RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, mir-Repubblika Ċeka, minn Ċipru, mill-Ungerija, mil-Latvja, minn Malta, mill-Polonja, mir-Rumanija, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom

20.12.2007 - (COM(2007)0508 – C6‑0279/2007 – 2007/0185(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Michael Cashman

Proċedura : 2007/0185(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0511/2007
Testi mressqa :
A6-0511/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, mir-Repubblika Ċeka, minn Ċipru, mill-Ungerija, mil-Latvja, minn Malta, mill-Polonja, mir-Rumanija, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom

(COM(2007)0508 – C6‑0279/2007 – 2007/0185(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0508),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0279/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6‑0511/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Titolu

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, mir-Repubblika Ċeka, minn Ċipru, mill-Ungerija, mil-Latvja, minn Malta, mill-Polonja, mir-Rumanija, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom.

li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija, ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom

Ġustifikazzjoni

Din id-Deċiżjoni se tiġi adottata wara li r-Repubblika Ċeka, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jkunu daħlu fiz-zona ta’ Schengen. Għalhekk, is-sistema ġenerali ta' Schengen se tkun applikabbli għalihom.

Emenda 2

Premessa 3

(3) Għalhekk, il-Bulgarija u r-Rumanija huma meħtieġa li joħroġu viżi nazzjonali għad-dħul jew għat-tranżitu mit-territorju tagħhom liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viża uniformi jew viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru li qed jimplimenta b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen jew dokument simili maħruġ mill-Istati Membri li għadhom mhumiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen.

(3) Għalhekk, il-Bulgarija u r-Rumanija huma meħtieġa li joħroġu viżi nazzjonali għad-dħul jew għat-tranżitu mit-territorju tagħhom liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viża uniformi jew viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Membru li qed jimplimenta b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen jew dokument simili maħruġ mill-Istat Membru li għadhom mhumiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen (Ċipru).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-Emenda 2 ta' l-abbozz ta' rapport. Din il-proċedura se tapplika biss għal Ċipru.

Emenda 3

Premessa 4

(4) Id-detenturi tad-dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen u dokumenti simili maħruġa mill-Istati Membri li għadhom mhumiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, ma jirrappreżentaw l-ebda riskju għall-Bulgarija u għar-Rumanija peress li dawn ġew suġġetti għall-kontrolli meħtieġa kollha mill-Istati Membri l-oħra. Sabiex ikun evitat li jiġu imposti piżijiet amministrattivi addizzjonali mhux ġustifikati fuq il-Bulgarija u fuq ir-Rumanija, ir-regoli komuni introdotti permezz tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 895/2006/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mis-Slovakkja u mis-Slovenja ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom għandhom jiġu estiżi għal dawn il-pajjiżi.

(4) Id-detenturi tad-dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen u dokumenti simili maħruġa minn Ċipru, ma jirrappreżentaw l-ebda riskju għall-Bulgarija u għar-Rumanija peress li dawn ġew suġġetti għall-kontrolli meħtieġa kollha mill-Istati Membri l-oħra. Sabiex ikun evitat li jiġu imposti piżijiet amministrattivi addizzjonali mhux ġustifikati fuq il-Bulgarija u fuq ir-Rumanija, għandhom jiġu introdotti regoli simili għar-regoli komuni introdotti permezz tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 895/2006/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mis-Slovakkja u mis-Slovenja ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom għal dawn il-pajjiżi.

Ġustifikazzjoni

Din id-Deċiżjoni m'hijiex estensjoni tad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE iżda hija Deċiżjoni ġdida.

Emenda 4

Premessa 5

(5) Ir-regoli komuni l-ġodda għandhom jawtorizzaw lill-Bulgarija u lir-Rumanija biex jirrikonoxxu b’mod unilaterali ċerti dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, dokumenti simili maħruġa minnhom u dokumenti elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE, maħruġa mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-2004, bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom u sabiex ikun stabbilit reġim semplifikat għall-kontrolli tal-persuni fuq il-fruntieri esterni bbażati fuq din l-ekwivalenza unilaterali.

(5) Ir-regoli komuni l-ġodda għandhom jawtorizzaw lill-Bulgarija u lir-Rumanija biex jirrikonoxxu b’mod unilaterali ċerti dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, dokumenti simili maħruġa minnhom u dokumenti elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE, maħruġa minn Ċipru, bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom u sabiex ikun stabbilit reġim semplifikat għall-kontrolli tal-persuni fuq il-fruntieri esterni bbażati fuq din l-ekwivalenza unilaterali.

Emenda 5

Premessa 6

(6) Meta jitqies li r-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li japplikaw ir-reġim semplifikat introdott permezz tad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE, ir-regoli komuni l-ġodda għandhom ukoll jagħtu l-possibbiltà li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-viżi u l-permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu mit-territorju tagħhom.

(6) Ir-regoli komuni l-ġodda għandhom ukoll jagħtu l-possibbiltà li Ċipru jirrikonoxxi l-viżi u l-permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tiegħu għall-fini ta’ tranżitu mit-territorju tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 6

Premessa 7

(7) Ir-reġim komuni l-ġdid għandu japplika għal perjodu tranżitorju, sa data li għandha tkun iddeterminata f’Deċiżjoni tal-Kunsill kif jissemma fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.

(7) Ir-reġim komuni l-ġdid għandu japplika għal perjodu tranżitorju, sad-data li għandha tkun iddeterminata f’Deċiżjoni tal-Kunsill kif jissemma fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, suġġett għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali possibbli fir-rigward ta' dokumenti maħruġa qabel dik id-data, u suġġett għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali possibbli rigward id-dokumenti maħruġa qabel dik id-data.

Emenda 7

Premessa 8

(8) Ir-rikonoxximent ta’ dokument għandu jkun limitat għall-fini ta’ tranżitu mit-territorju tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, ta’ Ċipru, ta’ l-Ungerija, tal-Latvja, ta’ Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja. Il-parteċipazzjoni fis-sistema komuni għandha tkun fakultattiva, mingħajr ma jkunu imposti obbligi addizzjonali fuq l-Istati Membri kif ġie definit mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.

(8) Ir-rikonoxximent ta’ dokument għandu jkun limitat għall-fini ta’ tranżitu mit-territorju tal-Bulgarija, ta’ Ċipru u tar-Rumanija. Il-parteċipazzjoni fis-sistema komuni għandha tkun fakultattiva, mingħajr ma jkunu imposti obbligi addizzjonali fuq l-Istati Membri kif ġie definit mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 8

Premessa 9

(9) Ir-regoli komuni għandhom japplikaw għal viżi uniformi għal terminu qasir, viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, dokumenti simili maħruġa mill-Istati Membri li għadhom mhumiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen kif ukoll viżi għal terminu qasir, viżi għal terminu twil u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija.

(9) Ir-regoli komuni għandhom japplikaw għal viżi uniformi għal terminu qasir, viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen (li jinkludu, mill-21 ta' Diċembru 2007, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja), dokumenti simili maħruġa minn Ċipru u kif ukoll viżi għal terminu qasir, viżi għal terminu twil u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 9

Premessa 10

(10) Il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) iridu jiġu sodisfatti, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1)(b) tiegħu, sakemm din id-Deċiżjoni testendi r-regoli komuni provduti fid-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE, tistabbilixxi reġim ta’ rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija u mir-Rumanija ta’ ċerti dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, ta’ dokumenti simili maħruġa mill-Istati Membri li għadhom mhumiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen kif ukoll ta’ viżi għal terminu qasir, viżi għal terminu twil u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija għall-fini ta’ tranżitu u, barra dan, tagħti l-possibbiltà li r-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja japplikaw ir-reġim semplifikat introdott permezz tad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE, sabiex ikunu rikonoxxuti dokumenti simili maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija.

(10) Il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) iridu jiġu sodisfatti, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1)(b) tiegħu, sakemm din id-Deċiżjoni testendi r-regoli komuni provduti fid-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE, tistabbilixxi reġim ta’ rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija u mir-Rumanija ta’ ċerti dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li qed jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, ta’ dokumenti simili maħruġa minn Ċipru u kif ukoll rikonoxximent unilaterali minn Ċipru ta’ viżi għal terminu qasir, viżi għal terminu twil u permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija għall-fini ta’ tranżitu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 10

Premessa 11

(11) Peress li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, prinċipalment l-introduzzjoni ta’ reġim ta’ rikonoxximent unilaterali li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 u fl-2007 ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(11) Peress li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, prinċipalment l-introduzzjoni ta’ reġim ta’ rikonoxximent unilaterali li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni u fl-2007 u minn Ċipru ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 11

Artikolu 1, inċiż 1

· il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jirrikonoxxu b’mod unilaterali bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu, id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 2 u 3, kif ukoll dawk imsemmija fl-Artikolu 4 maħruġa minn dawn iż-żewġ pajjiżi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għal obbligu ta’ viża skond ir-Regolament (KE) 539/2001

· il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jirrikonoxxu b’mod unilaterali bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu, id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 2 u 3, kif ukoll dawk imsemmija fl-Artikolu 4 maħruġa minn dawn iż-żewġ pajjiżi u minn Ċipru liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għal obbligu ta’ viża skond ir-Regolament (KE) 539/2001

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 12

Artikolu 1, inċiż 2

· ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja li notifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li japplikaw ir-reġim semplifikat introdott permezz tad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE, jistgħu jirrikonoxxu b’mod unilaterali bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4, maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għal obbligu ta’ viża skond ir-Regolament (KE) Nru. 539/2001.

· Ċipru jista' jirrikonoxxi b’mod unilaterali bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tiegħu għall-fini ta’ tranżitu d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4, maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għal obbligu ta’ viża skond ir-Regolament (KE) Nru. 539/2001.

 · 

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 13

Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni m'għandhiex taffetwa l-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri esterni li għandhom jitwettqu skond Artikoli 5 sa 13 u l-Artikoli 18 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni ta' l-2006 għamlet referenza għall-Kodiċi ta' Schengen dwar il-Fruntieri u huwa importanti li dan jinżamm f'din id-Deċiżjoni wkoll.

Emenda 14

Artikolu 3, paragrafu 1

Jekk il-Bulgarija u r-Rumanija jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 2, minbarra dan, jistgħu jirrikonoxxu l-viżi nazzjonali għal terminu qasir, il-viżi nazzjonali għal terminu twil u l-permessi ta’ residenza maħruġa minn Stat Membru wieħed jew aktar li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 u li għadhom mhumiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, bħala ekwivalenti għall-viża nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu.

Jekk il-Bulgarija u r-Rumanija jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 2, minbarra dan, jistgħu jirrikonoxxu l-viżi nazzjonali għal terminu qasir, il-viżi nazzjonali għal terminu twil u l-permessi ta’ residenza maħruġa minn Ċipru bħala ekwivalenti għall-viża nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 15

Artikolu 3, paragrafu 2

Id-dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li għadhom mhumiex jimplimentaw b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, li jistgħu jiġu rikonoxxuti ġew elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE.

Id-dokumenti maħruġa minn Ċipru li jistgħu jiġu rikonoxxuti ġew elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 895/2006/KE.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 16

Artikolu 4, paragrafu 1

Barra minn hekk, il-Bulgarija u r-Rumanija, jistgħu anki jirrikonoxxu viżi nazzjonali għal terminu qasir, viżi nazzjonali għal terminu twil u permessi ta’ residenza maħruġa minnhom bħala ekwivalenti għall-viża nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu.

Barra minn hekk, il-Bulgarija u r-Rumanija, jistgħu anki jirrikonoxxu viżi nazzjonali għal terminu qasir, viżi nazzjonali għal terminu twil u permessi ta’ residenza maħruġa mill-pajjiż rispettiv l-ieħor bħala ekwivalenti għall-viża nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li dan il-paragrafu jiġi ċċarat.

Emenda 17

Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Ċipru jista' jirrikonoxxi wkoll il-viżi nazzjonali għal terminu qasir, il-viżi għal terminu twil u l-permessi ta’ residenza maħruġa mill-Bulgarija u mir-Rumanija elenkati fl-Anness bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tiegħu għall-finijiet ta’ tranżitu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-Emenda 17 ta' l-abbozz ta' rapport; żdiedet referenza għall-Anness.

Emenda 18

Artikolu 5

Ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jistgħu jirrikonoxxu wkoll id-dokumenti Bulgari u Rumeni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għall-fini ta’ tranżitu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 19

Artikolu 6, paragrafu 1

Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja jistgħu jirrikonoxxu dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu biss jekk it-tranżitu min-naħa ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mit-territorju tagħhom ma jdumx għal aktar minn ħamest ijiem.

Il-Bulgarija, Ċipru, u r-Rumanija jistgħu jirrikonoxxu dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-fini ta’ tranżitu biss jekk it-tranżitu min-naħa ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mit-territorju tagħhom ma jdumx għal aktar minn ħamest ijiem.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 20

Artikolu 7

Jekk jiddeċiedu li japplikaw din id-Deċiżjoni, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 10 ijiem ta’ ħidma mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni komunikata minn dawn l-Istati Membri fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Jekk jiddeċiedu li japplikaw din id-Deċiżjoni, il-Bulgarija, Ċipru, u r-Rumanija għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 10 ijiem ta’ ħidma mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni komunikata minn dawn l-Istati Membri fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 21

Artikolu 8, paragrafu 2

Għandha tapplika sa data li għandha tkun iddeterminata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill li ġiet adottata skond l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.

Għandha tapplika għall-Bulgarija, għal Ċipru u għar-Rumanija sad-data determinata mid-deċiżjonijiet rispettivi tal-Kunsill adottati skond l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u skond l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, data meta għall-Istat Membru konċernat, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet kollha ta' l-acquis ta' Schengen fil-qasam tal-politika komuni rigward il-viża u l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju ta' l-Istati Membri.

 

Wara d-data determinata mid-deċiżjoni rispettiva tal-Kunsill fir-rigward ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jirrikonoxxi, waqt il-perjodu ta' validità tagħhom, il-viżi għal terminu qasir maħruġa qabel dik id-data sa l-aħħar ġurnata tas-sitt xahar minn dik id-data, għall-finijiet ta’ tranżitu mit-territorji tiegħu, sakemm dak l-Istat Membru jkun innotifika lilll-Kummissjoni skond l-Artikolu 7. Waqt dak il-perjodu , għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1 ta' l-abbozz ta' rapport. Din l-emenda tieħu post l-Emenda 21 ta' l-abbozz ta' rapport. Iddaħħal perjodu ta' tranżizzjoni fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen u għandu jiddaħħal hawn ukoll għal meta l-Bulgarija, Ċipru jew ir-Rumanija jidħlu fiz-zona ta' Schengen.

Emenda 22

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lil Ċipru, lill-Ungerija, lil-Latvja, lil Malta, lill-Polonja, lir-Rumanija, lis-Slovenja u lis-Slovakkja.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bulgarija, lil Ċipru u lir-Rumanija.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 23

Anness

Lista ta’ dokumenti maħruġa mill-Bulgarija, Viżi

1. Виза за летищен транзит (виза вид "А") - Viża għal tranżitu f’ajruport (tip “A”)

 

2. 2. Визи за транзитно преминаване (виза вид "B") – Viżi ta’ tranżitu (tip “B”)

1. Визa за транзитно преминаване (виза вид "B") – Viża ta’ tranżitu (tip “B”)

– Еднократна транзитна виза – Viża għal tranżitu wieħed

 

– Двукратна транзитна виза – Viża għal tranżitu doppju

 

– Многократна транзитна виза – Viża għal tranżitu multiplu

 

3. Визи за краткосрочно пребиваване (виза вид "C") – Viżi għal soġġorn qasir (tip “C”)

2. Визa за краткосрочно пребиваване (виза вид "C") – Viża għal soġġorn qasir (tip “C”)

– Еднократна входна виза – Viża għal dħul wieħed

 

– Многократна входна виза – Viża għal dħul multiplu

 

4. Виза за дългосрочно пребиваване (виза вид "D") – Viża għal soġġorn twil (tip “D”)

3. Виза за дългосрочно пребиваване (виза вид "D") – Viża għal soġġorn twil (tip “D”)

Ġustifikazzjoni

Id-delegazzjoni Bulgara fil-Kunsill talbet din il-bidla minħabba l-fatt li l-viżi tat-tip "A" ġew inklużi b'mod inkorrett fil-lista minħabba li ma jippermettux id-dħul fit-territorju tal-Bulgarija u ma jistgħux jintużaw għal finijiet ta' tranżitu.

Emenda 24

Anness

Lista ta’ dokumenti maħruġa mill-Bulgarija, Permessi ta’ residenza, punti 3 u 4

3. Карта на бежанец – Permess ta’ Residenza ta’ Refuġjat

3. 3. Удостоверение за завръщане в Република България на чужденец - Laissez-passer għar-ritorn lejn ir-Repubblika tal-Bulgarija ta' persuni li jkollhom nazzjonalità ta' pajjiż terz

4. Удостоверение за пътуване зад граница на чужденец с хуманитарен статут – Permess ta’ Residenza għal ċittadin ta’ pajjiż terz mogħti status ta’ protezzjoni umanitarja mir-Repubblika tal-Bulgarija

 

Ġustifikazzjoni

Id-delegazzjoni Bulgara fil-Kunsill talbet li ssir din il-bidla, minħabba l-fatt li l-punti 3 u 4 kellhom jitħassru minħabba li l-leġiżlazzjoni tal-Komunità (Regolament 1932/2006) teżenta dawn il-kategoriji mir-rekwiżiti għall-viża.

Emenda 25

Anness

Lista ta’ dokumenti maħruġa mir-Rumanija, Viżi

viză de tranzit, identificată prin simbolul B (viża ta’ tranżitu, identifikata bis-simbolu B)

– viză de scurtă ședere, identificată prin simbolul C (viża għal soġġorn qasir, identifikata bis-simbolu C)

– viză de lungă ședere, identificată prin unul dintre următoarele simboluri, în funcție de activitatea pe care urmează să o desfășoare în România străinul căruia i-a fost acordată:

(i) desfășurarea de activități economice, identificată prin simbolul D/AE

(ii) desfășurarea de activități profesionale, identificată prin simbolul D/AP

(iii) desfășurarea de activități comerciale, identificată prin simbolul D/AC

(iv) angajare în munca, identificată prin simbolul D/AM

(v) studii, identificată prin simbolul D/SD

(vi) reîntregirea familiei, identificată prin simbolul D/VF

viză de tranzit, identificată prin simbolul B (viża ta’ tranżitu, identifikata bis-simbolu B)

– viză de scurtă ședere, identificată prin simbolul C (viża għal soġġorn qasir, identifikata bis-simbolu C)

– viză de lungă ședere, identificată prin unul dintre următoarele simboluri, în funcție de activitatea pe care urmează să o desfășoare în România străinul căruia i-a fost acordată:

(i) desfășurarea de activități economice, identificată prin simbolul D/AE

(ii) desfășurarea de activități profesionale, identificată prin simbolul D/AP

(iii) desfășurarea de activități comerciale, identificată prin simbolul D/AC

(iv) angajare în munca, identificată prin simbolul D/AM

(v) studii, identificată prin simbolul D/SD

(vi) reîntregirea familiei, identificată prin simbolul D/VF

(vii) intrarea în România a străinilor căsătoriți cu cetățeni români, identificată prin simbolul D/CR

(vii) activități de cercetare științifică, identificată prin simbolul D/CS

(viii) activități religioase sau umanitare, identificată prin simbolul D/RU

(viii) activități religioase sau umanitare, identificată prin simbolul D/RU

(ix) viză diplomatică și viză de serviciu, identificată prin simbolul DS

(ix) viză diplomatică și viză de serviciu, identificată prin simbolul DS

(x) alte scopuri, identificată prin simbolul D/AS

(x) alte scopuri, identificată prin simbolul D/AS

(viża għal soġġorn twil, identifikata b’wieħed mis-simboli li ġejjin, skond l-attività li l-frusteri li qed jirċievi l-viża għandu jwettaq fir-Rumanija:

(i) attivitajiet ekonomiċi, identifikati bis-simbolu D/AE

(ii) attivitajiet professjonali, identifikati bis-simbolu D/AP

(iii) attivitajiet kummerċjali, identifikati bis-simbolu D/AC

(iv) impjiegi, identifikati bis-simbolu D/AM

(v) studji, identifikati bis-simbolu D/SD

(vi) ri-unifikazzjoni ta’ familja, identifikata bis-simbolu D/VF

(viża għal soġġorn twil, identifikata b’wieħed mis-simboli li ġejjin, skond l-attività li l-frusteri li qed jirċievi l-viża għandu jwettaq fir-Rumanija:

(i) attivitajiet ekonomiċi, identifikati bis-simbolu D/AE

(ii) attivitajiet professjonali, identifikati bis-simbolu D/AP

(iii) attivitajiet kummerċjali, identifikati bis-simbolu D/AC

(iv) impjiegi, identifikati bis-simbolu D/AM

(v) studji, identifikati bis-simbolu D/SD

(vi) ri-unifikazzjoni ta’ familja, identifikata bis-simbolu D/VF

(vii) dħul fit-territorju Rumen ta’ frustieri miżżewġa ma’ ċittadini Rumeni, identifikati bis-simbolu D/CR

(vii) attivitajiet ta' riċerka xjentifika, identifikati bis-simbolu D/CS

(viii) attivitajiet reliġjużi jew umanitarji, identifikati bis-simbolu D/RU

(viii) attivitajiet reliġjużi jew umanitarji, identifikati bis-simbolu D/RU

(ix) viża diplomatika u viża ta’ servizz, identifikati bis-simbolu DS

(ix) viża diplomatika u viża ta’ servizz, identifikati bis-simbolu DS

(x) finijiet oħra, identifikati bis-simbolu D/AS)

(x) finijiet oħra, identifikati bis-simbolu D/AS)

Ġustifikazzjoni

Id-delegazzjoni Rumena fil-Kunsill talbet din il-modifika wara bidla fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

PROĊEDURA

Titolu

Reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni ta’ l-UE

Referenzi

COM(2007)0508 - C6-0279/2007 - 2007/0185(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.9.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

24.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

24.9.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

27.11.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Michael Cashman

5.11.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

29.11.2007

18.12.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

18.12.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

44

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Roland Gewalt, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Sarah Ludford, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Renate Weber, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Edit Bauer, Genowefa Grabowska, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Bill Newton Dunn, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Manuel Medina Ortega