Proċedura : 2008/2199(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0114/2009

Testi mressqa :

A6-0114/2009

Dibattiti :

PV 23/03/2009 - 14
CRE 23/03/2009 - 14
PV 25/03/2009 - 7
CRE 25/03/2009 - 7

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2009 - 4.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0193

RAPPORT     
PDF 241kWORD 178k
3 ta' Marzu 2009
PE 416.553v01-00 A6-0114/2009

dwar l-istat tar-relazzjonijiet tranżatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti tal-Amerika

(2008/2199(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Francisco José Millán Mon

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-istat tar-relazzjonijiet tranżatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti tal-Amerika

(2008/2199(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet tranżatlantiċi, b'mod partikulari ż-żewġ riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006(1) dwar it-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qafas ta' Ftehima ta' Sħubija Tranżatlantika, u dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tranżatlantiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2007 fuq ir-relazzjonijiet tranżatlantiċi(2), kif ukoll l-aktar waħda riċenti tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar is-Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Unti(3),

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tranżatlantika dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Unti tal-1990 u l-Aġenda Tranżatlantika l-Ġdida tal-1995,

- wara li kkunsidra r-riżultat tas-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti li sar fl-10 ta' Ġunju 2008 fi Brdo,

- wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-64 Djalogu tal-Leġiżlaturi Tranżatlantiċi li sar f’Mejju 2008 fi Ljubljana u tal-65 Djalogu tal-Leġiżlaturi Tranżatlantiċi li sar f’Diċembru 2008 f’Miami,

- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana li sar f’Bukarest fit-3 ta’ April 2008,

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-approċċ tal-UE lejn, inter alia, il-Lvant Nofsani, l-Afganistan, l-Iran u l-Iraq, fuq l-Unjoni Ewropea u l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) u fuq is-sigurtà tal-enerġija,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l- Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0114/2009),

A. billi l-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid tal-Istati Uniti fetħet epoka ġdida fl-istorja tal-Istati Uniti, intlaqgħet mad-dinja kollha bi stennijiet kbar u għandha l-potenzjal li tagħti spinta ġdida lis-sħubija tranżatlantika,

B.  billi kull ma jmur l-Unjoni Ewropea qiegħda ssir parteċipant dejjem aktar importanti fid-dinja u billi, ladarba t-Trattat ta’ Liżbona u l-għodod tal-politika barranija tiegħu jidħlu fis-seħħ, l-UE se tkun tista' jkollha sehem iżjed b'saħħtu u koerenti fix-xena internazzjonali,

C. billi skont l-istħarriġ il-biċċa l-kbira tal-Ewropej jappoġġjaw l-idea li l-UE għandu jkollha sehem iżjed prominenti fid-dinja; billi l-biċċa l-kbira tal-Ewropej u tal-Amerikani jħossu li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jindirizzaw it-theddid internazzjonali fi sħubija flimkien,

D. billi ħafna Ewropej jistennew approċċ koperattiv mill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti fil-qasam internazzjonali kif ukoll tisħiħ fir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, ibbażata fuq rispett u ftehim reċiproku tar-restrizzjonijiet u l-prijoritajiet tal-imsieħba.

E.  billi s-sħubija tranżatlantika għandha tibqa’ l-pedament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni,

F.  billi l-isħubija tranżatlantika hija msejsa fuq valuri bażiċi komuni bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-multilariżmu kif ukoll għanijiet komuni bħalma huma s-swieq miftuħin, l-ekonomiji integrati u l-iżvilupp sostenibbli, billi din il-fondazzjoni tibqa' soda minkejja xi differenzi fl-aħħar snin,

G. billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom sehem ewlieni fil-politika u l-ekonomija dinjija, u jaqsmu bejniethom ir-responsabilità għall-promozzjoni tal-paċi, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-istabilità u li jittrattaw diversi sfidi u perikli globali, bħall-kriżi finanzjarja profonda, it-tneħħija tal-faqar u t-twettieq tal-Għanijiet oħrajn ta' Żvilupp tal-Millenju, il-bidla fil-klima, is-sigurtà fl-enerġija, it-terroriżmu u l-proliferazzjoni nukleari,

H. billi f’dinja li kull ma jmur qiegħda ssir dejjem aktar globali, kumplessa u li qed tinbidel, huwa fl-interess taż-żewġ partijiet, kemm tal-Unjoni Ewropea u kemm tal-Istati Uniti, li jagħtu forma lill-ambjent internazzjonali flimkien u li jikkonfrontaw flimkien it-theddidiet u l-isfidi komuni skont il-liġi internazzjonali u l-istituzzjonijiet multilaterali, b’mod partikulari s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, u biex jistiednu msieħba oħra biex jikkoperaw f'dan l-isforz,

I.   jinnota l-konklużjonijiet tal-laqgħa informali tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li saret fit-8 ta’ Jannar 2009 dwar l-oqsma ta’ prijorità għall-koperazzjoni tranżatlantika waqt il-Presidenza Ċeka (koperazzjoni ekonomika u finanzjarja, is-sigurtà tal-enerġija, il-preparazzjoni għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima u d-djalogu msaħħaħ dwar il-Lvant Nofsani, l-Afganistan u l-Iran),

J.   billi huwa neċessarju li l-parteċipanti emerġenti jiġu nvoluti fir-responsabilità għall-ordni dinjija, għax kif Obama kien qal f'Berlin f'Lulju 2008 meta kien għadu kandidat presidenzjali, "ebda nazzjon, ikun kemm ikun kbir jew b’saħħtu”, ma jista’ jegħleb l-isfidi globali waħdu,

K. billi, fid-dawl tal-importanza tar-relazzjoni tagħhom u tar-responsabilità tagħhom għall-ordni internazzjonali, u fid-dawl tal-bidliet li ż-żewġ partijiet u d-dinja jinsabu għaddejin minnhom, jeħtieġ li s-sħubija tagħhom tkun imsejsa fuq bażi solida u aġġornata bħall-ftehima tas-sħubija l-ġdida,

L.  billi s-sħubija tranżatlantika u n-NATO huma indispensabbli għas-sigurtà kollettiva,

M. billi x-xogħol tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jeħtieġ li jibqa’ għaddej lejn l-għan ta’ suq ġenwin, tranżatlantiku integrat; billi fil-kriżi kurrenti jeħtieġ tmexxija konġunta biex issir riforma deċiżiva tal-istituzzjonijiet ekonomiċi internazzjonali,

N. billi l-prodott gross domestiku tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti jirrappreżentaw iżjed minn nofs tal-prodott gross domestiku globali; billi ż-żewġ partijiet għandhom l-ikbar sħubija bilaterali fin-negozju u fl-investiment fid-dinja, skont il-Kummissjoni, kważi 14-il miljun impjieg fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Uniti jiddependu fuq rabtiet ta’ kummerċ u investiment tranżatlantiku.

Kwistjonijiet istituzzjonali bilaterali

1.   Jawgura lill-Barack Obama tas-suċċess billi ġie elett President tal-Istati Uniti tal-Amerika; ifakkar fl-impenn qawwi tiegħu għas-sħubija tranżatlantika li aċċenna għalih fid-diskors tiegħu f’Berlin f’Ġunju 2008, li fih qal li "l-Amerika m'għandhiex sieħeb aħjar mill-Ewropa" u żied li issa wasal iż-żmien li ningħaqdu flimkien ħalli negħlbu l-isfidi tas-seklu 21; itenni l-istedina tiegħu lill-President Obama biex jindirizza lill-Parlament Ewropew fis-sessjoni matul l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fl-Ewropa;

2.   jistieden lill-Kunsill, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni biex itejbu l-koordinazzjoni u l-koerenza tal-politika tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal- amministrazzoni l-ġdida tal-Istati Uniti;

3.   Huwa konvint li r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hija l-aktar sħubija strateġika importanti għall-Unjoni Ewropea; jemmen li l-azzjoni kkoordinata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hija ta' importanza fundamentali għall-komunità internazzjonali biex jiġu ndirizzati sfidi globali filwaqt li tiġi rrispettata l-liġi internazzjonali u t-tisħiħ tal-multilariżmu; iħeġġeġ lill-Presidenza Ċeka tal-Kunsill u lill-Kummissjoni biex flimkien mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti iwaqqfu aġenda komuni ta’ għanijiet għal żmien qasir jew twil fir-rigward ta’ kwistjonijiet bilaterali u ta’ kwistjonijiet u kunflitti globali u reġjonali;

4.   Jenfasizza li l-momentum kurrenti għandu jintuża wkoll sabiex jittejjeb u jiġġedded il-qafas tar-relazzjoni tranżatlantika; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Aġenda Tranżatlantika l-Ġdida eżistenti tal-1995 tinbidel bi Ftehima ta’ Sħubija Tranżatlantika Ġdida, li tipprovdi bażi aktar stabbli u aġġornata għar-relazzjoni tagħhom;

5.   Iqis li jkun xieraq li n-negozjati dwar il-ftehima l-ġdida jibdew wara li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona, sabiex din titlesta qabel l-2012;

6.   Huwa konvint li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku, bħala l-korp responsabbli mit-tisħiħ tal-integrazzjoni ekonomika u tal-koperazzjoni regolatorja, għandu jiġi inkluż fil-ftehima l-ġdida; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jingħata pariri mingħand għadd ta’ nies involuti, inkluż rappreżentanti tan-negozji, u jitlob li jingħata rwol simili lir-rappreżentanti tal-moviment tat-trejdunjins fuq kull naħa tal-Atlantiku;

7.   Jirrakkomanda li s-samits bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jsiru darbtejn fis-sena sabiex l-isħubija tingħatalha spinta u direzzjoni strateġika, u li dawn ikomplu xogħolhom billi jeżerċitaw monitoraġġ adegwat tal-implimentazzjoni tal-għanijiet identifikati aktar qabel;

8.   Huwa tal-fehma li l-ftehima l-ġdida għandha tistabbilixxi korp għal konsultazzjoni u koordinazzjoni sistematika u ta’ livell għoli fir-rigward tal-politika barranija u ta’ sigurtà; jirrakkomanda li dan il-korp ikun immexxi minn Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni fuq in-naħa tal-Unjoni Ewropea u mis-Segretarju tal-Istat fuq in-naħa tal-Istati Uniti, u li dan il-korp jiltaqa’ minn tal-anqas kull tliet xhur, bla ebda preġudizzju għal kuntatti informali; jissuġġerixxi li dan il-mekkaniżmu jista’ jissejjaħ il-Kunsill Politiku Tranżatlantiku;

9.   Afferma mill-ġdid li l-ftehim il-ġdid għandu jaġġorna d-Djalogu Tranżatlantiku tal-Leġiżlaturi f'assemblea tranżatlantika, li jservi bħala forum għad-djalogu parlamentari, l-identifikazzjoni tal-objettivi u skrutinju konġunt tal-implimentazzjoni tal-ftehim, u għall-koordinazzjoni tax-xogħol kemm tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress tal-Istati Uniti fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw iż-żewġ partijiet, li jinkludu koperazzjoni mill-qrib minn naħa tal-kumitati u tar-rapporteurs miż-żewġ naħat; jikkunsidra li din l-assemblea għandha tiltaqgħa fi plenarja darbtejn fis-sena u tiġbor fiha bażi ugwali kemm tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Membri taż-żewġ Kmamar tal-Kungress tal-Istati Uniti; huwa tal-fehma li l-assemblea tista' tistabbilixxi gruppi ta' ħidma biex tipprepara l-laqgħat plenarji; itenni li għandha tinħoloq sistema reċiproka leġiżlattiva ta’ twissija bikrija fi ħdan dan il-Kumitat; jemmen li kumitat tat-tmexxija għandhu jkun responsabbli għat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-kumitati leġiżlattivi u r-rapporteurs tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress tal-Istati Uniti fuq leġiżlazzjoni li hija relevanti fir-rigward ta' aktar integrazzjoni tas-suq tranżatlantiku u b'mod parikulari għax-xogħol tal-Kunsill Politiku Tranżatlantiku;

10. Jikkunsidra li l-assemblea tranżatlantika għandha tibqa' infurmata permezz tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku u l-Kunsill Politiku Tranżatlantiku rigward l-attivitajiet tagħhom, li jinkludu d-dritt li tmexxi s-smigħ mar-rappreżentattivi ta' dawn il-Kunsilli, u li għandha tkun tista' tagħmel il-proposti kemm lill-Kunsill kif ukoll matul is-Samits bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti; jitlob li, apparti t-tisħiħ tal-irwol tal-parlamentari fil-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku, iż-żewġ ko-chairpersons tal-assemblea għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fis-sessjoni tal-ftuħ tal-laqgħat kemm tal-Kunsilli kif ukoll tas-Samits bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti;

11. Jistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kungress tal-Istati Uniti biex jirriflettu dwar il-possibilità li jiġi mwaqqaf uffiċċju ta' kollegament tal-Kungress tal-Istati Uniti fi Brussell;

12. Jistieden lis-Segretarju-Ġenerali tal-Parlament biex ikompli bħala kwistjoni tal-akbar urġenza, l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Diċembru 2006 biex jintbagħat uffiċjal Washington bħala Uffiċjal ta’ Kollegament;

13. Jinsisti fuq il-vantaġġi ta’ programm konġunt ta’ skambji tal-istaff u jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jeżamina flimkien mal-iskrivani tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti u lis-Senat dwar il-possibilità li jsir memorandum konġunt dwar l-iskambji tal-istaff simili għal dak li ntlaħaq ftehim fuqu bejn il-Parlament u s-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti;

14. Jenfasizza li din l-isħubija tranżatlantika għandha tkun appoġġjata bi fehim profond u aktar mill-qrib bejn is-soċjetajiet ċivili taż-żewġ partijiet; jinsisti fuq il-bżonn li jiżdiedu l-iskambji fost l-istudenti, l-akkademiċi u parteċipanti oħra tas-soċjetà ċivili miż-żewġ naħat, sabiex ikun żgurat li l-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-ġejjieni jibqgħu impenjati f'din l-isħubija; iqis li l-appoġġ għal din l-inizjattiva għandu jingħata mill-baġit tal-Unjoni Ewropea tal-2010 u mill-baġits tal-istituzzjonijiet relevanti sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp effettiv tagħha;

15. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-preżenza dejjem tikber ta’ organizzazzjonijiet ta’ nisel Amerikan fi Brussell u b’mod partikulari l-impenn tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tagħha u t-tisħiħ tal-isħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet Ewropej għandhom bżonn jagħtu impenn simili biex joperaw f’Washington DC sabiex jgħollu l-profil tal-Unjoni Ewropea u dak tal-perspettivi Ewropej fuq kwistjonijiet tranżatlantiċi u globali fil-komunità politika tal-Istati Uniti; huwa konxju li l-istituzzjonijiet Ewropej ħafna drabi m’għandhomx l-istess ammont ta’ riżorsi disponibbli għall-partijiet korrispondenti Amerikani tagħhom; għaldaqstant jissuġġerixxi li jkun hemm fondi disponibbli u ta’ prijorità għall-proġetti organizzati minn organizzazzjonijiet Ewropej immirati biex iżidu l-kuxjenza u l-fehma ta’ kwistjonijiet u perspettivi Ewropej fl-Istati Uniti;

16. Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kultura, u biex ikomplu jrawmu u jippromwovu l-benefiċċji reċiproċi li jirriżultaw mill-iskambji kulturali;

17. Jenfasizza l-importanza ta’ koperazzjoni aktar mill-qrib fi programmi tal-ispazju, b’mod partikulari bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u n-NASA;

Sfidi globali

18. Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jinvolvu ruħhom f’multilateraliżmu effettiv, billi jinvolvu lill-parteċipanti emerġenti fi spirtu ta’ responsabiltà maqsuma għall-ordni globali, għar-rispett lejn il-liġi internazzjonali u għall-problemi komuni; jinsisti li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom isegwu l-isforzi tagħhom biex jiksbu l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti tar-Riforma, li tinkludi r-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' fora multilaterali oħrajn fi ħdan l-arkitettura globali;

19. Jistieden liż-żewġ partijiet biex jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja bħala element prinċipali tal-politiki tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa għall-koordinazzjoni intensiva fid-diplomazija tal-prevenzjoni u tal-kriżi, kif ukoll fir-reazzjoni b’mod ikkoordinat u effiċjenti għall-pandemiji u għall-emerġenzi umanitarji; jitlob lill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti biex tirratifika u tiffirma l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jirrepeti l-appell tiegħu favur it-tneħħija tal-piena tal-mewt;

20. Jistieden liż-żewġ partijiet biex jagħtu kontribut b’mod deċiżiv fil-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millenju, b’mod partikulari fl-Afrika. li m'għandhiex titpoġġa f'periklu minħabba l-kriżi ekonomika, u biex jiġu mistħarrġa l-possibilitajiet li tittieħed azzjoni kkoordinata f'dawk l-oqsma; jistieden liż-żewġ imsieħba jonoraw l-impenn tagħhom biex jonfqu 0.7% tal-Prodott Gross Domestiku tagħhom fuq il-koperazzjoni għall-iżvilupp;

21. Jistieden liż-żewġ partijiet biex imexxu b’mod konġunt l-isforzi multilaterali, li tniedew fil-Konferenza ta’ Washington fil-15 ta’ Novembru 2008, biex isolvu l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u biex jirriformaw is-sistema finanzjarja internazzjonali, il-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, billi jinvolvu l-potenzi li qed jikbru, filwaqt li jirreżistu l-protezzjoniżmu u jippromwovu l-konklużjoni b’suċċess tar-rawnd ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

22. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn qawwi tal-President il-ġdid tal-Istati Uniti li jittratta l-bidla fil-klima; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jieħdu r-riedni f’idejhom u biex jilħqu ftehima ambizzjuża għal wara l-2012 fil-Konferenza ta' Kopenħagen li se ssir fl-2009, billi jinvolvu lill-pajjiżi rilevanti kollha li jarmu l-gass ħalli jimpenjawhom biex jilħqu miri vinkolanti, kemm fuq perjodu medju u kemm fuq perjodu twil;

23. Jitlob biex ikun hemm koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qasam tal-enerġija; iħeġġeġ biex il-kordinazzjoni effiċjenti tal-approċċi tagħhom lejn il-pajjiżi produtturi u t-tisħiħ tad-diversità fil-provvista, fir-riżorsi u t-trasportazzjoni jitqiesu bħala prijorità; huwa favur koperazzjoni xjentifika u teknoloġika eqreb fuq l-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija;

24. Jiġbed l-attenzjoni rigward ir-rapport tal-Kunsill tal-Intelliġenza Nazzjonali bl-isem “Xejriet Globali 2025: Dinja Trasformata”, u, fid-dawl tal-ħtieġa li jkun hemm ħsieb strateġiku għat-tul dwar kwistjonijiet ta’ politika fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, iħeġġeġ lill-Presidenza Ċeka u lill-Presidenza Żvediża biex jistinkaw sabiex jistabbilixxu sistema ta' analiżi simili għal dik li juża l-Kunsill tal-Intelliġenza Nazzjonali, sabiex jiġu identifikati x-xejriet fit-tul minn perspettiva tal-UE, billi jaħdmu b’koperazzjoni mill-qrib mal-Istitut għall-Istudji tas-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea; huwa konvint li dan il-pass se jħaffef id-djalogu dwar il-kwistjonijiet strateġiċi prinċipal li se tiffaċċja fiż-żmien li ġej l-isħubija tranżatlantika;

Kwistjonijiet reġjonali

25. Jenfasizza li arranġament paċifiku u ġust tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani huwa fundamentali, u jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li dan jirrappreżenta waħda mill-prijoritajiet l-aktar urġenti tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tikkoordina mill-qrib mal-Unjoni Ewropea u tinvolvi ruħha fil-Kwartett; jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra bikrija tal-ex Senatur George Mitchell bħala mibgħut speċjali tal-Istati Uniti għal-Lvant Nofsani; jenfasizza li ż-żewġ imsieħba għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jintensifikaw in-negozjati bbażati fuq il-pjan direzzjonali u fuq il-kisbiet tal-Konferenza ta’ Annapolis, bil-għan ta’ soluzzjoni taż-żewġ stati; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex jgħinu ħalli l-waqfien mill-ġlied attwali f’Gaza jsir wieħed solidu u għal tul ta' żmien, filwaqt li jinvolvi l-parteċipanti reġjonali u jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tar-Riżoluzzjoni 1860 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bħall-għajnuna umanitarja immedjata għall-popolazzjoni ta’ Gaza u li tiġi żgurata l-prevenzjoni tat-traffiku illegali tal-armi u l-munizzjon u li l-imblokk fuq Gaza jitwaqqaf; jistieden lill-imsieħba tranżatlantiċi biex jappoġġjaw l-isforzi għar-rikonċiljazzjoni inter-Palestinjana, u jinnota l-importanza tat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-Palestinjani kemm fix-xatt tal-Punent u f'Gaza, li jinkludi r-rikostruzzjoni ta' Gaza;

26. Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jaħdmu flimkien għat-tiġdid tal-istrateġiji biex jippromwovu l-isforzi għat-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-Lvant Nofsani, ibbażati fuq dak il-ftit poter li jgawdu u l-poter ekonomiku li għandhom fir-reġjun;

27. Jenfasizza li l-valuri, is-sigurtà u l-kredibilità tal-komunità tranżatlantika fl-Afganistan jinsabu fil-periklu; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea, lill-Istati Uniti, lin-NATO u lin-nazzjonijiet uniti biex ifasslu kunċett strateġiku konġunt ġdid li jintegra b'mod komprensiv il-komponenti tal-ingaġġ internazzjonali, sabiex tiżdied is-sigurtà fir-reġjuni kollha, jissaħħu l-istituzzjonijiet lokali u governattivi Afgani u tingħata għajnuna fil-binja tan-nazzjon u tal-prosperità b’koperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi ġirien; jikkunsidra li l-għan aħħari għandu jkun l-għoti gradwali tar-responsabilità għas-sigurtà u għall-istabiltà f’idejn l-awtoritajiet Afgani; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1833 (2008), li tħeġġeġ lill-partijiet u lill-gruppi Afgani kollha biex jinvolvu ruħhom b’mod kostruttiv fid-djalogu politiku u biex jevitaw li jerġgħu lura għall-vjolenza;

28. Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jiżviluppaw strateġija konġunta fir-rigward tal-Pakistan, li jkollha l-għan li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-kapaċità tiegħu li jiġġieled kontra t-terroriżmu, filwaqt li tinkuraġġixxi l-involviment tal-Pakistan fir-responsabiltà għall-istabilità fir-reġjun, li tinkludi s-sigurtà fil-fruntiera Afgana u l-kontroll sħiħ mill-gvern tal-provinċji tal-fruntieri tal-Pakistan u taz-zoni tribali; jilqa' b'sodisfazzjon in-nominazzjoni ta' Richard Holbrooke bħala l-uniku mibgħut speċjali għar-reġjun Pakistan-Afgan;

29. Jenfasizza li l-programm nukleari Iranjan iqiegħed f'periklu kemm lis-sistema ta' non-proliferazzjoni u kemm lill-istabilità fir-reġjun u fid-dinja; jappoġġja l-objettiv, segwit miż-żewġ naħat, li tinstab soluzzjoni nnegozjata mal-Iran, wara l-istrateġija doppja tad-djalogu u tas-sanzjonijiet, f'koordinazzjoni ma' membri oħrajn tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-Aġenzija għall-Enerġija Atomika Internazzjonali; jikkunsidra li kwalunkwe inizjattiva li tista' tniedi waħda mill-imsieħba rigward l-Iran għandha tkun ikkoordinata bejniethom mill-qrib fi spirtu ta’ fiduċja u ta' trasparenza; jitlob lill-imsieħba tranżatlantiċi biex jiddefinixxu malajr kemm jista’ jkun approċċ komuni lejn l-Iran, mingħajr ma jistennew sakemm il-kwistjoni jkollha bżonn tiġi kkonfrontata b’mod urġenti;

30. Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-ratifikazzjoni tal-ftehima bejn l-Istati Uniti u l-Iraq rigward il-preżenza fl-Iraq tal-forzi militari tal-Istati Uniti; jenfasizza r-rieda tal-Unjoni Ewropea li tkompli tgħin fil-bini mill-ġdid tal-Iraq, b’mod partikulari l-attenzjoni fuq l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-ikkonsolidar tal-istituzzjoniijiet tal-istat u l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku tal-Iraq u r-integrazzjoni mill-ġdid tiegħu fl-ekonomija dinjija; jistieden liż-żewġ partijiet biex permezz ta’ sforzi kkoordinati jkomplu jaħdmu mal-gvern tal-Iraq u man-Nazzjonijiet Uniti sabiex itejbu l-istabiltà u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u biex jagħtu kontribut favur l-għaqda u l-indipendenza tal-Iraq;

31. Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jikkoordinaw mill-qrib il-politiki tagħhom favur ir-Russja; jagħraf ir-rilevanza tar-Russja bħala pajjiż ġarr, tal-interdipendenza tiegħu mal-Unjoni Ewropea u l-irwol tiegħu bħala parteċipant ewlieni fil-livell reġjonali u globali, jenfasizza l-importanza tat-titjib fil-koperazzjoni mar-Russja rigward l-isfidi, it-theddid u l-opportunitajiet ta' interess reċiproku, inklużi l-kwistjonijiet ta' sigurtà, id-diżarmament u non-proliferazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi, l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali; f'dan ir-rigward jenfasizza l-bżonn li tiġi mtejba l-fiduċja reċiproka bejn l-imsieħba tranżatlantiċi u r-Russja u biex tintensifika l-koperazzjoni fi ħdan il-Kunsill NATO-Russja; jistieden liż-żewġ partijiet tranżatlantiċi biex jikkoordinaw mill-qrib l-approċċ tagħhom lejn kwalunkwe riforma fl-arkitettura tas-sigurtà Ewropea, filwaqt li jħarsu l-prinċipji tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u jżommu l-koerenza tan-NATO; jikkunsidra li l-iżviluppi f'din l-arkitettura, li tinvolvi wkoll arranġamenti internazzjonali bħalma huwa t-Trattat dwar il-Forzi Konvenzjonali fl-Ewropa, għandhom bżonn jiġu indirizzati fi djalogu mar-Russja u kif ukoll mal-pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa li mhumiex fl-Unjoni Ewropa;

32. Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet riċenti li saru mill-Viċi President tal-Istati Uniti fil-Konferenza Ewropea tas-Sigurtà fi Munich li jindikaw li l-Istati Uniti se jkomplu l-konsultazzjonijiet mal-alleati tiegħu tan-NATO u r-Russja dwar is-sistema ta' difiża bil-missili tal-Istati Uniti u jżid li l-amministrazzjoni l-ġdida se tikkunsidra l-ispejjeż u l-effiċjenza tas-sistema; jinnota xi sinjali mir-Russja li hija tista' tissospendi l-pjanijiet biex jiġu stazzjonati missili Iskander li ma jwasslux 'l bogħod (short-range) f'Kaliningrad;

33. Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jiżviluppaw strateġija komuni dwar is-sitt pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant (ir-Repubblika tal-Moldova, il-Ġorġia, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarus), li jaqgħu taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat, sabiex jintlaħqu riżultati sostanzjali u dejjiema fl-implimentazzjoni tas-Sħubija tal-Lvant il-ġdida u tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed;

34. Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-Amerika Latina u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tagħha b’mod partikolari, billi jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-ikkonsolidar tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, iggvernar tajjeb, il-ġlieda kontra l-faqar, it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, l-ekonomiji tas-suq, l-istat tad-dritt li jinkludi l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga u l-appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali kif ukoll koperazzjoni fir-rigward tat-tibdil tal-klima;

35. Jirrakkomanda wkoll li jkun hemm promozzjoni ta’ approċċ komuni lejn parteċipanti ġeopolitiċi ewlenin oħrajn bħaċ-Ċina, l-Indja jew il-Ġappun, kif ukoll il-kriżijiet u l-problemi varji fl-Afrika Subsaħarjana;

Id-difiża, l-kuntroll fuq l-armi u l-kwistjonijiet tas-sigurtà

36. Jenfasizza l-importanza tan-NATO bħala l-pedament tas-sigurtà tranżatlantika; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħa l-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2008 biex tiġi msaħħa s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO, u jistieden liż-żewġ partijiet biex iħaffu l-pass tal-ħolqien ta' grupp ta' livell għoli bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO sabiex tittejjeb il-koperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet; jissuġġerixxi li jsiru diskussjonijiet dwar il-valur ta’ Strateġija għas-Sigurtà Ewro-Atlantika li tkun tista’ tiddefinixxi kwistjonijiet u interessi tas-sigurtà komuni;

37. Jenfasizza l-importanza dejjem tikber tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża u l-ħtieġa li jitkompla t-titjib il-kapaċitajiet ċivili u militari tal-Ewropa; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent mis-samit tan-NATO li sar f'Bukarest f'April 2008 tal-valur tat-tisħiħ tal-kapaċità tad-difiża Ewropea għat-tisħiħ tas-sigurtà tranżatlantika;

38. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti biex jadottaw strateġija komuni fil-fora internazzjonali kollha, b’mod partikulari n-Nazzjonijiet Uniti, rigward id-diżarmament tal-armi tal-qerda tal-massa u tal-armamenti konvenzjonali; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti biex terġa’ tinvolvi ruħha mar-Russja fil-qasam tal-kontroll fuq l-armi u d-diżarmament, billi ġġedded il-ftehimiet bilaterali kurrenti ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi; jenfasizza l-ħtieġa ta' koperazzjoni eqreb sabiex ikun żgurat li l-progress fit-tħejjija għall-Konferenza ta’ Evalwazzjoni tan-Non-Proliferazzjoni Nukleari tal-2010, u jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-President il-ġdid tal-Istati Uniti favur ir-ratifikazzjoni tat-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari;

39. Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-koperazzjoni tranżatlantika fil-ġlieda kontra t-terroriżmu li tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali u għad-drittijiet tal-bniedem, u l-importanza li jingħata appoġġ lis-sehem tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġlieda kontra din it-theddida; jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn ta' koperazzjoni mill-qrib meta l-ħajja tal-ostaġġi tkunu f'riskju;

40. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti Barack Obama biex jagħlaq il-faċilità ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantánamo, kif ukoll ordnijiet eżekuttivi oħra li għandhom x'jaqsmu ma' interrogazzjonijiet legali u faċilitajiet ta' detenzjoni tas-CIA, u jinkoraġġixxi l-amministrazzjoni tal-istati Uniti biex jagħlqu kull ċentru ta' detenzjoni li jinsab il-barra mill-Istati Uniti li ma jkunux konformi mal-liġi internazzjonali, u jwaqqaf b'mod espliċitu l-politika ta' rendiment straordinarju; jistieden lill-Istati Membri, sabiex jekk l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti titlob dan, jikkoperaw sabiex jinsabu, fuq bażi ta' każ b'każ, soluzzjonijiet rigward il-kwistjoni li jiġu aċċettati wħud mill-priġunieri ta' Guantánamo fl-Unjoni Ewropea filwaqt li jiġi rrispettat id-dmir tal-koperazzjoni leali fil-konsultazzjoni taż-żewġ partijiet fir-rigward ta' effetti possibbli fuq is-sigurtà pubblika madwar l-Unjoni Ewropea;

41. Jenfasizza l-importanza tad-dħul fis-seħħ bla dewmien tal-Ftehima Attwali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar l-Għajnuna Legali u l-Estradizzjoni Reċiproka, u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawhiex biex jagħmlu dan kemm jista’ jkun malajr;

42. Jenfasizza li l-qsim tad-data u tal-informazzjoni hija għodda ta’ valur fil-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu u l-kriminalità tranżnazzjonali, iżjda jisħaq li dan għandu jsir fi ħdan qafas legali xieraq li jiżgura l-ħarsien tal-libertajiet ċivili, li jinkludu d-dritt għall-privatezza, u li dan għandu jkun ibbażat fuq ftehima internazzjonali vinkolanti, kif miftiehem fis-Samit ta' bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-2008;

43. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni riċenti tal-Programm għat-Tneħħija tal-Viża għal seba' Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea; madankollu, iħeġġeġ lill-Istati Uniti biex tneħħi r-reġim tal-viża għall-ħames Stati Membri li fadal u biex titratta liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea b’mod ugwali skont il-bażi ta’ reċiproċità sħiħa; jistaqsi lill-Kummissjoni biex tittratta din il-kwistjoni bħala waħda prijoritarja mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti;

44. Huwa tal-fehma li koperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qasam tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni hija meħtieġa wkoll għall-binja gradwali ta’ spazju tranżatlantiku ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

Kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali

45. Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jużaw il-potenzjal kollu tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku biex jegħlbu l-ostakoli eżistenti li qed ixekklu l-integrazzjoni ekonomika u biex jiksbu suq tranżatlantiku magħqud sal-2015; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, biex skont l-istudju awtorizzat u ffinanzjat mill-Parlament Ewropew fil-Baġit tiegħu tal-2007, jitfassal pjan ta’ direzzjoni dettaljat tal-ostakoli eżistenti li hemm bżonn jitneħħew bil-għan li tintlaħaq id-data mmirata;

46. Jenfasizza l-importanza li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jiġi użat wkoll bħala qafas għall-koperazzjoni makro-ekonomika bejn iż-żewġ imsieħba, u jinkoraġġixxi l-istituzzjonijiet montetarji kompetenti biex issaħħu l-koordinazzjoni tagħhom;

47. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar f'dawn l-aħħar xhur biex titħeġġeġ l-integrazzjoni ekonomika tranżatlantika; jikkunsidra, b'mod partikulari, li f'oqsma bħal mhuma l-investiment, l-istandards tal-kontabilità, il-kwistjonijiet regolatorji, is-sikurezza tal-prodotti importati u l-infurzar tad-drittijiet fuq il-propjetà intellettwali, it-titjib fil-koperazzjoni diġà rriżulta fi progress sinifikanti u għandu jitkompla;

48. Jemmen, fl-istess ħin, li l-koperazzjoni tranżatlantika ekonomika għandha ssir aktar marbuta li tagħti rendikont, trasparenti u prevedibbli; għandu jintlaħaq qbil bejn il-partijiet interessati prinċipali mill-aktar fis possibbli dwar skedi ta' laqgħat, aġendi, pjanijiet direzzjonali u rapporti ta' progress u wara għandhom ikunu pubblikati f'websajt;

49. Huwa tal-fehma li hemm potenzjal kbir għall-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biex jieħdu pożizzjonijiet u inizjattivi konġunti fil-fora internazzjonali, minħabba l-ħafna interessi kummerċjali komuni, pereżempju, l-aċċess mhux diskriminatorju għall-materja prima fis-suq globali, l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-armonizzazzjoni tal-brevetti globali; jissuġġerixxi li huwa fl-interess taż-żewġ partijiet li jisfruttaw aħjar dan il-potenzjal;

50. Kien imħasseb dwar l-abbozz ta' liġi l-ġdid tal-Istati Uniti għall-istimular li joħnoq il-kummerċ, jinnota li dan ġie emendat biex ikunu konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc u jinsisti fuq il-bżonn assolut ta' reazzjoni reċiproka għall-kriżi attwali aktar mill-adozzjoni ta' miżuri li jżommuna 'l bogħod minn xulxin;

51. Huwa favur l-integrazzjoni gradwali tas-swieq finanzjarji permezz ta' rikonoxximent reċiproku flimkien ma' livell ta' konverġenza tal-oqfsa regolatorji attwali u permezz tal-istabbiliment ta' eżenzjonijiet okkażjonali kull meta jkun possibbli; ifakkar li l-prinċipji bażiċi għal integrazzjoni b'suċċess huma l-aċċess liberu għas-swieq, regolamenti li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali, l-applikazzjoni uniformi ta’ dawn ir-regolamenti u djalogu kostanti mal-partijiet ikkonċernati tas-suq; jistieden kemm lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll lil dawk tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jevitaw xkiel għal investimenti minn barra u leġiżlazzjoni b’impatt extraterritorjali mingħajr konsultazzjoni jew ftehim minn qabel.

52. Jappoġġja t-tneħħija tal-ostakli li jxekklu l-investiment u s-servizzi finanzjarji tranżatlantiċi u huwa favur it-titjib tal-integrazzjoni tas-swieq tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti tal-Amerika sabiex jikkompetu dejjem aħjar mas-swieq emerġenti, dejjem jekk jiġi stabbilit qafas sodisfaċenti għar-regoli prudenzjali biex ikun evitat li kriżi fuq naħa minnhom tal-Atlantiku tolqot lin-naħa l-oħra;

53. Jiġbed l-attenzjoni li l-integrazzjoni tas-swieq tas-servizzi finanzjarji mingħajr reviżjoni parallela tal-qafas regolatorju u tal-istandards ta' sorveljanza tagħmilha aktar iebsa biex l-awtoritajiet jeżerċitaw superviżjoni effettiva; għalhekk huwa favur l-adozzjoni ta' regolamenti li jiggarantixxu l-kompetizzjoni, jiżguraw żieda fit-trasparenza u superviżjoni effettiva tal-prodotti, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq u li joħolqu mudelli komuni għall-immaniġġjar tar-riskju, f'konformità mal-ftehimiet tas-Samit ta’ Novembru 2008;

54. Jirrikonoxxi li l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Uniti tal-Amerika wettqu progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet Basel II fir-rigward tal-banek il-kbar, iżda jikkritika d-diskrepanzi li għad iridu jiġu korretti minħabba li jitfgħu piż addizzjonali fuq is-sussidjari Amerikani tal-banek Ewropej, u b'hekk titnaqqas il-kompetittività tagħhom, u jinnota li għad hemm xi punti (azjendi finanzjarji u banek żgħar) li jeħtieġ li jiġu ċċarati kemm jista' jkun malajr; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jikkunsidra struttura superviżorja aktar koerenti fis-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni sabiex il-koordinazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika tkun tista’ ssir b'mod aktar faċli;

55. Jitlob koperazzjoni akbar bejn il-korpi superviżorji fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali u biex ikunu evitati azzjonijiet minn entitajiet domiċiljati f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx u li għandhom nuqqas ta’ trasparenza u jitlob biex jitneħħew ir-refuġji fiskali;

56. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jirregolaw l-aġenziji ta' klassifikar tal-kreditu f'konformità ma' prinċipji u metodi rrispettati mit-tnejn sabiex terġa’ titrawwem fiduċja fil-klassifikar u tiġi garantita s-solidità ta’ dan il-klassifikar; madankollu jinnota li l-Unjoni Ewropea teħtieġ li tiżviluppa l-qafas regolatorju tagħha stess minħabba li jekk dan ma jsirx l-applikazzjoni extraterritorjali tal-istandards tal-Kummissjoni għat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-aġenziji tal-Istati Uniti tal-Amerika li joperaw fis-suq Ewropew ma tkunx aċċettabbli;

57. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet li joriġinaw il-kreditu għandhom ikunu obbligati jżommu parti mill-kreditu maħruġ sabiex ikunu sfurzati jaċċettaw is-sehem tagħhom tar-riskji trasferiti; jitlob li din il-kwistjoni titqajjem fid-djalogu transatlantiku sabiex jinżammu kundizzjonijiet ugwali fil-livell internazzjonali u jiġu llimitati r-riskji sistemiċi fis-swieq finanzjarji dinjija; jikkunsidra li għandu jkun hemm ftehim dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-fondi li jappartjenu lill-pajjiż (sovereign wealth funds);

58. Jistieden lill-Kungress il-ġdid biex jimmodifika r-regolament tal-Istati Uniti biex tiġi skannjata 100% tal-merkanzija li tkun dieħla u jħeġġu biex jaħdem mill-qrib mal-Unjoni Ewropea biex jiżgura l-implimentazzjoni ta' approċċ b'ħafna saffi li jkun ibbażat fuq ir-riskju reali; jinnota li l-kummerċ sikur huwa partikolarment importanti f'ekonomija globali li dejjem qed issir iktar integrata, imma huwa tal-opinjoni li dil-miżura riġida tista' tkun potenzjalment ostaklu ġdid għall-kummerċ, billi timponi spejjeż sinifikanti fuq l-operaturi ekonomiċi, li mhux ħa jġibu ebda benefiċċju fil-kuntest tas-sigurtà tal-katina tal-forniment;

59. Jemmen li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jista' b'mod utli jorganizza seminars fi Brussell u f'Washington dwar il-kwistjoni tal-iskannjar ta' 100% tal-merkanzija sabiex jitrawwem ftehim iktar profond bejn il-leġiżlaturi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u biex titħeġġeġ riżoluzzjoni bikrija u aċċettabbli miż-żewġ naħat għal din il-problema;

60. Jirrakkomanda li fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku għandu jiġi diskuss jekk l-integrazzjoni ta' aktar suġġetti tekniċi fl-ambjent tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku tkunx ta' għajnuna u jekk aktar koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hijiex essenzjali sabiex tintlaħaq sistema ta' emissjonijiet b'limiti massimi u skambju li taħdem; jirrakkomanda li l-limiti ta' referenza (benchmarks) komuni internazzjonali attwali għall-industriji li jużaw ħafna enerġija għandhom jiġu żviluppati jew integrati fil-proċess tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku;

°

° °

61. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President u lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(1)

ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 226 u 235.

(2)

ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 670.

(3)

Testi adottati, P6_TA(2008)0256.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (3.2.2009)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-istat tar-Relazzjonijiet Transatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti tal-Amerika

(2008/2199(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Godelieve Quisthoudt-Rowohl

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Huwa konvint li l-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (TEC) jista' jsir l-iktar mekkaniżmu xieraq biex tiġi mmaniġġjata r-relazzjoni ekonomika transatlantika u jenfasizza l-bżonn li dan jitkompla u jiġi żviluppat u msaħħaħ biex jilħaq l-għan ta' suq transatlantiku wara l-bidla tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti f'Jannar 2009 u tal-ħatra ta' Kummissjoni Ewropea ġdida iktar tard fis-sena;

2.   Jemmen li d-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD) bejn il-Parlament Ewropew u l-Kungress tal-Istati Uniti diġà ta kontribut sinifikanti lejn ftehim reċiproku ikbar dwar ħafna kwistjonijiet ta' interess komuni, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet ekonomiċi u l-kummerċ internazzjonali; iqis, f'dan il-kuntest, li l-elezzjonijiet riċenti tal-Kungress flimkien mal-elezzjonijiet li ħa jsiru fil-Parlament Ewropew għandhom jipprovdu impetu biex titkabbar u tigi profonduta din ir-relazzjoni;

3.   Jirrikonoxxi u japprova l-arranġamenti eżistenti li jippermettu lil dawk involuti li jipprovdu input billi jagħtu pariri lit-TEC, imma jenfasizza li għandu jkun maħsub irwol iktar formali għal-leġiżlaturi tal-UE u tal-Istati Uniti li flimkien mal-fergħat eżekuttivi rispettivi tagħhom għandhom ir-responsabilità għat-twettiq ta' ħafna mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-inizjattiva riċenti li jitwessa' t-TLD biex jinkludi membri tas-Senat tal-Istati Uniti u r-reazzjoni pożittiva mir-rappreżentanti ta' kemm il-KE u l-Istati Uniti fil-laqgħa ta' Diċembru tat-TEC f'Washington għal talbiet għal integrazzjoni aħjar ta' TLD msaħħaħ fil-proċess tat-TEC;

4.   Jemmen, fl-istess ħin, li l-kooperazzjoni transatlantika ekonomika għandha ssir iktar marbuta li tagħti rendikont, trasparenti u prevedibbli; għandu jintlaħaq qbil bejn il-partijiet interessati prinċipali mill-aktar fis possibbli dwar skedi ta' laqgħat, aġendi, pjanijiet direzzjonali u rapporti ta' progress u wara għandhom ikunu pubblikati f'websajt;

5.   Huwa tal-fehma li hemm potenzjal kbir għall-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biex jieħdu pożizzjonijiet u inizjattivi konġunti fil-fora internazzjonali, minħabba l-ħafna interessi kummerċjali komuni, pereżempju, l-aċċess mhux diskriminatorju għall-materja prima fis-suq globali, l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ('intellectual property rights' - IPR) u l-armonizzazzjoni tal-brevetti globali; jissuġġerixxi li huwa fl-interess taż-żewġ partijiet li jisfruttaw aħjar dan il-potenzjal;

6.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar f'dawn l-aħħar xhur biex titħeġġeġ l-integrazzjoni ekonomika transatlantika; iqis, b'mod partikolari, li f'oqsma bħal ma huma l-investiment, l-istandards tal-kontabilità, il-kwistjonijiet regolatorji, is-sikurezza tal-prodotti importati u l-infurzar tal-IPR, it-titjib fil-kooperazzjoni diġà rriżulta fi progress sinjifikanti u għandu jitkompla; jemmen li x-xogħol relatat ma' oqsma sensittivi tal-kummerċ, bħalma huma pereżempju l-kożmetiċi u t-tjur, iridu jkunu s-suġġett ta' diskussjonijiet bikrin u kontinwi bejn il-fergħat eżekuttivi u leġiżlattivi;

7.   Ifakkar li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom javvanzaw l-interessi kummerċjali komuni tagħhom għal livell multilaterali jekk huwa possibbli; jemmen li l-interessi kummerċjali u politiċi komuni lil hinn minn dan, fil-forma ta' interessi bilaterali, jirrispettaw id-dritt ta' pajjiżi terzi li jkollhom ir-regolamenti tagħhom stess;

8.   Jitlob lill-Kungress il-ġdid biex jimmodifika r-regolament tal-Istati Uniti biex tiġi skannjata 100% tal-merkanzija li tkun dieħla u jħeġġu biex jaħdem mill-qrib mal-UE biex jiżgura l-implimentazzjoni ta' approċċ b'ħafna saffi li jkun ibbażat fuq ir-riskju reali; jinnota li l-kummerċ sikur huwa partikolarment importanti f'ekonomija globali li dejjem qed issir iktar integrata, imma huwa tal-opinjoni li dil-miżura riġida tista' tkun potenzjalment ostaklu ġdid għall-kummerċ, billi timponi spejjeż sinifikanti fuq l-operaturi ekonomiċi, li mhux ħa jġibu ebda benefiċċju fil-kuntest tas-sigurtà tal-katina tal-forniment;

9.   Jemmen li t-TEC jista' b'mod utli jorganizza seminars fi Brussell u f'Washington dwar il-kwistjoni tal-iskannjar ta' 100% tal-merkanzija sabiex jitrawwem ftehim iktar profond bejn il-leġiżlaturi tal-UE u l-Istati Uniti u biex titħeġġeġ riżoluzzjoni bikrija u aċċettabbli miż-żewġ naħat għal din il-problema;

10. Huwa tal-opinjoni li il-Parlament il-ġdid u l-Kungress tal-Istati Uniti għandhom jagħmlu reviżjoni tan-negozjati bilaterali dwar il-kummerċ bl-għan li jintlaħaq iktar allinjament f'partijiet sostanzjali;

11. Jinnota l-effetti pożittivi tal-ftehima tal-kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Messiku. Il-kummerċ żdied b'25 fil-mija mindu l-ftehima daħlet fis-seħħ u ż-żewġ partijiet effettwaw l-liberalizzazzjoni b'mod estensiv. Jinnota wkoll l-interess reċiproku tal-Kanada u l-UE fi ftehima ta' kummerċ ħieles u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti biex jibdew negozjati bis-serjetà sabiex tkun tista' ssir ftehima ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u n-NAFTA;

12. Jirrakkomanda li fil-laqgħa li jmiss tat-TEC għandu jiġi diskuss jekk l-integrazzjoni ta' aktar suġġetti tekniċi fl-ambjent tat-TEC tkunx ta' għajnuna u jekk aktar koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti hijiex essenzjali sabiex tintlaħaq sistema ta' emissjonijiet b'limiti massimi u skambju li taħdem; jirrakkomanda li l-limiti ta' referenza (benchmarks) komuni internazzjonali attwali għall-industriji li jużaw ħafna enerġija għandhom jiġu żviluppati jew integrati fil-proċess tat-TEC;

13. Iqis li t-TLD, fil-laqgħa tiegħu li jmiss f'April 2009 fi Praga, għandu jevalwa x-xogħol tat-TEC u jfassal metodu biex jissaħħaħ l-involviment tat-TLD fil-proċess tat-TEC;

14. Huwa mħasseb dwar l-Abbozz ta' Liġi fl-Istati Uniti dwar "l-istimulu ta' 819 biljun dollaru" li jfixkel lill-kummerċ; jinnota li siltiet mill-Abbozz ta' Liġi ma jidhrux li jaqblu mar-regoli tad-WTO u jinsisti fuq in-neċessità assoluta għal tweġiba reċiproka għall-kriżi attwali iktar milli li jittieħdu miżuri biex ningħalqu għalina nfusna.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

2.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Christofer Fjellner, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Ģirts Valdis Kristovskis, Alain Lipietz, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Javier Moreno Sánchez, Frithjof Schmidt, Hannu Takkula, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Roselyne Lefrançois, Véronique Mathieu, Zita Pleštinská, Paul Rübig, Struan Stevenson, Anna Záborská


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (5.2.2009)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-istat tar-relazzjonijiet transatlantiċi wara l-elezzjonijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika

(2008/2199(INI))

Rapporteur għal opinjoni: José Manuel García-Margallo y Marfil

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota li s-suq transatlantiku huwa l-akbar u l-aktar żona ekonomikament integrata fid-dinja iżda m'għadux l-aktar dinamiku, u għalhekk jitlob li tissaħħaħ is-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika biex titjieb il-kompetittività u jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ u l-investiment, f'konformità mal-ftehimiet li jinsabu fil-Qafas għall-Avvanz tal-Integrazzjoni Ekonomika Transatlantika;

2.   Jinnota wkoll li l-iżbilanċji makroekonomiċi globali għandhom parti mit-tort għall-kriżi finanzjarja attwali, u din hija r-raġuni għalfejn huwa rakkomandabbli li jsiru taħdidiet monetarji, qabel u wara s-Samits Annwali bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika, bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-kumitati għall-affarijiet ekonomiċi fil-parlament u fil-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika;

3.   Jinnota li l-kriżi finanzjarja wriet ir-relazzjoni stretta li teżisti bejn is-swieq finanzjarji tal-Istati Uniti tal-Amerika u tal-UE, primarjament il-falzità tat-teżi tas-‘separazzjoni’, u huwa favur djalogu msaħħaħ bejn l-awtoritajiet u reviżjoni tal-oqfsa regolatorji u ta' sorveljanza;

4.  Huwa favur l-integrazzjoni gradwali tas-swieq permezz ta' rikonoxximent reċiproku flimkien ma' livell ta' konverġenza tal-oqfsa regolatorji attwali u permezz tal-istabbiliment ta' eżenzjonijiet okkażjonali kull meta jkun possibbli; ifakkar li l-prinċipji bażiċi għal integrazzjoni b'suċċess huma l-aċċess liberu għas-swieq, regolamenti li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali, l-applikazzjoni uniformi ta’ dawn ir-regolamenti u djalogu kostanti mal-partijiet ikkonċernati tas-suq; jistieden kemm lill-awtoritajiet tal-UE kif ukoll lil dawk tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jevitaw xkiel għal investimenti minn barra u leġiżlazzjoni b’impatt extraterritorjali mingħajr konsultazzjoni jew ftehim minn qabel.

5.   Jappoġġja t-tneħħija tal-ostakli li jxekklu l-investiment u s-servizzi finanzjarji transatlantiċi u huwa favur it-titjib tal-integrazzjoni tas-swieq tal-UE u tal-Istati Uniti tal-Amerika sabiex jikkompetu dejjem aħjar mas-swieq emerġenti, dejjem jekk jiġi stabbilit qafas sodisfaċenti għar-regoli prudenzjali biex ikun evitat li kriżi fuq naħa minnhom tal-Atlantiku tolqot lin-naħa l-oħra;

6.  Jinnota li l-integrazzjoni tas-swieq tas-servizzi finanzjarji mingħajr reviżjoni parallela tal-qafas regolatorju u tal-istandards ta' sorveljanza tagħmilha aktar iebsa biex l-awtoritajiet jeżerċitaw superviżjoni effettiva; għalhekk huwa favur l-adozzjoni ta' regolamenti li jiggarantixxu l-kompetizzjoni, jiżguraw żieda fit-trasparenza u superviżjoni effettiva tal-prodotti, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq u li joħolqu mudelli komuni għall-immaniġġjar tar-riskju, f'konformità mal-ftehimiet tas-Samit ta’ Novembru 2008;

7.  Jirrikonoxxi li l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Uniti tal-Amerika wettqu progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet Basel II fir-rigward tal-banek il-kbar, iżda jikkritika d-diskrepanzi li għad iridu jiġu korretti minħabba li jitfgħu piż addizzjonali fuq is-sussidjari Amerikani tal-banek Ewropej, u b'hekk titnaqqas il-kompetittività tagħhom, u jinnota li għad hemm xi punti (azjendi finanzjarji u banek żgħar) li jeħtieġ li jiġu ċċarati kemm jista' jkun malajr; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jikkunsidra struttura superviżorja aktar koerenti fis-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni sabiex il-koordinazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika tkun tista’ ssir b'mod aktar faċli;

8.   Jitlob koperazzjoni akbar bejn il-korpi superviżorji fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali u biex ikunu evitati azzjonijiet minn entitajiet domiċiljati f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx u li għandhom nuqqas ta’ trasparenza u jitlob biex jitneħħew ir-refuġji fiskali;

9.   Jinnota li kieku ssir konverġenza tal-istandards tal-kontabilità, kieku l-investituri jirċievu tagħrif aħjar u kieku tiġi ffaċilitata s-superviżjoni, xorta waħda jeħtieġ li jsir aktar u jinnota wkoll li din il-kriżi m’għandhiex isservi bħala skuża għall-Istati Uniti tal-Amerika għad-dewmien tal-adozzjoni sħiħa f’perjodu ta’ żmien medju tal-Istandards Internazzjonali dwar Rappurtar Finanzjarju (IFRS);

10. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-UE u tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jirregolaw l-aġenziji ta' klassifikar tal-kreditu f'konformità ma' prinċipji u metodi rrispettati mit-tnejn sabiex terġa’ titrawwem fiduċja fil-klassifikar u tiġi garantita s-solidità ta’ dan il-klassifikar madankollu jinnota li l-UE teħtieġ li tiżviluppa l-qafas regolatorju tagħha stess minħabba li jekk dan ma jsirx l-applikazzjoni extraterritorjali tal-istandards tal-Kummissjoni għat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-aġenziji tal-Istati Uniti tal-Amerika li joperaw fis-suq Ewropew ma tkunx aċċettabbli;

11. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet li joriġinaw il-kreditu għandhom ikunu obbligati jżommu parti mill-kreditu maħruġ sabiex ikunu sfurzati jaċċettaw is-sehem tagħhom tar-riskji trasferiti; jitlob li din il-kwistjoni titqajjem fid-djalogu transatlantiku sabiex jinżammu kundizzjonijiet ugwali fil-livell internazzjonali u jiġu llimitati r-riskji sistemiċi fis-swieq finanzjarji dinjija; iqis li għandu jkun hemm ftehim dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-fondi li jappartjenu lill-pajjiż (sovereign wealth funds);

12. Jitlob li jinħolqu mekkaniżmi ta' twissija bikrija u ta' kumitati għall-immaniġġjar ta’ kriżi, li fihom għandhom jipparteċipaw l-awtoritajiet relevanti tal-UE u tal-Istati Uniti tal-Amerika sabiex il-miżuri ta' emerġenza neċessarji jiġu adottati fil-ħin u fil-forma dovuti; jenfasizza l-bżonn, fir-rigward tas-suġġerimenti għall-konverġenza transatlantika fil-kwistjonijiet imqajma f’din ir-riżoluzzjoni, għal qafas għan-negozjati li għandu jkun stabbilit u li taħtu tiġi evitata l-okkorrenza mill-ġdid ta' fatturi bħal dawk li wasslu għall-qagħda ekonomika attwali, fejn il-kriżi tal-Istati Uniti tal-Amerika qed tniżżel magħha l-ekonomija tal-UE;

13. Jitlob li jsiru diskussjonijiet konġunti bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji sabiex jitressqu proposti konġunti fid-diversi fora fejn qed jiġu diskussi dawn ir-riformi, sabiex jiġi pprovdut mekkaniżmu effettiv għal sorveljanza finanzjarja globali u solidarjetà fi żminijiet ta' kriżi;

14.  Iqis li għandu jiġi definit qafas konġunt bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika għal azzjoni fil-qasam tal-investimenti f'teknoloġiji ġodda u nodfa, minħabba li tali strateġija mhux biss tindirizza l-problema tal-bidla tal-klima, iżda toħloq ukoll impjiegi ġodda.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

2.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Louis Grech, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Othmar Karas, Wolf Klinz, Andrea Losco, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, Heide Rühle, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ieke van den Burg

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Werner Langen, Thomas Mann, Bilyana Ilieva Raeva, Margaritis Schinas, Eva-Riitta Siitonen

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Agnoletto, Angelika Beer, Bastiaan Belder, Elmar Brok, Marco Cappato, Philip Claeys, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Klaus Hänsch, Anna Ibrisagic, Maria Eleni Koppa, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Janusz Onyszkiewicz, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, João de Deus Pinheiro, Hubert Pirker, Pierre Pribetich, Flaviu Călin Rus, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, István Szent-Iványi, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Andrzej Wielowieyski, Luis Yañez-Barnuevo García, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Andrew Duff, James Elles, Pierre Jonckheer, Evgeni Kirilov, Alexandru Nazare, Antolín Sánchez Presedo, Adrian Severin, Jean Spautz

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Pilar del Castillo Vera, Cristina Gutiérrez-Cortines, Manolis Mavrommatis, José Javier Pomés Ruiz, José Ribeiro e Castro, Ewa Tomaszewska

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Marzu 2009Avviż legali