RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru ta' l-istokkijiet tat-tunnaġġ fil-Lvant ta' l-Atlantiku u l-Mediterran

24.10.2007 - (COM(2007)0169 – C6‑0110/2007 – 2007/0058(CNS)) - *

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Iles Braghetto

Proċedura : 2007/0058(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0408/2007
Testi mressqa :
A6-0408/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru ta' l-istokkijiet tat-tunnaġġ fil-Lvant ta' l-Atlantiku u l-Mediterran

(COM (2007)0169 – C6‑0110/2007 –2007/0058 (CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0169),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0110/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0408/2007),

1.  japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni sabiex timmodifika l-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250, paragrafu 2, tat-Trattat KE;

3.  jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid, jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika b'mod sostanzjali l-proposta tal-Kummissjoni;

5.  jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 3a (ġdid)

 

L-Artikolu 3a

 

Mill-anqas xahar qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni l-listi ta' bastimenti u nases msemmija fl-Artikoli 12 u 13, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni b'mod elettroniku pjan ta' sajd li jindika n-numru ta' bastimenti u nases li għalihom għandhom il-ħsieb li jitolbu liċenzji tas-sajd, flimkien ma' informazzjoni rigward l-isforz ta' sajd mistenni.

 

Kull Stat Membru għandu jiżgura li n-numru ta' bastimenti u ta’ nases inklużi fil-pjan ta' sajd huwa pproporzjonali mal-kwota li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-imsemmi Stat Membru għat-tunnaġġ.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha titlob li l-pjanijiet tas-sajd jitressqu skond il-ftehimiet dwar is-sajd - anki fil-każ li l-ammonti tal-ħut jinsab fi stat bijoloġiku tajjeb. Peress li l-akbar problema relatata mas-sajd tat-tunnaġġ hija l-kapaċità tal-flotta li taqbeż il-kwoti disponibbli, it-tressiq ta' tali pjanijiet huwa aktar ġustifikat f'dan il-każ, kif diġà ammettiet il-Kummissjoni stess, li impenjat ruħha li tinkludi dan ir-rekwiżit fir-regolament.

Emenda 2

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Kull Stat Membri jista' jalloka l-kwota tiegħu tat-tonn lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u nases irreġistrati minnhom li huma awtorizzati għas-sajd attiv tat-tonn.

1. Kull Stat Membru jista' jalloka l-kwota tiegħu tat-tunnaġġ lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u lin-nases irreġistrati minnu, li huma awtorizzati għas-sajd attiv tat-tunnaġġ u li huma inklużi fil-pjan ta' sajd imsemmi fl-Artikolu 3a.

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza ma' l-emenda relatata ma’ l-Artikolu 3a (ġdid).

Emenda 3

Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2 a. Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-kapaċità tiegħu li jsemmen u jrabbi tkun konsistenti mal-Qabdiet Totali Permessi (TAC) tat-tunnaġġ fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran.

Ġustifikazzjoni

Kif jinnota r-Rapporteur, in-numru ta' farms għat-tismin tat-tunnaġġ kiber mingħajr ma neċessarjament kien hemm koerenza mat-TAC tas-sajd għal dik l-ispeċi. Jeħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi relazzjoni bejn il-kapaċitajiet tal-farms tat-tismin u l-kwoti li għandu, u jekk dan ma jsirx ma jkunx hemm tnaqqis fil-pressjoni li qed issir fuq il-kwantitajiet ta' ħut - li, wara kollox, huwa l-iskop tal-pjan ta' rkupru.

Emenda 4

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Is-sajd għat-tonn minn bastimenti ta' aktar minn 24 m, tas-sajd pelaġiku fuq skala kbira bil-konzijiet, għandhom ikunu pprojbiti fil-Lvant ta' l-Atlantiku u l-Mediterran, bl-eċċezzjoni taż-żona mill-Punent ta' 10°W u mit-Tramuntana ta' 42° N, matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju sal- 31 ta' Diċembru.

1. 1. 1. Is-sajd għat-tunnaġġ minn bastimenti ta' aktar minn 24 m, tas-sajd pelaġiku fuq skala kbira bil-konzijiet, huwa pprojbit fil-Lvant ta' l-Atlantiku u fil-Mediterran, matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju sal- 31 ta' Diċembru.

Ġustifikazzjoni

Li jiġu aċċettati derogi għal ċerti zoni tas-sajd ikun imur kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-komunità xjentifika kollha u l-fehma appoġġjata mill-maġġoranza ta' l-Istati Membri. Fil-fatt, dawn id-derogi m’għandhomx ikunu ġġustifikati skond il-profil bijoloġiku peress li l-istokk tal-Mediterann u ta' l-Atlantiku huwa l-istess u l-uniku wieħed. Barra minn hekk, miżuri bħal dawn jintroduċu distorsjonijiet kbar fil-mekkaniżmu tal-kompetizzjoni u jwasslu sabiex is-sajd ikun intensifikat f'dawk iż-żoni mmirati għal dan billi anki jintervjenu dawk il-flotot li tradizzjonalment m’humiex interessati f’dawn iż-żoni tas-sajd.

Emenda 5

Artikolu 5, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Is-sajjieda (ekwipaġġ u sidien) se jingħataw kumpens finanzjarju mill-Fond Ewropew għas-Sajd matul il-perjodu ta' waqfien mis-sajd, skond l-għanijiet tal-pjanijiet ta' rikostruzzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) nru 2371/2002.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li wieħed jaħseb għal kumpensi finanzjarji għall-ekwipaġġ marittimu għal matul il-perjodu ta' waqfien mis-sajd.

Emenda 6

Artikolu 7, paragrafu 2

2. B'deroga mill-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, daqs minimu għat-tonn (Thunnus Thynnus) ta' 8kg għandu japplika għat-tonn li ġej:

imħassar

(a) tonn maqbud fil-Lvant ta' l-Atlantiku minn bastimenti tas-sajd bil-qasba, bastimenti tas-sajd bir-rixa u bastimenti tas-sajd pelaġiku bix-xbieki tat-tkarkir;

 

(b) tonn maqbud fil-Baħar Adrijatiku għal skopijiet ta' trobbija fil-farms.

 

Ġustifikazzjoni

Li jiġu aċċettati derogi għal ċerti zoni tas-sajd ikun imur kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-komunità xjentifika kollha u l-fehma appoġġjata mill-maġġoranza ta' l-Istati Membri. Fil-fatt, dawn id-derogi m’għandhomx ikunu ġġustifikati skond il-profil bijoloġiku peress li l-istokk tal-Mediterann u ta' l-Atlantiku huwa l-istess u l-uniku wieħed. Barra minn hekk, titnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli. Irid ikun enfasiżżat li diġà teżisti deroga għall-Bajja ta' Biscay (6.4 kg flok 10).

Emenda 7

Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

In-numru ta’ bastimenti li jidher fuq il-lista għandu jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet u l-kalkolu ta’ l-isforz tas-sajd previst mill-pjan ta’ sajd imsemmi fl-Artikolu 3a.

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza ma' l-emenda relatata ma’ l-Artikolu 3a (ġdid).

Emenda 8

Artikolu 13, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

In-numru ta’ nases li jidher fuq il-il-lista għandu jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet previsti mill-pjan ta’ sajd imsemmi fl-Artikolu 3a.

 

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza ma' l-emenda relatata ma’ l-Artikolu 3a (ġdid).

Emenda 9

Artikolu 17, paragrafu 5 a (ġdid) 5a.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd għat-tunnaġġ jieqfu immedjatament f'dawk l-Istati Membri li ma jirrispettawx id-data ta' skadenza għar-rappurtaġġ stabbilita fil-paragrafu 5.

Ġustifikazzjoni

Peress li fl-2007 ċerti Stati Membri ma kinux kapaċi jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jagħmlu rapport u peress li sussegwentement kien hemm eċċess fl-ispiża f'dak li jirrigwarda ċerti allokazzjonijiet nazzjonali, jeħtieġ li l-attivitajiet ta’ sajd nazzjonali jiġu mwaqqfa milli jkomplu meta l-Istat Membru ma jipprovdi l-ebda dejta dwar il-qabdoet ta' ħut.

Emenda 10

Artikolu 21, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fuq il-bażi tad-dejta dwar il-qabdiet ta’ ħut ipprovduta min-nases u sabiex ikollha għajn importanti ta' informazzjoni għall-monitoraġġ tas-sitwazzjjoni ta’ l-istokkijiet t-tunnaġġ, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat ta' l-ICCAT, għandha tħejji pjan biex in-nases ta’ l-Atlantiku jiġu rijabilitati u biex dawk in-nases li m’għadhomx attivi aktar fil-Mediterran jiġu stabbiliti mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din huwa li jkun ippreservat metodu sostenibbli ta’ sajd tat-tonn li jidher li hu selettiv ħafna.

Emenda 11

Artikolu 24, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. L-Istati Membri għandhom jikkollaboraw fl-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar miżuri ta’ infurzar fir-rigward tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li dwarhom ikun ġie kkonfermat li ma kinux qed jirrispettaw l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-armonizzazzjoni tal-miżuri ta’ penali għandhom jippermettu li jkunu evitati diskrepanzi bejn l-Istati Membri differenti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

NOTA SPJEGATTIVA

Fl-aħħar ta' Novembru tas-sena li għaddiet, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) adottat, taħt forma ta' rakkomandazzjonijiet, pjan speċifiku biex tirrispondi għat-tħassib ta' l-ambjenti xjentifiċi wara l-kundizzjoni kritika ta' l-istokkijiet minħabba sforz eċċessiv tas-sajd. Fi ftit kliem il-pjan jaħseb għal:it-tnaqqis progressiv tal-kwota ta' qbid (sa 20% fl-2010 meta mqabbel ma' l-2006), iż-żieda ta' daqs minimu minn 10 għal 30 kilogrammi b'derogi (8 kilogrammi) għas-sajd fil-Bajja ta' Biscay u għall-qbid fl-Adrijatiku għat-tkabbir fil-gaġeġ. Irid ikun enfasiżżat li diġà teżisti deroga għall-Bajja ta' Biscay (6.4 kg flok 10). Barra minn hekk, huwa previst li jiġu limitati l-perjodi tas-sajd u li jiġu pprojbiti, għas-sajd bil-konz tal-qiegħ, mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru u, għas-sajd bit-tartarun, mill-ewwel ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru, kif ukoll li jiġu rrinfurzati l-miżuri ta' kontroll maħsuba biex jiġi mwaqqaf milli jsir is-sajd illegali.

Il-opinjoni tar-Rapporteur, b'mod ġenerali, hija favur il-proposta ta' regolament li qed tiġi kkunsidrata. Josserva li madankollu li ċerti punti jibqgħu miftuħa għall-aġġustament.

Il-pjan ta' rikostruzzjoni ta' l-istokkijiet tat-tunnaġġ b’mod notevoli ġie kkritikat ħafna, b'hekk ġiet evidenzjata perċezzjoni differenti fost l-esperti xjentifiċi u dawk involuti fl-attività tas-sajd, dwar l-obbligu li r-risorsi jiġu salvagwardjati.

Għandha ssir enfasi fuq il-ħtieġa li tkun magħrufa aħjar id-dejta miġbura u li jkun stabbilit kriterju omoġenju ta' interpretazzjoni sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni ta’ l-istat tar-riżorsi fuq bażijiet xjentifiċi solidi.

Derogi

Ir-rapporteur jifraħ biż-żieda, għal 30 kg, introdotta fid-daqs minimu, sakemm ikun hemm trattament ugwali għall-flotot kollha. Jekk se jiddaħħal l-iddivrenzjar skond il-karattru tradizzjonali ta’ l-attivitajiet tas-sajd, din l-ugwaljanza trid tkun applikata bl-istess kundizzjonijiet.

Jekk, fil-fatt, is-sitwazzjoni ta' sopravivenza ta' l-istokkijiet hija daqshekk kritika, kemm id-derogi dwar l-iżgħar daqs u kemm dawk, fuq skala iżgħar, dwar iż-żmien ta' waqfien mis-sajd, m’humiex aċċettabbli. Fil-fatt, dawn id-derogi ma jkunux iġġustifikati skond il-profil bijoloġiku peress li l-istokk tal-Mediterann u ta' l-Atlantiku huwa l-uniku u l-istess wieħed. Barra min hekk, dan inaqqas l-effikaċja tal-kontrolli.

Kontrolli

Is-sajd illegali huwa meqjus bħala wieħed mill-akbar ostakoli fit-tħaris ta' l-istokkijiet tat-tunnaġġ. Il-proposta ta' regolament tiddeskrivi u taffronta l-problema b'mod ċar u tond. Ir-regolament jaħseb għal kontrolli akbar waqt il-fażijiet varji tas-sajd. X'impatt jista' jkollhom dawn il-kontrolli fuq is-sajd illegali? Huwa meqjus li l-effikaċja tal-kontrolli tista' tiġi msaħħa jekk ikun hemm kolloborazzjonji vera bejn il-kategoriji professjonali differenti u l-awtorità nazzjonali u lokali. Għal dan il-għan, huwa indispensabbli li jkun hemm il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri fil-proċess ta' deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' l-introduzzjoni tal-prinċipju ta' inizjattiva ta' l-Istati Membri.

Il-kwistjoni dwar il-miżuri li jippenalizzaw u dwar is-suġġetti li għalihom japplikaw il-penali, għadha miftuħa. Il-kwistjoni tirrigwarda l-eżistenza ta' miżuri effikaċi u li fuqhom hemm qbil għall-ġlieda kontra l-problema ta' l-illegalità fil-pajjiżi varji, u ta' miżuri ta' protezzjoni tas-sajjieda li, għall-kuntrarju, jaħdmu b'mod trasparenti.

Tnaqqis tal-flotti

Il-proposta ta' regolament tniedi tnaqqis bil-mod ta' l-ammont totali ta' qbid li se jitnaqqas kumplessivament b'madwar 20% fl-2010. Għalhekk, it-termini, l-informazzjoni dwar iż-żieda fin-numru ta' biċċiet fil-flotta, jirriżultaw kontradittorji u kontrastanti. Hekk kif iqajjem tħassib il-fatt li n-numru ta' impjanti ta' gaġġeġ ta' tismin tat-tonn irreġistraw żieda kbira b'kapaċità superjuri għat-total tal-kwoti disponibbli. Il-preżenza ta' kapaċità miżjuda ta' tismin, iffurmata l-aktar mill-pussess ta' kwoti għas-sajd tat-tunnaġġ, b'mod inevitabbli se tiddetermina, fost oħrajn, il-kundizzjonijiet diretti għall-intensifikazzjoni tal-pressjoni li ġejja mis-sajd.

Reċiproċità għall-flottot mhux ta' l-UE

Il-ġestjoni tar-riżorsa hija kumpessa fiż-żona tal-Mediterranju, fejn hemm ukoll pajjiżi li mhumiex membri ta' l-ICCAT. Mid-29 sal-31 ta' Jannar, f'Tokjo saret laqgħa ICCAT sabiex tkun definita s-soluzzjoni għat-tqassim mill-ġdid tal-qabda dinjija bejn il-partijiet kontraenti kollha. L-Unjoni Ewropea sabet li kellha talloka persentaġġ ta’ 55,7 %, li huwa tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-57,1 % fis-seħħ sa’ l-2006. B’mod notevoli fil-Mediterran, wieħed għalhekk huwa ffaċċat bil-kompetizzjoni ta’ flotot ta’ pajjiżi terzi bħal m’huma l-Libja u t-Turkija, imma wkoll il-Ġappun u ċ-Ċina.

Ir-regolament li qed jiġi kkunsidrat m’hux se jkollu effetti jekk il-pajjiżi terzi msemmija hawn fuq ma jaderixxux mal-prinċipji u mad-direzzjonijiet tagħha.

L-impatt soċjo-ekonomiku

Is-sajd għat-tonn huwa attività tradizzjonali u antika li għandha għeruq fondi. Ir-rapporteur jistaqsi jekk dawk responsabbli qisux l-impatt soċjoekonomiku tat-tnaqqis ta’ din l-attività fuq il-bilanċ ekonomiku ta’ l-intrapriżi tas-sajd u fuq is-sitwazzjoni ta’ l-impjiegi.

Il-proposta ta' regolament ma tagħmel l-ebda referenza għall-pjanijiet ta' rkupru maħsuba mil-liġi Komunitarja (Artikolu 5 tar-Regolament (KE) nru 2371/2002), filwaqt li referenza bħal din hija indispensabbli biex is-sajjieda (ekwipaġġ u sidien) ikunu jistgħu jingħataw kumpensi finanzjarji mill-fondi Ewropej tas-sajd (FEP).

PROĊEDURA

Referenzi

COM(2007)0169 - C6-0110/2007 - 2007/0058(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

19.4.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

26.4.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

26.4.2007

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

3.5.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Iles Braghetto

25.4.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jim Allister, Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Hélène Goudin, Pedro Guerreiro, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Luca Romagnoli, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Margie Sudre

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thomas Wise

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Willem Schuth

Data tat-tressiq

24.10.2007