RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzjoni ta’ materjal ta’ tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott.

28.11.2007 - (COM(2007)0031 – C6‑0093/2007 – 2007/0014(CNS)) - *

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Ioannis Gklavakis
(Riformulazzjoni: Artikolu 80a tar-Regolament)

Proċedura : 2007/0014(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0480/2007
Testi mressqa :
A6-0480/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzjoni ta’ materjal ta’ tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott.

(COM(2007)0031 – C6‑0093/2007 – 2007/0014(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0031),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0093/2007),

–   wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali [1]

–   wara li kkunisdra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 80 a tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni favur tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0480/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Premessa 6

Huwa approprjat illi jiġu stabbiliti regoli Komunitarji għal dawk il-ġeneri u speċji ta’ pjanti tal-frott li huma ta’ importanza ekonomika maġġuri fil-Komunità, bi proċedura Komunitarja sabiex jiżdiedu iktar ġeneri u speċji aktar tard mal-lista ta' ġeneri u speċji li għalihom tapplika din id-Direttiva. Il-ġeneri u speċji elenkati għandhom ikunu dawk li jitkabbru b'mod wiesa' fl-Istati Membri u għall-materjal ta' propagazzjoni tagħhom hemm suq sostanzjali li jkopri iktar minn Stat Membru wieħed.

Huwa approprjat illi jiġu stabbiliti regoli Komunitarji għal dawk il-ġeneri u speċji ta’ pjanti tal-frott li huma ta’ importanza ekonomika maġġuri fil-Komunità, bi proċedura Komunitarja sabiex jiżdiedu iktar ġeneri u speċji aktar tard mal-lista ta' ġeneri u speċji li għalihom tapplika din id-Direttiva. Il-ġeneri u speċji elenkati għandhom ikunu dawk li jitkabbru b'mod wiesa' fl-Istati Membri u għall-materjal ta' propagazzjoni tagħhom hemm suq sostanzjali li jkopri iktar minn Stat Membru wieħed.

Justificationu

Il-lista tad-direttiva għandha tinkludi l-ġeneri u l-ispeċijiet kollha li huma ta' interess kummerċjali. It-tfassil ta' lista li tinkludi biss dawk il-ġeneri u l-ispeċijiet li għalihom hemm suq sostanzjali li jkopri aktar minn Stat Membru wieħed jillimita l-effettività tad-direttiva.

Emenda 2

Premessa 11

Pjanti tal-frott immodifikati ġenetikament ma għandhomx jiġu aċċettati għar-reġistrazzjoni fil-katalgu sakemm ma jkunux ittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju lil saħħet il-bniedem jew lill-ambjent kif imsemmi fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament.

(11) Pjanti tal-frott immodifikati ġenetikament ma għandhomx jiġu aċċettati għar-reġistrazzjoni fil-katalgu, ħlief jekk ikunu riżomi li fuqhom jistgħu jitlaqqmu l-varjetajiet mirtieqa u sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju lil saħħet il-bniedem jew lill-ambjent kif imsemmi fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament. F'dan il-każ għandu jissemma' l-għan ta' l-immodifikar ġenetiku.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp xjentiku, b'mod partikulari r-riċerka bil-għan li jinstabu riżomi reżistenti għall-organiżmi patoġeniċi u jirrekjedi biss użu limitat tal-pestiċidji, m'għandux jieqaf. Madankollu jeħtieġ li nillimitaw ruħna strettament għal materjal meħtieġ fl-użu ta' stokk sabiex jitlaqqmu l-varjetajiet u mhux biex jintuża fil-produzzjoni tal-frott, sabiex jiġi evitat it-tixrid fl-ambjent mhux kontrollat ta' l-organiżmi ġenetikament immodifikati.

Il-kummerċ f'materjal ġenetikament immodifikat ta' propagazzjoni għall-pjanti tal-frott għandu jiġi permess biss f'każijiet fejn l-għan tal-modifikazzjoni ġenetika huwa ġustifikat biżżejjed.

Emenda 3

Premessa 14

(14) L-ewwel nett hija r-responsabbiltà tal-fornituri tal-materjal tal-propagazzjoni u/jew tal-pjanti tal-frott li jiżguraw illi l-prodotti tagħhom iwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva; Jixraq li jiġi definit ir-rwol tal-fornituri u l-kundizzjonijiet li għandhom jirreferu għalihom. Il-fornituri għandhom jiġu rreġistrati uffiċjalment sabiex jinħoloq proċess trasparenti u ekonomikament validu ta' ċertifikazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott.

(14) L-ewwel nett hija r-responsabbiltà tal-fornituri tal-materjal tal-propagazzjoni u/jew tal-pjanti tal-frott li jiżguraw illi l-prodotti tagħhom iwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva; Jixraq li jiġi definit ir-rwol tal-fornituri u l-kundizzjonijiet li għandhom jirreferu għalihom. Il-fornituri għandhom jiġu rreġistrati uffiċjalment f'registru sabiex jinħoloq proċess trasparenti u ekonomikament validu ta' ċertifikazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott.

Ġustifikazzjoni

Ir-reġistrazzjoni tal-fornituri f'reġistru li jkun disponibbli għall-partijiet interessati jiggarantixxi li s-sistema tkun trasparenti u ta' min jorbot fuqha.

Emenda 4

Premessa 15

(15) Il-fornituri li jimmarkittjaw biss pjanti tal-frott jew materjal tal-propagazzjoni lil persuni li ma jkunux involuti professjonalment fil-produzzjoni jew il-bejgħ tal-pjanti tal-frott jew il-materjal tal-propagazzjoni għandhom ikunu eżentati mill-obbligu tar-reġistrazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ispiża biex jiġu reġistrati l-fornituri m'għandhiex tkun sostanzjali. Madankollu, f'dak il-każ ikun aktar diffiċli jiġi stabbilit jekk il-materjali ta' propagazzjoni li qed jiġi mmarkitjat jispiċċax jew le f'idejn il-professjonisti. Fl-istess ħin, dan jiżgura t-trasparenza tas-sistema.

Emenda 5

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a) Fornituri li jimmarkitjaw materjal ta' propagazzjoni jew pjanti tal-frott għandhom ikunu speċjalilzzati f'dan il-qasam.

Ġustifikazzjoni

Fornituri li għandhom materjal ta' propagazzjoni jew pjanti tal-frott għandhom ikunu speċjalilzzati f'dan il-qasam.

Emenda 6

Premessa 16 a (ġdida)

 

(16a) Barra minn hekk, u sabiex produttur jirċievi fondi Komunitarji għat-tħawwil tas-siġar tal-frott, il-materjal ta' propagazzjoni li jintuża għandu joriġina mingħand fornituri li huma reġistri uffiċjalment.

Ġustifikazzjoni

F'każ li jintalab l-iffinanzjar konġunt tal-Komunità għat-tħawwil tas-siġar tal-frott, jeħtieġ li jintuża materjal b'saħħtu u ta' kwalità għolja għall-propagazzjoni sabiex tiġi garantita d-disponibiltà ta' l-infiq Komunitarju.

Emenda 7

Premessa 17

  Dak  l-għan jista’ jintlaħaq l-aħjar jew permezz ta' l-għarfien komuni tal-varjetajiet , partikolarment għal varjetajiet qodma,  jew billi tkun disponibbli d-deskrizzjoni fuq il-bażi tal-protokolli ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) jew, fin-nuqqas tagħhom, ta' regoli internazzjonali jew nazzjonali oħrajn .

  Dak  l-għan jista’ jintlaħaq l-aħjar jew permezz ta' l-għarfien komuni tal-varjetajiet , partikolarment għal varjetajiet qodma,  jew billi tkun disponibbli d-deskrizzjoni fuq il-bażi tal-protokolli ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) jew, fin-nuqqas tagħhom, ta' regoli internazzjonali jew nazzjonali oħrajn . Għal dan il-għan, il-varjetajiet li jitpoġġew fis-suq iridu jiddaħħlu fil-lista relevanti.

Ġustifikazzjoni

Id-dħul tal-varjetajiet fil-listi huwa mod kif wieħed jirreklama l-eżistenza ta' varjetajiet eżistenti u jikkostitwixxi punt ta' riferenza għall-kummerċjalizzazzjoni.

Emenda 8

Premessa 22

Għandhom jiġu stabbiliti regoli illi, fil-każ ta' diffikultajiet temporanji tal-provvista minħabba diżastri naturali, bħal nar, irwiefen u falliment tal-fjuri, jew ċirkostanzi mhux previsti , jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott bla ħsara għal ħtiġiet inqas stretti minn dawk li jinsabu f'din id-DirettivaDirective  għal perjodu limitat u soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi .

(22) Għandhom jiġu stabbiliti regoli illi, fil-każ ta' diffikultajiet temporanji tal-provvista minħabba diżastri naturali, bħal nar u rwiefen jew ċirkostanzi mhux previsti, jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott bla ħsara għal ħtiġiet inqas stretti minn dawk li jinsabu f'din id-Direttiva għal perjodu limitat u soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi .

Ġustifikazzjoni

Ir-riferenza għad-diffikultajiet fil-forniment ta' materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott minħabba "falliment tal-fjuri" ma jfisser xejn xjentifikament.

Emenda 9

Premessa 23

(23) Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, għandhom isiru provvedimenti sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw lil produtturi żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom ta' materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott huma maħsuba għal użu finali minn persuni fis-suq lokali li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti ('ċirkolazzjoni lokali') mill-kundizzjonijiet dwar it-tikkettar u mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ispiża tat-tikkettar mhijiex sostanzjali. Madankollu, mingħajru jkun aktar diffiċli jiġi stabbilit jekk il-materjali ta' propagazzjoni jispiċċawx jew le f'idejn il-professjonisti. Fl-istess ħin, dan jiżgura t-trasparenza tas-sistema. Eżenzjonijiet minn kontrolli joħolqu suspetti u jħeġġu lill-produtturi biex ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-direttiva.

Emenda 10

Premessa 25

Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq fil-Komunità tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti f’pajjiżi terzi, dejjem sakemm joffru l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u sakemm iħarsu r-regoli Komunitarji;

Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq fil-Komunità tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti f’pajjiżi terzi, dejjem sakemm joffru l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u sakemm iħarsu r-regoli Komunitarji; Il-kumpaniji li jesportaw il-materjal ta' propagazzjoni u l-pjanti tal-frott f'pajjiżi terzi għandhom jiddaħħlu f'reġistri.

Ġustifikazzjoni

B'analoġija mal-fornituri tal-Komunità, il-produtturi tal-materjal ta' propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott minn pajjiżi terzi minn fejn toriġina l-importazzjoni ta' l-UE għandhom jiddaħħlu f'reġistri sabiex ikun hemm traċċabilità u kontrolli fuq il-materjal ta' propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti għall-esportazzjoni.

Emenda 11

Artikolu 2, punt 4

(4) Klonu: tfisser il-wild veġetattiv ta' varjetà li hija konformi għal stokk tal-pjanta tal-frott magħżul minħabba l-identità varjetali, il-karattri fenotipiċi u l-qagħda tas-saħħa tiegħu;

(4) Klonu: tfisser il-wild veġetattiv ta' varjetà ta' speċji ta' pjanta tal-frott li hija konformi għal stokk tal-pjanta tal-frott magħżul minħabba l-identità varjetali, il-karattri fenotipiċi u l-qagħda tas-saħħa tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-kloni għandha tkun sħiħa sabiex tkun korretta xjentifikament u tkun taqbel mad-definizzjoni li ġiet adottata fid-Direttiva dwar il-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli.

Emenda 12

Artikolu 2, punt 8 (e)

E) instabu minn spezzjoni uffiċjali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet f'(a) sa (d);

(e) instabu, waqt kontrolli għall-għarrieda magħmula waqt spezzjoni uffiċjali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minn (a) sa (d);

Emenda 13

Artikolu 2, punt 11 (a)

(a)awtorità stabbilita jew innominata mill-Istat Membru taħt is-sorveljanza tal-gvern nazzjonali u responsabbli mill-mistoqsijiet dwar il-kwalità tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott :

(a)awtorità stabbilita jew innominata mill-Istat Membru taħt is-sorveljanza tal-gvern nazzjonali u responsabbli għat-twettiq ta' spezzjonijiet u ta' kontrolli fir-rigward tal-mistoqsijiet dwar il-kwalità, iċ-ċertifikazzjoni u s-saħħa tal-pjanti tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott :

Ġustifikazzjoni

L-entità uffiċjali responsabbli għandu jkollha r-responsabiltà biex twettaq kontrolli u spezzjonijiet dwar is-saħħa u l-kwalità tal-pjanti.

Emenda 14

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (a)

(a) il-materjal ta' propogazzjoni ikunu ġew attestati uffiċjalment bħala "materjal pre-bażiku", "materjal bażiku" jew "materjal attestat" jew jekk ikun instab li huma ta' materjal CAC minn spezzjoni uffiċjali;

(a) ikunu ġew attestati uffiċjalment bħala "materjal pre-bażiku", "materjal bażiku" jew "materjal attestat" jew li jkollhom il-kriterji ta' materjal CAC;

Ġustifikazzjoni

L-ispezzjoni uffiċjali prevista għall-kategorija ta' materjal CAC (li jissodisfa l-kundizzjonijiet minimi) twassal għall-obbbligu ta' l-awtorità kompetenti li jkollha tagħmel, jew li tara li jsiru, kontrolli għall-għarrieda tal-materjal kollu prodott. , Dan ma jistax isir fil-prattika, speċjalment rigward l-analiżi ta' l-awtentiċità u tal-purezza tal-varjetajiet u spezzjonijiet bħal dawn ikunu ta' piż mhux raġonevoli għall-ispiża tal-produzzjoni.

Essenzjalment, huwa dmir il-produttur li jara li r-riżultati jirrispettaw ir-rekwiżiti (premessa 14). Rekwiżit ieħor għall-materjal CAC ikun jimplika l-ħtieġa ta' reġistrazzjoni u klassifikazzjoni uffiċjali globali tal-produzzjoni (inkluż il-materjal ta' propogazzjoni).

Id-distinzjoni bejn il-kategoriji differenti tal-materjal ta' propagazzjoni u l-pjanti tal-frott mhijiex korretta u mhijiex kompatibbli ma' l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar it-tikkettar li ma tipprevedi ebda distinzjoni ta' dan it-tip.

Emenda 15

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (b)

b) il-pjanti tal-frott kienu ċċertifikati uffiċjalment bħala materjal attestat jew instabu li huma materjal CAC minn spezzjoni uffiċjali.

imħassar

Emenda 16

L-Artikolu 3(2)

Fil-każ ta' varjetà li tikkonsisti minn organiżmu mmodifikat ġenetikament fi ħdan it-tifsira tal-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE il-varjetà għandha tiġi aċċettata biss għar-reġistrazzjoni fil-katalgu jekk kienet awtorizzata skond dik id-Direttiva jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

2. 2. Fil-każ ta' varjetà li tikkonsisti minn organiżmu mmodifikat ġenetikament fi ħdan it-tifsira tal-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE il-varjetà għandha tiġi aċċettata biss għar-reġistrazzjoni fil-katalgu jekk kienet awtorizzata skond dik id-Direttiva jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u suġġetta għall-prekundizzjoni li se tintuża bħala stokk li fuqha se titlaqqam il-varjetà mixtieqa.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp xjentiku, b'mod partikulari r-riċerka bil-għan li jinstab stokk reżistenti għall-organiżmi patoġeniċi u jirrekjedi biss użu limitat tal-pestiċidji, m'għandux jieqaf. Madankollu jeħtieġ li nillimitaw ruħna strettament għal materjal meħtieġ fl-użu ta' stokk sabiex jitlaqqmu l-varjetajiet u mhux biex jintuża fil-produzzjoni tal-frott, sabiex jiġi evitat it-tixrid mhux kontrollat ta' l-organiżmi ġenetikament immodifikati fl-ambjent.

Emenda 17

Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid) 2α.

.

2 bis. F'każ li tkun varjetà modifikata ġenetikamen skond it-tifsira l-Artikolu 2, il-punti 1 u 2, għandha ssir evalwazzjoni speċjali tar-riskju, b'mod partikulari dwar is-saħħa tal-bniedem u dwar l-ambjent u għandha tkun ittikkettata b'mod xieraq sabiex il-konsumatur ikun infurmat li qed jiġi pprovdut materjal modifikat ġenetikament u għandu jissemma' l-għan tal-modifikazzjoni ġenetika.

Ġustifikazzjoni

Il-kunsinna ta' materjal ta' propagazzjoni għall-pjanti tal-frott li huwa modifikat ġenetikament għandha ssir biss wara evalwazzjoni speċjali u sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi evitat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. L-ittikkettar xieraq jinforma lill-konsumatur li l-materjal li qed jiġi konsenjat huwa modifikat ġenetikament u wkoll dwar l-għan tal-modifikazzjoni ġenetika.

Emenda 18

Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid) 2α.

 

3a. It-tqegħid fis-suq ta' materjal għall-propagazzjoni u ta' pjanti tal-frott, dokumentat kif suppost, għandu jitqies bħala kundizzjoni indispensabbli għall-inklużjoni ta' produttur fi programmi għat-tħawwil tas-siġar tal-frott iffiananzjati b'mod konġunt.

Ġustifikazzjoni

F'każ li jintalab l-iffinanzjar konġunt tal-Komunità għat-tħawwil tas-siġar tal-frott, jeħtieġ li jintuża materjal b'saħħtu u ta' kwalità għolja għall-propagazzjoni sabiex tiġi garantita d-disponibiltà ta' l-infiq Komunitarju.

Emenda 19

Artikolu 4 punt (ca) (ġdid)

 

(ca) kundizzjonijiet supplimentari jew aktar stretti għall-materjal ta' propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott li l-Istati Membri jistgħu jistipulaw għall-produzzjoni domestika proprja tagħhom .

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni se tagħti ċans lill-Istati Membri biex jimponu kundizzjonijiet aktar stretti fuq il-produzzjoni proprja tagħhom sabiex jindirizzaw problemi serji virali li jitfaċċaw f'xi varjetajiet pomoloġiċi fit-territorju tagħhom.

Emenda 20

L-Artikolu 5(1)

1. Il-fornituri għandhom jiġu rreġistrati uffiċjalment skond l-attivitajiet li jwettqu taħt din id-Direttiva.

1. 1. Il-fornituri għandhom jiġu rreġistrati uffiċjalment skond l-attivitajiet li jwettqu taħt din id-Direttiva u għandu jkollhom liċenzja għat-tqegħid fis-suq tal-materjal ta' propagazzjoni skond dispożizzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Il-materjal ta' propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jitqiegħdu fis-suq biss minn fornituri li għandhom liċenzja speċjali maħruġa mill-Istati Membri lil dawk li qegħdin fir-reġistri. Dan jiżgura li l-fornituri jkunu ta' min jorbot fuqhom.

Emenda 21

Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1 bis. Il-fornituri li jikkummerċjalizzaw materjal ta' propogazzjoni jew pjanti tal-frott għandu jkollhom speċjalizzazzjoni fis-settur u jkunu agronomisti jew impriżi li jimpjegaw persuni li jkollhom l-ispeċjalizzazzjonijiet meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri tal-materjal ta' propogazzjoni u tal-pjanti tal-frott għandu jkollhom speċjalizzazzjoni li tkun rilevanti għas-suġġett; dan jiżgura li jkollhom l-għarfien meħtieġ sabiex iwettqu din l-attività.

Emenda 22

Artikolu 5, paragrafu 1 b (ġdid)

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jikkontrollaw li l-fornituri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-konformità ma' l-istandards ta' din id-direttiva fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal ta' propogazzjoni u tal-pjanti tal-frott.

Ġustifikazzjoni

Il-kontrolli biex jiżguraw kwalità għolja tal-materjal ta' propogazzjoni jew tal-pjanti tal-frott fis-suq għandhom ikunu ssorveljati mill-awtoritajiet uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 23

L-Artikolu 5(2)

2. Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal fornituri li jimmarkitjaw biss lil persuni li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni, ir-riproduzzjoni jew il-bejgħ ta' materjal ta' propagazzjoni jew pjanti tal-frott.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ispiża tat-tikkettar mhijiex sostanzjali. Madankollu, mingħajru jkun aktar diffiċli jiġi stabbilit jekk il-materjali ta' propagazzjoni jispiċċawx jew le f'idejn il-professjonisti. Fl-istess ħin, dan jiżgura t-trasparenza tas-sistema.

Emenda 24

Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. Meta materjal għall-propagazzjoni jew pjanti tal-frott jitqiegħdu fis-suq, il-fornituri għandhom iżommu reġistru tal-bejgħ jew ix-xiri tagħhom għallinqas għal tnax-il xahar.

3. Meta materjal għall-propagazzjoni jew pjanti tal-frott jitqiegħdu fis-suq, il-fornituri għandhom iżommu reġistru tal-bejgħ jew ix-xiri tagħhom għallinqas għal ħames snin.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe problemi li għandhom x'jaqsmu ma' materjal ta' propogazzjoni u ma' pjanti tal-frott ifiġġu wara t-tieni sena. Għalhekk, jekk l-obbligu li jinżamm reġistru tal-bejgħ japplika biss għal sena, il-kontrolli uffiċjali ma jsibu l-ebda reġistri x'jikkontrollaw.

Amendement 25

L-Artikolu 7(2)

2. Fil-każ ta' materjal ta' propagazzjoni ta' varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kwalunkwe tikketta jew dokument, sew jekk uffiċjali u sew jekk le, li jkun imwaħħal mal-materjal, jew li jakkumpanjah, skond din id-Direttiva għandu jindika b’mod ċar li l-varjetà kienet ġenetikament modifikata u għandu jsemmi l-organiżmi ġenetikament modifikati.

2. Fil-każ ta' materjal ta' propagazzjoni ta' varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kwalunkwe tikketta jew dokument, sew jekk uffiċjali u sew jekk le, li jkun imwaħħal mal-materjal, jew li jakkumpanjah, skond din id-Direttiva għandu jindika b’mod ċar li l-varjetà kienet ġenetikament modifikata u għandu jsemmi l-organiżmi ġenetikament modifikati u jindika wkoll l-għan tal-modifikazzjoni ġenetika..

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp xjentiku, b'mod partikulari r-riċerka bil-għan li jinstab stokk reżistenti għall-organiżmi patoġeniċi u jirrekjedi biss użu limitat tal-pestiċidji, m'għandux jieqaf. Madankollu, it-tikkettar għandu jkun informattiv għax-xerrejja u jipprovdi informazzjoni dwar l-għan tal-modifikazzjoni ġenetika.

Emenda 26

Artikolu 12, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Esportaturi ta' materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott minn pajjiżi terzi għandhom jirreġistraw sabiex tiġi żgurata t-traċċabilita f'kull fażi.

Ġustifikazzjoni

Kif isir mal-fornituri Komunitarji, il-produtturi ta' materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott minn pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE għandhom jiġu reġistrati wkoll sabiex ikun hemm garanzija li jkunu jistgħu isiru r-rintraċċar u l-kontrolli fuq il-materjal impurtat.

Emenda 27

Artikolu 19, titolu

  Kumitat

(Ma tikkorċernax il-verzjoni Franċiża)

Ġustifikazzjoni

(Ma tikkorċernax il-verzjoni Franċiża)

Emenda 28

Artikolu 19 a (ġdid)

 

Artikolu 19a

 

Evalwazzjoni ta' Applikazzjoni

 

Fi żmien ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-direttivi ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina r-riżultati ta' l-applikazzjoni tagħha u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' kwalunkwe proposti għall-emendi meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Ħames snin wara l-adozzjoni tar-regolamenti ta' implimentazzjoni tad-direttiva l-ġdida, għandu jitressaq rapport mill-Kummissjoni li jevalwa l-applikazzjoni tagħha u jkun segwit minn proposti biex jiġu indirizzati kwalunkwe problemi li jkunu tqajmu. Din il-proposta diġa kienet teżisti fid-Direttiva 92/34 (l-Artikolu 25) li bħalissa qed tiġi riveduta.

Emenda 29

Artikolu 21

L-Istati Membri jistgħu, bħala miżura tranżizzjonali sa l-1 ta' Jannar XXXX, jippermettu l-marketing fit-territorju tagħhom stess ta' materjal attestat u CAC meħud minn pjanti ġenituri li jkun jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Sa 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, l-Istati Membri jistgħu, bħala miżura tranżizzjonali , jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom stess ta' materjal attestat u CAC meħud minn pjanti ġenituri li jkunu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Perjodu transizzjonali ta' għaxar snin wara l-adozzjoni tar-regolamenti ta' implimentazzjoni, li jikkorrispondi ma' dak adottat fir-rigward tal-materjal ta' propagazzjoni għall-pjanti forestali, se jippermetti lill-partijiet konċernati jadottaw il-kundizzjonijiet il-ġodda stipulati f'din id-direttiva.

Emenda 30

Artikolu 22, paragrafu 2 a (ġdid)

 

Id-dispożizzjonijiet ta' l- implimentazzjoni tad-Direttiva 92/34/KEE li se tiġi abolita għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jiġu adottati direttivi ġodda.

Ġustifikazzjoni

Id-dħul fis-seħħ tad-direttiva l-ġdida fl-għoxrin jum wara l-adozzjoni (l-Artikolu 23) ma jħallix żmien biżżejjed biex jiġu adottati dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ġodda. Għalhekk għandu jkun previst li tiġi estiża l-validità tad-direttivi ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 92/34/KEE sabiex tkun ipprovduta bażi legali.

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Introduzzjoni

A) Il-kultivazzjoni tal-pjanti tal-frott hija qasam dinamiku ħafna ta' l-agrikoltura Komunitarja. Riċerka pomoloġika li saret mill-Eurostat fl-2002 tipprovdi statistika li turi li madwar 8.9 miljun ettaru fl-UE-15 huwa miżrugħ bil-pjanti tal-frott. Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota d-distribuzzjoni ta' dawn iz-zoni fi ħdan l-UE. 87.5% ta' dawn iz-zoni huma konċentrati f'erba' Stati Membri (41.8% fi Spanja, 28.0% fl-Italia, 9.1% fil-Greċja u 8.6% fi Franza), u 12.5% biss fl-Istati Membri l-oħra. Għall-Istati Membri l-ġodda, il-kultivazzjoni ta' frott artab żgħir huwa qasam ta' produzzjoni eċċezzjonalment importanti, u dan ikopri madwar 1.5 miljun ettaru, inkluż 1.3 miljun ettaru fil-Polonja biss. L-istatistiċi ta' hawn fuq jindikaw l-importanza ta' din l-attività agrikola għall-impjieg f'ċerti reġjuni tal-Komunita.

B) Il-materjal ta' propagazzjoni għall-pjanti tal-frott huwa ta' importanza kbira għall-produtturi. Filwaqt li d-domanda għal materjal ċertifikat u tajjeb għas-saħħa hija ġustifikata, pereżempju għal pjanti ornamentali, li ġeneralment huma annwali, kif ukoll għal pjanti forestali - kategoriji ta' pjanti li għalihom dan l-aħħar kien meħtieġ aġġornament tal-qafas legali -, il-kwistjoni tar-reviżjoni ta' l-arranġamenti li jirregolaw il-materjal ta' propagazzjoni għall-pjanti tal-frott għandha tiġi trattata b'ħafna aktar ċirkuspezzjoni. Dawn il-pjanti ovvjament huma perenni, u jekk jittieħed żball fl-għażla ta' varjetajiet, dan se jidher mill-inqas sentejn wara li jiġi miżrugħ ġnien tal-frott. wieħed jista' jimmaġina l-konsegwenzi finanzjarji għal min ikabbar il-pjanti.

C) Il-produzzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni hija attività importanti fi Spanja (b'madwar 590 miljun pjanta), fl-Italja (360 miljun pjanta), fl-Olanda (240 miljun pjanta), fi Franza (140 miljun pjanta) u fir-Renju Unit li għandu 29,000 ettari li jipproduċu materjal ta' propagazzjoni. Id-domanda għal materjal ta' propagazzjoni ċertifikat minn dawn il-pajjiżi, kif ukoll id-domanda għal pjanti tal-frott, qed tiżdied b'mod ineżorabbli, u ammonti sostanzjali qed jiġu impurtati minn pajjiżi terzi.

Mill-1992, minn meta ġiet adottata d-Direttiva 92/34 dwar il-kummerċjalizzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni minn pjanti tal-frott, u ta' pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, din id-direttiva kienet ta' strument għall-kisba ta' armonizzazzjoni massima f'dan is-settur fi ħdan l-UE. Madankollu, f'dawn il-15-il sena, il-kundizzjonijiet inbidlu, u issa huwa maħsub li l-eżaminazzjoni mill-ġdid ta' din id-Direttiva hija indispensabbli, bil-għan li tiġi kjarifikata u simplifikata fid-dawl tar-riformi tas-CAP ta' l-2003 u l-2004. B'mod partikulari, qed isir minn kollox biex jitjieb il-qafas leġiżlattiv li fih isseħħ din l-attività kummerċali, fuq il-bażi ta' żviluppi xjentifiċi u l-approċċ il-ġdid adottat mis-CAP li għandu l-għan, fuq naħa, li jtejjeb il-kompetittività ta' l-agrikultura tal-Komunita, u fuq naħa oħra, biex jipproteġi l-ambjent billi jitnaqqas l-użu ta' pestiċidi.

Il-kuntest tal-proposta

L-inizjattiva li tiġi riformulata d-Direttiva 92/34 ġiet imnedija fl-2004. Kien hemm attenzjoni ffukata fuq il-ħtieġa li d-definizzjonijiet u t-terminoloġija in ġenerali jiġu allinjati mad-direttivi li riċentament ġew reveduti dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti ornamentali (Direttiva 98/56), dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal produttiv forestali (Direttiva 99/105) u dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli (Direttiva 2002/11) Dan ġie segwit minn konsultazzjoni pubblika ma' partijiet interessati permezz ta' kwestjonarju: kien hemm dibattitu intensiv dwar il-possibilità li jiġi adottat regolament minflok direttiva, u l-possibilità li jinżamm il-prinċipju ta' sussidjarjeta.

Fil-preparazzjoni tal-proposta leġiżlattiv, ġew eżaminati l-erba' possibilitajiet li ġejjin:

A) Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti: kien hemm ir-riskju li l-approċċi differenti fl-Istati Membri jistgħu joħolqu kunflitt fis-suq intern;

B) L-ebda azzjoni: tinżamm il-leġiżlazzjoni eżistenti: Madankollu din m'għadhiex valida minħabba r-raġunijiet hawn fuq imsemmija;

C) Regolament alternattiv tas-settur u l-kisba ta' bilanċ permezz ta' forzi tas-suq. Din il-possibilità mhijiex meqjusa bħala waħda realistika minħabba l-organizzazzjoni partikulari ta' dan is-settur fejn għalkemm hemm attivi ħafna professjonisti, dawn m'għandhomx l-istess possibilità li jiddominaw is-suq; u

D) Simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistent permezz tar-riformulazzjoni tad-Direttiva 92/34/KEE. Din l-aħħar possibilità ġiet magħżula peress li tiżgura trasparenza u effettività fil-ħidma tas-suq. Dan il-għan se jintlaħaq bl-adozzjoni ta' proċedura armonizzata għaċ-ċertifikazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni u l-ħolqien ta' bażi legali li se jipprovdi garanziji miżjuda għall-identifikazzjoni tal-varjetajiet u l-materjal fuq is-suq. Fl-istess ħin, direttivi ta' implimentazzjoni se jinkludu ħafna regoli dettaljati biex b'hekk ikunu żgurati armonizzazzjoni u maniġġjar tas-settur.

Evalwazzjoni tal-proposta

Il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni minn pjanti tal-frott, u ta' pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, hija meħtieġa sabiex tindirizza żviluppi f'dan is-settur. Il-punti pożittivi tal-proposta jinkludu: (a) l-introduzzjoni ta' definizzjoni ġdida għal kummerċjalizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet intraprenditorjali li jinvolvu l-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott, (b) l-estensjoni tad-definizzjoni ta' 'fornitur' li tinkludi l-importatur, (c) l-implimentazzjoni ta' ċertifikazzjoni b'konformità mas-sistemi internazzjonali ta' ċertifikazzjoni u identifikazzjoni ta' varjetajiet ibbażati fuq il-protokolli ta' l-l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u l-linji gwida għall-ħarsien ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti u (d) l-eżaminazzjoni ta' kwistjonijiet ta' saħħa tal-pjanti b'konformità mad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 2000/29.

Ir-rapporteur tagħkom jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni għad-definizzjonijiet ta' 'varjeta' u 'klonu' u r-referenza għat-terminu 'valur pomoloġiku' fir-rigward ta' dak li jipproduċu l-pjanti u l-kwalità tal-frott, għalkemm hawnhekk hawn involut element ta' soġġettivita. Il-kundizzjonijiet differenti miksuba fl-Istati Membri individwali jagħmluha diffiċli li tiġi żgurata oġġettività fl-evalwazzjoni tal-valur pomoloġiku.

Il-bażi legali tad-direttiva huwa l-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li jeskludi l-prinċipju ta' sussidjarjeta.Madankollu, dan huwa konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità li jfisser li l-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meqjus dispensabbli biex jinkisbu l-objettivi tagħha; il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji huwa limitat. Fl-aħħar nett, din id-direttiva ma għandhiex impatt sostanzjali fuq il-baġit tal-Komunita.

Kummenti speċjali

A) Ir-rapporteur tagħkom huwa ta' l-opinjoni li l-proċedura ta' riformulazzoni tad-Direttiva eżistenti 92/34 - il-proċedura magħżula mill-Kummissjoni minflok reviżjoni - tillimita b'mod sinifikanti l-kamp ta' applikazzjoni għal bidliet sustantivi. B'mod partikulari dan ifisser li l-Parlament u l-Kunsill jistgħu jagħmlu bidliet u jissuġġerixxu titjibiet biss fir-rigward ta' punti fejn il-Kummissjoni stess interveniet biex tikkoreġi l-oriġinal (immarkat bil-griż fil-proposta għal direttiva). Madankollu, f'ċertu punti fejn ir-rapporteur tagħkom ħass li huwa neċessarju, huwa mar ftit iktar minn hekk, u huwa tal-fehma li kienet idea tajba li jiġu eżaminati oqsma oħra tad-direttiva sabiex tinkiseb leġiżlazzjoni integrata dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni minn pjanti tal-frott, u ta' pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott. Huwa jispera li l-Kummissjon tagħti l-kunsens tagħha peress li ovvjament dan huwa prekondizzjoni għall-adozzjoni skond il-proċedura ta' riformulazzoni.

B) Wara li eżamina l-proposta tal-Kummissjoni għar-riformulazzoni tad-direttiva, ir-rapporteur tagħkom ikkonkluda li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tallinja din il-proposta ma' direttivi korrispondenti dwar materjal ta' propagazzjoni għal kategoriji oħrajn, pereżempju d-dwieli, minkejja l-fatt li wieħed mill-objettivi dikjarati tar-direttiva riformulata hija li 'tippermetti l-armonizzazzjoni ta' din id-Direttiva mad-Direttivi l-oħra dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni li riċentament ġew emendati fil-qafas tal-Politika Komuni l-ġdida għall-Agrikoltura'. Jekk ma jsir l-ebda sforz f'din id-direzzjoni, se jkollna erba' direttivi (dwar materjal ta' propagazzjoni għall-pjanti ornamentali, pjanti forestali, dwieli u pjanti tal-frott), kull waħda minnhom bid-definizzjonijiet, metodi ta' implimentazzjoni u metodi ta' kontroll u superviżjoni tagħha; dan sempliċiment se jżid il-konfużjoni għal dawk li jaħdmu f'dan is-settur. Huwa magħruf sew li l-istess fornituri huma ħafna drabi involuti fil-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni ta' kategoriji differenti, u hija biċċa xogħol immensament kumplessa għal dawn biex japplikaw ir-regoli differenti għal kull kategorija. Barra minn hekk, approċċ bħal dan ikun totalment antitetiku għall-objettiv tal-Kummissjoni li tissimplifika l-leġiżlazzjoni tal-Komunita.

C) Il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal CAC (standards minimi tal-Komunità - minimum Community standards) hija mixtieqa u hija miżmuma kif xieraq, peress li għandha s-suq tagħha fl-UE. Madankollu, għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn dan u materjal ċertifikat, u fid-direttiva għandu wkoll jogħla l-livell ta' dan mil-lat ta' kwalità u saħħa tal-pjanti. Il-kontrolli mitluba għandhom jieħdu forma ta' kontrolli fuq il-post u mhux neċessarjament ta' kontrolli komprensivi qabel il-kummerċjalizzazzjoni, kif ġie propost, peress li dan joħloq problemi tas-suq ta' forniment.

D) Sa fejn huma konċernati l-importazzjonijiet, id-derogi kostanti akkordati għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi qed idgħajfu lil din is-sistemi, iżda, aktar importanti, dawn ifissru li hemm periklu ta' tixrid ta' patoġeni fi ħdan l-UE. Għalhekk huwa propost li fornituri minn pajjiżi terzi għandhom jiddaħħlu f'reġistru u li għandhom isiru dispożizzjonijiet għal kontrolli.

E) Fir-rigward ta' organiżmi ġenetikament modifikati, ir-rapporteur tagħkom jipproponi li dawn għandhom jintużaw biss bħala stokk li fuqhom jiġu mlaqqma l-varjetajiet mixtieqa, u dan isir biss wara li jsiru studji ta' evalwazzjoni biex jillimitaw il-periklu għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent, filwaqt li jiġi kjarifikat l-iskop ta' modifikazzjoni ġenetika.

F) Element bażiku huwa ċ-ċertifikazzjoni korretta ta' materjal kummerċjalizzat permezz ta' dispożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fid-direttiva. Waqt l-ippakkettar, l-istorjar, it-trasport u r-riproduzzjoni, materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott għandhom jitħallew f'lottijiet separati u għandhom jiġu tikkettati b'mod xieraq sabiex tkun żgurata t-traċċabilita.

G) Kwistjonijiet oħra indirizzati mir-rapporteur tagħkom huma: il-ħtieġa li jiġu reġistrati f'listi varjetajiet kummerċjalizzati sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala punt ta' riferiment għall-partijiet interessati, id-dħul ta' l-ismijiet tal-fornituri f'reġistri uffiċjali, u l-possibilità li jitwettqu kontrolli mill-awtoritajiet uffiċjali ta' l-Istati Membri konċernati li għandhom ikunu l-uniċi responsabbli għas-superviżjoni. Punt importanti huwa l-opportunità provduta biex tiġi salvagwardjata l-professjoni ta' agronomista u l-ħtieġa li jiġi impjegat persunal speċjalizzat f'impriżi f'din il-fergħa sabiex jiġu indirizzati b'mod responsabbli kwistjonijiet imqajma minn materjal ta' propagazzjoni.

H) Fl-aħħar nett, rigward il-komitoloġija, m'għandu jsir xejn li jipperikola l-irwol tal-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta' Propagazzjoni u l-Ispeċi u l-Ġeneri ta' Pjanti tal-Frott, peress li l-kontribuzzjoni tiegħu s'issa kienet kostruttiva ħafna dwar l-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur.

ANNESS

KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

CHAIRMAN

Ref.: ANNESS

Neil PARISH

Chairman tal- Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ASP 05H359

Brussell

Suġġett:       Proposta għal-direttiva tal-Kunsill dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (2007/0014(CNS)) (Verżjoni riveduta)

Sinjur,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li tiegħu jien iċ-Chairman, eżami l-proposta msemmija hawnfuq skond l-Artikolu 80a rigward ir-Riformulazzjoni kif imdaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament b'deċiżjoni tal-Parlament fl-10 ta' Mejju 2007.

Il-Paragrafu 3 jgħid hekk:

"Jekk il-Kumitat responsabbli għall-Affarijiet Legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u skond il-każ miċ-chairman ta' dan il-Kumitat jekk iqis li raġunijiet relatati mal-koerenza interna tat-test jew mar-rabta ma' emendi oħra ammissibbli jkunu jeżiġu li dan isir. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba ta' l-emendi".

Skond l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentat tiegħu ħa sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għar-riformulazzjoni, u bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta in kwistjoni ma' tinkludix tibdiliet sostanzjali għajr dawk identifikati mill-proposta stess, u rigward il-kodifikazzjoni ta' dawn it-tibdiliet fir-rigward ta' dispożizzjonijiet li ma jinbidlux ta' l-atti preċedenti, iqis li l-proposta fiha biss kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.


Bħala konklużjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jirrakkomanda lill-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproċedi għall-eżami tal-proposta msemmija hawnfuq skond l-Artikolu 80a.

Tislijiet

Giuseppe GARGANI

  • [1]  ĠU C 77 tat- 28.3.2002, p. 1.

PROĊEDURA

Titolu

Il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (Verżjoni riveduta)

Referenzi

COM(2007)0031 - C6-0093/2007 - 2007/0014(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

20.3.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

29.3.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.7.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

20.11.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ioannis Gklavakis

26.2.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

21.3.2007

17.7.2007

9.10.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

21.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Vincenzo Aita, Peter Baco, Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Albert Deß, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Diamanto Manolakou, Jean-Claude Martinez, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Petya Stavreva, Donato Tommaso Veraldi

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Katerina Batzeli, Esther De Lange, Wiesław Stefan Kuc, Zdzisław Zbigniew Podkański