RAPPORT dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

11.10.2007 - (C6‑0288/2007 – 2007/2019B(BUD))

Taqsima I                      –  Il-Parlament Ewropew
Taqsima II                     –  Il-Kunsill
Taqsima IV                   –  Il-Qorti tal-Ġustizzja
Taqsima V                    –  Il-Qorti ta' l-Awdituri
Taqsima VI                   –  Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Taqsima VII                  –  Il-Kumitat tar-Reġjuni
Taqsima VIII                 –  L-Ombudsman Ewropew
Taqsima IX                   –  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Parti 1: Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Kumitat għall-Baġit
Rapporteur: Ville Itälä

Proċedura : 2007/2019B(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0394/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti ta' l-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6‑0288/2007 – 2007/2019B(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[1],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida[3],

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u t-titjib fil-proċedura tal-baġit[4], u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-linji ta' gwida għall-proċedura tal-baġit 2008 - it-Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII u IX u dwar l-abbozz preliminari ta' l-estimi (Taqsima I) għall-proċedura tal-baġit 2008[5],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-data 7 Ġunju 2007 dwar l-estimi tad-dħul u ta' l-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2008[6],

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 ppreżentat mill-Kummissjoni fid-data 2 Mejju 2007 (SEC(2007)0500),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 mħejji mill-Kunsill fid-data 13 Lulju 2007 (C6‑0288/2007 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6‑0394/2007),

A.  billi l-2008 hija t-tieni sena tal-qafas finanzjarju l-ġdid (2007-2013), li għalih il-limitu ta' l-intestatura 5 (Nefqa Amministrattiva) ġie stabbilit għal EUR 7 457 miljun bil-prezzijiet attwali,

B.  billi l-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB) ta' l-istituzzjonijiet kollha ħalla marġni ta' EUR 121 285 164 taħt l-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju għas-sena finanzjarja 2008,

C.  billi wara d-deċiżjoni tal-Kunsill l-abbozz tal-baġit (DB) ħalla marġni ta' EUR 266 755 254 taħt il-limitu ta' l-intestatura 5 għall-2008,

Qafas ġenerali

1.   Jagħraf li l-istituzzjonijiet, wara l-ewwel qari tal-Kunsill, għamlu l-isforz li jnaqqsu xi wħud mill-ispejjeż tagħhom tas-soltu biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet assoluti tagħhom; iqis li dan l-eżerċizzju kkontribwixxa biex jiġi mfassal baġit għal dawk li jħallsu t-taxxi fl-UE kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-linji ta' gwida; iħeġġeġ bil-ħerqa lill-istituzzjonijiet biex ikomplu f'din it-triq sabiex terġa' tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet Ewropej u fl-Ewropa;

2. Jinnota li l-biċċa l-kbira taż-żieda 'l fuq mil-limiti tar-rata ta' l-inflazzjoni hija minħabba l- ispiża tal-bini; jesprimi t-tħassib tiegħu għas-snin li ġejjin dwar il-konsistenza tan-nefqa relatata mal-bini jekk ma tkunx sorveljata mill-qrib mill-istituzzjonijiet; jistieden lill-istituzzjonijiet biex jinfurmaw lill-Awtorità Baġitarja regolarment bl-evoluzzjoni tal-proġetti differenti tagħhom u biex jissorveljaw kif jixraq l-espansjoni tagħhom; jitlob li, minħabba d-dħul fis-seħħ ta' l-Istatut tal-Membri fl-2009, għandu jitressaq pjan aġġornat ta' investiment fil-proprjetà għat-tliet snin li ġejjin, inklużi l-ispejjeż għar-ristrutturar, lill-Awtorità Baġitarja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2008;

3. Għalhekk iddeċieda li jillimita ż-żieda fil-baġit ta' l-2008 għal 6.92%; iddeċieda li jħalli marġni taħt il-limitu ta' l-intestatura 5; jirrakkomanda li jerġgħu jingħataw lura EUR 8 180 945 mill-EUR 22 127 359 mnaqqsa mill-Kunsill mill-baġit ta' l-istituzzjonijiet l-oħra (eskluża l-Kummissjoni), jiġifieri, li jerġgħu jingħataw lura 37% wara l-analiżi tat-talbiet speċifiċi u l-bżonnijiet ta' kull istituzzjoni; iqis li din l-istrateġija hija t-tweġiba għall-bżonnijiet ta' l-istituzzjonijiet fl-effiċjenza u tissalvagwardja s-sostenibilità tal-baġits tagħhom;

4.   Jistieden, fil-kuntest tat-tħassib ġenerali dwar l-ambjent, lill-istituzzjonijiet kollha, inkluża l-Kummissjoni, biex jisfruttaw modi differenti, flimkien ma' l-Istati Membri li jospitaw, biex isir pjan għal trasport pubbliku aktar effiċjenti, inklużi postijiet ta’ informazzjoni dwar il-mobilità interna, informazzjoni fuq l-intranet dwar l-iskedi tal-ħin u inċentivi oħra, sabiex iħajjar lill-istaff ta' l-istituzzjonijiet Ewropej biex juża t-trasport pubbliku jew ir-roti mingħajr periklu;

5.   Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Parlament fis-sentejn li għaddew biex jimplimenta eżerċizzju ta’ rilokazzjoni; jiddispjaċih li ħafna istituzzjonijiet oħra m’humiex qegħdin jimplimentaw politika effettiva ta' rilokazzjoni; jistenna li għal dawn l-istituzzjonijiet, ir-rilokazzjoni ssir parti integrali mill-eżerċizzju baġitarju tagħhom fis-snin li ġejjin;

6.   Jinnota li fl-2006 il-Parlament kien talab informazzjoni aktar preċiża mill-istituzzjonijiet l-oħra dwar ir-rendiment u l-ispejjeż tal-ħidmiet ewlenin tagħhom sabiex jiġġustifikaw b’mod iktar trasparenti jekk il-fondi addizzjonali ħallewx riżultati jew le; jinnota li ftit wisq mill-istituzzjonijiet qegħdin jagħtu dawn ir-rapporti informattivi dwar l-attivitajiet; jitlob lill-istituzzjonijiet konċernati kollha biex jagħtu din l-informazzjoni sa l-ewwel ġimgħa ta’ Settembru ta’ kull sena;

Taqsima I - Il-Parlament Ewropew

Kummenti ġenerali

7.  Ifakkar li l-2008 hija l-aħħar sena sħiħa ta' din il-leġiżlatura u l-aħħar sena qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-Istatut tal-Membri l-ġodda; iqis li dan għandu jiġi kkunsidrat minħabba l-ħtiġijiet finanzjarji tal-ġejjieni;

8.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Bureau, għall-ewwel darba, għamel talbiet ġodda fl-ittra ta' emenda tiegħu li huma anqas mil-limitu impost minnu stess ta' 20% ta' l-intestatura 5 (jiġifieri 19.87%) iżda li jinkludu żieda fl-estimi ta' EUR 45.6 miljun; jinnota l-fatt li l-Bureau fi ħsiebu jniedi għadd ta' proġetti ġodda li m'humiex marbuta direttament ma' l-attivitajiet ċentrali tal-Parlament; iqis li minħabba n-nuqqas ta' flessibilità li teżisti fil-baġit amministrattiv, l-iżvilupp ta' proġetti ġodda għandu jsir b'mod prudenti filwaqt li titqies id-disponibilità limitata tar-riżorsi finanzjarji u l-perspettivi mill-2009 'l quddiem; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni u l-Bureau biex jirriflettu fuq il-bżonnijiet reali u fuq l-istituzzjoni f'termini amministrattivi u politiċi u biex ifittxu mezzi biex inaqqsu l-ispejjeż attwali tal-ħidmiet li jwettqu; itenni li dak li nkiteb hawn fuq m'huwiex xi limitazzjoni tad-dritt tal-Parlament li juża l-limitu kollu ta’ 20% fl-2008 u fis-snin ta’ wara, jekk ikun meħtieġ u ġustifikabbli li jsir hekk;

9.   Jissuġġerixxi li ssir diskussjoni wiesgħa dwar l-istorja ta’ l-Ewropa u l-interpretazzjoni tagħha bejn l-esperti qabel ma tinħoloq Dar l-Istorja Ewropea;

10. Jilqa' l-pjan il-ġdid ta' rilokazzjoni propost mis-Segretarju Ġenerali li jolqot 58 impjieg; iqis li dan huwa pass fit-triq it-tajba biex jitwettqu l-ħtiġijiet il-ġodda u fl-istess ħin biex il-pjan ta' organizzazzjoni jibqa' stabbli għall-ġejjieni; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali biex ikompli bl-azzjonijiet tiegħu u bl-analiżi ulterjuri sabiex il-ħidmiet ikunu razzjonalizzati aħjar u fl-istess ħin biex ikun hemm kontroll fuq l-ispejjeż ta' l-esternalizzazzjoni;

11. Jiddeċiedi, skond ir-riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 msemmija hawn fuq dwar l-estimi tal-Parlament għall-2008, li jnaqqas għadd ta’ linji baġitarji, l-aktar dawk li kienu għoljin iżżejjed fl-2006; jinnota li l-kapitoli 10 u 12 u t-titolu 4 m’humiex affettwati minn dan it-tnaqqis;

12. Jirrikonoxxi li l-proġetti l-ġodda damu ma ġew ippreżentati u fixklu d-deċiżjoni tas-sessjoni plenarja li għandhom iżommu mar-rata ta' l-inflazzjoni ħlief meta l-inizjattivi l-ġodda jkunu ġew issostanzjati kif jixraq; iddeċieda li jistabbilixxi l-livell finali tal-baġit tal-Parlament għal EUR XX li jikkorrispondi għal żieda ta' XX% fuq il-baġit ta' l-2007 u XX% ta' l-intestatura 5;

13. Jikkonferma l-impenn tiegħu biex il-liġijiet jitfasslu aħjar bħala prijorità għall-attivitajiet ewlenin tal-Parlament u jappoġġja d-deċiżjonijiet li ttieħdu għal dan il-għan; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali biex ikompli bl-isforzi tiegħu għat-tisħiħ tal-kompetenza tal-Parlament biex il-liġijiet jitfasslu aħjar;

Titjib fl-għajnuna lill-Membri

14.  Iqis li ż-żamma tad-diversità lingwistika tal-Membri tal-Parlament Ewropew hija waħda mill-isfidi l-aktar importanti għall-amministrazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, il-proġett pilota li huwa pprogrammat li jitnieda fl-2008 bħala tweġiba għat-talbiet rikorrenti tal-Membri għal assistenza lingwistika kemm bħala individwi kif ukoll waqt il-laqgħat mhux uffiċjali marbuta mal-ħidma leġiżlattiva;

15.  Għalhekk jiddeċiedi li jillimita l-allokazzjoni globali għall-proġett pilota għal EUR 4 miljun u, fl-istess ħin, li jqiegħed EUR 2 miljun fir-riżerva sabiex iġiegħel lill-amministrazzjoni tagħti prijorità għal appoġġ lingwistiku iktar effiċjenti għall-Membri waqt il-laqgħat uffiċjali; din ir-riżerva ta' EUR 2 miljun ma taffettwax il-proġett pilota;

16.  Itenni li s-servizz ta' l-interpretazzjoni u l-ispejjeż marbuta mal-laqgħat għandhom ikunu sfruttati bl-aktar mod effiċjenti; iqis li t-tagħmir għas-sistema ta' votazzjoni elettronika fis-swali kollha tal-laqgħat huwa mod kif jista' jiġi sfruttat aħjar l-użu tal-faċilitajiet ta' l-interpretazzjoni;

17. Jistieden lill-Bureau biex jikkonsulta mal-gruppi politiċi dwar kif għandhom isiru t-tagħmir u r-rijorganizzazzjoni tas-swali għal-laqgħat WIC 100 u WIC 200 fi Strasburgu qabel ma jieħu xi deċiżjoni oħra dwar dawn l-affarijiet;

18.  Ifakkar li l-iskop tal-kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu huwa biex jingħata l-aħjar servizz ta' kwalità lill-Membri fi ħdan il-limitu ta' l-approprijazzjonijiet attwali; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni biex tinforza tassew il-kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu sabiex jiġu evitati n-nuqqasijiet, l-użu irresponsabbli jew l-użu ħażin tas-servizzi lingwistiċi; Jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta’ flessibilità biex jiġu tradotti dokumenti importanti f’xi perjodu tassew diffiċli; jistieden lill-amministrazzjoni biex tagħmel kull sforz sabiex tiggarantixxi servizz ta' traduzzjoni ta' kwalità għolja skond ir-rekwiżiti speċifiċi tal-Parlament f'termini ta' kwalità, skadenzi u kunfidenzjalità, biex tipprovdi l-mezzi xierqa u biex tiżgura li s-servizz tat-traduzzjoni jkun organizzat biżżejjed biex jiġu evitati n-nuqqasijiet u għalhekk iż-żieda fl-ispejjeż, b'mod partikulari meta l-iskadenzi għad-deċiżjonijiet ikunu ffissati mit-Trattat;

19.  Jieħu nota tal-proposta biex jinħoloq Artikolu 323 ġdid għar-"relazzjonijiet mal-Parlamenti ta' pajjiżi terzi u l-appoġġ għad-demokrazija parlamentari" b'ammont ta' EUR 360 000 biex l-attivitajiet tal-Parlament jiġu differenzjati skond iz-zona ġeografika; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd ta' delegazzjonijiet u assembleji fil-baġit tal-Parlament, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-impatt finanzjarju tagħhom m'huwiex identifikat b'mod ċar fil-baġit billi ma jinkludix biss l-approprijazzjonijiet skond il-punti eżistenti iżda wkoll l-ispejjeż marbuta ma' l-interpretazzjoni u ma' l-appoġġ tekniku u loġistiku; jistieden lill-amministrazzjoni biex tressaq proposta biex ittejjeb it-trasparenza ta' din it-tip ta' attività;

20.  Iqis li l-Presidenzi tal-Parlament u tal-Kunsill għandhom iqisu l-opinjoni taċ-ċittadini ta' l-UE dwar it-tifrix ġeografiku tal-Parlament bejn it-tliet postijiet tax-xogħol u l-ispejjeż u l-konsegwenzi ambjentali marbuta miegħu; jistieden liż-żewġ Presidenzi biex, waqt li jżommu l-valur simboliku importanti ta' Strasburgu, jiftiehmu u jressqu proposta biex hemmhekk isiru żewġ seduti plenarji fis-sena sabiex jingħata widen għat-tħassib taċ-ċittadini dwar l-ispejjeż u l-konsegwenzi ambjentali;

21. Fir-rigward ta' l-għajnuna parlamentari, jistieden lill-amministrazzjoni biex issaħħaħ is-sistema ta' kontroll intern sabiex tiżgura li r-reklutaġġ ta' l-assistenti tal-Membri jkun ċar u trasparenti, filwaqt li jkun garantit li jitħarsu r-regolamenti fiskali u soċjali (salarji u drittijiet tas-sigurtà soċjali, eċċ);

22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta ġdida għal statut ta’ l-assistenti li jiggarantixxi l-libertà ta’ l-għażla u l-flessibilità meħtieġa għall-Membri fir-rigward tat-tul tal-kuntratti kif ukoll tas-salarji minn naħa waħda u ta' l-uniformità u s-sigurtà fir-rigward tas-sistema fiskali, tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ta’ l-assikurazzjoni medika għall-assistenti min-naħa l-oħra;

Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

23. Iddeċieda, f'din il-fażi tal-proċedura baġitarja, sakemm tkun adottata l-bażi legali għall-iffinanzjar tal-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, li tinħoloq intestatura ġdida (403, “Kontribuzzjonijiet għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej”) b’allokazzjoni ta’ EUR 5 miljun fir-riżerva u b’nota pro memoria (“p.m.”);

Programm ta’ Apprendistat tal-Parlament Ewropew

24. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma tas-Segretarjat bil-għan li tkun evalwata l-introduzzjoni ta’ Programm ta’ Apprendistat tal-PE u jistieden lill-Bureau biex jipproċedi bil-ħidma ta' tħejjija meħtieġa għall-ħames postijiet disponibbli; jistieden lill-amministrazzjoni biex il-proċeduri tagħha ta' l-appalt ikunu jinkludu, bħala wieħed mill-kriterji ta' l-għotja, l-impjieg ta’ apprendisti f’kumpaniji li jitfgħu l-offerti;

Għal Parlament Favur l-Ambjent

25. Jiddispjaċih li, aktar minn ħames snin wara li beda l-proċess ta' l-EMAS fil-proċedura baġitarja, ir-reġistrazzjoni ta’ l-EMAS għadha pendenti u l-impatt fuq l-ambjent kif ukoll l-iffrankar tal-flus u l-investimenti marbuta ma’ l-implimentazzjoni tiegħu għadhom m'humiex magħrufa; jistieden lill-amministrazzjoni biex tipprovdi t-tagħrif imsemmi hawn fuq, kif mitlub qabel fil-paragrafu 37 tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 msemmija hawn fuq u l-paragrafu 31 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 msemmija hawn fuq u biex tressqu quddiem il-kumitati rilevanti u korpi oħra; barra minn hekk, jitlob lill-amministrazzjoni biex tagħmel rapport dwar it-tnaqqis tal-konsum ta' l-enerġija li kellu jseħħ minħabba t-tnaqqis fl-użu tal-kondizzjonaturi ta' l-arja matul is-sajf, u biex tippreżenta pjan ta' azzjoni għat-tnaqqis u l-kumpens ta’ l-emissjonijiet ta' CO2 kkawżati mill-attivitajiet tal-Parlament, l-aktar fir-rigward ta’ l-ivvjaġġar u l-bini, u biex jitnaqqas l-użu ta’ l-ilma, tal-karta u ta’ riżorsi oħra; f'dan ir-rigward jistieden lill-amministrazzjoni biex tippreżenta rapport ta' l-esperti dwar l-użu possibbli ta’ panels fotovoltajċi jew li jużaw l-enerġija tax-xemx għall-produzzjoni ta' l-enerġija fuq il-bjut u mal-ħitan tal-bini tal-Parlament;

26.  Jitlob lill-amministrazzjoni biex iġġedded il-flotta ta' karozzi tagħha mill-aktar fis billi tixtri jew tikri vetturi li jniġġsu anqas minn dawk attwali, bħall-karozzi ibridi, u biex tressaq il-pjan ta' azzjoni rilevanti;

27.  Jitlob lill-amministrazzjoni biex tnaqqas l-għadd ta' missjonijiet ta' l-istaff u biex tħeġġeġ lill-istaff biex, waqt li jkun qiegħed jivvjaġġa bejn it-tliet postijiet tax-xogħol, juża l-aktar mezzi ta' trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; ;

Politika ta' l-Informazzjoni

28.  Itenni r-rieda tiegħu li jkollu politika ta' informazzjoni qawwija li tinvolvi l-gruppi politiċi u li tkun qrib iċ-ċittadini Ewropej; iqis li dan jista' jinkiseb bit-tisħiħ tal-midja lokali u reġjonali, bil-ftuħ mill-aktar fis taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fi Brussell u biż-żieda fil-flessibilità ta' l-użu tal-gruppi tal-viżitaturi; dwar ta' l-aħħar, ifakkar li r-rimborż ibbażat fuq l-ispejjeż reali, fi ħdan limitu li jrid jiġi definit, jiżgura t-trasparenza sħiħa tal-programm; jistieden, għal dan il-għan, lill-Kwesturi biex jeżaminaw mill-ġdid ir-regoli attwali;

29. Jistieden lill-Bureau biex jiddeċiedi dwar programm għall-kampanja ta' l-elezzjoni li ġejja li jqis il-ħtieġa ta' kuntatt mill-qrib bejn il-Membri u ċ-ċittadini ta' l-UE; itenni s-sehem ta' l-Uffiċċji ta' l-Informazzjoni f'dan ir-rigward, kif ukoll tal-midja lokali u reġjonali, sabiex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-attivitajiet tal-Parlament; jitlob lill-amministrazzjoni biex issaħħaħ l-azzjonijiet favur il-midja lokali u reġjonali fl-uffiċċji esterni, inkluż l-involviment tal-Membri; jistenna bil-ħerqa, f'dan ir-rigward, li jirċievi l-programm annwali tal-ħidma tagħhom għall-2008 sa Diċembru ta’ l-2007 sabiex ir-riżerva tkun tista’ tintuża minn Jannar;

30. Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-approprijazzjonijiet allokati għall-informazzjoni għal kull xorta ta' tagħrif, fosthom ukoll għall-ħtiġijiet tal-minoranzi parlamentari biex jgħaddu tagħrif lill-pubbliku;

31. Jiddispjaċih li mhux qiegħda tingħata informazzjoni biżżejjed lill-Awtorità Baġitarja dwar il-progress li sar s’issa fuq il-prototip tal-WebTV, l-aktar billi l-politika ta’ l-informazzjoni, inkluż il-WebTV, qiegħda titqies bħala prijorità għall-2008; jiddeċiedi li jżomm EUR 9 miljun fir-riżerva għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni sakemm il-prototip jitressaq għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità Baġitarja;

32. Jistenna l-prototip tal-WebTV; ifakkar li l-kundizzjonijiet li sar qbil dwarhom fil-proċedura baġitarja ta' qabel u fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar il-Baġit ta' l-2007 (Taqsimiet oħra)[7] għall-iffinanzjar ta' dan il-proġett huma l-approvazzjoni tal-prototip;

Sigurtà

33.  Jaqsam, ma' l-amministrazzjoni, it-tħassib li s-sigurtà hija kwistjoni importanti; jinnota, madankollu, li l-amministrazzjoni mhijiex fil-qagħda li tindika l-għadd eżatt ta' persuni li jkunu fil-bini tal-Parlament minħabba li xi wħud minnhom ma jużawx il-kard tagħhom biex jiftħu l-grada; konsegwentement jistieden lill-amministrazzjoni biex tiżgura li l-istaff jirrispetta r-regoli u jistieden lill-Kwesturi biex iqisu mill-ġdid l-użu ta' kards elettroniċi għall-Membri, li jippermettu l-implimentazzjoni ta' faċilitajiet ġodda differenti, bħall-firem elettroniċi;

34.  Jenfasizza l-fatt li s-sigurtà għall-Membri u l-istaff madwar il-bini tal-Parlament fi Brussell mhijiex assigurata tajjeb wara l-ħinijiet normali tax-xogħol; jistieden lill-amministrazzjoni biex tinsisti ma' l-awtoritajiet Belġjani biex il-qagħda titjieb;

Pjan ta' Organizzazzjoni

35.  Jappoġġa l-ħolqien ta' żewġ Direttorati Ġenerali ġodda għall-Interpretazzjoni u għall-Appoġġ ta' l-Innovazzjoni Teknoloġika; iqis li dan se jtejjeb is-servizz għall-Membri u għall-unitajiet differenti ta' l-amministrazzjoni;

36.  Iqis li l-proposta dwar l-istaff, imressqa mis-Segretarju Ġenerali, inkluż il-ħolqien ta' impjiegi ġodda, impjiegi li jridu jiġu rilokati u xi tibdiliet u trasformazzjonijiet, tirrifletti t-tħassib tal-Parlament biex iż-żieda tal-pjan ta' organizzazzjoni tiegħu tiġi limitata biss għal proġetti ġodda jew għal kompetenzi speċifiċi; jinnota li l-għadd ta' impjiegi rilokati jilħqu l-mira annwali ta' 1% stabbilita fir-riżoluzzjoni ta' l-estimi; jitlob li jkun mgħarraf regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tal-politika tar- rilokazzjoni; barra minn hekk, jirrikonoxxi li l-proposta mressqa għandha impatt finanzjarju marġinali fuq il-baġit ta' l-2008;

37.  Għalhekk iddeċieda li japprova l-modifiki tal-miżuri tal-pjan ta' organizzazzjoni propost mis-Segretarju Ġenerali bħala pakkett kif ġej:

- rilaxx mir-riżervi għall-ħolqien ta' 16-il impjieg ġdid mitluba fl-estimi u l-approprijazzjonijiet rispettivi tagħhom; dan jikkonċerna disa' AD5 u seba' AST3, fosthom impjieg temporanju wieħed għas-sitt Kwestur,

- jagħmel l-approprijazzjonijiet meħtieġa disponibbli għall-ħolqien ta' ħames AD5 għas-servizz analitiku fi ħdan il-Librerija u żewġ AD16 għall-ħolqien tad-Direttorati Ġenerali l-ġodda,

- il-bidla ta' 35 AST (10 AST1, 10 AST2, 5 AST3, 5 AST4 u 5 AST5) għal AD5 li tqiegħdu fir-riżerva,

- promozzjoni waħda ad personam (AD14 għal AD15),

- il-bidla ta' 25 AST6 għal AD5 u ta' AST1 wieħed għal AD5,

- il-miżuri ta' l-għoti ta' grad ġdid ta' 23 impjieg permanenti (2 AD12 għal AD15, 11-il AD12 għal AD7, 4 AST11 għal AST3, 3 AST11 għal AST1 u 3 AST6 għal AST1);

38.  Iddeċieda li jirrilaxxa mir-riżerva l-448 promozzjoni għas-segretarjat tal-Parlament mitluba mill-amministrazzjoni fil-kuntest ta' l-Artikolu 6 tar-Regolamenti ta' l-Istaff għal staff permanenti u temporanju u l-approprijazzjonijiet korrispondenti tagħhom; rigward staff permanenti, dan jikkonċerna 2 AD13 għal AD14, 45 AD12 għal AD13, 25 AD11 għal AD12; 10 AD7 għal AD8, 3 AD6 għal AD7, 165 AD5 għal AD6, 50 AST7 għal AST8, 65 AST4 għal AST5, 65 AST1 għal AST2 u, rigward l-istaff temporanju, AD12 wieħed għal AD13, 2 AD10 għal AD11, AST2 wieħed għal AST3, 2 AST1 għal AST2, 12-il AST1 għal AST3;

39.  Bl-istess mod iddeċieda li jikkonferma 74 promozzjoni mitluba mill-gruppi politiċi: AD12 wieħed għal AD13, 6 AD11 għal AD12, 4 AD10 għal AD11, 2 AD9 għal AD10, 4 AD8 għal AD9, 3 AD7 għal AD8, 7 AD6 għal AD7, 8 AD5 għal AD6, 3 AST10 għal AST11, 9 AST8 għal AST9, 9 AST7 għal AST8, 3 AST6 għal AST7, 2 AST5 għal AST6, 2 AST4 għal AST5, AST3 wieħed għal AST4, 2 AST2 għal AST3, 8 AST1 għal AST2;

40. Jiġbed l-attenzjoni li l-eżerċitar ta’ l-iskrutinju demokratiku fuq il-Kummissjoni huwa wieħed mid-doveri ewlenin tal-Parlament u jitlob lill-Bureau u lill-amministrazzjoni biex jallokaw il-postijiet tal-komitoloġija meħtieġa għal din il-ħidma, filwaqt li jitqiesu r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fil-qasam ta’ l-affarijiet barranin u tal-programmi dwar il-politika għall-iżvilupp; barra minn hekk, jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-ħiliet amministrattivi tal-Parlament fir-rigward tas-setgħat ġodda tiegħu ta’ skrutinju demokratiku fuq l-istrumenti ta’ assistenza esterna; jistieden lill-amministrazzjoni biex sa Marzu ta’ l-2008 tressaq rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-esperjenza politika u amministrattiva miksuba mill-implimentazzjoni ta’ dawn is-setgħat;

41. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Bureau li jistabbilixxi linji ta' gwida għar-reklutaġġ li jqisu l-persuni b'diżabilità, fosthom stagiaires u staff interim u/jew b'kuntratt temporanju, kif iddikjarat fil-Kodiċi tal-Prattika Tajba għall-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità; jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-inizjattiva li ħadet l-amministrazzjoni dwar il-programm ta’ taħriġ għall-persuni b’diżabilità; huwa tal-fehma li, sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fl-amministrazzjoni tal-Parlament, l-amministrazzjoni għandha tqis li taħtar “koordinatur għall-persuni b’diżabilità”;

42. Iddeċieda li jdaħħal 2 postijiet għal-Librerija fir-riżerva, sabiex l-amministrazjoni tkun immotivata biex toħloq Sistema ta’ l-Immaniġġjar ta’ l-Għerf li tkun interna u komprensiva;

Kwistjonijiet varji

43. Jinnota l-proposta li saret mill-Bureau biex ikun allokat ammont ta’ EUR 100 000 għall-Fondazzjoni Sakharov bħala sussidju għall-attivitajiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jirrikonoxxi li d-deċiżjoni meħuda mill-Bureau fl-10 ta' Ottubru 2007 li jagħmel għotja lill-Fondazzjoni Sakharov f'Moska hija konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari mal-possibilità li għandu l-Parlament li jagħmel għotjiet biex ikopru attivitajiet ta' informazzjoni (Artikolu 108(4) tar-Regolament Finanzjarju);

Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja

44. Jenfasizza l-fatt li ż-żieda fil-baġit hija l-aktar minħabba t-trasferiment tan-"New Palais"; iqis li l-impatt finanzjarju tiegħu huwa sostanzjali ġmielu fil-baġit ta' l-2008 u għandu jibqa' bħala eċċezzjoni; jenfasizza li skond il-Qafas Finanzjarju Plurijennali, il-marġni fl-intestatura 5 se jkun limitat fl-2009; għalhekk jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex twettaq eżerċizzju dettaljat u bir-reqqa sabiex tillimita t-tkabbir tagħha fl-2009;

45.  Jaqbel mal-Qorti tal-Ġustizzja biex titnaqqas il-kontribuzzjoni tagħha għall-kiri/xiri tan-"New Palais" b'EUR 4 miljun, permezz ta' l-antiċipazzjoni ta' dan l-ammont mill-baġit ta' l-2007;

46.  Iddeċieda bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja li jerġa' jistabbilixxi t-tnaqqis standard għal livell ta' 3.7%; għalhekk reġa' stabbilixxa l-approprijazzjonijiet korrispondenti;

47.  Iddeċieda dwar il-miżuri li ġejjin għall-pjan ta' organizzazzjoni:

- il-ħolqien ta' 9 impjiegi temporanji AD10 biex jissaħħu l-Kabinetti ta' l-Avukati Ġenerali u tal-President tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili,

- il-ħolqien ta' AD5 wieħed biex jiġi reklutat avukat sabiex ilaħħaq maż-żieda fix-xogħol marbut mal-"protezzjoni tad-dejta" u ta' AST3 wieħed għall-implimentazzjoni tal-proġett tas-softwer interistituzzjonali SAP;

48. Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 3 102 000 EUR li jirrappreżentaw żieda ta' 8.03% fuq il-baġit ta' l-2007;

Taqsima V – Il-Qorti ta’ l-Awdituri

49.  Iddeċieda bi qbil mal-Qorti ta' l-Awdituri li jerġa' jistabbilixxi t-tnaqqis standard għal livell ta' 4.82%; għalhekk reġa' stabbilixxa l-approprijazzjonijiet korrispondenti;

50.  Iddeċieda dwar il-miżuri li ġejjin tal-pjan ta' organizzazzjoni:

- il-ħolqien ta' żewġ AST1 għad-Diviżjoni tar-Riżorsi Umani wara d-deċiżjoni li din tissaħħaħ fi żmien sentejn,

- il-ħolqien ta' AD5 wieħed għall-implimentazzjoni tal-proġett tas-softwer il-ġdid SAP u ta' AD5 wieħed għall-pjan għad-dokumentazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-miżuri,

- AD12T wieħed jinżel għal AD11T sabiex jiġi limitat l-impatt finanzjarju tal-miżuri tal-pjan ta' organizzazzjoni,

- AD12T wieħed isir AD14T u tliet AST3 permanenti fid-Diviżjoni ta' l-IT isiru AD5;

51.  Reġa' stabbilixxa kif kienet l-approprijazzjoni marbuta max-xogħol ta' tiswija meħtieġ mil-liġi tas-saħħa u s-sigurtà ta' l-Istat tal-Lussemburgu u r-rinnovament tas-sala għal-laqgħat tal-Qorti; iqis li dawn l-ispejjeż huma ta' natura eċċezzjonali u ma jistgħux jiġġeddu fil-baġit ta' l-2009;

52.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b' EUR 3 261 204 li jirrappreżentaw żieda ta' 9.65 % fuq il-baġit ta' l-2007;

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni

53.  Jiddispjaċih li f'dan l-istadju tal-proċedura baġitarja ż-żewġ kumitati ma kinux fil-qagħda li jressqu l-ftehima l-ġdida ta' koperazzjoni tagħhom; ifakkar fid-deċiżjoni meħuda fir-riżoluzzjoni ta' l-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 kif modifikata mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha)[8] li din il-ftehima kienet mistennija li titressaq sa Lulju 2007; għaldaqstant iddeċieda li fil-Kapitolu 10 0 ("Approprijazzjonijiet Proviżorji") jiddaħħal 10% tal-baġit ta' l-2007 ta' l-ispiża tas-Servizz Konġunt; huwa lest li jirrilaxxa l-approprijazzjonijiet mir-riżerva hekk kif il-ftehima ġdida ta' koperazzjoni tiġi ffinalizzata;

54.  Jinsisti fuq ir-rieda tiegħu li jżomm din il-ftehima ta' koperazzjoni, li hija eżempju ta' koperazzjoni interistituzzjonali tajba u żżid l-effiċjenza taż-żewġ entitajiet permezz ta' kompetenza aħjar fil-ħidmiet loġistiċi u tekniċi u l-possibilità li s-servizzi ta' l-attività ċentrali tan-negozju jiffrankaw il-ħidmiet ta' kuljum relatati mal-ġestjoni;

Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

55.  Iddeċieda bi qbil mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex it-tnaqqis standard jibqa' fuq il-livell ta' 4%;

56.  Jaqbel mal-Kunsill dwar it-talba għal titjib fl-iżvilupp tal-karriera skond l-Artikolu 6 tar-Regolamenti ta' l-Istaff u l-Artikoli 6, 9 u 10 ta' l-Anness XIII tiegħu; ifakkar li l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Finanzjarju joffri flessibilità ta' 10% tal-pjan ta' organizzazzjoni fil-każ ta' sitwazzjonijiet mhux previsti u għalhekk m'għandux jintuża bħala għodda prinċipali għall-promozzjoni ta' l-istaff;

57.  Iddeċieda fuq il-ħolqien ta' ħames impjiegi permanenti ġodda (4 AD5 u AST3 wieħed);

58.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 546 178 li jirrappreżentaw żieda ta' 1.82 % fuq il-baġit ta' l-2007;

Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni

59.  Iddeċieda bi qbil mal-Kumitat tar-Reġjuni li jerġa' jistabbilixxi t-tnaqqis standard fuq il-livell ta' 4%; għalhekk reġa' stabbilixxa l-approprijazzjonijiet korrispondenti;

60.  Iddeċieda dwar il-miżuri li ġejjin tal-pjan ta' organizzazzjoni:

- il-konferma ta' 15-il AD relatati mat-tkabbir tal-Bulgarija u r-Rumanija kif miftiehem mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit tiegħu (AD9 wieħed u 14-il AD5),

- il-ħoliqen ta' 10 impjiegi permanenti ġodda bħala AST relatati mat-tkabbir tar-Rumanija u l-Bulgarija (5 AST3 u 5 AST1); lest jeżamina l-possibilità li jinħolqu 7 impjiegi oħra bħala AST fil-ġejjieni minħabba dan it-tkabbir,

- il-ħolqien ta’ post ġdid ta’ Direttur permezz tal-promozzjoni ta’ post ta' AD14 għal AD15 li hu disponibbli fl-Unità għall-Komunikazzjoni, l-Istampa u l-Protokoll;

61.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 1 054 962 li jirrappreżentaw żieda ta' 6.12 %, inklużi l-ispejjeż relatati mat-tkabbir, fuq il-baġit ta' l-2007;

Taqsima VIII - L-Ombudsman

62.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 142 230 li jirrappreżentaw żieda ta' 4.36% fuq il-baġit ta' l-2007, skond il-prijoritajiet definiti mill-Ombudsman;

Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

63.  Jaqbel mal-Kunsill biex ma japplikax tnaqqis standard;

64.  Iddeċieda dwar il-ħolqien ta' l-erba' impjiegi mitluba u ffinanzjati għal sitt xhur kif ġej:

-      il-konferma ta' tliet impjiegi bħala AD li kien hemm qbil dwarhom mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit tiegħu (2 AD7 u AD9 wieħed),

-      il-ħolqien ta' impjieg ieħor bħala AST3 minflok AST9;

65.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 83 058 biex iżomm il-livell tiegħu ta' żvilupp, li jirrappreżentaw żieda ta' 7.10% fuq il-baġit ta' l-2007;

0

0 0

66. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni flimkien ma' l-emendi għal Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX ta' l-abbozz tal-baġit ġenerali lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonjiet l-oħra u l-korpi kkonċernati.

  • [1]  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L  390, 30.12.2006, p. 1).
  • [3]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [4]  ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. 1. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/708/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, ta' l-14.10.2005, p. 24).
  • [5]  Testi Adottati ta' din id-data, P6_TA(2007)0099.
  • [6]  Testi Adottati ta' din id-data, P6_TA(2007)0237.
  • [7]  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 415.
  • [8]  Testi Adottati ta' dik id-data, P6_TA(2006)0570.

NOTA SPJEGATTIVA

Ħarsa ġenerali lejn l-Intestatura 5 (Nefqa amministrattiva) sezzjonijiet oħra

Baġit ta’ l-Unjoni Ewropea għas-Sena 2008

1. Il-qafas plurijennali jiffissa l-limitu massimu ta’ l-intestatura 5 fl-2008 għal EUR 7,457,000,000 li jirrappreżenta żieda ta’ 4.8% fuq il-baġit ta’ l-2007. Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-Abbozzi Preliminari tal-Baġits (PDB) ta’ l-istituzzjonijiet, l-intestatura 5 tammonta għal EUR 7,286,417,754 li tħalli marġini ta’ EUR 170.58 miljun kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt.

Istituzzjonijiet

Baġit 2007

PDB 2008

Varjazzjoni

2007/2008

Differenza

2007/2008

Il-Parlament

1 397 460 174

1 436 400 000

38.939.826

2.8%

Il-Kunsill

593 528 212

598 770 000

5.241.788

0.88%

Il-Qorti tal-Ġustizzja

272 219 390

301 713 239

29 493 849

10.8%

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

121 080 000

134 510 000

13 430 000

11.1%

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

112 694 342

117 073 473

4.379.131

 

3.9%

Il-Kumitat tar-Reġjuni

67 099 232

73 137 594

6.038.362

9.0%

L-Ombudsman

8.152.800

8.535.000

382.200

4.7%

Ir-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

4.955.726

5.579.612

623.886

 

12.6%

Subtotal ta’ sezzjonijiet oħra

2.577.189.876

2.675.718.918

98.529.042

3.8%

Il-Kummissjoni (inkluż il-pensjonijiet)

4.365.200.000

4.610.698.836

245.498.836

 

5.6%

Total ta' l-Intestatura 5

6 942 363 000

7.286.417.754

344.027.878

5.0%

Marġini

172 637 000

170.582.246

 

 

Limitu Massimu ta' l-Intestatura 5

7 115 000 000

7 457 000 000

342.000.000

4.8%

* inkluż baġit ta’ emenda ta’ EUR 563,545

2. L-iskop ta’ dan id-dokument ta’ ħidma huwa li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-PDB ta’ l-istituzzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni, li se tiġi evalwata f’dokument ta’ ħidma separat.

3. Ir-rata medja taż-żieda fil-baġit ta’ l-istituzzjonijiet l-oħra hija ta’ 3.8% li hija fil-limitu massimu tat-tbassir tat-tkabbir previst fil-Qafas Plurijennali (MMF) 2007-2013.

4. Fir-riżoluzzjoni ta' linji gwida għall-baġit ta’ l-2008, il-Parlament talab lill-istituzzjonijiet biex jikkunsidraw il-baġit ta’ l-2007 bħala sena ta’ referenza u biex jillimtaw iż-żieda tal-baġit tagħhom skond ir-rata ta’ l-inflazzjoni minħabba li fl-2008 mhumiex previsti avvenimenti kbar li jiġġustifikaw żieda. L-awtorità baġitarja għandha tikkunsidra l-allokazzjoni ta’ fondi addizzjonali għal raġunijiet speċifiċi li jkunu ġustifikati b'mod xieraq biss.

5. Minkejja din ir-rakkomandazzjoni, ir-rapporteur josserva li l-PDB li ġie ppreżentat minn xi istituzzjonijiet ma jirriflettix dan it-tħassib għalkemm dan huwa l-mod kif tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet ta’ l-UE. Ir-rapporteur jistenna li l-istituzzjonijiet jikkontribwixxu b’mod aktar attiv lejn dan il-għan u għalhekk jirrakkomandalhom bis-sħiħ biex jipprijoritizzaw it-talbiet tagħhom.

6. Ir-riżoluzzjoni ta’ linji gwida tenfasizza wkoll il-ħtieġa tar-rinfurzar tal-koperazzjoni interistituzzjonali. Huwa mistenni rapport dwar din il-kwistjoni sa l-1 ta’ Lulju 2007.

7. Fir-rigward tal-persunal, ir-rapporteur iqis li l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-aħjar użu mir-rijorganizzazzjoni sabiex ikopru l-bżonnijiet tagħhom. Huwa jenfasizza li ftit huma l-istituzzjonijiet li jużaw din il-possibbilità.

8. Ġie applikat tnaqqis standard għall-approprijazzjonijiet fil-Kapitolu 11 (salarji għal uffiċjali u membri tal-persunal temporanju) biex jikkunsidra n-numru stmat ta’ impjiegi li għalihom m’hu se jsir l-ebda ħlas fl-2008. It-tnaqqis ivarja minn 0 sa 7%.

Il-Parlament Ewropew (Sezzjoni I)

PE

 

PDB 2008

1.436.400.000

Baġit 2007

1.397.460.174

Baġit 2006

1.321.600.000

Żieda totali 2008/2006

+ 8.68 %

Żieda totali 2008/2007

+ 2.8 %

 

 

Pjan ta' persunal 2008

5933

Pjan ta’ persunal 2007

5933

Tnaqqis standard

7%

9. Il-Parlament jistabbilixxi l-estimi tiegħu għal EUR 1,436.4 miljun, din hija żieda ta’ 2.8% fuq il-baġit ta’ l-2007 li hija konformi mar-riżoluzzjoni ta' linji gwida. Iż-żieda kienet ta’ EUR 55 miljun skond il-limitu massimu impost fuqu nnifsu ta’ 20% ta’ l-intestatura 5, li fil-bidu kienet prevista mill-Bureau, u li għandha tiġi allokata għal proġetti ġodda li jkunu fi stadju ta’ żvilupp. Dawn se jiġu evalwati meta proposti konkreti jiġu ppreżentati f’Settembru, filwaqt li titqies id-deċiżjoni tal-plenarja fuq il-livell tal-baġit. F’dan l-istadju se jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet f’approprijazzjonijiet li għandhom jiġu allokati għall-impjiegi ġodda.

10. Għal aktar dettalji, ara r-riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar l-estimi tal-Parlament għall-2008.

Il-Kunsill (Sezzjoni II)

Il-Kunsill

 

Estimi 2008

598,770,000 Eur

Baġit 2007

593,528,212 Eur

Outturn 2006

591,752,953 Eur

Żieda totali 2008/2006

+ 1.18%

Żieda totali 2008/2007

+ 0.88%

 

 

Pjan ta’ persunal 2008

3497

Pjan ta’ persunal 2007

3497

Tnaqqis standard

7%

11. L-estimi stabbiliti mill-Kunsill jammontaw għal EUR 598.7 miljun, li għat-tieni sena konsekutiva jikkorrispondu għal żieda li hija inferjuri għal 1%. Dan huwa possibbli minħabba n-nuqqas ta' talb għal impjiegi ġodda u tnaqqis sostanzjali fl-ispiża tal-bini wara x-xiri tal-bini LEX (- EUR 11.94 miljun fil-Kapitolu 20 ("bini u spiża relatata")), li jippermetti xi żidiet f’oqsma speċifiċi. B’mod partikolari, ġie allokat ammont ta’ EUR 15-il miljun taħt il-Kapitolu 10 0 ("approprijazzjonijiet proviżorji").

12. Għalhekk, is-sehem tal-Kunsill ta’ l-intestatura 5 jibqa’ f’livell ta’ 8.03% li huwa komparabbli ma’ l-aħħar 5 snin.

13. In-nefqa skond it-titolu 3 ("nefqa li tirriżulta min-naħa ta' l-istituzzjonijiet fit-twettiq tal-missjonijiet speċifiċi tagħhom") relatata ma' l-ESDP/CFSP tibqa’ f’livell komparabbli mas-snin riċenti f’EUR 38.52 miljun, li huwa tnaqqis ta’ EUR 1.86 miljun meta mqabbel mal-baġit ta’ l-2007.

14. Kuntrarju għall-istituzzjonijiet l-oħra, il-Kunsill ma jippreżentax l-estimi tiegħu lill-Kummissjoni. Wara l-eżami tal-proposti ta’ l-amministrazzjoni, l-approprijazzjonijiet jiġu vvutati fl-ewwel qari tal-baġit tal-Kunsill.

Il-Qorti tal-Ġustizzja (Sezzjoni IV)

15. Il-PDB tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa ffissat għal EUR 301.7 miljun u dan jirrappreżenta żieda ta’ 10.83% prinċipalment appoġġjata permezz tat-Titolu 1 ("persuni li jaħdmu ma’ l-istituzzjoni") u t-Titolu 2 ("bini, għamara, tagħmir u nefqa mixxellanja marbuta ma' l-operat") ;

ECJ       

 

PDB 2008

301,713,239 Eur

Baġit 2007

272,219,390 Eur

Baġit 2006 (inkl. AB 6/2005)

250,338,602 Eur

Żieda totali 2008/2006

20.52 %

Żieda totali 2008/2007

10.83%

 

 

Pjan ta’ persunal 2008

Kariga ġdida mitluba

1904

22

Pjan ta’ Persunal 2007

1882

Promozzjonijiet fil-grad mitluba

94

Tnaqqis standard

3%

16. Skond it-titolu 1, bl-eċċezzjoni ta’ l-indiċjar tas-salarji u l-promozzjonijiet fil-grad stipulati mir-regolamenti tal-Persunal, il-Qorti tal-Ġustizzja qed titlob 22 impjieg ġdid: 9 impjiegi temporanji għall-uffiċċji ta’ l-Avukati Ġenerali u l-President tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili, u 13-il impjieg permanenti biex jirrinfurzaw l-amministrazzjoni.

17. Barra minn dan, wara l-ftehima ta’ l-awtorità baġitarja biex tirrekluta, bħala aġenti b’kuntratt, 5 qarrejja tal-provi fil-lingwi ewlenija, il-Qorti tal-Ġustizzja qed titlob biex tirrekluta t-tielet qarrej tal-provi fl-10 lingwi li jifdal. Għalhekk qed jiġi propost rinfurzar ta’ EUR 370,000 għas-suġġett korrispondenti.

18. Skond it-titolu 2, jinħtieġu EUR 30.6 miljun addizzjonali, li huma +7% aktar mill-baġit tas-sena 2007. Dawn se jiffinanzjaw it-tieni ħlas tan-New Palais (EUR 17.2 miljun) u l-ispejjeż relatati ma’ l-attrezzar, l-għamara u t-tagħmir (EUR 13.4 miljun) sabiex il-Qorti timxi fil-binjiet il-ġodda matul it-tieni nofs tas-sena. Mill-2009 ’il quddiem, il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tħallas l-istess ammont kull sena (EUR 30 miljun) lill-Istat tal-Lussemburgu f’rimbors tal-kera għal żmien twil (20 sena) sakemm il-Qorti tkun tista’ tagħmel ħlasijiet antiċipati.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri (ECA) (Sezzjoni V)

ECA

 

Estimi 2008

134 510 000

Baġit 2007

121 080 000

Baġit 2006

113 196 491

Żieda totali perċentwali

11.09%

Pjan ta’ Persunal 2008

Karigi ġodda mitluba

858

22

Pjan ta’ Persunal 2007

836

Tnaqqis standard

4,07%

19. Il-PDB tal-Qorti ta’ l-Awdituri huwa ffissat għal EUR 134.5 miljun, liema ammont jikkorrispondi għal żieda ta’ 11.09% aktar mill-baġit ta’ l-2007. 4.96% minn din iż-żieda hija kkunsidrata bħala "nefqa li ma tistax tiġi evitata".

20. Fil-fatt il-baġit ta’ l-2008 jinkludi t-tiġdid tal-mandati ta’ seba’ membri tal-Qorti (EUR +1.1 miljun) u l-ħolqien ta’ 22 impjieg ġdid (18-il awditur u 4 postijiet fit-taqsima amministrattiva) tnejn minn dawn l-impjiegi jirriżultaw mill-impenn li ttieħed is-sena li għaddiet mill-Parlament “biex joħloq żewġ postijiet oħra fis-sena finanzjarja ta’ l-2008”. L-oħrajn huma reazzjoni priċipalment għall-kritika magħmula fir-rapport ta' kwittanza.

21. Fir-rigward tal-bini, il-Qorti jkollha taffaċċja l-modernizzazzjoni tal-bini K1 sabiex isir konformi mar-regoli tas-saħħa u tas-sigurtà ta’ l-Istat tal-Lussemburgu (EUR + 4.99 miljun).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ESC) u l-Kumitat tar-Reġjuni (CoR)

22. Il-PDB ppreżentat miż-żewġ kumitati jinkludi l-kontinwazzjoni tas-servizz konġunt tagħhom fil-qafas ta’ ftehima ġdida ta’ kooperazzjoni li għadha qed tiġi nnegozjata. Diċembru li għadda l-awtorità baġitarja talbet biex tirċievi t-tiġdid tiegħu sa Lulju 2007 sabiex ikollha żmien biex tikkunsidra l-konsegwenzi matul il-proċedura baġitarja. Nuqqas ta’ ftehim fi stadju bikri tal-proċedura jista’ jinftiehem ħażin speċjalment meta wieħed mill-kumitati talab żieda fis-sehem tiegħu tas-servizz konġunt ta’ 2.7% (ESC) u l-ieħor ta’ 8.38% (CoR). Għalhekk, ir-Rapporteur jistieden bis-sħiħ liż-żewġ kumitati biex jikkonkludu n-negozjati tagħhom malajr.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Sezzjoni VI)

ESC

 

PDB 2008

117 073 473

Baġit 2007

112 694 342

Baġit 2006

107 984 805

Żieda totali 2008/2006

+ 8.41%

Żieda totali 2008/2007

+ 3.88 %

 

 

Pjan ta’ persunal 2008

Karigi ġodda mitluba

705

10

Pjan ta’ persunal 2007

695

Tnaqqis standard

3,5%

23.  Il-PDB tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa ffissat għal EUR 117.07 miljun, li jikkorrispondi għal żieda ta’ 3.88% fuq il-baġit ta’ l-2007. Kif irrakkomandat fir-riżoluzzjoni tal-linji gwida, iż-żieda tan-nefqa ta' l-operat hija viċin tar-rata ta’ l-inflazzjoni. Il-bqija taż-żieda hija għal nefqa fuq il-bini minkejja l-'frontloading' ta’ EUR 1.99 miljun mill-2006 għall-2007 biex jiġu attrezzati ż-żewġ binjiet ġodda (Remorqueur u Van Maerland) u l-ispejjeż relatati tekniċi u dawk marbuta ma’ l-uffiċini (EUR +1.3 miljun aktar mill-bilanċ 2007).

24.  Għall-ewwel darba, l-ESC ppropona li jkopri parti mill-bżonnijiet tiegħu billi jorganizza mill-ġdid 10 impjiegi sabiex jillimita t-tkabbir tal-pjan ta’ persunal tiegħu. Madankollu qed jintalbu 10 impjiegi ġodda biex jirrinfurzaw is-segretarjat ġenerali u r-reġistru, żewġ direttorati responsabbli għal xogħlijiet ta’ konsulenza u d-direttorat għar-riżorsi umani u finanzjarji.

25.  Fl-istess ħin l-ESC talab ir-rinfurzar ta’ l-approprijazzjoni allokata għal-linji tal-baġit għal aġenti fuq kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati.

Kumitat tar-Reġjuni (Sezzjoni VII)

CoR

 

PDB 2008

73 137 594

Baġit 2007

67 099 232

Baġit 2006

63 362 670

Żieda totali 2008/2006

+ 15.42 %

Żieda totali 2008/2007

+ 9%

 

 

Pjan ta’ Persunal 2008

Karigi ġodda mitluba

500

34

Pjan ta’ Persunal 2007

466

Tnaqqis standard

3%

26.  Il-PDB tal-Kumitat tar-Reġjuni huwa stabbilit għal EUR 73.1 miljun li jikkorrispondu għal żieda ta’ 9% fuq il-baġit ta’ l-2007. Prinċipalment, dan huwa minħabba d-deċiżjoni li tiddiferixxi t-talba għall-ħolqien ta’ 32 impjieg mhux lingwistiku, relatati maż-żieda tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-baġit ta’ l-2008. Il-CoR jitlob ukoll il-ħolqien ta’ żewġ postijiet addizzjonali biex jirrinfurzaw l-amministrazzjoni tiegħu.

27.  B’mod parallel, il-CoR iddeċieda li jiżviluppa proġett ġdid "Pjattaforma ta’ Liżbona" (EUR +0.79 miljun) biex isib modi biex jikkontribwixxi għall-inizjattiva ta’ l-UE għall-ħolqien ta' aktar tkabbir u impjiegi fl-ekonomija ta’ l-UE u għaldaqstant biex tiġi rrinfurzata l-istrateġija fil-komunikazzjoni billi "nressqu l-UE eqreb lejn iċ-ċittadini" (EUR +0.133 miljun).

Ombudsman (Sezzjoni VIII)

 

 

PDB 2008

8,535,000 Eur

Baġit 2007

8,152,800 Eur

Outturn 2006

6,770,255 Eur

Żieda totali 2008/2006

+26.06%

Żieda totali 2008/2007

+ 4.69%

 

 

Pjan ta’ persunal 2008

57

Pjan ta’ persunal 2007

57

Tnaqqis standard

xejn

28.  Iż-żieda fuq il-baġit ta’ l-2007 tammonta għal EUR 383,000 li ħafna minnha hija assorbita bl-indiċjar ta’ salarji u l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet (11 AST u 1 AD).

29.  Sa mill-2006 l-Ombudsman laħaq ir-ritmu normali fil-ħidma tiegħu u dan jagħmilha possibbli biex huwa jlaħħaq mal-volum ta’ lmenti li jirċievi kull sena miċ-ċittadini, li jammontaw għal madwar 3,800. F’dan il-kuntest, għat-tieni sena, l-Ombudsman ma jitlobx postijiet għal impjiegi ġodda. Għalhekk m'hu qed isir l-ebda tnaqqis standard għall-baġit tiegħu.

Ir-Regolatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (Sezzjoni IX)

EDPS

 

PDB 2008

5,579,612 Eur

Baġit 2007

4,955,726 Eur

Outturn 2006 *

3,807,087 Eur

Żieda totali 2008/2006

+ 46.56%

Żieda totali 2008/2007

+ 12.59%

 

 

Pjan ta’ persunal 2008

Karigi mitluba

33

(1AD9, 2AD7 u 1AST9)

Pjan ta’ persunal 2007

29

Tnaqqis standard

xejn

* inkluż il-baġit supplimentari adottat matul l-eżerċizzju

30.      Bħala istituzzjoni riċenti, l-EDPS isegwi l-espansjoni tiegħu u jippreżenta baġit b’ammont ta’ EUR 5.57 miljun (+12,59%). Bl-eċċezzjoni ta’ l-indiċjar ta’ salarji u żewġ promozzjonijiet fil-grad, huwa jinkludi l-ħolqien ta’ 4 impjiegi permanenti ġodda ffinanzjati għas-sena sħiħa. Bħal fis-snin ta’ qabel, l-impjiegi huma previsti fi gradi ogħla mill-grad bażiku rrakkomandat fir-regolamenti tal-persunal, biex jibbenefikaw mit-trasferiment ta’ persunal esperjenzat minn istituzzjonijiet oħra.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(2007/2019(BUD))Taqsima I - Parlament Ewropew

Rapporteur għal opinjoni: Peter Šťastný

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.  Jenfasizza li l-Parlament u l-Unjoni Interparlamentari, organizzazzjoni internazzjonali bbażata f'Ġinevra, ilhom mill-2002 jorganizzaw u jiffinanzjaw flimkien il-"Konferenza Parlamentari dwar l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ" (WTO), mekkaniżmu permanenti ta' sorveljanza parlamentari fuq id-WTO;

2.  Jinnota li l-għan ewlieni tal-"Konferenza Parlamentari dwar l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ" hu li jtejjeb it-trasparenza esterna tad-WTO u li jġegħelha tagħti rendikont lil-leġiżlaturi bħala r-rappreżentanti eletti mill-poplu; jinnota wkoll li dan huwa forum fejn membri mill-parlamenti tad-dinja kollha jparttu l-fehmiet, it-tagħrif u l-esperjenzi tagħhom dwar kwistjonijiet ta' kummerċ internazzjonali u jagħtu dimensjoni parlamentari lid-WTO billi: i) jissorveljaw l-attivitajiet tad-WTO u jippromwovu l-effikaċja u s-sens ta' ġustizzja tagħhom; ii) jippromwovu t-trasparenza tal-proċeduri tad-WTO u jtejbu d-djalogu bejn il-gvernijiet, il-parlamenti u s-soċjetà ċivili; u iii) jibnu l-kapaċità fil-parlamenti fi kwistjonijiet ta' kummerċ internazzjonali u jeżerċitaw l-influwenza tagħhom fuq id-direzzjoni li jieħdu d-diskussjonijiet fi ħdan id-WTO;

3.  Itenni l-għan dikjarat tiegħu li n-negozjati tad-WTO jibdew jimxu id f'id mal-proċess parlamentari; jenfasizza, għalhekk, li fil-ġejjieni se jkun hemm il-ħtieġa kontinwa li tiġi ffinanzjata din l-attività kruċjali; jinnota, f'dan ir-rigward, li fl-2008 se ssir żgur is-Sessjoni Annwali tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO, jew fl-istess żmien tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO - jekk issir - jew inkella fi Brussell jew f'Ġinevra u li se jsiru żewġ sessjonijiet tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Konferenza f'Ġinevra.

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

Numru tal-proċedura

C6-0000/2007 - 2007/2019B(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

Koperazzjoni iktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Peter Šťastný
28.2.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

17.7.2007

11.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Graham Booth, Carlos Carnero González, Daniel Caspary, Ignasi Guardans Cambó, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Eduard Raul Hellvig, Jacky Henin, Sajjad Karim, Caroline Lucas, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Małgorzata Handzlik, Pia Elda Locatelli, Carl Schlyter

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (3.10.2007)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena 2008
(2007/2019B(BUD))Taqsima VIII (A) - Ombudsman Ewopew

Rapporteur għal opinjoni: Luciana Sbarbati

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ħa nota ta' l-istimi ta' l-Ombudsman Ewropew dwar ir-rekwiżiti tiegħu tal-baġit għas-sena 2008, li ssottometta lill-President tal-Parlament Ewropew b'ittra datata l-4 ta' April 2007, skond l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

Kulħadd jaf li l-Ombudsman għandu medda ta' attivitajiet differenti. Barra mill-attività prinċipali li jeżamina l-ilmenti u jmexxi l-investigazzjoni, maż-żmien żviluppaw attivitajiet kumplimentari, bħall-koperazzjoni fin-netwerk Ewropew ta' l-Ombudsman, u attivitjiet sussiddjarji, bħall-komunikazzjoni, li dan l-aħħar saret tinqasam fi strateġija ta' relazzjonijiet pubbliċi fi tliet partijiet, l-istrutturar mill-ġdid tal-websajt u l-komunikazzjoni mmirata lejn kategoriji u gruppi ta' utenti. Barra minn dawn, hemm attivitajiet amministrattivi u ta' mmaniġġjar, kemm orizzontali u kemm dawk li jappoġġaw l-attivitajiet mmirati lejn il-pubbliku li javviċina lill-Ombudsman.

Il-figuri finali għall-2006 juru li l-ispiża fuq l-istaff u l-ispejjeż ta' l-attivtajiet relatati mill-qrib mal-mandat ta' l-Ombudsman, jakkontaw għal mhux aktar minn 48% tat-total, filwaqt li dawk li jikkonċernaw il-komunikazzjoni u s-servizzi orizzontali jakkontaw għal 21% u 24% rispettivament.

F'dak li jirrigwarda t-tagħbija tax-xogħol relatata ma' l-ilmenti, il-figuri għall-ewwel tliet xhur ta' l-2007 jidhru li jikkonfermaw li l-livell irrekordjat fis-sentejn ta' qabel baqa' stabbli. Fuq din il-bażi, l-ispiża pproġettata għall-baġit ta' l-Ombudsman għall-2008 m'għandiex tinbidel ħafna.

L-approprijazzjonijiet totali mitluba jammontaw għal € 8,252,800, li jirrappreżentaw żieda ta' € 382,200 ekwivalenti għal żieda ta' 4.69% fuq il-baġit ta' l-2007. Għall-istess perjodu, il-Parlament Ewropew qed jipproġetta nefqa ta' € 1,491,400,000, li tirrappreżenta żieda ta' 6.7% meta mqabbla mas-sena ta' qabel. F'dan il-kuntest, il-baġit juri biċ-ċar li n-nefqa fuq l-istaff, li hija entratura fissa, takkonta għal 75.4% tat-total. Għalkemm l-istabbilizzazzjoni tat-tagħbija tax-xogħol rażżnet it-tkabbir fil-pjan ta' sabbiliment, li kważi rdoppja bejn l-2003 u l-2006, minn 31 post għal 57 post bħalissa, l-akbar żieda fin-nefqa, ekwivalenti għal żieda ta' 4.65%, hija riżultat ta' titjib fi 12-il pożizzjoni (11 ASTs u 1 AD), meta mqabbel ma' żieda ta' 3% fin-nefqa għal dak il-għan fil-baġit tal-Parlament Ewropew.

Il-politika l-ġdida dwar it-traduzzjoni, li tinvolvi koperazzjoni maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi ta' l-UE, is-simplifikar tad-dokumenti ta' ħidma prinċipali, l-għażla tad-dokumenti li jiġu tradotti u tpoġġija ta' wħud minnhom, f'verżjoni qasira, fuq l-Internet ma jidhirx li ta frott, partikolarment f'termini ta' tnaqqis ta' spejjeż. Jidher li għajn oħra ta' nefqa għall-2008 se tkun iż-żieda fil-prezz ta' kull paġna (li żdied minn €42.50 għal €59.60) tradotta għall-Ombudsman tal-Parlament Ewropew. Dan iġib miegħu żieda ta' 13% fin-nefqa fuq din l-entratura, meta mqabbla ma' l-2007. Ir-Rapporteur mhux biss ma tissottovalutax l-importanza tas-servizzi ta' l-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni bħala mezzi għal forom differenti ta' djalogu mal-pubbliku, imma tappoġġja wkoll t-titjib tagħhom, sabiex jitnaqqs iż-żmien meħtieġ mill-Membri individwali biex jaċċedu għad-dokumenti, bil-għan li jittejbu l-proċeduri kollha; barra min hekk, tistieden lill-Ombudsman sabiex jiddiversifika l-għejun tiegħu ta' traduzzjoni billi jagħżel l-aktar mod ekonomiku - iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni u t-tradutturi freelance - u anki sabiex itejjeb il-prestazjoni kontrattwali tagħhom f'termini ta' ħeffa u effettività fil-prodott tagħhom.

Fl-aħħar, ir-Rapporteur tħeġġeġ lill-Ombudsman sabiex jgħamel użu sħiħ tal-potenzjal kollu offrut mill-ftehima l-ġdida ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet, iffirmata fil-15 ta' Marzu 2006 u daħlet fis-seħħ f'April 2006. F'dan ir-rigward tistiednu sabiex iressaq rapport dwar ir-riżultati u evalwazzjoni aġġornata tar-riżultati tal-ftehima, partikularment fis-setturi prinċipali tat-traduzzjoni u t-teknoloġija informatika (Artikoli 7 u 12), fejn huwa possibbli li jinkiseb l-ogħla grad ta' sinġergija, f'relazzjoni mal-parallelli bejn l-attività prinċipali ta' l-Ombudsman u l-attività aktar vasta tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet.

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1)  jikkunsidra li ż-żieda ta' 4.69% fil-baġit tista' tkun approvata, jekk jinżamm kont ta' l-impatt ta' l-inflazzjoni u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja kif imbassara mill-Kummissjoni, sakemm tkun rappreżentata bħala limitu ta' referenza għall-futur jekk l-istabbilizzazzjoni tal-livell ta' lmenti jkompli;

2)  jinsab kuntent li l-Ombudsman irnexxielu jiġġenera tfaddil f'xi linji tal-baġit, minkejja li fuq skala iżgħar minn ta' l-2007, u jinkoraġġixxih sabiex ikompli fil-politika ta' tqassim mill-ġdid tat-tfaddil min-nefqa fil-baġit tiegħu;

3)  jistaqsi lill-Uffiċċju ta' l-Ombudsman sabiex jieħu approċċ multiannwali ta' l-ispejjeż għat-titjib tal-postjiet ta' l-istaff (12 fl-2008, inklużi 11 AST u 1 AD), u sabiex jagħti raġunijiet, każ b'każ, fir-rapport annwali, għall-użu fil-possibilitajiet ta' progress fil-karriera, billi jindika l-kriterji varji wżati fil-promozzjonijiet;

4)  jappoġġja l-metodu aktar elastiku ta' l-Ombudsman lejn il-poltika tat-traduzzjoni, immirata li tagħmel id-dokumenti ta' ħidma prodotti aktar addattati għal-bżonnijiet ta' l-utenti;

5)  jistieden lill-Ombudsman sabiex jirrazzjonalizza l-ispejjeż tat-traduzzjoni, u għal dak il-għan, sabiex jagħmel użu mis-servizzi barra mill-Parlament Ewropew, billi juża mezzi kuntrattwali biex iżid id-diversifikazzjoni ta' l-għejun użati u, fl-istess ħin, biex jottimizza r-riżultati miksuba minnhom;

6)  ifakkar lill-partijiet fil-Ftehima Interistituzzjonali tal-15 ta' Marzu 2006, fil-bżonn li jkun hemm konformità stretta mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(4) rigward il-ħlas għas-servizzi ta' koperazzjoni, fuq il-bażi ta' stimi ġusti, trasparenti u raġjonevoli;

7)  jistieden lill-Ombudsman sabiex iħejji rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehima l-ġdida ta' koperazzjoni mal-Parlament Ewropew, li ilħa fis-seħħ għal aktar minn sena, billi jindika liema kienu l-benefiċċji, il-limitazzjonijiet jew l-ostakoli tagħha, kif ukoll juri liema huma l-opportunitajiet li jistgħu jkunu sfruttati, partikolarment fis-setturi prinċipali ta' l-interpretazzjoni, it-traduzzjoni u t-teknoloġija informatika.

PROĊEDURA

Titolu

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena 2008

Konsultazzjoni mal-PE

C6-0289/2007 - 2007/2019B(BUD)

Kumitat responsabbli
  Awtorizzazzjoni tat-data mħabbra fis-seduta plenarja

PETI

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Luciana Sbarbati
2.5.2007

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

17.7.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+ :

– :

0 :

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Busuttil, Michael Cashman, Proinsias De Rossa, Alexandra Dobolyi, David Hammerstein, Marian Harkin, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lasse Lehtinen, Marcin Libicki, Miguel Angel Martínez Martínez, Maria Matsouka, Manolis Mavrommatis, Mairead McGuinness, Gay Mitchell, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Kathy Sinnott, Radu Ţîrle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Carnero González, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

8.10.2007

Kummenti (disponibbli b’lingwa waħda biss)

 

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti ta' l-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Referenzi

C6-0288/2007 – 2007/2019B(BUD)

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
24.9.2007

Referenza għal opinjoni - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

KOLLHA

24.9.2007

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Ville Itälä
13.12.2006

Rapporteur(s) preċedenti

Louis Grech

Data tat-tħejjija ta' l-abbozz tal-baġit ġenerali mill-Kunsill

13.7.2007

Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz tal-baġit ġenerali

10.9.2007

Ittra/i ta' emenda

 

 

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Gérard Deprez, Brigitte Douay, James Elles, Göran Färm, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Gérard Onesta, Esko Seppänen, László Surján, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Bárbara Dührkop Dührkop, Marusya Ivanova Lyubcheva, Paul Rübig

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

16.10.2007

Kummenti
(informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...