-persuna li tuża l-arma tan-nar. Kull bidla fil-pussess jew fil-karatteristiċi ta' l-armi tan-nar għandha titniżżel fuq il-pass, kif ukoll it-telf jew is-serq ta' l-arma."

Emenda 23

ARTIKOLU 1, PUNT 1 B (ġdid)
Artikolu 1, paragrafu 4 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(1b) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

 

"4a. Persuna naturali jew legali li jagħmel attivitajiet ta' intermedjar li jinvolvu it-trasferiment ta' armi tan-nar, tal-partijiet u tal-munizzjon tagħhom għandha tkun soġġetta għall-istess sistema ta' awtorizzazzjoni bħan-negozjanti."

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 1 C (ġdid)
Artikolu 2, paragrafu 2 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(1c) Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

2a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-partijiet u l-munizzjon ta' l-armi tan-nar, inklużi dawk importati minn pajjiżi terzi.

 

Ir-regoli li jkopru l-akkwist u l-pussess tal-munizzjon li jkun jista' jintuża għandhom ikunu identiċi għar-regoli li jkopru l-pussess ta' l-armi tan-nar li l-munizzjon ikun maħsub għalihom.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafu 1 (Direttiva 91/477/KEE)

1. Għall-finjiet ta' l-identifikazzjoni jew it-traċċar ta' kull arma tan-nar, l-Istati Membri, waqt il-manifattura ta' kull arma tan-nar, għandhom jesiġu li ssirilha jew marka unika li tindika isem il-manufattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura u n-numru tas-serje, jew inkella kwalunkwe marka unika u ta' użu faċli oħra li jkun tikkonsisti f'simboli ġeometriċi sempliċi magħqudin ma' kodiċi numerika jew alfanumerika, li tkun tippermetti lil kwalunkwe Stat li jidentifika faċilment il-pajjiż tal-manifattura.

1. Għall-finijiet ta' l-identifikazzjoni jew it-traċċar ta' kull arma tan-nar li tkun armata, l-Istati Membri, waqt il-manifattura ta' kull arma tan-nar, għandhom jesiġu li ssirilha jew marka unika li tinkludi l-isem jew it-trademark tal-manifattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, in-numru tas-serje u s-sena tal-manifattura (jekk ma tkunx parti min-numru tas-serje), kif stipulat fil-Konvenzjoni ta' l ta' Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki fuq Armi Żgħar (CIP), jew inkella kwalunkwe marka unika u ta' użu faċli oħra li jkun tikkonsisti f'simboli ġeometriċi sempliċi magħqudin ma' kodiċi numerika jew alfanumerika, li tkun tippermetti lil kwalunkwe Stat li jidentifika faċilment il-pajjiż tal-manifattura. L-immarkar għandu jkun imwaħħal ma' parti essenzjali jew strutturali ta' l-arma tan-nar, li f'każ li tinkiser l-arma tan-nar ma tkunx tista' tintuża aktar.

Emenda 26

ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

L-Istati Membri għandhom jitolbu l-immarkar ta' kull pakkett singlu u elementari ta' munizzjon sħiħ, li jkun jindika l-isem tal-manifattur, in-numru ta' identifikazzjoni tal-lott, il-kalibru u t-tip ta' munizzjon, kif stipulat fil-Kummissjoni Internazzjonali Permanenti (CIP).

 

 

Emenda 27

ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 4, paragrafu 2, inċiż 3 (Direttiva 91/477/KEE)

2. Talanqas għall-kategoriji A u B, kwalunkwe Stat Membru għandu jagħmel l-eżerċizzju ta' l-attività ta' kummerċjant ta' l-armi fit-territorju tiegħu dipendenti fuq approvazzjoni, li tingħata fuq il-bażi, ta' l-inqas, ta' verifika tal-karattru tajjeb, privat u professjonali, tal-kummerċjant. Jekk il-kummerċjant ikun persuna legali, il-verifika għandha ssir fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża. Għall-kategoriji C u D, kull Stat Membru li ma jagħmilx l-eżerċizzju ta' negozjant ta' l-armi dipendenti fuq approvazzjoni, għandu jagħmel dan l-eżerċizzju suġġett għal dikjarazzjoni.

2. Kull Stat Membru għandu jagħmel l-eżerċizzju ta' l-attività ta' negozjant u ta' l-attività ta' l-intermedjar fit-territorju tiegħu dipendenti fuq approvazzjoni, li tingħata fuq il-bażi, ta' lanqas, ta' verifika ta’ l-integrità privata u professjonali u ta' l-abbilitajiet tan-negozjant. Jekk il-kummerċjant ikun persuna legali, il-verifika għandha ssir fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

 

Emenda 28

ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 4, paragrafu 3, inċiż 3 (Direttiva 91/477/KEE)

3. 3. Il-kummerċjanti ta' l-armi għandhom iżommu reġistru li fih jitniżżel id-dħul u l-ħruġ ta' l-armi tan-nar tal-kategoriji A, B u C, flimkien mad-data li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-arma, partikolament it-tip, il-marka, il-mudell, il-kalibru u n-numru tal-manifattura, kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u l-akkwirent. Dan ir-reġistru għandu jinżamm mill-kummerċjant għal perjodu ta' ħames snin, inkluż wara l-waqfien ta' l-attività. Kull Stat Membru għandu jiżgura l-konservazzjoni ta' din l-informazzjoni għal perjodu minimu ta' għaxar snin."

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura ż-żamma ta' sistema kompjuterizzata u ċċentralizzata ta' arkivjar ta' data, li fiha kull arma tan-nar suġġetta għal din id-Direttiva tingħata numru ta' identifikazzjoni uniku. Din is-sistema ta' arkivjar għandha tirreġistra u żżomm għal mhux inqas minn 20 sena t-tip ta' arma tan-nar, l-għamla, il-mudell, il-kalibru, in-numru ta' serje u s-sena tal-manifattura (jekk ma tkunx parti min-numru ta' serje), l-isem u l-indirizz tal-manifattur u s-sid preċedenti u kurrenti ta' l-arma tan-nar, kwalunkwe kummerċ jew trasferiment, skambju, kiri, tiswija jew konverżjoni ta' l-arma tan-nar, u informazzjoni simili li tkun meħtieġa biex ikun possibbli li tiġi intraċċata l-arma tan-nar. Is-sistema t'arkivjar għandu jkun fiha wkoll informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġu rintraċċati l-partijiet u l-munizzjon.

 

In-negozjanti u l-intermedjarji, matul il-perjodu kollu ta' l-attività tagħhom, għandhom jintalbu jżommu reġistru li fih għandu jiġu reġistrati l-armi tan-nar kollha li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u li jkunu riċevuti jew mormija minnhom, flimkien ma' dettalji li jagħmluha possibbli li l-arma tiġi identifikata u intraċċata, b'mod partikulari t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru, in-numru ta' serje u s-sena tal-manifattura (jekk ma tkunx parti min-numru ta' serje), u l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li jipprovdu u jakkwistaw l-arma. Wara li jkunu waqfu mill-attività tagħhom, in-negozjanti jew l-intermedjarji għandhom jikkonsenjaw ir-reġistru lill-awtorità nazzjonali responsabbli mis-sistema ta' reġistrazzjoni msemmija fis-subparagrafu 1.

Emenda 29

ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 4, paragrafu 3, subparagrafu 1 b (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar jew parti li tkun tinstab fit-territorju tagħhom tkun immarkata u rreġistrata b'mod konformi ma' din id-Direttiva, jew inkella jekk le, għandhom jiżguraw li din tkun diżattivata. Kwalunkwe arma tan-nar li tkun importata minn pajjiż terz trid tkun immarkata b'mod konformi ma' din id-Direttiva.

Emenda 30

ARTIKOLU 1, PUNT 2

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-armi tan-nar kollha klassifikati fil-kategoriji A, B, C u D jistgħu jkunu marbuta mas-sidien attwali tagħhom.

 

Emenda 31

ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid)

Artikolu 4 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

 

“ Artikolu 4a

Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar klassifikati fil-kategoriji A, B, C jew D biss minn persuni li jkunu ngħataw liċenzja jew permess sabiex jagħmlu dan, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali."

Emenda 32

ARTIKOLU 1, PUNT 2 B (ġdid)

 

(2b) L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

 

Artikolu 5

Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:

 

 

(a) ikollhom 18-il sena jew aktar, ħlief fil-każ ta' l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar għal kaċċa u sparar sportiv, bil-kundizzjoni li f'dan il-każ, persuni li jkollhom inqas minn 18-il sena jkunu taħt is-sorveljanza u l-gwida ta' adult li jkollu liċenzja valida ta' l-armi tan-nar jew li jkunu f'ċentru ta' taħriġ liċenzjat;'

 

 

(b) ma jkunux nstabu ħatja ta' reat serju, bħal omiċidju, serq jew ħruq.

 

L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw l-awtorizzazzjoni għall-pussess ta' l-arma tan-nar jekk ma tibqax issodisfata kwalunkwe kundizzjoni li abbażi tagħha tkun inħarġet din l-awtorizzazzjoni.

 

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jippossjedu arma akkwistata fi Stat Membru ieħor, sakemm l-akkwist ta' arma bħal din ma jkunx projbit fit-territorju tagħhom stess.

(Test simili għad-Direttiva)

Ġustifikazzjoni

It-test miżjud għandu l-intenzjoni li jiċċara d-dispożizzjoni biex tirrifletti l-Artikolu 83(c) tal-Ftehima ta' Schengen.

Emenda 33

ARTIKOLU 1, PUNT 2 C (ġdid)

Artikolu 6 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2c) Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"L-akkwist ta' l-armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE, għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva."

Emenda 34

ARTIKOLU 1, PUNT 2 D (ġdid)
Artikolu 6, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

2d) Fl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

 

"1a. Ħlief fir-rigward tan-negozjanti u l-intermedjarji, l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw b'mod strett l-akkwist ta' l-armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod."

Ġustifikazzjoni

L-akkwist ta' armi tan-nar permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod għandu jiġi kontrollat b'mod strett mill-Istati Membri.

Emenda 35

ARTIKOLU 1, PUNT 2 E (ġdid)
Artikolu 7, paragrafu 3 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2e) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"3. L-awtorizzazzjoni għall-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar għandha tinvolvi proċedura amministrattiva waħda."

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar inġabru f'daqqa hija ħaġa loġika, ladarba l-iskop ta' l-akkwist normalment huwa l-pussess.

Emenda 36

ARTIKOLU 1, PUNT 2 F (ġdid)
Artikolu 7, paragrafu 3a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

"3a. L-Istati Membri jistgħu jagħtu, lil persuni li dwarhom ikun ġie stabbilit li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni ta' arma tan-nar, liċenzja plurijennali għall-akkwist u l-pussess ta' l-armi tan-nar kollha li jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-obbligu li dawn jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali dwar trasferimenti, għall-verifika perjodika li dawn ikunu komplew jissodisfaw il-kundizzjonijiet u għal-limiti massimi għall-pussess stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali."

Emenda 37

ARTIKOLU 1, PUNT 2 G (ġdid)
Artikolu 7, paragrafu 3 b (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

"3b. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex jiżguraw li dawk li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tirrikonoxxihom bħala kaċċaturi, tiraturi jew kollezzjonisti u li jkollhom awtorizzazzjonijiet għal armi ta' kategorija B skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, ma jkollhomx bżonn japplikaw għal awtorizzazzjoni għal armi li jkollhom f'kategoriji C jew D minħabba d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Madankollu, kwalunkwe trasferiment sussegwenti ta' armi ta' kategorija C jew D għandu jkun soġġett għall-kisba ta' awtorizzazzjoni min-naħa ta' min jirċievi it-trasferiment."

Emenda 38

ARTIKOLU 1, PUNT 2 H (ġdid)

Artikolu 11, paragrafu 3, subparagrafu 2 (Direttiva 91/477/KEE)

 

2h) Fl-Artikolu 11(3), is-subparagrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"Ta' l-anqas ħamest ijiem xogħol qabel id-data tat-trasferiment, in-negozjant għandu jgħarraf lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li minnu se jsir it-trasferiment bl-informazzjoni kollha mniżżla fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu spezzjonijiet każwali fuq il-post biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn l-informazzjoni kkomunikata min-negozjant u l-karatteristiċi attwali tat-trasferiment."

Ġustifikazzjoni

Kif imsemmi fil-Protokoll, it-trasferimenti jridu jgħaddu minn spezzjoni fiżika, ta' l-inqas fuq bażi każwali, min-naħa ta' l-awtoritajiet, meta jsir il-ġarr jew meta tasal il-kunsinna fil-preżenza tar-riċevitur, sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni tikkorrispondi mal-kunsinna effettiva. Sabiex jiġu permessi dawn l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet għandhom ikunu informati ta' l-inqas 5 ijiem qabel it-trasferiment.

Emenda 39

ARTIKOLU 1, PUNT 2 I (ġdid)
Artikolu 12, paragrafu 2 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2i) L-Artikolu 12, paragrafu 2 għandu jkun emendat kif ġej:

 

a) l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej::

 

Minkejja l-paragrafu 1, il-kaċċaturi u tiraturi jistgħu, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, ikollhom pussess ta’ arma waħda jew iktar waqt vjaġġ f'żewġ Stati Membri jew aktar, bil-għan li jwettqu l-attivitajiet tagħhom, sakemm ikollhom pussess ta' Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar li jelenka dik l-arma jew armi tan-nar. L-ebda dokument għajr il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar ma hu meħtieġ mill-Istati Membri għal dan il-għan.

 

L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni ta' Pass Ewropew ta' l-armi tan-nar tiddependi fuq kwalunkwe rekwiżit ta' reġistrazzjoni ulterjuri jew fuq ħlas ta' tariffa jew imposta.";

 

b) it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"Madankollu, din id-deroga m'għandhiex tapplika għal vjaġġi lejn Stat Membru li jipprojbixxi l-akkwist u l-pussess ta' l-arma tan-nar ikkonċernata; f'dak il-każ, għandha titniżżel dikjarazzjoni espliċita dwar dan fuq il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar."

Emenda 40

ARTIKOLU 1, PUNT 2 J (ġdid)
Artikolu 12, paragrafu 3, subparagrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2j) Fl-Artikolu 12(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Għall-attivitajiet ta' istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet kulturali u storiċi li jinvolvu l-użu ta' armi għal finijiet paċifiċi, għandu jiddaħħal fil-prattika r-rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti nazzjonali għat-trasferiment transkonfinali u l-użu ta' armi u munizzjon, kif stipulat, pereżempju, fil-ftehima bilaterali bejn il-Ġermanja u l-Awstrija tat-28 ta' Ġunju 20021. "

 

______________________________________

1 Ftehima bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' dokumenti għall-pussess ta' armi tan-nar u munizzjon minn membri ta' assoċjazzjonijiet ta' l-isparar tradizzjonali u tiraturi, konkluża f'Berlin fit-28 ta' Ġunju 2002(Ġurnal Uffiċjali tar-Republika ta' l-Awstrija(Parti III), 13 ta' Mejju 2004)

Ġustifikazzjoni

Għall-preservazzjoni u ż-żamma tad-diversità kulturali u t-tradizzjoni storika fl-Unjoni Ewropea, istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet kulturali u storiċi għandhom kemm jista' jkun ikunu jistgħu jimmaniġġaw u jużaw armi 'storiċi' għal dawn l-għanijiet. Din is-soluzzjoni diġà tpoġġiet fil-prattika b'suċċess fil-ftehima ta' hawn fuq bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' dokumenti għallpussessta' armi tan-nar u munizzjon u, kuntrarju għal ħafna biżgħat, ma rriżultatx f'użu bla kontroll jew saħansitra perikoluż ta' armi.

Emenda 41

ARTIKOLU 1, PUNT 2 K (ġdid)
Artikolu 13 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2k) L-Artikolu 13 għandu jkun emendat kif ġej:

 

a) paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

 

"2. L-informazzjoni kollha li Stat Membru jirċievi permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11 dwar it-trasferimenti ta’ l-armi tan-nar u fl-Artikolu 7(2) dwar l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi tan-nar minn persuni mhux residenti għandu jiġi kkomunikat, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferiment relevanti, lill-Istat Membri tad-destinazzjoni u fejn ikun xieraq, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferiment lejn l-Istati Membri ta' tranżitu";

 

a) paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

 

"3. L-Istati Membri għandhom, fuq bażi regolari, jiskambjaw informazzjoni relatata ma' sistemi u tekniki ta' mmarkar, in-numru ta' negozjanti u intermedjarji awtorizzati, trasferimenti ta' armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, leġiżlazzjoni u prattiki nazzjonali, ħażniet eżistenti fit-territorji tagħhom, armi tan-nar ikkonfiskati u metodi u tekniki ta' diżattivazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll, skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali ta' l-1959 u skond kwalunkwe strument sussegwenti li, b'mod sħiħ jew parzjali, jemenda, jissostitwixxi jew jissupplimenta din il-Konvenzjoni, jiskambjaw informazzjoni dwar persuni li jkunu nstabu ħatja b'sentenza finali ta' qorti ta' offiża kriminali serja kif definita f'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf, sa mhux iżjed tard minn ...* , grupp ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u għall-koperazzjoni fir-rigward ta' l-intraċċar ta' armi tan-nar illegali u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli li jittrasmettu u jirċievu informazzjoni u li jikkonformaw ma' l-obbligi stipulati fl-Artikolu 11(4). Il-Kummissjoni, skond il-paragrafu 4, għandha tieħu l-miżuri xierqa għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.";

 

c) qiegħed jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3a. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu [X], għandha tieħu miżuri xierqa skond l-Artikolu 1(1)(d), u Anness I, parti III, paragrafu 1a.

 

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu [Y], għandha tieħu miżuri xierqa skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

 

___________

* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva."

Emenda 42

ARTIKOLU 1, PUNT 3

It-tentattivi ta' atti bħal dawn, il-parteċipazzjoni fihom u l-inċitazzjoni għalihom għandhom ukoll jitqiesu bħala ksur tal-liġi kriminali, meta jitwettqu intenzjonalment.

L-organizzazzjoni, id-direzzjonar, l-għajnuna, l-assistenza, l-iffaċilitar jew l-għotja ta' pariri fit-twettiq ta' reat definit f'dan l-Artikolu għandu jkun ikkunsidrat bħala reat kriminali, meta mwettaq bil-ħsieb.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-kliem huma meħuda mill-Protokoll tan-NU, li jifforma l-bażi tad-Direttiva, u huma maħsuba biex jikkjarifikaw id-dispożizzjoni.

Emenda 43

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 16, paragrafu 1, subparagrafu 3 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

In-nuqqas li wieħed ma jġorrx fuqu l-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar m'għandux ikun soġġett għall-sentenzi karċerarji.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda saret biex ikun evitat li sidien legali ta’ armi jkunu fil-periklu li jintbagħtu l-ħabs jekk jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor u ma jkunux jistgħu jippreżentaw Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar iżda jkollhom fil-pussess tagħhom id-dokumenti neċessarji l-oħra kollha.

Emenda 44

ARTIKOLU 1, PUNT 3 A (ġdid)

Artikolu 17 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(3a) L-Artikolu 17 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

 

"Artikolu 17

Fi żmien ...*, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat minn proposti, jekk dan ikun xieraq.

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel studju dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' repliki ta' armi fi ħdan il-Komunità Ewropea u għandha tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill- ...**.

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ukoll studju dwar s-simplifikazzjoni u l-iffunzjonar aħjar tas-suq intern ta' l-armi tan-nar. Fuq il-bażi ta' dan l-istudju, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux iżjed tard minn …***, proposta għat-tnaqqis tal-klassifikazzjoni ta' l-armi tan-nar f'żewġ kategoriji, b'derogi possibbli għall-kaċċaturi u l-isportivi.

 

____________

 

* 5 snin mid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

** Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

*** Tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

B'konformità ma' regolamentazzjoni aħjar ir-rekwiżit għal rapportaġġ inkluż fid-Direttiva 91/477/KEE għandu jiġi aġġornat u għandu jsir regolari. Barra minn hekk il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar il-kwistjoni kumplessa ta' repliki ta' armi u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, inkluż il-bejgħ tagħhom fuq l-Internet, fi ħdan il-Komunità Ewropea.

Emenda 45

ARTIKOLU 1, PUNT 4, PUNT (-A) (ġdid)
Anness I, parti I, inċiż 1 (Direttiva 91/477/KEE)

 

-a) F'parti I, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b'li ġej:

 

"- kull arma tan-nar kif iddefinit fl-Artikolu 1,"

Emenda 46

ARTIKOLU 1, PUNT 4, PUNT (-A A) (ġdid)
Anness I, parti II, taqsima A, punt 5 (Direttiva 91/477/KEE)

 

-aa) F'parti II, taqsima A, punt 5 huwa mibdul kif ġej:

"5. Il-munizzjon tal-pistoli u tar-rivolvers bi projettili li jespandu u l-projettili għal munizzjon bħal dan, bl-eċċezzjoni tal-każ ta' armi għall-kaċċa jew għal sparar rikreattiv. għal persuni li jkunu intitolati li jużawhom."

(Test simili għad-Direttiva)

Ġustifikazzjoni

L-espressjoni 'sparar rikreattiv' hija aktar preċiża u xierqa milli 'sparar sportiv', minħabba li tinkludi kull tip ta' sport bl-armi tan-nar, inklużi dawk li ma jinvolvux sparar fuq bersall.

Emenda 47

ARTIKOLU 1, PUNT 4, PUNT (B)
Anness I, parti III, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

b) Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

b) Fil-parti III, is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

"L-Istati Membri għandhom jieħdu d-dispożizzjonijiet biex jiżguraw li awtorità kompetenti tivverifika l-miżuri ta' newtralizzazzjoni msemmija fil-punt a), bil-għan li jiġi ggarantit li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamluha definittivament mhux tajba għall-użu. L-Istati Membri għandhom, fil-kuntest tal-verifika msemmija, jipprovdu għall-ħruġ ta' ċertifikat jew ta' dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet newtralizzata, jew inkella għal marka tidher ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan."

 

"L-Istati Membri għandhom jieħdu d-dispożizzjonijiet biex jiżguraw li awtorità kompetenti tivverifika l-miżuri ta' newtralizzazzjoni msemmija fil-punt a), bil-għan li jiġi ggarantit li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamluha definittivament mhux tajba għall-użu. L-Istati Membri għandhom, fil-kuntest tal-verifika msemmija, jipprovdu għall-ħruġ ta' ċertifikat jew ta' dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet newtralizzata, jew inkella għal marka tidher ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida komuni, billi ssegwi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 13(3a), dwar l-istandards u t-tekniċi tad-diżattivazzjoni sabiex tiżgura li l-armi tan-nar diżattivati jkunu definittivament mhux tajbin għall-użu."

Emenda 48

ARTIKOLU 1, PUNT 4, PUNT (B A) (ġdid)
Anness 1, parti IV, punt (b), (Direttiva 91/477/KEE)

 

ba) F'punt IV, punt b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"b) 'arma tan-nar twila" tfisser arma tannarb'kanna itwal minn 30 ċentimetru, jew li t-tul sħiħ tagħha jkun aktar minn 60ċentimetru;"

(Test simili għad-Direttiva)

Ġustifikazzjoni

Għalkemm it-test tal-punt a) fl-Anness 1 punt 4 jidher ċar mhux ħażin, madankollu in-nuqqas ta' definizzjoni speċifika ta' armi tan-nar twal fil-punt b) ħoloq ċerti diffikultajiet ta' interpretazzjoni; il-prattika ħażina rriżultat fir-rigward ta' 'armi tan-nar qosra' li t-tul sħiħ tagħhom huwa inqas minn 60 ċentimetru iżda li għandhom kanna li t-tul sħiħ tagħha jaqbeż it-30 ċentimetru. It-test propost huwa iktar ċar u għalhekk jevita interpretazzjonijiet konfliġġenti.

Emenda 49

ARTIKOLU 1, PUNT 4, PUNT (B B) (NEW)

Anness II, punt (f), paragrafu 2 (Direttiva 91/477/KEE)

 

bb) Fl-Anness II, il-punt (f), it-tieni paragrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

 

 

"L-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija hawn fuq mhux neċessarja sabiex wieħed isiefer b'arma tan-nar bil-għan li jwettaq attivitajiet ta' kaċċa jew bil-għan li jieħu sehem f'sparar sportiv, bil-kundizzjoni li l-vjaġġatur jkollu l-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar. "

Emenda 50

ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [...]. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [...]. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun jista' jissorvelja t-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva flimkien ma' l-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-UE, il-Parlament għandu, fir-rigward tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni, jingħata l-istess informazzjoni li tingħata l-Kummissjoni.

  • [1]  Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Informazzjoni ġenerali

Id-direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi, li l-ħtieġa għaliha nħolqot bit-tneħħija tal-fruntieri interni fil-Komunità fl-1 ta' Jannar ta' l-1993, tistabbilixxi regoli komuni li jippermettu li jitwettqu kontrolli fi ħdan l-Istati Membri fuq l-akkwist u l-pussess ta' l-armi tan-nar u fuq it-trasferiment ta' dawn lejn Stat Membru ieħor. Id-direttiva tiddifinixxi erba' kategoriji ta' armi tan-nar (dawk ipprojbiti, dawk suġġetti għal awtorizzazzjoni, dawk suġġetti għal dikjarazzjoni, u dawk suġġetti għall-ebda awtorizzazzjoni jew dikjarazzjoni), tirrikjedi li r-rekords tat-trasferimenti ta' l-armi tan-nar jinżammu għal 5 snin, toħloq Pass Ewropew għall-armi tan-nar għall-ġarr ta' l-armi fil-Komunità u tinkuraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri.

F'Diċembru tas-sena 2000, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva. Ir-rapport ma kkonkludiex li kienu meħtieġa modifiki sostanzjali tad-direttiva ta' l-1991, iżda identifika numru ta' problemi u ta' soluzzjonijiet possibbli, b'mod partikulari li jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri (pereżempju permezz tal-ħolqien ta' grupp ta' kuntatt), is-simplifikazzjoni tal-kategoriji ta' l-armi, il-pass Ewropew ta' l-armi tan-nar (simplifikazzjoni tad-deroga għall-kaċċaturi, ftehimiet reċiproki bejn l-Istati Membri, kundizzjonijiet armonizzati għall-akkwist tal-pass, regoli li jirrigwardaw it-trasferiment temporanju ta' l-armi), id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni li jirrigwardaw in-newtralizzazzjoni u definizzjoni komuni ta' armi antiki.

F'Diċembru ta' l-2001, il-Kummissjoni Ewropeja, f'isem il-Komunità Ewropea, iffirmat il-Protokoll tan-NU kontra l-manifattura u t-traffikar illegali ta' l-armi tan-nar.

F'Marzu 2006, il-Kummissjoni ippreżentat proposta sabiex temenda d-direttiva ta' l-1991 biex tadattaha għall-ħtiġijiet tal-Protokoll tan-NU ta' l-1991. Il-proposta tkopri 6 aspetti: id-definizzjoni ta' manifattura u traffikar illegali, b'konformità mal-Protokoll tan-NU; l-obbligu espliċitu li l-armi tan-nar ikunu mmarkati; l-estensjoni għal 10 snin tal-perjodu li matulu għandha tinżamm f'reġistri informazzjoni dwar l-armi tan-nar; attivitajiet ta' intermedjar; l-obbligu li l-manifattura u t-traffikar illegali jitqiesu bħala reati kriminali intenzjonati; u miżuri li jikkonċernaw in-newtralizzazzjoni ta' l-armi tan-nar. Il-Kummissjoni iddeċidiet li tkopri biss dawk il-punti li jitqajmu mill-Protokoll tan-NU. Għaldaqstant, sensiela ta' punti msemmija fir-rapport tas-sena 2000 bħala titjib possibbli tad-direttiva ta' l-1991 ma ddaħħlux fil-proposta.

Fit-13 ta' Settembru 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ippreżenta Opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni li fiha enfasizza li l-kriminalità transnazzjonali hija waħda mill-aktar theddidiet serji għall-integrità ta' l-Istati. L-EESC jissuġġerixxi li tkun adottata leġiżlazzjoni armonizzata preventiva u punittiva u politiki komuni integrati u li tkun adottata definizzjoni ta' armi antiki, u jirrakkomanda li l-Istati Membri jkunu obbligati li jirrikjedu mis-sidien ta' l-armi li dawn jiddikjaraw is-sjieda, jew li jkollhom permess jew li jikkonformaw ma' proċeduri amministrattivi oħrajn li jawtorizzaw l-użu u l-ġarr ta' arma.

Iċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej ġie mitlub mill-Kumitat IMCO sabiex jipprepara nota informattiva li teżamina l-istat tat-traspożizzjoni tad-Direttiva f'għaxar Stati Membri ta' l-UE. L-istudju juri li f'ħafna mill-Istati Membri : il-kummerċjanti diġà jridu jżommu rekords għal għaxar snin jew aktar; hemm sistema uniformi ta' mmarkar; huma imposti rekwiżiti ulterjuri li jikkonċernaw l-akkwist ta' armi tan-nar; id-detenturi tal-pass Ewropew ta' l-armi tan-nar huma meħtieġa li jippreżentaw invit meta jidħlu fit-territorju ta' ħafna mill-Istati Membri;

l-intermedjarji huma koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-armi tan-nar;

il-kummerċjanti huma meħtieġa li jkollhom awtorizzazzjoni għall-kummerċ ta' l-armi ta' kull kategorija; u n-newtralizzazzjoni hija ġeneralment iddelegata lil xi bank ta' prova jew lil ċerti korpi oħra. Xi Stati Membri m'għandhomx il-Kategoriji C u D għall-armi tan-nar.

Il-Kumitat IMCO organizza seduta ta' smigħ qasira fl-4 ta' Ottubru 2006 sabiex jeżamina liema punti tad-Direttiva ta' l-1991 jkunu jeħtieġu modifiki u sabiex jiċċara l-livell xieraq ta' armonizzazzjoni fuq livell ta' l-UE. L-esperti mistiedna fis-seduta ta' smigħ esprimew opinjonijiet kuntrastanti fir-rigward tal-kontenut li jista' jkun hemm fid-direttiva riveduta. Uħud minnhom enfasizzaw li l-proċess tal-manifattura diġà jiddisponi miżuri wesgħin ta' ttestjar maħsuba għas-sikurezza tal-konsumatur, u li fil-11-il Stat ta' l-UE li huma membri tal-Kummissjoni Internazzjonali Permanenti (CIP)[1] diġà hemm tiffunzjona sistema ta' kontroll. Mistiedna oħrajn enfasizzaw it-theddida kkawżata mill-armi tan-nar immodifikati u rrijattivati u fakkru li dawn l-armi mhumiex koperti mid-direttiva attwali, u għaldaqstant appellaw għal regoli aktar stretti, b'mod partikulari: sistema ta' mmarkar li ma jistax jinqered ta' l-armi; projbizzjoni fuq l-immarkar ġeometriku; rekwiżiti stretti għall-kwalifikazzjonijiet tal-kummerċjanti; definizzjoni ċara ta' intermedjarji; iż-żamma ta' data f'forma diġitali għal perjodu mhux limitat; linji gwida għan-newtralizzazzjoni ta' l-armi; l-inklużjoni fid-direttiva ta' importazzjoni ta' l-armi fl-UE; il-limitazzjoni għal żewġ kategoriji ta' armi tan-nar (dawk ipprojbiti u dawk suġġetti għall-awtorizzazzjoni); restrizzjonijiet fuq in-numru ta' armi li individwu jitħalla jkollu fil-pussess; u spezzjonijiet fiżiċi f'każ ta' trasferiment ta' l-armi.

Il-proposti tar-rapporteur

Għandu jitqies li wara 5 snin mill-iffirmar tal-Protokoll tan-NU, issa wasal iż-żmien li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jiddaħħlu fil-liġi ta' l-UE. Il-manifattura u t-traffikar illegali ta' l-armi tan-nar, u tal-partijiet, komponenti u munizzjoni tagħhom, għandhom effetti ħżiena fuq is-sigurtà ta' l-abitanti kollha ta' l-UE. Il-prevenzjoni, il-ġlieda kontra dawn l-attivitajiet, u l-qerda tagħhom, jeħtieġu miżuri ulterjuri. Il-problema tal-pussess illegali ta' l-armi tan-nar ma tistax titqies separata mill-kwistjoni ta' mwiet vjolenti minħabba l-armi tan-nar, irrelevanti jekk dawn humiex legali jew le. L-armi żgħar huma faċilment disponibbli, irħas, portabbli u faċli biex wieħed juża, u għalhekk huma għodod ta' vjolenza fis-soċjetà. Skond data ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-vjolenza bejn individwi u s-suwiċidju jokkupaw rispettivament it-tielet u r-raba' post fil-klassifika dinjija ta' nuqqas ta' saħħa u mewt prematura għal persuni bejn il-15 u l-44 sena, waqt li korrimenti relatati ma' gwerra jokkupaw is-sitt post. Parti kbira minn dawn iseħħu bl-użu ta' l-armi tan-nar. Fatturi li jinfluwenzaw l-użu ta' dawn l-armi żgħar jinkludu d-disponibilità ta' dawn l-armi. Id-disponibilità faċli ta' l-armi tan-nar ġiet assoċjata ma' rati aktar għolja ta' mwiet permezz ta' l-armi tan-nar. Barra minn hekk, 15-il sena wara l-adozzjoni tad-direttiva ta' l-1991, u 6 snin wara r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva, ikun xieraq li fir-reviżjoni attwali jiddaħħlu l-elementi kollha rilevanti li jkunu jistgħu jtejbu l-effett ta' din id-direttiva fuq is-sikurezza tal-persuni. F'dan ir-rigward, il-proċess attwali ta' reviżjoni tad-direttiva ta' l-1991 m'għandux ikun limitat għall-punti msemmija fil-Protokoll tan-NU. Fost affarijiet oħra, ir-reviżjoni għandha wkoll teżamina jekk, fid-dawl tar-rapport tal-Kummissjoni tas-sena 2000 u taż-żvilupp fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jekk ikunx utli li jsiru modifikazzjonijiet ulterjuri għad-direttiva, sabiex tkun evitata l-ħtieġa għal aktar bidliet fi żmien qasir. Tabilħaqq, meta jitqiesu l-isforzi ta' l-UE lejn leġiżlazzjoni aħjar, huwa fl-interess taċ-ċittadin li tkun evitata l-ħtieġa ta' reviżjoni wara l-oħra ta' l-istess leġiżlazzjoni.

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-rapporteur qed tressaq dawn il-proposti għal emendi, partikularment fir-rigward ta':

1.  il-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva (sabiex tinkludi mhux biss l-armi tan-nar, iżda wkoll il-partijiet u l-munizzjon tagħhom, u sabiex tkopri lill-kolletturi u lill-entitajiet ikkonċernati ma' aspetti kulturali jew storiċi);

2.  is-sistema ta' l-immarkar (l-użu ta' simboli alfanumeriċi, id-data dwar is-sena tal-manifattura);

3.  iż-żamma tar-rekords (l-estensjoni tal-perjodu, ir-responsabilità ta' l-awtoritajiet pubbliċi, il-kompjuterizzazzjoni, sistema ċentralizzata fuq livell nazzjonali ta' żamma tad-data fuq kull arma tan-nar b'numru ta' l-identifikazzjoni uniku);

4.  l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri (data dwar sistemi u tekniki ta' mmarkar, trasferimenti, ħażniet eżistenti u armi tan-nar ikkonfiskati, u l-ħolqien ta' grupp ta' kuntatt uffiċjali);

5.  il-professjoni tan-negozjant (kapaċitajiet professjonali)'

6.  attivitajiet ta' intermedjar (definizzjoni);

7.  il-klassifikazzjoni ta' l-armi tan-nar;

8.  il-kontroll (spezzjonijiet fiżiċi f'każ ta' trasferimenti intra-komunitarji);

9.  il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar (rikonoxximent li l-Pass huwa l-uniku strument xieraq li jippermetti vjaġġi validi lejn Stat Membru ieħor, emenda tad-deroga għall-kaċċaturi ta' taħt it-18-il sena rigward l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar),

10.  in-newtralizzazzjoni ta' l-armi tan-nar (linji gwida ta' l-UE li fihom speċifikazzjonijiet tekniċi u miżuri sabiex tkun evitata r-rijattivazzjoni);

11.  armi antiki (definizzjoni); u

12.  miżuri ta' sigurtà addizzjonali (kontroll fuq l-akkwist permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod u fuq l-akkwist ta' arma tan-nar minn persuni li jkunu nstabu ħatja ta' offiżi kriminali).

Ir-rapporteur tqis li l-kwistjoni tas-sanzjonijiet u r-reati kriminali għandhom ikunu indirizzati mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament, u għaldaqstant ma tressaq l-ebda suġġerimenti preċiżi f'dan ir-rigward. Ir-rapporteur tapprezza wkoll suġġerimenti mill-Kumitat LIBE dwar il-proposta tagħha stess fir-rigward tal-miżuri ta' sikurezza ulterjuri msemmija f'punt 12, hawn fuq.

12.6.2007

  • [1]  F'dan ir-rigward, għandu jkun innotat li fl-UE s'issa ma jeżistix kunċett koerenti sabiex ikunu ttraċatti l-armi tan-nar u l-munizzjon. Għaldaqstant, ta' min li fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE jiddaħħlu r-regolamenti tas-CIP, u li fl-istess waqt titqies l-inklużjoni speċjali tar-Russja u taċ-Ċilì, għalkemm dawn ma jagħmlux parti mill-UE. Iżda billi dan ikun jinvolvi proċess twil ta' negozjati, teħtieġ soluzzjoni aktar effiċjenti.

OPINJONI TAL-KUMITAT għal-libertajiet ċivili u l-affarijiet interni

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi
(COM(2006)0093) – – C6‑0081/2006 – 2006/0031(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alexander Alvaro

Koperazzjoni iktar mill-qrib bejn il-kumitati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Procedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-isfond tad-direttiva

L-għan ta' direttiva biex temenda d-Direttiva 91/477/KEE hija li ddaħħal, fuq il-livell Komunitarju, il-'Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-manifattura illeċita u t-traffikar ta' l-armi tan-nar, partijiet tagħhom, komponenti u munizzjon, anness mal-Konvenzjoni kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali', iffirmata mill-Kummissjoni.

Id-Direttiva 91/477/KEE timmira li tistabbilixxi standards minimi għall-immarkar ta' l-armi, il-ħażna ta' rekords ta' manifattura ta' u ta' kummerċ fl-armi (reġistri), id-diżattivazzjoni ta' armi tan-nar u d-definizzjoni u l-introduzzjoni ta' reati punibbli.

L-objettivi speċifiċi tal-Kummissjoni

Id-direttiva proposta temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti b'dawn il-metodi:

-         Id-definizzjoni, fl-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva, tan-nozzjonijiet ta' 'manifattura illeċita u traffikar ta' armi tan-nar';

-          Dispożizzjonijiet li jistipulaw l-immarkar ta' armi tan-nar;

-          L-estensjoni tal-perjodu għaż-żamma ta' reġistri preskritt mid-Direttiva 91/477/KEE;

-          Kjarifika tal-pieni applikabbli;

-          Inklużjoni tal-prinċipji ġenerali dwar id-diżattivazzjoni ta' armi kif definita mill-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti.

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2000)837)

Fir-rapport tagħha COM(2000)837, il-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE, il-konklużjonijiet li essenzjalment huma pożittivi, għalkemm f'xi oqsma hemm bżonn ta' titjib.

Huwa miftiehem li d-Direttiva għandha tistipula l-prinċipju li ġej:

Mhux permess vjaġġar bejn l-Istati Membri jekk il-passiġġier għandu arma tan-nar fil-pussess tiegħu. Kwalunkwe devjazzjoni minn dan il-prinċipju hija possibbli biss b'konformità ma' proċedura definita b'mod ċar fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun infurmat li se tiddaħħal arma tan-nar fit-territorju sovran tiegħu.

Skond il-Kummissjoni, hemm nuqqasijiet serji f'dak li jirrigwarda l-iskambju ta' informazzjoni, bir-riżultat li hemm nuqqas ta' informazzjoni dettaljata u koperazzjoni mhux xierqa bejn l-Istati Membri. Qamu wkoll xi diffikultajiet fl-użu tal-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar, għalkemm fl-opinjoni tal-Kummissjoni, dan huwa mezz xieraq għall-kaċċaturi u għat-tiraturi biex jivvjaġġaw minn Stat Membru għall-ieħor għal skopijiet ta' kaċċa jew ta' sparar sportiv.

Rigward il-klassifikazzjoni, ix-xiri u l-pussess ta' armi tan-nar, sar ċar li s-separazzjoni ta' l-armi tan-nar f'kategoriji A, B, C u D, definiti mill-Kummissjoni hija bla bżonn fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri. F'ħafna Stati Membri hemm biss distinzjoni bejn armi tan-nar projbiti u dawk li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni.

Dawk affettwati mid-Direttiva ma wrewx xi nuqqasijiet jew ħtieġa li tkun emendata u għalhekk l-opinjoni prinċipali hija li d-Direttiva ddaħħlet b'mod sensibbli u tilħaq l-objettivi tagħha.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur għandu l-istess opinjoni bażika ta' dawk ikkonċernati u tal-Kummissjoni u għalhekk jappoġġja l-emenda tad-Direttiva 91/477/KEE b'konformità max-xewqat tal-Kummissjoni. Madankollu, sabiex ikunu ċċarati d-difetti li baqa', l-emendi tal-Kummissjoni ġew sostanzjati bid-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Schengen u tal-Protokoll tan-NU.

Ir-Rapporteur jappoġġja wkoll l-inklużjoni tal-kummerċ bl-internet u tad-dispożizzjoni dwar il-pjattaformi ta' l-internet fl-ambitu tad-direttiva għall-kummerċ fl-armi.

Minn meta ddaħħlet id-Direttiva fl-1993, l-Internet żviluppa b'mod konsiderevoli u sar suq elettroniku. Għalhekk, l-għan tad-Direttiva li twaqqaf il-kummerċ fl-armi tan-nar jista' jinkiseb biss jekk ikunu koperti l-opportunitajiet kollha ta' kummerċ.

Ir-Rapporteur jispeċifika wkoll li n-nuqqas li wieħed iġorr Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar meta jittrasporta armi tan-Nar minn Stat Membru għall-ieħor m'għandux ikun suġġett għal penali, biex ikunu evitati restrizzjonijiet mhux proporzjonati fuq il-moviment ħieles tal-persuni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi mill-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 3 A (ġdida)

 

(3a) Minħabba li l-evidenza minn servizzi sigrieti turi żieda fl-użu ta’ armi konvertiti fl-UE, huwa essenzjali li jiġi żgurat li dan it-tip ta’ armi konvertiti jiddaħħlu fid-definizzjoni ta’ 'arma tan-nar' f’din id-Direttiva.

Amendment 2

RECITAL 5

Barra minn hekk, il-Protokoll jistabbilixxi obbligu ta' l-immarkar ta' l-armi waqt il-manifattura tagħhom, u waqt it-trasferimenti tagħhom minn ħażniet tal-gvernijiet bil-ħsieb li jitqiegħdu fl-użu ċivili permanenti, filwaqt li d-Direttiva 91/477 tagħmel biss referenza indiretta għall-obbligu ta' l-immarkar.

Barra minn hekk, il-Protokoll jistabbilixxi obbligu ta' l-immarkar ta' l-armi waqt il-manifattura tagħhom, u waqt it-trasferimenti tagħhom minn ħażniet tal-gvernijiet bil-ħsieb li jitqiegħdu fl-użu ċivili permanenti, filwaqt li d-Direttiva 91/477 tagħmel biss referenza indiretta għall-obbligu ta' l-immarkar. Minħabba li l-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki fuq Armi Żgħar tinkludi r-rekwiżiti kollha tal-Protokoll, għandha tkun prevista l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha.

Ġustifikazzjoni

Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki fuq Armi Żgħar qiegħda fis-seħħ f’numru kbir ta’ Stati Membri ta’ l-UE, u għaldaqstant tippermetti sistema ta’ mmarkar u ta’ kontroll, li tinkludi l-garanziji u r-rekwiżiti kollha stipulati fil-Protokoll tan-NU.

Emenda 3

PREMESSA 6

Min-naħa l-oħra, it-tul ta' żmien għaż-żamma tar-reġistri ta' informazzjoni dwar l-armi għandu jinġieb għal ta' l-inqas għaxar snin, kif jipprovdi l-Protokoll.

(6) Min-naħa l-oħra, filwaqt li l-Protokoll jistipula li t-tul ta' żmien għaż-żamma tar-reġistri ta’ informazzjoni dwar l-armi għandu jiżdied b'mill-inqas għaxar snin, jeħtieġ li dan il-perjodu jittawwal għal mill-inqas 20 sena sabiex l-armi tan-nar jiġu ttraċċjati kif xieraq. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jżommu sistema kompjuterizzata u ċentralizzata ta’ arkivjar ta' data fejn kull arma tan-nar tingħata numru ta’ identifikazzjoni uniku u jitniżżlu l-isem u l-indirizz ta’ kull sid suċċessiv. L-aċċess mill-pulizija u mill-awtoritajiet ġudizzjarji għall-informazzjoni fir-reġistru ċentrali għandu jkun suġġett għal konformità ma’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Ġustifikazzjoni

Il-Protokoll jistipula li l-informazzjoni tinżamm “għal mhux anqas minn għaxar snin”, iżda perjodu ta’ 10 snin m’huwiex xieraq meta jitqies kemm idumu jservu l-armi tan-nar. Għalhekk l-informazzjoni għandha tinżamm mill-inqas għal 20 sena. Barra minn hekk, il-Protokoll jistipula li ż-żamma ta’ informazzjoni hija r-responsabiltà ta’ l-awtoritajiet pubbliċi. L-ittraċċjar xieraq ta’ l-armi tan-nar jirrikjedi sistemi ċentrali ta' reġistrazzjoni li jissorveljaw l-arma aktar milli l-persuna. L-awtomazzjoni tar-reġistri hija imperattiva fis-Seklu 21. Importanti li jkun żgurat li l-aċċesss għall-informazzjoni f’dan ir-reġistru ċentrali jkun suġġett għal regoli li jiggarantixxu r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja.

Emenda 4

PREMESSA 6 A (ġdida)

 

(6a) Sabiex jitħaffef l-ittraċċjar ta' armi tan-nar u sabiex ikun hemm ġlieda effettiva kontra l-manifattura illeċita u t-traffikar ta' armi tan-nar, tal-partijiet, tal-komponenti u tal-ammunizzjon tagħhom, għandhom jittieħdu wkoll passi biex jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri.

Emenda 5

PREMESSA 6 B (ġdida)

 

(6b) Iż-żamma u l-iskambju ta’ informazzjoni huma soġġetti għal konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-ħarsien ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ data bħal din.

1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

Ġustifikazzjoni

Importanti li tkun enfasizzata l-ħtieġa ta' konformità mad-direttiva ta’ qafas dwar il-ħarsien tad-data personali.

Emenda 6

PREMESSA 9 A (ġdida)

 

(9a) Minħabba n-natura speċjali ta’ l-attività ta’ negozjanti u ta’ intermedjarji, huwa meħtieġ kontroll strett fuq din l-attività, b’mod partikulari biex jiġu vverifikati l-abbiltajiet professjonali u l-integrità tan-negozjanti u ta' l-intermedjarji.

Ġustifikazzjoni

B'kuntrast ma' ħafna professjonijiet oħra, it-twettiq ta' l-attività tal-kummerċjanti s'issa ma kinitx rregolata kif xieraq, għalkemm hija attività speċifika ħafna li tirrikjedi kontrolli stretti. Għalhekk, tajjeb li n-negozjanti u l-intermedjarji jipprovdu evidenza tal-kompetenza professjonali tagħhom.

Emenda 7

PREMESSA 9 B (ġdida)

 

(9b) Il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar huwa metodu sodisfaċenti fil-prinċipju u għandu jitqies bħala l-uniku dokument meħtieġ mill-kaċċaturi u mit-tiraturi biex jittrasferixxu arma tan-nar minn Stat Membru għall-ieħor.

Ġustifikazzjoni

Kif imsemmi fir-rapport tal-Kummissjoni tas-sena 2000 u bil-ħsieb tat-tħaddim xieraq tas-suq intern, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew li jirrikjedu dokumenti jew ħlasijiet ħlief il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni tal-kaċċaturi u t-tiraturi.

Emenda 8

PREMESSA 9 C (ġdida)

 

(9c) Il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis possibbli, tħejji studju ta' benefiċċju f'termini ta' spejjeż ta' l-impatt li jista' jkollu t-tnaqqis tan-numru ta' kategoriji ta' armi fuq l-iffunzjonar tas-suq intern.

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT -1 A (ġdid)

Artikolu 1, paragrafu 1 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1a) L-Artikolu 1(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

‘Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘arma tan-nar’ tfisser kwalunkwe arma bil-kanna li tista’ tinġarr, li tispara, li hija ddisinjata biex tispara jew li tista’ tiġi modifikata biex tispara tir, balla jew projettili permezz ta’ splussiv, sakemm ma tissodisfax id-definizzjoni iżda hija eskluża għal waħda mir-raġunijiet elenkati fit-taqsima III ta’ l-Anness I. L-armi tan-nar huma kklassifikati fit-taqsima II ta’ l-Anness I’.

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT -1 B (ġdid)

Artikolu 1, paragrafu 2 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(-1) L-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva ‘negozjant’ għandu jfisser kwalunkwe persuna fiżika li għandu negozju jew kummerċ li parti minnu jew kollu kemm hu jikkonsisti fil-manifattura, fin-negozju, jew fil-forniment ta’ pjattaforma għal dak il-għan, fl-iskambju, fil-kiri, fit-tiswija jew fil-modifikar ta’ armi tan-nar.’

Emenda 11

ARTIKOLU 1, PUNT -1 C (ġdid)

Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(1c) Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

"1a. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘arma antika’ għandha tfisser jew arma manifatturata qabel l-1900, jew kwalunkwe arma manifatturata wara arma ddefinita bħala arma antika minn Stat Membru skond kriterji tekniċi."

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, hija meħtieġa definizzjoni ta' "arma antika" peress li dawn l-armi m'humiex koperti minn din id-Direttiva. Mill-banda l-oħra, għandhom jitħallew definizzjonijiet oħra minn Stati Membri, dmend li dawn ikunu bbażati fuq kriterji tekniċi.

Emenda 12

ARTIKOLU 1, PUNT 1

Artikolu 1, paragrafu 2b (Direttiva 91/477/KEE)

4. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "traffikar illegali" tfisser l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsenja, it-trasport jew it-trasferiment ta' l-armi tan-nar, tal-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom, bi tluq mit-territorju ta' Stat Membru jew b'passaġġ minn dan it-territorju lejn dak ta' Stat Membru ieħor, jekk wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati ma jawtorizzax li dan isir skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew jekk l-armi tan-nar ma jkunux immarkati f'konformità ma' l-Artikolu 4(1).

 

2b. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "traffikar illegali" għandha tfisser l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, it-trasport, it-trasferiment ta' armi tan-nar, ta' partijiet tagħhom u ta' komponenti u ta' ammunizzjon tagħhom bi ksur ta’ din id-Direttiva lejn it-territorju ta' Stat Membru jekk wieħed mill-Istati Membri kkonċernati ma jawtorizzax li dan isir skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew jekk l-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti u l-munizzjon tagħhom m’humiex irreġistrati skond l-Artikolu 4(3) jew ma jkunux immarkati f'konformità ma' l-Artikolu 4(1). Madankollu, l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-ġarr, jew it-trasferiment ta' armi tan-nar ma jitqisux traffikar illegali biss minħabba r-raġuni li dawn ma jkunux immarkati b'konformità ma' l-Artikolu 4(1), jekk dawn kienu mmanifatturati jew ittrasferiti mill-ħażniet tal-gvern għall-użu ċivili permanenti qabel ...*, sakemm l-immarkar jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti applikabbli qabel din id-data.

_____________

* [Data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri]

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' reġistrazzjoni għandu jkun inkluż bħala wieħed mir-rekwiżiti li jiddefinixxu t-traffikar illegali. Iż-żieda tal-kliem "bi ksur ta' din id-Direttiva" se jippermettu aktar ċertezza legali billi jiddefinixxu bħala traffikar illeċitu kwalunkwe traffikar li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u jiżguraw li kull arma tan-nar preżenti fit-territorju ta' l-UE tkun trattata bl-istess mod. Madankollu, it-tranżazzjonijiet ta' armi tan-nar li jissodisfaw standards attwali ta' mmarkar m'għandhomx jitqiesu bħala illegali jekk ikunu jikkonċernaw armi tan-nar immanifatturati jew ittrasferiti qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda 13

ARTIKOLU 1, PUNT 1 A (ġdid)

Artikolu 1, paragrafu 4

 

(1a) L-Artikolu 1(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

'4. Il-'Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar' huwa dokument li jinħareġ minn Stat Membru lil persuna li b'mod legali tieħu pussess ta' arma tan-nar u tużaha, fuq talba ta' l-istess persuna. Il-Pass huwa validu għal żmien ta' mhux aktar minn ħames snin. Iż-żmien tal-validità jista' jiġi estiż. Għandu jkun fih informazzjoni stipulata fl-Anness II. Il-'Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar' huwa dokument mhux trasferibbli, li fuqu jitniżżlu l-arma jew armi tan-nar li huma fil-pussess u huma użati mid-detentur tal-Pass. Il-pass għandu dejjem ikun fil-pussess tal-persuna li tuża l-arma tan-nar. Kull bidla fil-pussess jew fil-karatteristiċi ta' l-armi tan-nar għandha titniżżel fuq il-pass, kif ukoll it-telf jew is-serq ta' l-arma."

Emenda 14

ARTIKOLU 1, PUNT 2

Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafu 1 (Direttiva 91/477/KEE)

1. Għall-finjiet ta' l-identifikazzjoni jew it-traċċar ta' kull arma tan-nar, l-Istati Membri, waqt il-manifattura ta' kull arma tan-nar, għandhom jesiġu li ssirilha jew marka unika li tindika isem il-manufattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura u n-numru tas-serje, jew inkella kwalunkwe marka unika u ta' użu faċli oħra li jkun tikkonsisti f'simboli ġeometriċi sempliċi magħqudin ma' kodiċi numerika jew alfanumerika, li tkun tippermetti lil kwalunkwe Stat li jidentifika faċilment il-pajjiż tal-manifattura.

1. Għall-finijet ta' l-identifikazzjoni jew it-traċċar ta' kull arma tan-nar, waqt il-manifattura ta' kull arma tan-nar, l-Istati Membri għandhom jesiġu li ssirilha jew marka unika inklużi l-isem jew il-marka tal-produttur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura u n-numru tas-serje, bħala eżempju kif stipulat fil-Konvenzjoni ta' l-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ marki fuq Armi tan-Nar Żgħar, jew inkella kwalunkwe marka unika u ta' użu faċli oħra li tkun tikkonsisti f'simboli ġeometriċi sempliċi magħqudin ma' kodiċi numerika jew alfanumerika, li tkun tippermetti lil kwalunkwe Stat li jidentifika faċilment il-pajjiż tal-manifattura.

Emenda 15

ARTIKOLU 1, PUNT 2

Artikolu 4, paragrafu 2 (Direttiva 91/477/KEE)

2. Talanqas għall-kategoriji A u B, kwalunkwe Stat Membru għandu jagħmel l-eżerċizzju ta' l-attività ta' kummerċjant ta' l-armi fit-territorju tiegħu dipendenti fuq approvazzjoni, li tingħata fuq il-bażi, ta' l-inqas, ta' verifika tal-karattru tajjeb, privat u professjonali, tal-kummerċjant. Jekk il-kummerċjant ikun persuna legali, il-verifika għandha ssir fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża. Għall-kategoriji C u D, kull Stat Membru li ma jagħmilx l-eżerċizzju ta' negozjant ta' l-armi dipendenti fuq approvazzjoni, għandu jagħmel dan l-eżerċizzju suġġett għal dikjarazzjoni.

2. Kull Stat Membru għandu jagħmel l-eżerċizzju ta' l-attività ta' negozjant ta' l-armi fit-territorju tiegħu dipendenti fuq approvazzjoni, li tingħata fuq il-bażi, ta' l-inqas, ta' verifika ta’ l-integrità privata u professjonali, tan-negozjant. Jekk il-kummerċjant ikun persuna legali, il-verifika għandha ssir fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT 2

Artikolu 4, paragrafu 3 (direttiva 91/477/KEE)

3. Il-kummerċjanti ta' l-armi għandhom iżommu reġistru li fih jitniżżel id-dħul u l-ħruġ ta' l-armi tan-nar tal-kategoriji A, B u C, flimkien mad-data li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-arma, partikolament it-tip, il-marka, il-mudell, il-kalibru u n-numru tal-manifattura, kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u l-akkwirent. Dan ir-reġistru għandu jinżamm mill-kummerċjant għal perjodu ta' ħames snin, inkluż wara l-waqfien ta' l-attività. Kull Stat Membru għandu jiżgura l-konservazzjoni ta' din l-informazzjoni għal perjodu minimu ta' għaxar snin."

3. In-negozjanti għandhom iżommu reġistru li fih titniżżel informazzjoni dwar id-dħul u l-ħruġ ta' l-armi tan-nar tal-kategoriji A, B u C, kif ukoll dawk il-karatteristiċi li jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-arma, partikolarment it-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje, kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-akkwirent. Dan ir-reġistru għandu jinżamm mill-kummerċjant għal perjodu ta' ħames snin, inkluż wara l-waqfien ta' l-attività. Kull Stat Membru għandu jiżgura l-konservazzjoni ta’ l-informazzjoni msemmija hawn fuq f’sistema ta’ reġistrazzjoni ċentralizzata u kompjuterizzata għal perjodu minimu ta’ għoxrin sena.

Ġustifikazzjoni

L-eżistenza f’kull Stat Membru ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni ċentralizzata u kompjuterizzata tiffaċilita l-ittraċċjar u l-iskambju ta' informazzjoni. Barra minn hekk, minħabba iż-żmien li ddum isservi l-arma tan-nar, il-perjodu ta’ żamma ta’ informazzjoni, li huwa għaxar snin fil-proposta għal direttiva, għandu jkun estiż għal għoxrin sena.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid)

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(3a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-armi tan-nar kollha klassifikati fil-kategoriji A, B, C u D jistgħu ikunu marbuta mas-sidien attwali tagħhom.

Emenda 18

ARTIKOLU 1, PUNT 2 B (ġdid)

Artikolu 4a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2b) Dan l-Artikolu għandu jiżdied wara l-Artikolu 4:

 

“ Artikolu 4a

Bla preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar klassifikati fil-kategoriji A, B, C jew D biss minn persuni li jkunu ngħataw liċenzja jew permess sabiex jagħmlu dan, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali."

Emenda 19

ARTIKOLU 1, PUNT 2 C (ġdid)

 

(2c) L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

'Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:

(a) ikollhom 18-il sena jew aktar, ħlief għal kaċċa u sparar sportiv;

(b) x’aktarx ma jkunux ta’ periklu għalihom infushom, għall-ordni pubblika jew għas-sikurezza pubblika.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-pussess ta' armi tan-nar biss minn persuni li ma nstabux ħatja ta' reat serju (eżempju omiċidju volontarju, serq jew ħruq) jew ta' kompliċità f'reat serju.

L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw l-awtorizzazzjoni għall-pussess ta' l-arma tan-nar jekk ma tibqax issodisfata kwalunkwe kundizzjoni fil-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu.

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jippossjedu arma akkwistata fi Stati Membru ieħor sakemm l-akkwist ta' tali arma ma jkunx projbit fit-territorju tagħhom stess.'

Ġustifikazzjoni

It-test mdaħħal għandu l-intenzjoni li jiċċara d-dispożizzjoni biex tirrifletti l-Artikolu 83(c) tal-Ftehima ta' Schengen.

Emenda 20

ARTIKOLU 1, PUNT 2 D (ġdid)

Artikolu 6 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2d) Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"L-akkwist ta’ armi tan-nar, partijiet u komponenti tagħhom jew ta’ ammunizzjon permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, kif definit f’Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward il-kuntratti mill-bogħod1, għandhom ikunu soġġetti b’mos sħiħi għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

 

ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19."

Emenda 21

ARTIKOLU 1, PUNT 2 E (ġdid)

Artikolu 12, paragrafu 2 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2e) L-Artikolu 12, paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

 

(a) L-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

 

"2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kaċċaturi u tiraturi jistgħu, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, ikunu fil-pussess ta’ arma waħda jew iktar waqt vjaġġ ġo żewġ Stati Membri jew aktar, bil-għan li jwettqu l-attivitajiet tagħhom, sakemm ikunu fil-pussess ta' Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar li jelenka dik l-arma jew armi tan-nar. L-ebda dokument għajr il-Pass Ewropew ta' l-Armi tan-Nar ma hu meħtieġ mill-Istati Membri għal dan il-għan. L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni ta' Pass Ewropew ta' l-armi tan-nar tiddependi fuq kwalunkwe rekwiżit ta' reġistrazzjoni ulterjuri jew fuq ħlas ta' tariffa jew imposta."

 

(b) It-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

 

"Madankollu, din id-deroga m'għandhiex tapplika għal vjaġġi lejn Stat Membru li jipprojbixxi l-akkwist u l-pussess ta' l-arma tan-nar ikkonċernata; f'dak il-każ, dikjarazzjoni espliċita dwar dan għandha titniżżel fuq il-Pass Ewropew ta' l-armi tan-nar."

Ġustifikazzjoni

Kif imsemmi fir-rapport tal-Kummissjoni tas-sena 2000 u bil-ħsieb ta' tħaddim xieraq tas-suq intern, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu permessi li jirrikjedu dokumenti jew tariffi ħlief il-Pass Ewropew ta' l-armi tan-nar fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni tal-kaċċaturi u t-tiraturi.

Emenda 22

ARTIKOLU 1, PUNT 2 F (ġdid)

Artikolu 13, paragrafu 3 (Direttiva 91/477/KEE)

 

(2f) L-Artikolu 13(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"3. L-Istati Membru għandhom jistabbilixxu netwerks għall-iskambju, fuq bażi regolari, ta’ l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom.

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, grupp ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni bil-għan li jiġi applikat dan l-artikolu.

 

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli milli jibagħtu u jirċievu l-informazzjoni u milli japplikaw il-formalità skond l-Artikolu 11(4)."

Emenda 23

ARTIKOLU 1, PUNT 3

It-tentattivi ta' atti bħal dawn, il-parteċipazzjoni fihom u l-inċitazzjoni għalihom għandhom ukoll jitqiesu bħala ksur tal-liġi kriminali, meta jitwettqu intenzjonalment.

L-organizzazzjoni, id-direzzjonar, l-għajnuna, l-assistenza, l-iffaċilitar jew l-għotja ta' pariri fit-twettiq ta' reat definit f'dan l-Artikolu għandu jkun ikkunsidrat bħala reat kriminali, meta mwettaq bil-ħsieb.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-kliem huma meħuda mill-Protokoll tan-NU, li jifforma l-bażi tad-Direttiva, u huma maħsuba biex jikkjarifikaw id-dispożizzjoni.

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 16, paragrafu 1, subparagrafu 3 a (ġdid) (Direttiva 91/477/KEE)

 

In-nuqqas li wieħed iżomm fuqu l-Pass Ewropew ta' l-armi tan-nar m'għandux ikun suġġett għal piena ta’ priġunerija.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda saret biex ikun evitat li sidien legali ta’ armi jkunu fil-periklu li jintbagħtu l-ħabs jekk jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor u ma jkunux jistgħu jippreżentaw Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar iżda jkollhom fil-pussess tagħhom id-dokumenti neċessarji l-oħra kollha.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 4 A (ġdid)

Anness I, punt (f) (Direttiva 91/477/KEE)

 

4a) Fl-Anness II, punt (f), it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:

"L-awtorizzazzjoni minn qabel msemmija aktar 'l fuq, fil-prinċipju, mhix meħtieġa għall-ivvjaġġar b'arma tan-nar għal skop ta' kaċċa jew sparar sportiv, bil-kundizzjoni li l-vjaġġatur ikun fil-pussess ta' Pass Ewropw ta' l-armi tan-nar".

Emenda 26

ARTIKOLU 2, PUNT 2 A (ġdid)

 

(2a) Fi żmien ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni riżultanti mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat minn proposti, jekk dan ikun xieraq.

 

Il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' repliki ta' armi fi ħdan il-Komunità Ewropea u għandha tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill- [...]*.

 

____________

* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

B'konformità ma' regolamentazzjoni aħjar ir-rekwiżit għal rapportaġġ inkluż fid-Direttiva 91/477/KEE għandu jiġi aġġornat u għandu jsir regolari. Barra minn hekk il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar il-kwistjoni kumplessa ta' repliki ta' armi u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, inkluż il-bejgħ tagħhom fuq l-Internet, fi ħdan il-Komunità Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi

Referenzi

COM(2006)0093 - C6-0081/2006 - 2006/0031(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2006

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

3.4.2006

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Alexander Alvaro

13.9.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

23.11.2006

25.1.2007

1.2.2007

8.5.2007

 

5.6.2007

11.6.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

11.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

26

2

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Maria Carlshamre, Carlos Coelho, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Claudio Fava, Kinga Gál, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Stavros Lambrinidis, Kartika Tamara Liotard, Sarah Ludford, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Athanasios Pafilis, Martine Roure, Ioannis Varvitsiotis

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Inés Ayala Sender, Gérard Deprez, Ignasi Guardans Cambó, Ona Juknevičienė

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Luis de Grandes Pascual, Véronique Mathieu, Arlene McCarthy, Gisela Kallenbach

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi

Referenzi

COM(2006)0093 - C6-0081/2006 - 2006/0031(COD)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

2.3.2006

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

3.4.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2006

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2006

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Gisela Kallenbach

2.5.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

29.5.2006

4.10.2006

10.10.2006

28.11.2006

 

19.12.2006

24.1.2007

5.6.2007

 

Data ta' l-adozzjoni

27.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Buruiană-Aprodu, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Rosa Díez González, Janelly Fourtou, Małgorzata Handzlik, Daniel Hannan, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Bill Newton Dunn, Béatrice Patrie, Guido Podestà, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Alexander Stubb, Marianne Thyssen, Horia-Victor Toma, Bernadette Vergnaud, Nicola Zingaretti

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

André Brie, Wolfgang Bulfon, Gisela Kallenbach, Manuel Medina Ortega, Søren Bo Søndergaard, Gary Titley

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Véronique Mathieu, Thomas Wise