RAPPORT dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

23.11.2007 - (14320/2007 – C6-0411/2007 – 2007/0820(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Jo Leinen
(Proċedura ssimplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0820(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0465/2007
Testi mressqa :
A6-0465/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

(14320/2007 – C6-0411/2007 – 2007/0820(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill (14320/2007),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0364),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1],

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 279 tat-Trattat KE, skond liema artikolu gie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0411/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0465/2007),

1.  Japprova l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.)
  • [2]  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1

NOTA SPJEGATTIVA

Il-ħolqien tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej hu konsegwenza tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jiġu sseparati mill-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli għall-finanzjament tagħhom (COM(2007) 364 finali) l-elementi li għandhom deroga mir-Regolament Finanzjarju fil-forma preżenti tiegħu.

Minħabba l-fatt li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali diġà ddiskuta u approva b’emendi l-proposta tal-Kummissjoni (ara r-Rapport A6-0412/2007), bil-għan li jkun possibbli d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti emendati qabel l-aħħar tas-sena 2007, il-Kumitat iddeċieda li japplika l-proċedura ssimplifikata skond l-Artikolu 43 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu. Wara li ħa nota ta’ l-opinjoni favorevoli mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat approva l-proposta ppreżentata mill-Kunsill mingħajr emendi.


ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

Ref.: D(2007) 72117

Is-Sur Jo Leinen

Chairperson

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Parlament Ewropew

Rue Wiertz

B-1047 Brussell

Għażiż Sur Leinen

Hu b’interess kbir li nnutajt li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, fit-22 ta’ Ottubru 2007, għadda r-rapport tiegħu dwar il-modifika tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli għall-finanzjament tagħhom u li l-biċċa l-kbira tal-proposti magħmula fl-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits ġew inklużi fir-rapport finali tagħkom.

Sadattant, test ieħor ġie trażmess b’mod uffiċjali lill-Parlament Ewropew, “abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/2002, wara d-deċiżjoni ta’ “splitting” meħuda mill-Coreper fl-24 ta’ Ottubru 2007” (Dokument tal-Kunsill 14320/07). Ukoll din il-proposta li temenda r-Regolament Finanzjarju ġiet attribwita lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali bħala kumitat ewlieni.

Il-ħtieġa ta’ eċċezzjoni tar-regola li ma jkunx hemm profitt għal għotjiet għal partiti politiċi kienet element ewlieni ta’ l-aħħar reviżjoni tar-regolament Finanzjarju kif adottat f’Diċembru 2006. Kienet l-emenda 102 dwar il-modifika ta’ l-Artikolu 109, il-paragrafu 3, il-punt (d a) (ġdid) tar-rapport tal-Kumitat għall-Baġits, li ttieħed vot fuqha fis-Sessjoni Plenarja fil-15 ta’ Marzu 2006 (P6_TA(2006)0085) li tat bidu għar-riforma preżenti.

Minħabba li l-Kumitat għall-Baġits dejjem kien ta’ l-opinjoni li din kienet kwistjoni li kellha tiġi solvuta biss fir-Regolament Finanzjarju, tifhem li hu sodisfatt ħafna kif ġraw l-affarijiet u li jista’ jappoġġja bi sħiħ it-test tal-Kunsill li dwaru issa qed jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.

Dejjem tiegħek,

Reimer Böge

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 (Regolament Finanzjarju)

Referenzi

14320/2007 - C6-0411/2007 - 2007/0820(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

25.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

15.11.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.11.2007

CONT

15.11.2007

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

21.11.2007

CONT

21.11.2007

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jo Leinen

22.11.2007

 

 

Proċedura ssimplifikata - data tad-deċiżjoni

22.11.2007

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

11

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jim Allister, Enrique Barón Crespo, Bastiaan Belder, Richard Corbett, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Anneli Jäätteenmäki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Íñigo Méndez de Vigo, Johannes Voggenhuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Graham Booth, Costas Botopoulos, Elmar Brok, Georgios Papastamkos

Data tat-tressiq

23.11.2007