Proċedura : 2008/2097(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0445/2008

Testi mressqa :

A6-0445/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2008 - 6.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0639

RAPPORT     
PDF 301kWORD 250k
13 ta' Novembru 2008
PE 412.195v01-00 A6-0445/2008

dwar perspettivi ta' żvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u l-bini tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara konflitti

(2008/2097(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp

Rapporteur: Nirj Deva

Rapporteur għal opinjoni(*):

Luisa Morgantini, Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar perspettivi ta' żvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u l-bini tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara konflitti

(2008/2097(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra r-Regolamenti ta’ The Hague tal-1907, l-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra mill-1949 u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom tal-1977,

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

- wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kollha tan-Nazzjonijiet Uniti u l-protokolli fakultattivi tagħhom,

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u ż-żewġ protokolli fakultattivi tagħhom,

- wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u b’mod speċifiku l-Artikoli 1 u 25 u, fil-Kapitoli VII, l-Artikoli 39 u 41 tagħha,

- wara lil kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,

–    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 Settembru 2000 li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

–    wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 60/1 tal-24 ta' Ottubru 2005 dwar ir-Riżultat tas-Samit Dinji tal-2005, u b'mod partikulari l-paragrafi 138-140 tagħha dwar ir-responsabilità għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet mill-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità,

- wara li kkunsidra l-interventi għall-paċi jew biex tiġi stabbilita l-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kongo (1962), in-Namibia (1988), l-El Salvador (1992), il-Lambodia (1992), is-Somalia (1992), il-Jugożlavja - is-Serbja, il-Kroazja, il-Bosnija u l-Ħerzegovina (1992 - 2002), il-Ħaiti (1994), l-Islavonja tal-Lvant (1995 - 1998), il-Kosovo (1999), is-Sierra Leone (1999), it-Timor tal-Lvant (1999), il-missjoni għall-Iraq mmexxija mill-Istati Uniti u r-Renju Unit u l-missjoni għall-Afganistan mmexxija min-NATO ISAF (2001),

–    wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Kotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(1), kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea(2) ('il-Ftehima ta' Kotonou'),

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: 'Il-Kunsens Ewropew', iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005(3), b’mod speċjali għall-kwistjonijiet trażversali mniżżla fis-sezzjoni 3.3: id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal u l-popli indiġeni, l-ambjent sostenibbli, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-HIV/AIDS,

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni: 'Il-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja'(4),

–    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp(5) (Strument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp),

–    wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea: Strateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea adottata fis-Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika f'Diċembru 2007,

–    wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-Balkani tal-Punent tad-19 ta’ Novembru 2007,

–    wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar it-tfal f'konflitti armati tas-16 ta' Ġunju 2008,

- wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-mainstreaming tas-sessi fil-ġestjoni tal-kriżi tat-13 u tal-14 ta' Novembru 2006,

–    wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika tal-21 u tat-22 ta’ Novembru 2005,

–    wara li kkunsidra l-Qafas ta' Politika tal-Unjoni Afrikana dwar ir-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ta’ Wara l-Kunflitt, approvat mill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana fis-Samit ta’ Banjul tal-25 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju 2006,

–    wara li kkunsidra l-għaxar prinċipji għal ingaġġ internazzjonali tajjeb fi stati fraġli u sitwazzjonijiet appoġġjati mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta’ Ġħajnuna għall-Iżvilupp, il-Grupp ta’ Stati Fraġli u kif approvat fil-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Kumitat ta’ Ġħajnuna għall-Iżvilupp tat-3-4 ta’ April 2007 f’Pariġi;

–    wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp, Riforma u Governanza tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà,

- wara li kkunsidra l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea approvata mill-Kunsill Ewropew fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2003,

- wara li kkunsidra t-tifsira ta’ ‘Ġustizzja Tranżitorja’ inkluża fir-rapport tal-2004 tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f’soċjetajiet f’konflitt u dawk ta’ wara l-konflitt(6),

- wara li kkunsidra l-faċilità tal-iffinanzjar ta’ 12-il miljun EUR stabbiliti mill-Kummissjoni fl-Istrument Ewropew għall-Istabilità biex jagħti għajnuna lill-tribunali u inizjattivi ta' ġustizzja tranżitorja ad-hoc madwar id-dinja,

–    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2007 bl-isem “Lejn reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta’ fraġilità – l-involviment f’ambjenti diffiċli għall-iżvilupp sostenibbli, l-istabilità u l-paċi’ (COM(2007)0643),

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar ir-reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ fraġilità f’pajjiżi li qed jiżviluppaw(7),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni ta' Kunflitti (COM(2001)0211) u l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni ta’ Kunflitti Vjolenti adottati fil-Kunsill Ewropew f’Goteborg f’Ġunju 2001,

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea dwar “L-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f’soċjetajiet f’konflitt u dawk ta’ wara l-konflitt” tas-6 ta’ Ottubru 2004,

–    wara li kkunsidra l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ għad-Diżarmament, id-Dimobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni (DDR) approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewopea fil-11 ta’ Diċembru 2006,

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp-Evalwazzjoni” (COM(2001)0153),

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika(8),

- wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari konġunta bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea Nru 3937/07 u r-rapport ta’ Lulju 2007 li sar mill-Kumitat Politiku tiegħu għall-governanza tajba, it-trasparenza u l-kontabilità f’relazzjoni mal-isfruttar tar-riżorsi naturali fil-Pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku(9),

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (UNSCR 1325) u dwar il-Vjolenza Sesswali kontra Persuni Ċivili waqt Kunflitti (UNSCR 1820),

–    wara li kkunsidra l-“Punti Prinċipali tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika” kif approvati mit-8 Laqgħa Ministerjali tat-Trojka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika tal-15 ta' Mejju fi Brussell,

–    wara li kkunsidra l-Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat KE,

–    wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0445/2008),

A.  billi nofs il-pajjiż li joħorġu minn konflitt jerġgħu jsibu ruħhom f'konflitt fi żmien ħames snin, u 340 miljun tal-popolazzjoni l-aktar fqira tad-dinja huma stmati li jgħixu f’pajjiżi ta’ sitwazzjoni ta' fraġilità, hekk li t-tmiem tal-ġlied ma jwassalx awtomatikament għal stabilità soda dejjiema u żvilupp sostenibbli,

B.   billi l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju stabbilixxew l-għanijiet koerenti u ddefiniti bl-iskadenzi għall-eradikazzjoni tal-faqar fuq firxa twila taż-żmien; billi sal-2010, nofs l-ifqar persuni tad-dinja jistgħu jsibu ruħhom jgħixu f'pajjiżi li qed jesperjenzaw, jew qegħdin f’riskju ta’ konflitti vjolenti(10),

C.  billi l-bini ta’ pajjiżi stabbli u li jdumu fit-tul jeħtieġ il-ħolqien ta’ servizz ċivili bbażat fuq il-mertu u r-responsabilità mingħajr xkiel politiku u korruzzjoni,

D.  billi settur tas-sigurtà professjonali li jkun trasparenti u responsabbli huwa fundamentali għall-ħolqien tal-kundizzjoniiet biex jisseddqu l-paċi u l-iżvilupp,

E.   billi r-Riforma fis-Settur tas-Sigurtà għadha tikkonċentra fuq il-provvediment ta’ servizz pubbliku effettiv u leġittimu li huwa trasparenti, responsabbli għall-awtorità ċivili, u li jwieġeb għall-bżonnijiet tal-pubbliku,

F.   billi l-proliferazzjoni ta' armamenti żgħar u armi ħfief tħeġġeġ l-konflitt u l-kriminalità; billi fl-2006 persuni ċivili kienu jammontaw għal tliet kwarti tad-diżgrazzji aċċidentali rreġistrati minħabba splussivi tal-art(11),

G.  billi l-konflitti vjolenti, apparti li għandhom impatt traġiku fuq l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, jiskoraġġixxu l-investituri barranin, inaqqsu t-tkabbir b'mod sostanzjali, jiskoraġġixxu l-investiment fis-servizzi ekonomiċi u bażiċi (skont rapport riċenti, il-konflitti bl-armi qed juru li naqqsu l-kunċett tal-ekonomija Afrikana bi 15%); filwaqt li s-settur tas-saħħa privat jista’ eventwalment jipprovdi l-bażi għad-dħul sostenibbli għall-gvern leġittimu,

H.  billi l-istabilità fuq firxa twila ta’ żmien tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ involviment inklussiv fl-interventi għall-paċi, ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-bini ta' nazzjon tal-partijiet kollha interessati, li jinkludu n-nisa u l-minoranzi,

I.    billi l-kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni jistgħu jagħtu daqqa t'id lil soċjetajiet li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-abbuż tal-massa, jgħinu biex id-djalogu bejn il-komunitajiet u dawk li qabel kienu f'konflitt kontrihom ikun iffaċilitat, u jikkontribwixxi għall-miżuri tal-ġustizzja, tal-kumpens u tar-riformi li jnaqqsu ċ-ċans ta’ konflitt ġejjieni,

J.    billi l-qafas istituzzjonali li jħalli s-soċjetà ċivili tiżviluppa ġej mil-libertà tal-assoċjazzjoni u espressjoni u tal-iżvilupp ta' midja ħielsa mħarsa mil-liġi;

K.  billi stat sostenibbli li jiffunzjona tajjeb jirrikjedi wkoll soċjetà ċivili b'saħħitha biex tipproteġi n-nies mill-abbuż tal-poter, u stampa ħielsa tagħmel pressjoni kontra azzjonijiet ta’ eżekuttiv potenti,

L.   billi l-istati f’sitwazzjonijiet ta’ fraġilità għandhom ikunu inkoraġġuti biex jagħtu lok għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex joperaw b’mod ħieles mil-liġijiet tar-reġistrazzjoni burokratika mhux meħtieġa u l-proċessi li jfixklu l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili tabilħaqq effettiva,

M.  billi l-medja tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jilqgħu 260 żjara mid-donaturi kull sena u fis-sena 2006, madwar il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, id-donaturi għamlu 70 000 tranżizzjoni ta’ għajnuna u d-daqs medju tal-proġett kien ta' biss 1,7 miljun Dollaru Amerikan,

N.  billi r-reviżjoni bejn il-pari tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kumitat għall-Għajnuna tal-Iżvilupp 2007 dwar il-Politika tal-UE tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tistqarr li l-UE għandha tagħmel "użu aktar sistematiku ta' analiżi ta' konflitti bħala parti minn programmi u proġetti fil-livell tal-pajjiżi" sabiex "jitjieb l-impatt tagħhom u jiġi żgurat li "ma jagħmlux ħsara",

O. billi l-Kummissjoni, bħala segwitu għall-Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità u għall-Konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill u r-riżoluzzjoni tal-Parlament, għandha tħejji Plan ta' Implimentazzjoni fl-2009 li jikkunsidra l-esperjenza u l-informazzjoni miksuba permezz tal-“każijiet sperimentali” u bħala mezz li jevalwa l-effiċjenza tal-istrumenti differenti tal-UE bl-iskop li jtejjeb aktar il-qasam tas-sigurtà u tal-iżvilupp tagħhom;

P.   billi, apparti l-ħatra ta’ sitt pajjiżi sperimentali (il-Burundi, il-Guinea-Bissau, Haiti, is-Sierra Leone, it-Timor tal-Lvant u l-Jemen), id-diskussjonijiet illanċjati bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili bħala parti mis-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta’ fraġilità ma għamlux possibbli l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi,

Q.  billi l-impriżi Ewropej huma preżenti u għandhom interess fiz-zoni ta’ konflitt,

1.   Jappoġġja “ir-Responsabilità għall-Protezzjoni” kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti u jenfasizza li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha huma marbuta miegħu; jenfasizza li “r-Responsabiltà għall-Protezzjoni” għandha tiġi kkunsidrata bħala mezz ta’ promozzjoni tas-sigurtà umana; billi jenfasizza li r-responsabilità primarja għall-prevenzjoni tal-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità fir-rigward ta’ popolazzjoni hija tal-istat innifsu, isaħħaħ ir-responsabilità ta’ kull gvern lejn il-protezzjoni taċ-ċittadini tiegħu;

2.   Jesiġi l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni, miktuba fir-rapport tal-2000 lill-Assemblea Ġenerali, tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li sa dak iż-żmien kien Kofi Annan: “is-sovranità tal-istat timplika responsabilità u r-responsabilità primarja għall-protezzjoni tal-poplu tiegħu hija tal-istat innifsu; fejn popolazzjoni qed issofri ħsara kbira b’riżultat ta’ gwerra interna, tixwixa, jew falliment tal-istat, u l-istat ikkonċentrat mhuwiex dispost jew ma jistax iwaqqafha jew jevitaha, il-prinċipju tan-nuqqas ta’ intervent iċedi għall-pressjoni tar-Responsabilità għall-Protezzjoni internazzjonali”;

3.   Jemmen li hemm żewġ fażijiet fil-bini tal-paċi u l-bini tal-istat: il-fażi ta’ stabbilizzazzjoni fejn l-enfasi hija fuq is-sigurtà, il-liġi u l-ordni u d-dispożizzjoni ta’ servizzi bażiċi; u t-tieni fażi ta’ bini tal-istat li tiffoka fuq il-governanza u l-istituzzjonijiet li jieħdu ħsiebha; bil-kundizzjoni li:

a) it-tieni fażi ma għandhiex issir qabel mal-pajjiż jiġi stabbilizzat, minħabba li l-ħolqien ta’ istituzzjonijiet qabel l-istabbilizzazzjoni jirrifletti n-natura tal-konflitt u mhux dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-paċi stabbli u dejjiema,

b) fil-fażi tal-bini tal-istat huwa importanti li jintlaħaq kompromess għall-konformità tan-normi u dak mistenni miċ-ċittadini tan-nazzjon ikkonċernat u mhux għall-ideali tal-parteċipanti,

c) hekk kif il-fażi ta' bini tal-istat tavvanza, l-parteċipanti jkollhom jgħaddu l-istituzzjonijiet individuali lill-awtoritajiet domestiċi; huwa possibbli f’dan l-istadju t-tfixkil potenzjali tal-progress u dan għandu jiġi aċċettat sakemm dan ma jkunx ta’ problema fundamentali għall-progress aħħari tal-pajjiż;

4    Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-konflitti fid-djalogi politiċi tal-UE mal-pajjiżi terzi u fil-programmi tal-iżvilupp ta’ koperazzjoni sabiex jiġu żviluppati mekkaniżmi biex jiġu pprovduti sinjali ta' twissija bikrija billi jiġu mħarsa l-elementi li jbassru jew l-indikaturi possibbli ta' vjolenza ċivili bħad-diviżjoni storika, il-motivi ta' lmenti etniċi u tat-tribù, il-konflitti tar-reliġjonijiet, l-inġustizzja u l-faqar; jenfasizza, f’dan il-kuntest b’mod partikulari l-bżonn li jiġu allokati fondi ġodda għall-adozzjoni u l-ħarsien tal-ambjent bħala mezz li bih tiġi impeduta ż-żieda ta' konflitti relatati mal-klima u l-ambjent;

5    Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-prevenzjoni tal-konflitt bħala kwistjoni traversali fil-koperazzjoni tal-iżvilupp u biex jiġu integrati s-sensittività u l-analiżi tal-konflitt f’politiki eżistenti u ġodda, fil-Karti ta’ Strateġija tal-Pajjiż u Reġjonali, u fl-istrumenti finanzjarji relevanti kollha għall-koperazzjoni esterna;

6.   Ifakkar li l-paċi mhix biss in-nuqqas ta' gwerra, u li hemmx paċi mingħajr ġustizzja u li, barra minn dan, it-tmiem tal-ostilitajiet mhux neċessarjament iwassal għas-sigurtà tal-irġiel u tan-nisa; ifakkar ukoll fl-irwol importanti tan-nisa fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-konflitti u fil-bini tal-paċi, u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni ugwali u tal-involviment sħiħ tagħhom fl-isforzi kollha għaż-żamma u l-promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà;

7.   Jemmen bil-qawwa li jrid isir kull sforz biex jiġu żgurati standards minimi ta’ servizzi bażiċi għal dawk il-popolazzjonijiet milquta minn konflitt, b'mod partikulari fir-rigward tal-aċċess għall-ikel, l-ilma nadif u l-iġjene, il-mediċini, il-kura tas-saħħa (li tinkludi s-saħħa riproduttiva) u s-sikurezza personali; fiż-żmien immedjat it-tħassib dwar is-sostenibilità għandhom jiġu subordinati biex jiġu provduti proviżjonijiet u servizzi bażiċi;

8.   Jemmen li f’sitwazzjonijiet ta’ wara l-konflitt għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-bini tal-paċi, l-għajnuna umanitarja u l-attivitajiet ta’ żvilupp, skont il-qafas strateġiku “Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp" u biex tiġi assigurata l-koerenza fir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp;

9.   Iqis li huwa meħtieġ li titqies id-dimensjoni tas-sessi fir-rigward ta' refuġjati u persuni spustjati internament, anke fit-tfassil tal-kampijiet tar-refuġjati;

10. Jenfasizza l-bżonn tat-titjib fil-Koordinazzjoni Ċivili-Militari; huwa tal-opinjoni li f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti t-tranżizzjoni minn sigurtà militari għal sigurtà ċivili trid issir fl-aqsar żmien prattiku u li l-forzi internazzjonali għandhom jiġu ssupplimentati u mibdula ma’ forza ta’ pulizija ċivili nazzjonali u reġjonali, imħarrġa b'mod professjonali, li jassiguraw li prijorità għolja qed tiġi mogħtija lill-applikazzjoni li jittrattaw bl-istess mod ir-regola tal-liġi u l-proċeduri amministrattivi lill-gruppi kollha involuti fil-konflitt;

11. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn il-komponenti ċivili u militari tal-għajnuna għall-iżvilupp sabiex jiġi garantit it-tħaddim tal-infrastruttura bażika u tas-servizzi tal-gvern mingħajr ma jitwarrbu l-ħtiġijiet tar-rikostruzzjoni, tar-riabilitazzjoni u tat-tnedija mill-ġdid tal-proċessi demokratiċi u ekonomiċi;

12. Jitlob għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, billi jiġi promoss it-taħriġ tad-drittijiet tal-bniedem għall-armata u l-pulizija (li jinkludi l-kampanji għad-drittijiet umani u ċivili għall-partijiet affettwati tal-popolazzjoni); l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tal-kulleġġi fuq l-istandards internazzjonali tan-normi u l-pulizija militari; il-ħolqien ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-persunal tas-sigurtà, li jiddiskrivu l-oqsma tar-responsabilità bejn il-pulizija u l-armata, il-ħolqien ta’ uffiċċji għall-ombudsmen u l-Kummissjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-awtoritajiet distrettwali u l-persuni fis-servizzi ċivili;

13. Jenfasizza l-ħtieġa importanti biex jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċità militari tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea sabiex l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jagħtu kontribut aħjar għall-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

14  Iqis li hu ta' importanza kbira li l-kawżi tal-instabilità u l-problemi tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti jingħelbu b'taħlita ta' miżuri ċivili u militari; jirrimarka li mingħajr il-garanziji tas-sigurtà tal-forzi għaż-żamma tal-paċi fuq l-art, il-kundizzjoni ewlenija essenzjali għall-istabilità f'soċjetajiet mifnija bil-konflitti (jiġifieri s-sigurtà tal-individwi u tal-propjetà tagħhom) ma tkunx tista' titwettaq b'mod ġenerali;

15. Jenfasizza l-importanza tal-proċessi tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni bħala fatturi prinċipali biex tiġi assigurata l-paċi dejjiema u l-iżvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-implimentazzjoni fuq il-bażi tal-Qafas tal-Politika tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, bil-għan li tiżdied ir-relevanza, il-koerenza u l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma; jitlob għal aktar iffinanzjar Komunitarju għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, b’enfasi speċjali fuq dawk il-pajjiżi fejn l-Unjoni Ewropea diġà għamlet użu mill-missjonijiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali; jitlob li jkun hemm kull attività tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni ffinanzjati fil-livell komunitarju li għandha l-għan li tappoġġja l-ħidmiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali matul konflitt, jew f’sitwazzjoni ta’ wara l-konflitt, biex jiġu kkunsidrati f’aqsar żmien possibbli fil-passi tal-ippjanar tal-ħidmiet, fosthom fil-fażi tat-tiftix għall-fatti jew matul l-iżvilupp tal-Kunċetti tal-Ġestjoni tal-Kriżi/il-Kunċett tal-Operazzjonijiet;

16. Jenfasizza li r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà tista’ tkun għodda effettiva biex issaħħaħ id-diplomazija u tiddefendi filwaqt li tnaqqas it-theddid għas-sigurtà fuq perjodu twil ta’ żmien billi tingħata għajnuna fil-bini ta’ soċjetajiet stabbli, prosperi u paċifiċi; ir-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà għandha tinvolvi istituzzjonijiet li qed jerġgħu jiġu stabbiliti jew li qed jirriformaw u pożizzjonijiet ministerjali importanti li jżommu u jipprovdu superviżjoni għas-sikurezza u s-sigurtà tan-nazzjon ospitanti u l-poplu tiegħu;

17. Jitlob lill-Unjoni Ewropea, biex meta tappoġġja r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà ta' wara l-konflitti, tinkludi perspettiva tal-ġeneru billi tipprovdi taħriġ u kompetenza dwar il-ġeneru għall-kostituzzjoni, l-elezzjonijiet, il-pulizija u l-ġudikatura;

18. Huwa tal-fehma li l-ex mexxejja kombattenti għandhom jirrinunzjaw għall-vjolenza qabel ma jiddaħħlu fi strutturi istituzzjonali formali li jinkoraġġixxu l-kondiviżjoni tal-poter, filwaqt li jiġi żgurat li l-pubbliku u l-partijiet kollha involuti pertinenti jinżammu attivament infurmati u involuti fid-dibattiti kollha li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-poter;

19. Jenfasizza l-importanza li tiġi adottata perspettiva tal-ġeneru meta jiġu nnegozjati u implimentati l-ftehimiet tal-paċi, sabiex jiġi promoss il-ħarsien kostituzzjonali tad-drittijiet tan-nisa;

20.  Jistieden, minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-vittmi f’sitwazzjoni ta’ konflitt jiġu maqtula b’armi żgħar u armamenti ħfief, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikun hemm segwitu urġenti fuq id-Deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2008 tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompetenza Komunitarja fil-ġlieda kontra iż-żieda tal-armi żgħar u armamenti ħfief billi titħaffef l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea biex tiġġieled l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċitu ta' armi żgħar u armamenti ħfief u l-munizzjon tagħhom u billi tingħata spinta lill-ippjanar għall-iffinanzjar tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri mill-Fondi ta’ Żvilupp Ewropew u l-Istrument ta’ Stabbiltà, biex jintefqu fuq programmi relatati ma’ armi żgħar u armamenti ħfief fuq l-art; jitlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali u reġjonali jieħdu miżuri, fejn jaqbel, sabiex jistabbilixxu programmi tal-armi żgħar u armamenti ħfief fil-qafas tar-rikostruzzjoni u l-isforzi tar-riabilitazzjoni f’zoni ta’ wara l-konflitt u fl-isforzi biex jiġu kkonsolidati kwistjonijiet ta’ governanza, biex tiġi msaħħa l-leġiżlazzjoni u tiġi mtejba l-kapaċità operazzjonali tal-aġenziji li jinfurzaw il-liġi rigward l-armi żgħar u armamenti ħfief; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tkompli bil-promozzjoni tal-ħolqien tat-Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi legalment vinkolanti fl-ambiti kollha bilaterali u multilaterali;

21. Iqis li r-ritorn volontarju ta' refuġjati u popli spustjati internament għandu jkun prijorità għolja filwaqt li jiġi żgurat mod ta' għajxien vijabbli, b'mod partikulari billi jingħataw servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjonali funzjonali (li jinkludu kampanji ta’ qari u kitba għan-nisa) u l-opportunitajiet ta' xogħol, u dan għandu jsir permezz ta' djalogu bejn il-gruppi, l-edukazzjoni dwar il-paċi, l-akkompanjament internazzjonali, it-tnaqqis ta' preġudizzji u t-taħriġ dwar id-diversità, it-tlaqqigħ ta' komunitajiet li qabel kienu fi ġlied, il-proċessi biex jiġu ttrattati pretensjonijiet fir-rigward tal-artijiet u l-kura f'każijiet ta' trawma; sakemm il-profil etniku jew reliġjuż huwa kompatibbli, il-Persuni Spustjati Internament għandhom jiġu mifruxa minn naħa għal oħra tal-pajjiż u jerġgħu jibdew jgħixu fil-villaġġi jew il-bliet minn fejn ġew u mhux ikunu kkonċentrati fi gruppi kbar minħabba li dan jista’ jwassal għall-konflitt u vjolenza;

22. Jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa jkomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom wara li jkunu ntemmu l-konflitti; iqis, f’dan ir-rigward, li t-tkomplija tat-tagħlim għandha tkun promossa matul il-proċess tal-bini tal-istat;

23. Jenfasizza bis-sħiħ il-bżonn li jiġu kkonsultati u appoġġjati l-organizzazzjonijiet lokali tan-nisa u n-netwerks internazzjonali tan-nisa għall-paċi; jirrakkomanda d-dispożizzjoni tal-appoġġ politiku u finanzjarju, it-taħriġ, il-bini tal-kapaċità u l-għajnuna teknika, li tinkludi n-negozjati tal-paċi u r-riżoluzzjonijiet mhux vjolenti tal-konflitt;

24. Hu tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom obbligu morali li jagħtu kenn lir-refuġjati li jkunu qegħdin jaħarbu miz-zoni ta’ konflitt; jemmen li dan l-obbligu jista’ jitwettaq biss fuq il-bażi li l-piż jinqasam bejn l-Istati Membri; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jgħinu b'mod attiv lir-refuġjati li jixtiequ jerġgħu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini wara t-tmiem ta' konflitt vjolenti;

25. Jafferma l-importanza vitali li l-politiki tal-migrazzjoni jkunu ġusti mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jinnota li l-migrazzjoni tista' ssir forza pożittiva fil-proċess tal-iżvilupp, l-aktar bil-flus li jibagħtu l-migranti li joqogħdu fl-Unjoni Ewropea, billi tnaqqas it-telf tal-aħjar imħuħ, billi tħaffef il-migrazzjoni ta' ritorn u billi tevita t-traffikar tal-bnedmin;

26. Jenfasizza li trid tittieħed azzjoni li tippromwovi r-riunifikazzjoni u r-riintegrazzjoni tat-tfal milquta minn konflitti armati u sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-programmi edukattivi, it-taħriġ vokazzjonali u l-appoġġ psikoloġiku, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfajliet;

27. Jitlob l-implimentazzjoni effettiva tal-proposta tal-Kummissjoni għad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni tal-ex kombattenti; jinkludi r-riintegrazzjoni tal-kombattenti fis-soċjetà ċivili bid-dispożizzjoni tal-ikel, it-tined, il-kutri, l-għajnuna medikali u l-ħwejjeġ pajżana; it-trasportazzjoni tal-ex suldati fil-komunità tal-oriġini tagħhom jew id-destinazzjoni tal-għażla tagħhom; programmi ta’ appoġġ għall-uffiċjali politiċi jew militari, l-akkomodazzjoni mill-ġdid tal-ex suldati, u skemi ta’ appoġġ tas-salarji; lezzjonijiet ta’ edukazzjoni ċivika għall-ex suldati u programmi ta’ riġenerazzjoni psikoloġika għall-ex kombattenti b’allokazzjoni speċifika ta’ riżorsi addizzjonali għas-skemi ta’ impjieg u programm ta’ ħolqien tax-xogħol;

28. Jirrimarka li l-programmi tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ex kombattenti femminili;

29. Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-użu ta’ suldati tfal u kontra r-reklutaġġ ta’ bniet fil-forzi armati u s-soġġezzjoni sussegwenti tagħhom għall-abbuż sesswali hija marbuta mal-isforzi favur it-titjib tal-ħajja ta’ kuljum tan-nisa li jgħixu f’reġjuni fejn ikunu għaddejjin il-proċessi tal-bini ta’ paċi u tan-nazzjonijiet wara tmiem il-konflitti;

30. Huwa tal-opinjoni li l-programm tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandu jimmira lejn żviluppi soċjali u ekonomiċi, u jipprovdi programmi ta’ assistenza finanzjarja bil-għan li jilħqu l-bżonnijiet immedjati;

31. Jemmen li appartenenza lokali tal-proċess għal-bini ta’ paċi hija essenzjali biex tiġi assigurata stabilità dejjiema;

32. Jikkunsidra li d-donaturi internazzjonali għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi reġjonali u lokali meta jfasslu politika ta' rikostruzzjoni għall-istabilità u d-demokrazija, li tibda mill-esperjenza miksuba bil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

33. Jenfasizza li strateġija ta' rikonċiljazzjoni adattata jeħtiġilha tqis is-sehem tan-nisa fil-proċessi tat-tisħiħ tal-paċi; jenfasizza li l-programmi ta' rikonċiljazzjoni għandhom jinkorporaw iċ-ċirkustanzi partikulari tat-tfal li jintlaqtu mill-konflitti armati;

34. Jemmen li l-leġittimità tal-istat tista’ tinbena biss permezz ta’ governanza tajba u effettiva; jenfasizza li l-istituzzjonijiet, il-proċessi elettorali, ir-reġistrazzjoni ta' votanti u r-reġistri elettorali, l-identifikazzjoni ta' votanti u l-mekkaniżmi għal kontra l-korruzzjoni jeħtieġ li jkunu trasparenti u responsabbli kemm jista' jkun għaliex dawn huma l-prerekwiżiti għad-difiża tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u d-dinjità tal-popolazzjoni, kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku, l-investiment u l-kummerċ;

35. Iqis fatturi bħal l-istat tad-dritt, munita stabbli, is-suq ħieles, is-servizz ċivili effiċjenti u kompetenti, l-indipendenza ġudizzjarja, il-fergħat leġiżlattivi u l-eżekuttivi mingħajr korruzzjoni, huma l-mezzi li bihom l-individwi u l-komunitajiet, permezz tal-industrija u l-inizjattiva tagħhom, ikunu jistgħu verament iżidu l-prosperità tan-nazzjonijiet tagħhom;

36. Jitlob għall-ħolqien ta’ kumitati uniċi għall-investiment biex jinkoraġġixxi setturi ta’ prijorità fejn l-Investiment Barrani Dirett jista’ jiġi attirat, li joħloq impjiegi ‘l barra mis-setturi tradizzjonali agrikoli permezz tal-appoġġ tal-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ investiment liberali u zoni industrijali mingħajr taxxa;

37. Jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq unità tat-tneħħija ta’ regolamenti li tkun tista' tagħti pariri lill-pajjiżi emerġenti mill-konflitt dwar kif jibnu l-infrastruttura ekonomika tagħhom biex ineħħu l-kontrolli burokratiċi li jwaqqfu jew idewmu l-ħolqien ta’ negozji żgħar, il-ftuħ ta’ kontijiet bankarji, ir-reġistazzjoni tal-art u tal-kumpaniji; it-tnaqqis ta’ kapitali investiti fi proġetti li fihom elementi kbar ta’ riskji qed jiġu applikati fejn huwa possibbli u l-inċentivi tat-taxxa għall-ħolqien ta’ intrapriżi għandu jiġi applikat b’mod partikulari permezz ta’ programmi ta' appoġġ għall-baġit;

38. Iqis li huwa kruċjali li jiġu involuti n-nisa f'attivitajiet ekonomiċi f'soċjetajiet ta' wara l-konflitt sabiex ikun hemm appoġġ għat-tisħiħ soċjo-ekonomiku u kummerċjali, u jenfasizza l-irwol pożittiv tal-mikrokreditu;

39. Jemmen bis-sħiħ li l-appartenenza lokali tal-iżvilupp ta’ koperazzjoni fl-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu msaħħa permezz tal-involviment ta’ parlamenti nazzjonali, li jinkludi azzjoni reċiproka u bini tal-kapaċità bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti ta’ pajjiżi msieħba; li jinkludi s-sistemi ta’ appoġġ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, il-kapaċitajiet teknoloġiċi għall-ħolqien ta’ lista elettorali eżemplari, il-proviżjoni tal-karti tal-Identita meta r-reġistrazzjoni tat-twelid jew id-dokumenti ta’ appoġġ taċ-ċittadinanza mhumiex disponibbli;

40. Jenfasizza l-ħtieġa ta' għajnuna għall-awtoritajiet lokali, billi jingħatalhom it-taħriġ adattat u l-possibilità li jaqsmu l-esperjenzi; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-impenn tal-Parlament għall-prinċipji u l-prattiki tad-demokrazija parlamentari;

41. Jenfasizza li, meta jsiru l-elezzjonijiet f'pajjiż ta’ wara l-konflitt, il-parteċipazzjoni tan-nisa għandha tiġi appoġġjata permezz ta' programmi speċifiċi u bi kwoti fil-livelli kollha;

42. Jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ indipendenti tat-trasparenza u l-kontabiltà fl-użu tar-riżorsi, li jistgħu jkollhom irwol importanti fis-sitwazzjonijiet ta’ wara l-konflitt jekk jerġgħu jiġu investiti fil-bini tal-istat; ukoll jenfasizza l-importanza li tiġi miġġieed kull tipi ta’ ħela, frodi u korruzzjoni, permezz ta’ mekkaniżmi adeġwati kontra l-korruzzjoni, bl-appoġġ viġilanti tas-soċjetà ċivili;

43. Jenfasizza l-bżonn li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni timxi l-quddiem, biex is-sorsi ta’ finanzjamenti illeċiti jiġu impediti minflok ikomplu jħeġġu l-konflitt u jipperikulaw l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ladarba l-korruzzjoni jagħmlu l-istituzzjonijiet ineffikaċi, tkabbar il-marġinalizzazzjoni soċjali, jgħawweġ teħid tad-deċiżjonijiet u jfixkel id-dispożizzjoni tas-servizzi bażiċi;

44.  Jenfasizza li l-appoġġ għall-komunitajiet, il-familji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet tal-mikrokrediti u n-netwerks lokali huma prikundizzjonijiet għas-suċċess ta' kull politika għall-iżvilupp; u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu appoġġ politiku u finanzjarju lill-paċi lokali u l-atturi tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll matul iż-żminijiet tal-kriżi, b’mod partikulari permezz tal-Istrumenti għall-Istabilità tal-Unjoni Ewropea u l-komponent tar-reazzjoni għall-kriżi;

45.  Jenfasizza li, f’sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ir-reġistrazzjoni tat-titoli tal-art u r-reġolarizzazzjoni tal-appartenenza tal-art għandhom isiru skont il-ligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex tiġi evitata l-approprjazzjoni ta’ art illegali, ta’ spiss b’detriment għall-ifqar jew l-aktar vulnerabbli, mill-gvernijiet, il-kumpaniji privati u l-elit tat-tmexxija, inklużi dawk li jirritornaw lejn pajjiżhom u l-Persuni Spostati Internament; jenfasizza barra minn hekk li l-isforzi għadhom isiru biex isaħħu l-qrati sabiex dawn ikunu jistgħu jinfurzaw aħjar il-liġi tal-proprjetà, b'mod speċjali f'pajjiżi fejn in-nisa għandhom stejtus legali mnaqqas;

46. Itenni l-impenn tiegħu għall-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti bl-għan aħħari li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-emanċipazzjoni tan-nisa – ħtieġa indispensabbli biex jinkisbu l-paċi u l-istabilità dejjiema;

47.  Iqis li ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom l-aktar riżorsi naturali bażiċi biex jieħdu ħsieb tal-iżvilupp tagħhom iżda l-immaniġġjar fqir u l-prattiki korrotti relatati mar-riżorsi naturali bħaż-żejt, l-ilma, l-injam u d-djamanti jistgħu jergħġu jġibu lura l-pajjiż għaċ-ċiklu tal-konflitt; jiddeplora l-involviment ta’ diversi parteċipanti (lokali, reġjonali, internazzjonali u transnazzjonali) fil-miżapproprijazzjoni u l-isfruttar ta' dawn ir-riżorsi; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġjaw governanzja tajba tar-riżorsi naturali kollha kif ukoll biex jieħdu azzjoni kontra l-isfruttar u l-ittraffikar, b’mod speċjali fejn jikkontribwixxi għall-bidu, l-eskalazzjoni u l-kontinwazzjoni ta’ konflitti armati;

48. Jirrikonoxxi il-kisbiet tal-Proċess ta' Kimberley, l-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u l-Infurzar tal-Liġi, tat-Governanza u l-Kummerċ tal-Foresti u jitlob li dawn jissaħħu u jiġu implimentati u infurzat b'mod aktar aktar effettiv;

49. Itenni l-konklużjonijiet tad-dokument dwar il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali, ippreżentat f'Marzu 2008 lill-Kunsill Ewropew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni, filwaqt li jwissi li l-bidla fil-klima qiegħda thedded li titfa' piż żejjed fuq l-istati u lir-reġjuni tad-dinja li huma diġà dgħajfa u b'tendenza ta' konflitti, filwaqt li jinħolqu flussi ta' immigrazzjoni ġodda u jintensifikaw ir-riskji tas-sigurtà għall-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-bidla fil-klima fl-isforzi tagħha għat-tisħiħ tal-paċi;

50.  Iqis li l-ġustizzja għall-vittmi ta' konflitti hija essenzjali u li l-qrati nazzjonali, sakemm is-sistema ġudizzjarja qed tiffunzjona, hija indipendenti u imparzjali, jinsabu f'pożizzjoni aħjar minn dik ta' tribunali internazzjonali ta' reati tal-gwerra sabiex jiżguraw l-appartenenza tal-proċessi ġudizzjarji nazzjonali u l-ikkastigar ta' dawk li jikkommettu reat; fil-proposti ta’ dan il-qafas, fil-kuntesti ta' wara l-konflitt, biex issir magħrufa l-possibilità tat-traċċ tal-vjolazzjonijiet li saru matul il-konflitt;

51. Jitlob għat-tisħiħ tas-sistemi ġudizzjarji billi jingħata taħriġ lill-imħalfin, il-prosekuturi ġenerali, isiru konferenzi dwar ir-riformi ġudizzjarji, ħatriet ġudizzjarji għas-sistemi indipendenti, ħlas tajjeb għall-persunal ġudizzjarju, id-dispożizzjoni tal-għodod għall-qrati, l-amministrazzjoni mtejba tal-qorti; iż-żamma tad-dokumentazzjoni, il-baġit u l-immaniġġjar tal-persunal u x-xiri tat-teknoloġija moderna li tinkludi kompjuters għas-segwitu tal-każijiet;

52. Jitlob għall-għajnuna legali għall-gruppi vulnerabbli, il-minoranzi etniċi, il-bdiewa mingħajr art u gruppi oħra marġinalizzati, u t-taħriġ paralegali biex jiżdied l-aċċess għas-sistema ġudizzjarja li hija provduta minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi bl-esperjenza;

53. Iqis li hija kruċjali li tintemm il-kummissjoni bl-impunità ta' delitti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneri u li dawn id-delitti, fejn hu possibbli, jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet tal-amnestija, u li jiġi żgurat li l-vittmi kollha, b'mod partikulari n-nisa u t-tfajliet, ikollhom protezzjoni ugwali f'għajnejn il-liġi u aċċess ugwali għall-ġustizzja; minħabba s-sitwazzjoni ta’ żvantaġġ li n-nisa u t-tfal f’ħafna soċjetajiet għandhom sabiex ikollhom aċċess għall-ġustizzja, għandu jsir arranġamenti speċjali meta jkun neċessarju;

54. Jenfasizza l-bżonn li n-nisa li jkunu sofrew vjolenza sesswali jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għall-programmi ta’ sensibilizzazzjoni li jappoġġjaw dawk in-nisa li jkollhom jiġġieldu kontra l-istigma li jiffaċċjaw;

55. Jilqa' b’sodisfazzjon l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820, b'mod partikulari r-rikonoxximent tagħha li l-vjolenza sesswali hija theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

56. Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċjali tat-tfal, u b’mod partikulari tat-tfajliet, b’sitwazzjonijiet ta’ wara l-konflitt, b’mod partikulari fir-rigward tal-edukazzjoni;

57. Ifaħħar l-interazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Kriminali Internazzjonali; jenfasizza li l-appoġġ tal-UE huwa essenzjali għall-infurzar tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jemmen li huwa vitali li l-istati kollha jiffirmaw u jirratifikaw l-Istatut tar-Roma sabiex is-sistema tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tkun aktar funzjonali, koerenti u konsistenti; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikan sabiex jindirizzaw b'mod immedjat l-implimentazzjoni konsistenti tal-mandati kollha ta' arrest li toħroġ il-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-sitwazzjionijiet kollha ta' konflitt;

58. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu l-ġlieda kontra l-impunità bħala l-aktar mezz effettiv għall-prevenzjoni ta' abbużi futuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jappoġġaw l-operat ta' tribunali internazzjonali stabbiliti;

59  Jenfasizza li l-paċi sostenibbli hija f’ħafna modi dipendenti minn involviment ibbażat fuq il-komunità u l-appartenenza tal-proċess tal-paċi - proċess li jkun leġittimu u jkollu suċċess biss jekk in-nisa jkunu involuti b'mod ugwali fil-funzjoni soċjali importanti u l-irwrol vitali tagħhom fil-produzzjoni tal-ikel u l-benessri tal-familja b’mod partikulari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob, filwaqt li jżomm f’moħħu li n-nisa u t-tfal jagħmlu mat-80% tar-refuġjati, għall-appoġġ partikulari biex tiġi provduta lin-nisa u lill-irġiel biex jiġu rikonoxxuti li għandhom rwol vitali fil-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità, u jenfasizza li l-irwol tal-komunità internazzjonali fl-appoġġ tan-netwerk tas-soċjetà ċivili li jgħaqqad inizjattivi lokali, nazzjonali u internazzjonali huwa kruċjali għall-proċess tal-paċi;

60. Jitlob għat-twaqqif ta' Kummissjoni għaż-żamma tal-Paċi li tinkludi membri awtorevoli tal-partijiet kontendenti sabiex tiġi antiċipata l-vjolenza fuq skala kbira;

61. Jemmen li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti jistgħu jintużaw bħala għajnuna għad-djalogu bejn il-gruppi f’konflitt meta msawwar fuq taħriġ fir-riżoluzzjoni ta' konflitti mhux vjolenti u fl-edukazzjoni dwar il-paċi; jappoġġja l-ħolqien ta’ opportunitajiet għad-djalogu billi jiġu organizzati konferenzi nazzjonali, diskussjonijiet madwar mejda bejn il-partijiet ikkonċernati, laqgħat ta’ kuntatt ma’ gruppi żgħar fil-livell bażiku, taħriġ ta’ medjazzjoni għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-komunità tal-anzjani lokali u l-mexxeja tal-istituzzjonijiet tradizzjonali;

62. Jitlob lill-Istati Membri biex isegwu proġetti ta’ żvilupp biex jaħtru sieħeb mexxej bejniethom biex jifforma mekkaniżmi ta’ rappurtaġġ (anke jekk il-fondi għal dan il-proġett jiġi minn Stat Membru differenti) biex jintlaħaq koordinazzjoni tad-donatur u koerenza; li jinkludi t-twaqqif ta’ standards tal-kontabilità għall-ħtiġijiet tal-iżvelar fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

63. Iqis li għandha tittieħed azzjoni biex titrawwem preżenza u parteċipazzjoni femminili akbar fil-mezzi tax-xandir u fil-fora pubbliċi kollha li permezz tagħhom in-nisa jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom;

64. Ifakkar li r-reġistrazzjoni tat-twelid huwa dritt tal-bniedem u dritt ċivili fundamentali, jenfasiza li r-reġistrazzjoni tat-twelid hija ta' importanza kruċjali b'mod partikulari waqt konflitt armat kif ukoll wara l-konflitt għaliex din tgħin biex tipproteġi lit-tfal minn ksur tad-drittijiet tagħhom; din trid titqies bħala kwistjoni ta' żvilupp ċentrali;

65. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ li jagħti attenzjoni lill-konflitti matul iċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ programmi tal-iżvilupp, sabiex jiżdiedu l-impatti pożittivi u jitnaqqsu l-impatti negattivi tagħhom fuq id-dinamika tal-konflitt; jenfasizza l-importanza li l-analizi dwar il-konflitt isir b'mod sistematiku u li jiġu magħrufa l-fatturi prinċipali li jwasslu għall-konflitti; iqis li l-introduzzjoni ta' standards indikattivi jkunu għodda utli għall-evalwazzjoni tal-impatt ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp;

66. Jitlob għal zona ta’ konflitt fl-istati tal-viċinat biex ikunu involuti b’mod attiv fil-pjan tal-iżvilupp u r-rikostruzzjoni ta’ wara l-konflitt, flimkien mal-komunità internazzjonali;

67. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw strateġija reġjonali ħalli jinsab tarf tas-sitwazzjoni f'pajjiżi partikulari;

68. Għandu l-intenzjoni li jkompli jieħu sehem attiv fix-xogħol organizzat mill-Kummissjoni bħala parti mis-segwitu tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq dwar ir-reazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità; jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-fatt li issa huwa urġenti li dan ix-xogħol, li kien miexi bil-mod wisq, jista' jwassal għat-teħid ta’ azzjonijiet konkreti malajr f’oqsma fundamentali bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni biex iżomm lill-Parlament Ewropew infurmat tajjeb dwar il-passi li jittieħdu fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-każijiet ta' studji tal-pajjiżi u b'mod partikulari f'termini tal-użu ta' dawn is-sejbiet għall-identifikazzoni u l-pjan ta' azzjonijiet sussegwenti;

69. Iqis li huwa bżonjuż għad-delegazzjonijiet kollha tal-KE f'pajjiżi terzi li jinkludu punt fokali dwar is-sessi b'mandat, il-ħiliet u r-riżorsi adegwati;

70. Jenfasizza l-bżonn urġenti għall-popolazzjonijiet f’pajjiżi li saru fraġli biex jaraw żviluppi pożittivi fis-sitwazzjoni tagħhom u fis-sitwazzjoni ta’ pajjiżhom, u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ma jittraskurax il-viżibilità tal-azzjonijiet li saru fuq l-art;

71. Jappoġġja l-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti Vjolenti kif ukoll il-miżuri tas-sigurtà u l-iżvilupp maħsuba fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-2009, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni ta' miżuri marbuta mat-tisħiħ tal-paċi.

72. Jenfasizza l-importanza tal-bini tal-kapaċità tal-staff tal-KE biex jiġi implimentat programmar dwar is-sensittività tal-konflitt permezz ta’ ġwida speċjalizzata, b'mod partikulari billi jiġu żviluppati, għall-istaff ikkonċernat, linji gwida qosra u magħmula apposta dwar sensittività għall-konflitti li jkunu msejsa fuq Sistemi ta' Evalwazzjoni tal-Paċi u l-Impatt tal-Konflitti u l-Pakkett ta' Riżorsi għas-Sensittività għall-Konflitti;

73. Iqis li, sabiex tiġi indirizzata b’mod effettiv l-isfida tat-tranżizzjoni ta' wara l-konflitt, l-intervenzjonijiet għandhom ikunu f'waqthom, flessibbli, u prevedibbli;

74. Jenfasizza fuq il-fatt li l-missjonijiet kollha tal-UE (inklużi l-gruppi ta' medjazzjoni u n-negozjati, l-pulizija u l-forzi għaż-żamma tal-paċi eċċ.) għandhom jinkludu konsulenti dwar is-sessi, taħriġ għall-integrazzjoni bejn is-sessi u mill-inqas 40% tan-nisa fil-livelli kollha, inklużi fl-iktar livelli għoljin;

75. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar l-integrazzjoni tas-sessi fil-missjonijiet esterni tal-UE;

76. Jirrimarka l-bżonn għall-integrazzjoni ta' perspettiva dwar is-sessi fir-riċerka għall-paċi, fil-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti, fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, fir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni ta' wara l-konflitti, fl-istrumenti finanzjarji, fid-Dokumenti ta’ Strateġija għall-Pajjiż/għar-Reġjun u fl-ippjanar tal-interventi esterni kollha;

77. Jappoġġja lill-uffiċċju tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE bħala l-għodda ewlenija tal-UE li tgħin fil-medjazzjoni ta' soluzzjonijiet politiċi u biex issaħħaħ l-istabilità politika dejjiema fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

78. Jinkoraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa l-aħjar prattiki għal kwistjonijiet li jeħtieġu koperazzjoni wiesgħa fost il-parteċipanti politiċi, militari, umanitarji u tal-iżvilupp fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-konflitti, fil-medjazzjoni, fiż-żamma tal-paċi, fl-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istat tad-dritt, fl-għajnuna umanitarja u fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp fit-tul;

79. Jitlob għall-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 u jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-pajjiżi msieħba u lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jiżviluppaw Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali; jissuġġerixxi reviżjoni tal-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiżgura l-konformità sħiħa mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti UNSCR 1325 u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820;

80.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tappoġġja l-isforzi ta' pajjiżi msieħba biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet għar-responsabilità domestika demokratika (il-kontroll parlamentari u l-kapaċitajiet ta' verifika) meta l-assistenza Komunitarja tingħata permezz ta' appoġġ baġitarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twettaq dan l-obbligu b’mod aktar robust u konsistenti; jenfasizza li l-emanċipazzjoni ta’ entitajiet tal-kontroll parlamentari u istituzzjonijiet ta’ verifika huma fattur prinċipali għall-ksib ta’ impatt sostenibbli tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea; jitlob għall-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ ħarsien ġenerali, sabiex jingħataw l-awtorità biex jimmonitorjaw l-użu u l-impatt tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea;

81. Jitlob lill-banek tal-investiment, inkluż il-Bank Ewropew għall-Investiment, biex jiżguraw li s-self u l-investimeti tagħhom f’pajjiżi ta' wara l-konflitt, b’mod speċjali f’pajjiżi li huma sinjuri fir-riżorsi, ikunu konformi mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards tal-ambjent u biex ma jżidux it-tensjoni;

82. ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi li għadha kemm twaqqfet; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' koperazzjoni ma’ sieħba internazzjonali, l-aktar man-Nazzjonijiet Uniti, fil-kwistjonijiet marbuta mal-għajnuna; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jassiguraw li s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti għandha r-riżorsi meħtieġa u li hija responsabbli għall-appoġġ li tipprovdi għall-proċessi bejn il-pajjiżi li jinvolvu l-Kummissjoni tal-Bini ta' Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u entitajiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti;

83. Jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp hija element importanti ħafna fit-tisħiħ tal-paċi u fil-prevenzjoni tal-konflitt fi stati fraġli, iżda għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna lejn riżoluzzjoni tal-konflitt ma għandhomx jinkludu kwalunkwe riżorsi militari jew komponenti;

84. Jirrakkomanda l-infurzar tal-kodiċi ta' kondotta għall-istaff tan-NU li jkun qed jaqdi dmiru f'żoni ta' wara konflitt u jitlob għal tolleranza zero tal-vjolenza sesswali li tkun saret mill-istaff għaż-żamma tal-paċi jew mill-istaff tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi;

85. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati għas-sħubija, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi, lill-Kummissjoni tal-AU u l-Kunsill Eżekuttiv tal-AU, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill ACP-EU JPA.

(1)

ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)

ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22

(3)

ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(4)

ĠU C 25, 30.01.2008, p. 1-12

(5)

ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(6)

(S/2004/616).

(7)

Testi adottati, P6_TA(2007)0540.

(8)

Testi adottati, P6_TA(2007)0483.

(9)

AKP-UE 3937/07/finali.

(10)

Kalkolu tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali bbażat fuq stimi tal-Bank Dinji fil-Prospetti Ekonomiċi Globali 2006: Implikazzjonijiet Ekonomiċi ta' Rimessi.

u Migrazzjoni, Bank Dinji, Washington 14.11.2005.

(11)

Rapport tal-Monitoraġġ tal-Isplussivi 2007: Lejn dinja ħielsa minn splussivi.


NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

Dan huwa wieħed mill-aktar rapporti importanti ta' din is-sena. Huwa jirriżulta mill-fehmiet imperattivi li wasslu għall-fondazzjoni tal-Kummissjoni tan-NU għat-Tisħiħ tal-Paċi fis-Samit Dinji tal-2005; u jassumi bħala prijorità din il-konklużjoni: nofs il-pajjiżi li jgħaddu minn konflitti jerggħu jidħlu f'konflitt ieħor fi żmien ħames snin. Attwalment hemm għaddej 42 konflitt madwar id-dinja.

Fuq quddiem nett fil-bini ta' nazzjonijiet hemm żewġ protagonisti prinċipali. L-ewwel u l-aktar importanti huwa l-pajjiż innifsu li jinsab f'sitwazzjoni ta' fraġilità. Mingħajr ir-rieda qawwija ffukata fuq l-għan li joħroġ mill-konflitt u jorjenta ruħu lejn paċi permanenti, huwa kważi inevitabbli li dan jerġa' jidħol f'konflitt ieħor. It-tieni protagonista hija l-komunità internazzjonali li l-irwol tagħha huwa li tagħti appoġġ u tgħin lill-pajjiż li qed jirkupra permezz tal-impenji finanzjarji tagħha u permezz tal-patrimonju ta' għarfien u esperjenza diretta tal-membri tagħha li kapaċi jitgħallmu xi jrid u x'ma jridx ikun biex jinbena pajjiż.

Il-Pjan Marshall huwa eżempju eċċellenti kif pajjiż wieħed – l-Istati Uniti – ħeġġeġ lill-Ewropa tal-Punent kollha biex tiċħad il-gwerra u tagħżel il-paċi permanenti.

Huwa faċli li tfassal ir-rotta mixtieqa għall-paċi – il-prattika hija aktar diffiċli biex issegwiha. Teoretikament, ir-rotta tgħaddi mill-gwerra għall-paċi u minn hemm għar-rikostruzzjoni u s-suċċess. Il-proċedura t-tajba għal dan il-mudell huwa s-suġġet ta' dan ir-rapport li jiffoka speċifikament fuq ir-rikostruzzjoni bħala l-objettiv primarju tal-iżvilupp għall-bini ta' nazzjon.

PERSPETTIVI GĦALL-IŻVILUPP TAT-TISĦIĦ TAL-PAĊI F'SITWAZZJONIJIET TA' WARA L-KONFLITTI

Prijoritajiet immedjati:

· Spażju sikur fejn wieħed jista' jaħdem

· Garanzija għall-aċċess għall-ilma tajjeb u sorveljanza tat-tneħħija totali u d-dfin tal-mejtin skond l-użanzi lokali meta jkun possibbli

· Garanzija għall-aċċess għall-ikel, is-sħana (skond it-temp), l-elettriċità u s-servizzi tas-saħħa u l-mediċni essenzjali

· Preżenza viżibbli ta' forzi għaż-żamma tal-paċi (pulizija) biex tinżamm d-dehra tal-forza tal-liġi u l-ordni li ma tħallix li jsir sakkeġġ; il-bini ta' netwerk lokali ta' min jipprovdi informazzjoni

· L-għotja ta' inċentivi lill-mexxejja lokali biex jaqsmu l-poter bejniethom u biex jipprovdu servizzi (kura tas-saħħa u edukazzjoni) permezz ta' amministrazzjonijiet lokali

Prijoritajiet suċċessivi:

Dawn li ġejjin jeħtieġ li jiġu implimentati b'mod parallel u huma komponenti essenzjali biex tinbeda paċi dejjiema. Importanti ħafna li jingħad li l-ordni preċiża ta' implimentazzjoni tvarja skond il-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni speċifika u dan jiddetermina l-applikazzjoni.

1. Id-Diżarmaent, id-Dimobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni (DDR)

Kif diġà ingħad, nofs il-pajjiżi li għaddew minn konflitt fi żmien ħames snin jerġgħu jsibu ruħhom f'ieħor. "Territorju Sigur" huwa għalhekk prirekwiżit fundamentali għal dak kollu li jrid jiġi wara – l-iżvilupp ekonomiku, l-investiment u l-kummerċ, kif ukoll id-difiża tal-libertajiet u d-dinjità tal-popolazzjoni.

2. Qsim ta' poter (minn kmandanti tal-gwerra għal mexxejja politiċi)

Mexxejja kombattenti jiġu konvinti biex jirrinunċjaw għall-vjolenza u jaċċettaw il-qsim tal-poter permezz ta' strutturi istituzzjonali.

Fl-istess waqt, ic-cittadini li jkunu attivi u infurmati tajjeb jeħtieġ li jkunu impenjati f'din ir-relazzjoni ta' qsim ta' poter. Jeħtieġ li jkun hemm trasparenza fl-istadji kollha tal-proċess. Mhux biss hemm il-ħtieġa ta' konsultazzjoni tal-partijiet kollha, iżda jeħtieġ ukoll li din il-konsultazzjoni tal-partijiet tkun tidher.

3. L-Istat tad-Dritt

Parti mir-raġuni għaliex tant pajjiżi li jkunu f'sitwazzjoni fraġli jerġgħu jisfaw f'konflitt hija li s-sinsla għal soċjetà stabbli, li huma l-istituzzjonijiet, mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jegħlbu t-tentazzjoniji li jerġgħu jaqgħu għal metodi immedjati biex jinfluwenzaw id-direzzjoni tal-avvenimienti. Kultant l-istituzzjonijiet jistgħu fil-fatt saħansitra jaħdmu kontra l-istabilità. L-element essenzjali tal-bini ta' istituzzjonijiet huwa ż-żamma tal-istat tad-dritt.

Barra minn hekk, f'dan l-istadju l-istat tad-dritt għandu jiġi indirizzat lejn li jiġi żgurat li l-awtorità ċentrali żżomm sod. L-istituzzjonijiet iridu jservu ta' forza ċentripetali u mhux ta' forza ċentrufugali (iridu jgħaqqdu flimkien il-forzi opposti sabiex jaħdmu flimkien) u ma jkomplux jifirdu minn xulxin il-protagonisti diġà taħt tensjoni.

Il-bini ta' nazzjonijiet jinkludi l-bini ta' istituzzjonijiet: parlamenti nazzjonali, il-proċessi ta' demokratizzazzjoni u l-proċessi elettorali, il-glieda kontra l-korruzzjoni, it-trasparenza u r-responsabilizzazzjoni. L-għodda essenzjali għal dan huwa l-proċess ta' sjieda lokali.

4. L-ekonomija

Il-konflitti vjolenti jgerrxu l-investituri barranin u jistgħu jnaqqsu r-rata ta' tkabbir b'medja ta' 2% . Il-ħolqien ta' ambjent li jistimula l-inizjattiva ekonomika privata huwa għodda qawwija li ttejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tan-nies f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Billi din l-inizjattiva privata hija l-forza li tmexxiha, jeħtieġ li jsir enfasi fuq ir-responsabilizzazzjoni taċ-ċittadini sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal totali tagħhom, b'mod partikulari billi jiddaħħlu fl-ekonomija l-popli spustjati.

Il-kundizzjonijiet sabiex ikun hemm ekonomija soda, kif fehemha fis-sittinijiet il-Kanċellier tal-Ġermanja tal-Punent Ludwig Erhard, huma l-prosperità permezz tal-kompetizzjoni, it-tassazzjoni baxxa, ir-regolamentazzjoni minima u valuta legali stabbli.

L-ekonomista Peruvjan Hernando De Soto jikkalkola li sa $9 triljun ta' assi fi proprjeta reali fid-dinja li għadha qed tiżviluppa jinżammu mingħajr titolu reġistrat. Sakemm dawn jibqgħu jinżammu b'mod "informali" ma jistax ikun hemm krediti ta' ipoteki, pereżempju.

Id-difiża tad-drittijiet għal proprjetà hija essenzjali għall-iżvilupp. Prijorità importanti tal-politika għall-iżvilupp għalhekk għandha tkun li tistabbilixxi u ttejjeb ir-Registri tal-Proprjetà, tipprovdi riżorsi għall-immappjar u r-reġistrazzjoni tal-art u ta' proprjetà intellettwali u li l-qrati jinfurzaw il-liġi tal-proprjetà. Is-suq ma jistax jiffunzjona jekk ma jkunx hemm sistema legali effettiva li fiha d-drittijiet għal proprjetà u l-obbligazzjonijiet kuntrattwali jistgħu jiġu żgurati u infurzati bi predittibilità u ħeffa raġjonevoli.

Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tħares u tinkuraġġixxi l-kreatività u l-ispirtu ta' intrapriża.

5. Pulizija ċivili (inklużi servizzi tas-sigurtà u ta' informazzjoni)

Settur tas-sigurtà li jkun trasparenti, responsabbli u professjonali huwa fundamentali sabiex jinħolqu l-kondizzjonijiet li jseddqu l-iżvilupp. Jiġri bosta drabi li f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u b'mod partikulari wara konflitt, li l-forzi tas-sigurtà ma jkunux kapaċi jew ma jkunux lesti li jipproteġu liċ-ċittadini. Fejn is-settur tas-sigurtà fl-imgħoddi jkun intuża bħala għodda ta' repressjoni, huwa vitali li r-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) tinvolvi l-komunitajiet lokali biex b'hekk tevita l-bżonn li dawn jieħdu f'idejhom is-sigurtà. Huwa essenzjali li t-tranzizzjoni minn sigurtà militari għal sigurtà ċivili sseħħ malajr kemm jista' jkun.

Li tingħata sikurezza, sigurtà u aċċess għall-ġustizzja għall-popli kollha hija għalhekk prijorità sabiex jitnaqqas il-faqar u tinbena l-paċi. L-introduzzjoni ta' forza tal-pulizija civili indiġena trid tieħu post il-forzi internazzonali taz-zamma tal-ordni li ddaħħlu fil-bidu.

6. It-tneħħija ta' spluzzivi u l-eliminazzjoni ta' armamenti żgħar u armi ħfief

L-ispluzzivi u l-proliferazzjonui ta' armamenti żgħar u armi ħfief (SALW) jalimentaw l-konflitti u kriminalità. Kull tentativ biex tittejjeb is-sigurtà sabiex tingħata għajnuna għall-aċċelerazzjoni tal-iżvilupp għandu jippromwovi azzjoni li tindirizza t-trasferiment irrisponsabbli ta' armi u l-proliferazzjoni ta' armamemnti żgħar fis-soċjetà.

7. Is-Soċjetà Ċivili

Jeħtieġ li nippromwovu l-prinċipji tad-demokrazija, il-midja ħielsa u l-aċċess għal informazzjoni tajba. Il-libertà ta' assoċjazzjoni u tal-espressjoni jagħmlu parti mis-sinsla taż-żamma ta' soċjetà ċivili.

L-approċċ prinċipali li wieħed irid isegwi fl-attivitajiet kollha għat-tisħiħ tal-paċi għandu jkun ibbażat fuq ir-rispett għall-valuri fundamentali tad-dinjità tal-bniedem, il-ħelsien, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-ġustizzja u l-ugwaljanza u r-responsabbilità tal-gvern lejn il-popolazzjoni. Il-perspettiva ta' dawk li jibbenefikaw lokalment għandha tkun fil-qalba tal-isforzi għat-tisħiħ tal-paċi u tal-bini ta' nazzjon.

8. Rikonċiljazzjoni u Maħfra

Dan il-pilastru tranżitorju tal-ġustizzja jinkludi r-rikonċiljazzjoni tal-istrata differenzi tal-popolazzjoni, ir-riintegrazzjoni ta' dawk li qabel kienu għedewwa, persuni spustjati, id-djalogu bejn il-gruppi f'konflitt bejnhom (il-fejqan minn trawmiet u l-edukazzjoni dwar il-paċi) l-għarfien tal-verità u kumitati ta' rikonċiljazzjoni, kif ukoll is-sedqa ta' sistemi għar-riżoluzzjoni mhux vjolenti ta' kwistjonijiet.

9. Ir-reati tal-gwerra

Il-ġenoċidju jeħtieġ li jiġi kkastigat u li jiġi muri li qed jiġi kkastigat. Fejn ikun hemm il-bżonn, jeħtieġ li jinħatru Tribunali ta' Krimini tal-Gwerra. Huwa aħjar li l-ħatja prinċipali jiġu kkundannati minn qrati nazzjonali milli minn qrati internazzjonali.

10. L-MDGs u l-Aċċess Ugwali għas-servizzi bażiċi għall-popolazzjoni.

Is-saħħa hija prirekwiżit għall-iżvilupp, kif inhuma wkoll l-ilma tax-xorb u s-servizzi iġeniċi.. Is-sikurezza tal-ikel trid ukoll tingħata prijorità kbira. L-edukazzjoni hija wkoll fattur kbir fit-tnaqqis tal-faqar.

Ħafna mill-pajjiżi li għandhom l-ogħla rati ta' mwiet ta' trabi u ta' tfal għaddew minn konflitti fi snin reċenti. Nuqqas ta' sigurtà fl-ambjent jagħti lok ukoll għall-kriminalità organizzata. Il-kapaċità produttiva ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, imsejsa fuq ħaddiema b'saħħithom u b'edukazzjoni tajba, jeħtieġ li tingħata prijorità għaliex hija element essenzjali sabiex tinkiseb l-eradikazzjoni tal-faqar.

11. L-ugwaljanza bejn is-sessi

In-nisa huwa protagonisti kruċjali fil-proċess ta' bini ta' kapaċitajiet u bini ta' nazzjonijiet. L-isforzi sabiex tinkiseb soċjetà ekwa jistgħu jkunu sostenibbli biss jekk in-nisa jiġu żgurati parteċipazzjoni fin-negozjati għall-paċi u jkunu preżenti bis-sħiħ fix-xena politika, fil-ħajja ekonomika u fis-soċjetà ċivili kollha kemm hi.

12. L-Aċċess ekwu għar-riżorsi sostenibbli

Użu sostenibbli mingħajr ħsara għall-ambjent u aċċess ekwu għar-riżorsi naturali huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli, li jinkludi l-problema tal-bidla fil-klima u t-telf tal-bijodiversità. Is-Somalja huwa eżempju tajjeb ta' x'jista' jiġri meta dawn il-kriterji ma jitqisux biżżejjed.

13. L-attenzjoni li tingħata għall-konflitti

L-għajnuna tista' tonqos milli jkollha rwol pożittiv jekk dawk konċernati mill-iżvilupp ma jagħrfux jew jevitaw kwistjonijiet li jirrigwardaw il-konflitti. Li tingħata għajnuna mingħajr ma tingħata attenzjoni għall-impatt ta' konflitti li jkunu għadhom għaddejjin fuq l-iżvilupp u s-sigurtà tal-persuni, jew jekk tingħata permezz ta' stati li jeskludi ċerti gruppi etniċi jista' jkabbar ir-riskju li jinbdew jew jitkomplew il-konflitti. L-evalwazzjoni tal-konflitti tista' ssir b'mod regolari sabiex isservi ta' informazzjoni fid-deċiżjonijiet dwar programmazzjoni.

Attenzjoni għall-konflitti tinkludi wkoll deċiżjonijiet dwar jekk jingħatax appoġġ għall-baġit lil pajjiż jew settur partikulari, dwar jekk il-biċċa kbira tal-għajnuna tingħatax permezz tal-Istat u dwar kif l-edukazzjoni bażika, is-saħħa u programmi oħra ta' żvilupp jiżguraw li jkollhom l-impatt pożittiv fuq il-kawża oriġinali tal-konflitti, eċċ. L-evalwazzjonijiet għandhom joqgħodu fuq esperjenza mgħoddija ta' evalwazzjonijiet ta' konflitti li diġà saru u analiżi soċjali li diġà saru, b'mod partikulari fuq dawk li jiffukaw fuq l-inugwaljanza u l-esklużjoni soċjali. Jeħtieġ li jsiru sforzi biex tinftiehem u tiġi sġjegata r-relazzjoni tal-għajnuna prosposta u tal-programmi għall-iżvilupp mal-kawża oriġinali tal-konflitti, kif ukoll mal-kawża oriġinali tal-faqar.

14. L-irwol tal-istituzzjonijiet internazzjonali (koerenza u konsistenza tal-Komunità Internazzjonali)

Il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi nħolqot bl-iskop li ttejjeb l-għajnuna internazzjonali għall-pajjiżi li jkunu għadhom kemm għaddew minn konflitti. Din il-Kummissjoni għandha tingħata appoġġ politiku u riżorsi adegwati biex tkun tista' tiffunzjona effettivament u tilħaq l-objettivi prattiċi tagħha fuq il-post.

Min naħa waħda, ħafna minn dawk involuti fix-xena internazzjonali jippromwovu l-bżonn ta' koordinazzjoni aħjar f'ambjenti ta' wara l-konflitti, bħalma huma r-Repubblika Demokratika tal-Kongo, is-Sierra Leone u l-Liberja, iżda minkejja xi titjib, fil-prattika huma bosta drabi jippromwovu l-inkoerenza u l-kompetizzjoni. L-OECD DAC kull tant żmien tagħmel verifiki dwar l-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-membri tagħha. Il-kriterji ta' dawn għandu jiġi estiż biex jinkludi reviżjoni tal-prattiki tagħhom fil-kuntesti ta' wara l-konflitti.


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (8.10.2008)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-perspettivi tal-iżvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti

(2008/2097(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Luisa Morgantini

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Ifakkar li l-paċi mhix biss in-nuqqas ta' gwerra, u li `ma jistax ikun hemm paċi mingħajr ġustizzja u li, barra minn dan, it-tmiem tal-ostilitajiet mhux neċessarjament iwassal għas-sigurtà tal-iriel u tan-nisa; ifakkar ukoll fis-sehem importanti tan-nisa fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-konflitti u fil-binja tal-paċi, u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni ugwali u tal-involviment sħiħ tagħhom fl-isforzi kollha għaż-żamma u l-promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà;

2.   Jitlob għall-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1325 u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tħeġġeġ lill-pajjiżi msieħba u lill-Istati Membri tal-UE biex jiżviluppaw Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali; jissuġġerixxi reviżjoni tal-linji gwida tal-UE dwar id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u biex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-UNSCR 1325;

3.   Jilqa' l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 1820 tal-UNSC, b'mod partikolari r-rikonoxximent tagħha li l-vjolenza sesswali hija theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

4.   Jisħaq fuq il-fatt li l-missjonijiet kollha tal-UE (inklużi l-gruppi ta' medjazzjoni u negozjati, u l-pulizija u l-forzi għaż-żamma tal-paċi eċċ.) għandhom jinkludu konsulenti dwar is-sessi, taħriġ għall-integrazzjoni bejn is-sessi u mill-inqas 40% tan-nisa fil-livelli kollha, inkluż fl-iktar livelli għoljin;

5.   Jinnota l-bżonn għall-integrazzjoni ta' perspettiva dwar is-sessi fir-riċerka għall-paċi, fil-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti, fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, fir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni ta' wara l-konflitti, fl-istrumenti finanzjarji, fid-Dokumenti ta’ Strateġija għall-Pajjiż/għar-Reġjun u fl-ippjanar tal-interventi esterni kollha;

6.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar l-integrazzjoni tas-sessi fil-missjonijiet esterni tal-UE;

7.   Iqis li huwa bżonnjuż għad-delegazzjonijiet kollha tal-KE f'pajjiżi terzi li jinkludu punt fokali dwar is-sessi b'mandat, ħiliet u riżorsi adegwati;

8.   Jenfasizza bis-sħiħ il-bżonn li jiġu kkonsultati u appoġġjati l-organizzazzjonijiet lokali tan-nisa u n-netwerks internazzjonali tan-nisa għall-paċi; jirrakkomanda d-dispożizzjoni tal-appoġġ politiku u finanzjarju, it-taħriġ, it-tisħiħ tal-kapaċità u l-għajnuna teknika, anke dik dwar in-negozjati tal-paċi u dwar is-soluzzjoni mhux vjolenti tal-konflitti;

9.   Jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa jkomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom wara li jkunu ntemmu l-konflitti; iqis, f’dan ir-rigward, li t-tkomplija tax-xogħol tal-għalliema għandha tkun promossa matul il-proċess tal-bini tal-istat;

10. Jisħaq fuq l-importanza li tiġi adottata perspettiva dwar is-sessi meta jiġu nnegozjati u implimentati l-ftehimiet tal-paċi, sabiex tiġi promossa l-protezzjoni kostituzzjonali tad-drittijiet tan-nisa;

11. Iqis li hija kruċjali li tintemm il-kummissjoni bl-impunità ta' delitti ta' vjolenza bbażati fuq il-ġeneri u li dawn id-delitti, fejn hu possibbli, jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet tal-amnestija, u li jiġi żgurat li l-vittmi kollha, b'mod partikulari n-nisa u t-tfajliet, ikollhom protezzjoni ugwali f'għajnejn il-liġi u aċċess ugwali għall-ġustizzja;

12. Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-użu ta’ suldati tfal u kontra r-reklutaġġ ta’ bniet fil-forzi armati u s-soġġezzjoni sussugwenti tagħhom għall-abbuż sesswali hija marbuta mal-isforzi favur it-titjib tal-ħajja ta’ kuljum tan-nisa li jgħixu f’reġjuni fejn ikunu għaddejjin il-proċessi tal-bini tal-paċi u tan-nazzjonijiet wara tmiem il-konflitti;

13. Jinnota li l-programmi ta' Diżarmament, Demobilizzazzjoni u Reintegrazzjoni (DDR) għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ex-ġellieda femminili;

14. Jitlob lill-UE, meta tappoġġja Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (SSR) ta' wara l-konflitti, biex tinkludi perspettiva tas-sessi billi tipprovdi taħriġ u kompetenza dwar is-sessi għall-kostituzzjoni, l-elezzjonijiet, il-pulizija u l-ġudikatura;

15. Jisħaq fuq il-fatt li, meta jsiru l-elezzjonijiet f'pajjiż wara konflitt, il-parteċipazzjoni tan-nisa għandha tiġi appoġġjata permezz ta' programmi speċifiċi u bi kwoti fil-livelli kollha;

16. Iqis li hija kruċjali li jiġu involuti n-nisa f'attivitajiet ekonomiċi f'soċjetajiet ta' wara konflitt sabiex ikun hemm appoġġ għat-tisħiħ soċjo-ekonomiku u kummerċjali, u jisħaq fuq l-irwol pożittiv tal-mikrokreditu;

17. Jenfasizza l-bżonn li n-nisa li jkunu sofrew vjolenza sesswali jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għall-programmi ta’ sensibilizzazzjoni li jappoġġjaw dawk in-nisa li jkollhom jiġġieldu kontra l-istigma li jaffaċċjaw;

18. Jirrakkomanda l-infurzar tal-kodiċi ta' kondotta għall-istaff tan-NU li jkun qed jaqdi dmiru f'żoni ta' wara konflitt u jitlob għal tolleranza zero tal-vjolenza sesswali li tkun saret mill-istaff għaż-żamma tal-paċi jew mill-istaff tal-NGOs;

19. Iqis li huwa meħtieġ li titqies id-dimensjoni tas-sessi fir-rigward ta' refuġjati u persuni mċaqalqa internament, anke fit-tfassil tal-kampijiet tar-refuġjati;

20. Iqis li għandha tittieħed azzjoni biex jitrawmu preżenza u parteċipazzjoni femminili ikbar fil-mezzi tax-xandir u fil-fora pubbliċi kollha li permezz tagħhom in-nisa jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Emine Bozkurt, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Claire Gibault, Lissy Gröner, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Piia-Noora Kauppi, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Roselyne Lefrançois, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Christa Prets, Teresa Riera Madurell, Raül Romeva i Rueda, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Anne Van Lancker, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mary Honeyball, Marusya Ivanova Lyubcheva, Maria Petre, Petya Stavreva


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (13.10.2008)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-perspettivi tal-iżvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti

(2008/2097(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Willy Meyer Pleite

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota li l-paċi u l-istabilità jwasslu għal progress fl-iżvilupp u li n-nuqqas ta' ostilità li huwa karatteristiku tas-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti ma jwassalx b'mod awtomatiku għal stabilità soda u dejjiema; jenfasizza, għalhekk, li l-paċi, is-sigurtà u l-istabilità dejjiema huma prerekwiżiti bażiċi u essenzjali għar-rikostruzzjoni nazzjonali fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti;

2.   Jisħaq fuq l-importanza li jkunu indirizzati l-kawżi bażiċi tal-instabilità permezz tal-politiki tal-iżvilupp li jkunu konformi mal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju (MDGs) u miżuri soċjoekonomiċi, politiċi u kulturali oħra li jistgħu joħolqu l-ambjent meħtieġ biex ma jkunx hemm qawmien mill-ġdid tal-konflitti u li għandhom l-għan li jeqirdu l-faqar, li jkattru l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali, li joħolqu kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi, li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni u li jsaħħu l-istat tad-dritt; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-edukazzjoni, b'mod speċjali għaż-żgħażagħ u n-nisa, li tagħti kontribut dirett għall-ġenerazzjoni tal-istabilità; jiddispjaċih li mhux se jkun possibbli li jintlaħqu l-impenji tal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju, kif ukoll għall-fatt li f'ħafna każijiet l-affarijiet marru għall-agħar, b'mod speċjali rigward dawk l-għanijiet marbuta mal-edukazzjoni u s-saħħa (il-malarja, l-HIV u l-imwiet tat-trabi u tal-ommijiet);

3.   Jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li jintużaw miżuri soċjali u ekonomiċi bil-għan li jinqered il-faqar u jitkattar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali li jista' joħloq l-ambjent meħtieġ biex ikun evitat il-qawmien mill-ġdid tal-konflitti;

4.   Jisħaq fuq il-ħtieġa vitali li l-komunità internazzjonali tidħol għar-responsabilità importanti li tappoġġja lill-awtoritajiet tal-istati li jinsabu għaddejjin mill-proċess ta' rikostruzzjoni, filwaqt li jfittxu li jistabbilixxu l-istat tad-dritt; jenfasizza li appoġġ bħal dan huwa fundamentali għall-bini ta' sistema nazzjonali, kostituzzjonali u politika;

5.   Jisħaq fuq l-importanza li jiġu ttrattati kwistjonijiet dwar l-istrutturi politiċi tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti, b'mod partikulari l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tas-setgħat bejn il-partijiet differenti li qabel kienu f'konflitt; jagħti l-appoġġ tiegħu lill-uffiċċju tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE bħala l-għodda ewlenija tal-UE li tgħin fil-medjazzjoni ta' soluzzjonijiet politiċi u biex issaħħaħ l-istabilità politika dejjiema fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

6.   Jisħaq fuq is-sehem tal-koperazzjoni bejn ir-reġjuni fi kwistjonijiet komuni u f'żoni li jmorru lil hinn mill-fruntieri politiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jadottaw strateġija reġjonali ħalli jinstab tarf tas-sitwazzjoni f'pajjiżi partikulari;

7.   Iqis li hu ta' importanza kbira li l-kawżi tal-instabilità u l-problemi tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti jingħelbu b'taħlita ta' miżuri ċivili u militari; jiġbed l-attenzjoni li mingħajr il-garanziji tas-sigurtà tal-forzi għaż-żamma tal-paċi fuq l-art, il-kundizzjoni ewlenija essenzjali għall-istabilità f'soċjetajiet mifnija bil-konflitti (i.e. is-sigurtà tal-individwi u tal-propjetà tagħhom) ma tkunx tista' titwettaq b'mod ġenerali;

8.   Jinkoraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa l-aħjar prattiki għal kwistjonijiet li jeħtieġu koperazzjoni wiesgħa fost il-parteċipanti politiċi, militari, umanitarji u tal-iżvilupp fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-konflitti, fil-medjazzjoni, fiż-żamma tal-paċi, fl-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istat tad-dritt, fl-għajnuna umanitarja u fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp fit-tul;

9.   Jinnota li d-demokratizzazzjoni, id-demilitarizzazzjoni u d-diżarm tal-partijiet imdaħħla fil-konflitti huma ta' importanza kbira u għandhom ikunu prijoritajiet ewlenin f'kull proċess tat-tisħiħ tal-paċi u tan-nazzjonijiet;

10. Jiġbed l-attenzjoni li l-għajnuna għas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti tkun effikaċi b'mod ġenerali biss meta ssir flimkien mal-appoġġ militari li, barra milli joħloq il-kundizzjoni ewlenija bażika għall-iżvilupp ekonomiku għal wara l-konflitti, jevita li l-għajnuna tispiċċa f'idejn il-kapijiet militari u t-tajfiet kriminali; hu tal-fehma li l-kundizzjonijiet u l-opinjonijiet lokali jridu jitqiesu mid-donaturi barranin tal-għajnuna fl-isforzi tagħhom għall-iżvilupp; jinnota, madankollu li għajnuna bħal din għandha tkun ibbażata wkoll fuq l-aħjar prattika internazzjonali fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

11. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn il-komponenti ċivili u militari tal-għajnuna għall-iżvilupp sabiex jiġi garantit it-tħaddim tal-istruttura bażika u tas-servizzi tal-gvern bla ma jitwarrbu l-ħtiġijiet tar-rikostruzzjoni, tar-riabilitazzjoni u tat-tnedija mill-ġdid tal-proċessi demokratiċi u ekonomiċi; ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi li għadha kemm twaqqfet; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' koperazzjoni mas-sieħba internazzjonali, l-aktar in-Nazzjonijiet Uniti, fil-kwistjonijiet marbuta mal-għajnuna;

12. Jisħaq fuq il-ħtieġa importanti li jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċità militari tal-ESDP sabiex l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu kontribut aħjar għall-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

13. Jiddeplora l-fatt li l-armi ż-żgħar jaħtu għal għadd konsiderevoli ta' każijiet ta' qtil fil-konflitti armati fid-dinja li qiegħda tiżviluppa; iqis li l-politiki tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illegali fl-armi konvenzjonali għandhom ikunu trasparenti, armonizzati, ċari għall-aħħar u aktar effikaċi fuq il-bażi tal-Kodiċi tal-Kondotta dwar l-Esportazzjoni tal-Armi, u li dan il-Kodiċi għandu jorbot legalment; jemmen li l-adozzjoni ta' pożizzjoni konġunta dwar l-esportazzjoni tal-armi tista' tkun ta' kontribut għal dan il-għan; jisħaq fuq l-importanza tat-tneħħija tal-mini, tad-demilitarizzazzjoni, tar-riabilitazzjoni u tar-reintegrazzjoni, kif ukoll tar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti;

14. Jiġbed l-attenzjoni li l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt hija kundizzjoni ewlenija għall-istabilità dejjiema u għall-iżvilupp ekonomiku; jagħti l-appoġġ tiegħu għall-użu tal-operazzjonijiet tal-ESDP, bil-għan li l-istat tad-dritt jitrawwem fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti (pereżempju, il-EUPOL fl-Afganistan, il-EULEX fil-Kosovo u l-EUJUST LEX fl-Iraq); jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-istabbiliment ta' tribunali indipendenti għar-reati tal-gwerra sabiex tiġi evitata l-impunità għall-kriminali tal-gwerra u sabiex ikompli l-proċess tar-rikonċiljazzjoni għal wara l-konflitti;

15. Itenni l-konklużjonijiet tad-dokument dwar il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali(1), ippreżentat f'Marzu 2008 lill-Kunsill Ewropew mir-Rappreżentant Għoli tal-UE u lill-Kummissjoni, filwaqt li jwissi li l-bidla fil-klima qiegħda thedded li titfa' piż żejjed fuq l-istati u lir-reġjuni tad-dinja li huma diġà dgħajfa u b'tendenza ta' konflitti, filwaqt li jinħolqu flussi ta' immigrazzjoni ġodda u jintensifikaw ir-riskji tas-sigurtà għall-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-bidla fil-klima fl-isforzi tagħha għat-tisħiħ tal-paċi;

16. Jinnota li bosta pajjiżi Afrikani għandhom ir-riżorsi bażiċi tal-enerġija, naturali u umani meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa għal aktar trasparenza u effiċjenza fl-industriji estrattivi sabiex dawn il-pajjiżi jkunu jitsgħu jiżviluppaw; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi bħall-proċess ta' Kimberley u l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi, li jippromwovu modi biex jiġi evitat il-potenzjal ta' konflitti kbar; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-edukazzjoni biex l-iżvilupp ikompli miexi 'l quddiem;

17. Jafferma l-importanza vitali tal-politiki tal-migrazzjoni li jkunu ġusti mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jinnota li l-migrazzjoni tista' ssir forza pożittiva fil-proċess tal-iżvilupp, l-aktar bil-flus li jibagħtu l-migranti li joqogħdu fl-UE, billi tnaqqas it-telf tal-aħjar imħuħ, billi tħaffef il-migrazzjoni ta' ritorn u billi tevita t-traffikar tal-bnedmin;

18. Hu tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom obbligu morali li jagħtu kenn lir-refuġjati li jkunu qegħdin jaħarbu miż-żoni tal-konflitti; jemmen li dan l-obbligu jistgħu jitwettaq biss fuq il-prinċipju li l-piż jinqasam bejn l-Istati Membri; ikompli jemmen li l-Istati Membri għandhom jgħinu b'mod attiv lir-refuġjati li jixtiequ jerġgħu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini wara t-tmiem ta' konflitt vjolenti;

19. Jenfasizza li strateġija ta' rikonċiljazzjoni adattata jeħtiġilha tqis is-sehem tan-nisa fil-proċessi tat-tisħiħ tal-paċi; jenfasizza li l-programmi ta' rikonċiljazzjoni għandhom jinkorporaw iċ-ċirkustanzi partikulari tat-tfal li jintlaqtu mill-konflitti armati;

20. Itenni l-impenn tiegħu għall-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti bl-għan aħħari li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-emanċipazzjoni tan-nisa - ħtieġa indispensabbli biex jintlaħqu l-paċi u l-istabilità dejjiema;

21. Jikkunsidra li d-donaturi internazzjonali għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi reġjonali u lokali meta jfasslu politika ta' rikostruzzjoni għall-istabilità u d-demokrazija, ibda mill-esperjenza miksuba bil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

22. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' għajnuna għall-awtoritajiet lokali, billi jingħatawlhom it-taħriġ adattat u l-possibilità li jaqsmu l-esperjenzi; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-impenn tal-Parlament għall-prinċipji u l-prattiki tad-demokrazija parlamentari;

23. Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-Programm tal-UE dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti Vjolenti kif ukoll għall-miżuri tas-sigurtà u l-iżvilupp maħsuba fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-2009, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni ta' miżuri marbuta mat-tisħiħ tal-paċi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sir Robert Atkins, Christopher Beazley, Angelika Beer, André Brie, Colm Burke, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Michael Gahler, Georgios Georgiou, Ana Maria Gomes, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Metin Kazak, Maria Eleni Koppa, Willy Meyer Pleite, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Vural Öger, Ria Oomen-Ruijten, Michel Rocard, Libor Rouček, Christian Rovsing, Flaviu Călin Rus, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Marek Siwiec, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Andrzej Wielowieyski, Luis Yañez-Barnuevo García, Zbigniew Zaleski, Josef Zieleniec

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Fatuzzo, Patrick Gaubert, Tunne Kelam, Nickolay Mladenov, Jean Spautz, Johan Van Hecke

(1)

S113/08, 14 ta' Marzu 2008.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josep Borrell Fontelles, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Corina Creţu, Nirj Deva, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Fernando Fernández Martín, Juan Fraile Cantón, Alain Hutchinson, Romana Jordan Cizelj, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Gay Mitchell, Toomas Savi, Pierre Schapira, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Johan Van Hecke, Anna Záborská, Jan Zahradil, Mauro Zani

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Csaba Őry, Renate Weber, Gabriele Zimmer

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Diċembru 2008Avviż legali