RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

13.3.2009 - (COM(2008)0583 – C6‑0337/2008 – 2008/0185(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Dragoş Florin David

Proċedura : 2008/0185(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0136/2009
Testi mressqa :
A6-0136/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

(COM(2008)0583 – C6‑0337/2008 – 2008/0185(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0583),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0337/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0136/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2 a (ġdida)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2006 dwar soċjetà tal-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjegi¹, il-Parlament Ewropew appella biex issir l-enfasi fuq il-kwistjonijiet tal-interoperabilità u l-aħjar prattiki fis-servizzi elettroniċi tas-servizz pubbliku għaċ-ċittadini u n-negozji bl-objettiv prinċipali li jiġu ffaċilitati l-moviment liberu u mingħajr xkiel, l-istabbiliment u l-impjieg taċ-ċittadini fl-Istati Membri; u ħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-inizjattivi u l-programmi i2010 fir-riforma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom sabiex jipprovdu servizzi aħjar, aktar effiċjenti u aktar aċċessibbli faċilment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u liċ-ċittadini tagħhom¹.

 

1 ĠU C 291, 30.11.2006, p. 133.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew esprima wkoll il-pożizzjoni tiegħu dwar l-amministrazzjoni elettronika fir-riżoluzzjoni dwar l-istrateġija i2010, u appoġġja t-tħejjija għall-użu tas-servizzi governattivi elettroniċi biex jintużaw faċilment miċ-ċittadini u min-negozji; għalhekk il-pożizzjoni tal-Parlament trid titfakkar ukoll f'dawn il-premessi.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet komuni, riużabbli u interoperabbli kif ukoll il-proċessi back-office amministrattivi interoperabbli huma meħtieġa għat-twassil effiċjenti u effettiv ta’ servizzi pubbliċi transkonfinali u transettorjali lin-negozji u liċ-ċittadini.

(6) In-negozji u ċ-ċittadini jibbenefikaw ukoll mis-soluzzjonijiet komuni, li jerġgħu jintużaw u li jkunu interoperabbli kif ukoll mill-proċessi back-office amministrattivi interoperabbli billi dawn is-soluzzjonijiet u l-proċessi jippromwovu t-twassil effiċjenti u effettiv ta’ servizzi pubbliċi transkonfinali u transsettorjali lin-negozji u liċ-ċittadini.

Ġustifikazzjoni

Għandu jibqa' jkun enfasizzat li billi l-programm hu mmirat l-aktar għall-amministrazzjoni pubblika, indirettament iċ-ċittadini u n-negozji wkoll se jibbenefikaw minnu.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex jingħelbu dawn l-isfidi sforzi bħal dawn għandhom isiru permezz ta’ kooperazzjoni, koordinazzjoni u djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’interazzjoni mill-qrib mas-setturi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji u, fejn adatt, ma’ partijiet interessati, oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet u d-diversità lingwistika tal-Komunità.

(8) Biex jingħelbu dawn l-isfidi sforzi bħal dawn għandhom isiru permezz ta’ kooperazzjoni, koordinazzjoni u djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’interazzjoni mill-qrib mas-setturi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji u, fejn adatt, ma’ partijiet interessati, oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet u d-diversità lingwistika tal-Komunità u l-iżvilupp ta' approċċi komuni għal kwistjonijiet ewlenin bħal ma huma l-interoperabilità u l-użu effikaċi u d-definizzjoni ta’ standards miftuħin.

Ġustifikazzjoni

L-UE u l-Kummissjoni għandhom ikunu minn ta' quddiem biex jippromwovu standards miftuħin. Għaldaqstant id-definizzjoni u l-użu ta’ standards miftuħin għandhom jiġu inkoraġġiti fil-kuntest tal-programm ISA.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-programm ISA għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza mill-programmi IDA u IDABC li urew li metodu kkoordinat jista’ jikkontribwixxi biex jagħti riżultati aktar malajr, bi kwalità ogħla u li jilħaq il-ħtiġiet tan-negozju, permezz ta’ soluzzjonijiet komuni u kondiviżi stabbiliti u operati f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Dawn l-attivitajiet diġà taw kontribuzzjoni importanti biex tkun żgurata l-interoperabilità b’appoġġ għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u qed ikomplu jagħmlu dan.

(11) Il-programm ISA għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza mill-programmi IDA u IDABC. Il-konklużjonijiet misluta mill-evalwazzjoni interim tal-implimentazzjoni tal-programm IDABC, li jindirizzaw ir-rilevanza, l-effiċjenza, l-effikaċja, l-utilità u l-koerenza ta’ dan il-programm, għandhom jitqiesu wkoll; għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-ħtiġijiet espressi mill-utenti ta’ dan il-programm. Intwera li metodu kkoordinat jista’ jikkontribwixxi biex jagħti riżultati aktar malajr, bi kwalità ogħla u li jilħaq il-ħtiġiet amministrattivi, permezz ta’ soluzzjonijiet komuni u kondiviżi stabbiliti u operati f’koperazzjoni mal-Istati Membri. Dawn l-attivitajiet diġà taw kontribuzzjoni importanti biex tkun żgurata l-interoperabilità b’appoġġ għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, b’effetti diffużivi pożittivi fuq is-suq uniku, u qed ikomplu jagħmlu dan.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-qafas komuni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti (inkluż dawk li jikkonċernaw l-interoperabilità tar-reġistri elettroniċi u tas-sistemi fiskali elettroniċi.).

Ġustifikazzjoni

Il-qafas komuni għandu jissodisfa r-rekwiżiti statutorji Ewropej.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Fil-konsiderazzjoni tad-dmir tal-awtoritajiet lokali li jiżguraw il-funzjonament effikaċi u l-interoperabilità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, huwa importanti li parti mill-programm tkun iddedikata lill-awtoritajiet lokali.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li l-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti ħafna li jiżguraw il-funzjonament effikaċi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, huwa importanti li parti mill-programm tkun iddedikata għalihom.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fl-istabbiliment, it-titjib jew l-operat ta’ soluzzjonijiet komuni l-programm ISA għandu, fejn adatt, jibni fuq jew ikun akkumpanjat bil-qsim ta’ esperjenza u soluzzjonijiet kif ukoll bl-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajbin.

(18) Fl-istabbiliment, it-titjib jew l-operat ta’ soluzzjonijiet komuni l-programm ISA għandu, fejn adatt, jibni fuq jew ikun akkumpanjat bil-qsim ta’ esperjenza u soluzzjonijiet kif ukoll bl-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajbin. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni għandha twettaq ħidma ulterjuri biex tiżgura osservanza aħjar tal-Qafas ta’ Interoperabilità Ewropea u tippromwovi aktar ftuħ fl-istandards għas-servizzi tal-ICT.

Ġustifikazzjoni

Tieħu post il-proposta tar-rapporteur li tista’ tikkomprometti l-Qafas ta’ Interoperabilità Ewropea li bħalissa jinsab fi proċess ta’ reviżjoni.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-prinċipji tas-sigurtà, privatezza u protezzjoni ta’ dejta personali għandhom ikunu kkunsidrati fl-attivitajiet kollha koperti mill-programm ISA.

(20) Il-prinċipji tas-sigurtà, privatezza u protezzjoni ta’ dejta personali għandhom ikunu applikati fl-attivitajiet kollha koperti mill-programm ISA.

Ġustifikazzjoni

Il-ħarsien tal-privatezza u s-sigurtà huwa prinċipju bażiku li ma għandux biss jiġi kkunsidrat imma għandu wkoll jiġi applikat f'kull ċirkustanza. Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 4.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Għandhom jiġu ssuktati sinerġiji mas-settur privat u entitajiet oħrajn biex, fejn jixraq, tingħata prijorità għal soluzzjonijiet disponibbli u sostnuti mis-suq.

(23) L-interazzjoni mas-settur privat u entitajiet oħrajn diġà tat prova tal-effiċjenza u l-valur miżjud tagħha. Għaldaqstant għandhom jinħolqu sinerġiji ma’ dawn il-partijiet interessati biex, fejn jixraq, tingħata prijorità għal soluzzjonijiet disponibbli u sostnuti mis-suq. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni għandha wkoll tkun imħeġġa biex tissokta bil-prattika eżistenti tal-organizzazzjoni ta’ konferenzi, workshops u laqgħat oħra sabiex titħallat ma’ dawn il-partijiet interessati. L-użu kontinwu tal-pjattaformi elettroniċi u partikolarment tal-pjattaforma “ePractice.eu” għandu jkompli jkun promoss. Il-Kummissjoni għandha tkun f’qagħda li tuża kwalunkwe mezz ieħor li tqis xieraq biex tibqa’ f’kuntatt ma’ dawn il-partijiet interessati.

Ġustifikazzjoni

Billi l-programm ISA għandu jiġi implimentat permezz ta’ akkwist pubbliku, hija meħtieġa komunikazzjoni mal-partijiet kollha interessati sabiex ikun hemm stampa ċara ta’ x’soluzzjonijiet ġodda qed jiġu żviluppati u xi ħtiġijiet qed jitfaċċaw. Il-mezzi għall-interazzjoni mal-partijiet interessati diġà ġew żviluppati u l-Kummissjoni għandha titħeġġeġ tissokta b’dawn il-prattiċi; il-Kummissjoni, bla dubju, hija ħielsa li ssib kwalunkwe mezz ieħor xieraq biex tibqa’ f’kuntatt mal-partijiet interessati. Marbuta mal-emenda tal-Artiklu 13a (ġdid).

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Għandha tiġi mħeġġa l-koperazzjoni internazzjonali u f’dan ir-rigward il-programm ISA għandu wkoll ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi taz-Zona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati. Il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali għandha wkoll tkun mħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

(27) Għandha tiġi mħeġġa l-koperazzjoni internazzjonali u f’dan ir-rigward il-programm ISA għandu wkoll ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi taz-Zona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati. Il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali għandha wkoll tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u tas-Sħubija tal-Lvant u mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed.

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tal-pajjiżi li magħhom għandha tiġi inkoraġġita l-koperazzjoni internazzjonali għandu jitwessa'. Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 14(2).

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 27 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Il-possibilità tal-użu tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni biex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-programm ISA, kif ukoll il-possibilità ta' kofinanzjament mill-Fondi Strutturali u l-utenti għall-użu ta’ oqfsa komuni u għodod ġeneriċi stabbiliti jew imtejba bil-programm ISA għandha tkompli tiġi mistħarrġa.

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi kandidati għandhom ikunu inkoraġġiti jipparteċipaw fil-programm ISA. Għalhekk għandu jkompli jiġi kkunsidrat kif il-fondi ta' qabel l-adeżjoni jistgħu jintużaw biex jagħtu appoġġ Komunitarju għal dan il-għan. It-twaqqif u t-titjib ta’ qafas komuni u għodod ġeneriċi għandu jiġi ffinanzjat mill-programm ISA, filwaqt li l-użu ta’ dawn l-oqfsa u għodod għandu jiġi ffinanzjat mill-utenti. Il-possibilità li jsir użu tal-kofinanzjament mill-Fondi Strutturali għandu għaldaqstant jitkompla jiġi mistħarreġ.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-għan tal-programm ISA huwa li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn dawn l-amministrazzjonijiet li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji.

2. L-għan tal-programm ISA huwa li jappoġġja l-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn dawn l-amministrazzjonijiet u l-korpi li jwettqu ħidmiet pubbliċi, u dan jippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji, u l-promozzjoni u t-titjib fl-interoperabilità bejn infrastrutturi pubbliċi prinċipali.

Ġustifikazzjoni

Waħda mix-xejriet fundamentali fl-amministrazzjoni moderna tas-settur pubbliku u l-funzjonament tal-amministrazzjoni pubblika hija ż-żieda ta' koperazzjoni bejn, min-naħa waħda, l-awtoritajiet pubbliċi u min-naħa l-oħra l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tan-negozju. Billi l-korpi tas-settur pubbliku qed jirtiraw minn involviment dirett fil-provvista ta’ servizzi, dan l-aspett qed jgħaddi f’idejn l-organizzazzjonijiet tan-negozju u dawk fis-settur terzjarju. Għalhekk il-koperazzjoni u l-interoperabilità bejn is-setturi għandhom għalhekk ifissru wkoll koperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat u l-NGOs.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Programm ISA għandu jiġi estiż biex jinkludi l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jikkontribwixxu bil-kbir għall-funzjonament u l-interoperabilità effikaċi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, huwa importanti li parti mill-programm tkun iddedikata għalihom.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet mibdijin jew li jitkomplew taħt il-programm ISA għandhom, fejn jixraq, ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

L-azzjonijiet mibdijin jew li jitkomplew taħt il-programm ISA għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipji elenkati fl-Artikolu 4 tal-proposta tal-Kummissjoni huma prinċipji bażiċi li għandhom jiġu applikati matul l-implimentazzjoni tal-programm ISA fi kwalunkwe ċirkostanza. Marbuta mal-emenda ta' Premessa 20.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-prinċipju tan-newtralità u l-adattabbilità teknoloġika;

(a) il-prinċipji tan-newtralità, iċ-ċarezza u l-adattabilità teknoloġika;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċarezza hija l-aktar importanti.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-prinċipju tal-użu mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi evitat xogħol doppju.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-metodu, inklużi l-aspetti organizzattivi, bħal fażijiet, l-effetti u punti importanti, u, fejn jixraq, miżuri biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni multilingwistika;

(b) il-metodu, inklużi l-aspetti organizzattivi, bħal fażijiet, l-effetti u punti importanti, u, miżuri biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni multilingwistika;

Ġustifikazzjoni

Għandu dejjem isir riferiment għall-miżuri li jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet multilingwistiċi fiċ-charter tal-proġett.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-istudji se jiġu ppubblikati u ppreżentati lill-kumitati responsabbli tal-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, bħala bażi għall-inizjattivi leġiżlattivi futuri neċessarji biex tiġi żgurata l-interoperabilità tas-sistemi tal-kompjuter użati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li dawn l-istudji jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-kumitati responsabbli tal-Parlament Ewropew biex ikunu ta' għajnuna fl-introduzzjoni ta’ emendi leġiżlattivi.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandu jiġi mħeġġeġ l-involviment tal-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri fi studju jew fi proġett.

2. Għandu jiġi mħeġġeġ l-involviment tal-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri fi studju jew fi proġett. L-istudji u l-proġetti għandhom ikunu miftuħin għall-aċċess f'kull stadju, u l-Istati Membri li ma jkunux involuti f'dawn l-istudji u proġetti għandhom jiġu inkoraġġiti jissieħbu f'fażi sussegwenti.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm proġett jew studju jista' jitnieda mingħajr ma l-Istati Membri kollha jieħdu sehem fih, il-proġetti u l-istudji għandhom jinżammu miftuħin għall-aċċess ta' Stati Membri oħrajn f'fażi sussegwenti, u dan biex jiġi żgurat li l-akbar numru possibbli ta' ċittadini u negozji jibbenefikaw mill-eżitu pożittiv ta' dawn il-proġetti u l-istudji.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Biex tiġi żgurata l-interoperabilità bejn is-sistemi nazzjonali u dawk Komunitarji, jeħtieġ li jiġu speċifikati s-servizzi u l-għodod ġeneriċi komuni marbuta mal-istandards pubbliċi Ewropej eżistenti għall-iskambju tal-informazzjoni u l-integrazzjoni tas-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Biex tintlaħaq interoperabilità ġenwina jeħtieġ li jiġu speċifikati s-servizzi u l-għodod ġeneriċi konġunti marbuta mal-istandards pubbliċi eżistenti.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat, imsejjaħ il-Kumitat dwar l-Interoperabbiltà Transkonfinali (minn hawn ’il quddiem “il-kumitat CIO”), kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut mill-Kummissjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat, imsejjaħ il-Kumitat għas-Soluzzjonijiet dwar l-Interoperabilità għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat ISA”), kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut mill-Kummissjoni.

(Emenda orizzontali. Jekk tiġi adottata ikun meħtieġ li jsiru tibdiliet korrispondenti fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li hija ħaġa tajba li jkun hemm tentattiv li jitwaqqaf grupp magħmul mill-Uffiċjali Ewlenin tal-Informazzjoni tal-Istati Membri, xorta waħda għandu jkun iċċarat li l-irwol ta' kumitat tal-komitoloġija bħal dan huwa li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programm attwali.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-programm ISA għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u finali, li r-riżultati tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012 u sal-31 ta’ Diċembru 2015 rispettivament.

3. Il-programm ISA għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u finali, li r-riżultati tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012 u sal-31 ta’ Diċembru 2015 rispettivament. F'dan il-kuntest, il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tissottometti r-riżultati tal-valutazzjoni u twieġeb mistoqsijiet li jsirulha mill-membri tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata l-possibilità li jkollu skambju ta' veduti dwar l-eżitu tal-valutazzjoni.

Emenda 23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Interazzjoni mal-partijiet interessati

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq lejn xulxin il-partijiet interessati rilevanti bl-għan li jkun hemm skambju ta’ opinjonijiet bejniethom u mal-Kummissjoni dwar setturi u kwistjonijiet indirizzati mill-programm ISA. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha torganizza konferenzi, workshops u laqgħat oħra; għandha tagħmel użu minn pjattaformi interattivi elettroniċi; u tista' tuża mezzi oħrajn għall-interazzjoni li tqis li jkunu xierqa.

Ġustifikazzjoni

Billi l-programm ISA għandu jiġi implimentat permezz ta’ akkwist pubbliku, hija meħtieġa komunikazzjoni mal-partijiet kollha interessati sabiex ikun hemm stampa ċara ta’ x’soluzzjonijiet ġodda qed jiġu żviluppati u xi ħtiġijiet qed jiżviluppaw. Il-mezzi għall-interazzjoni mal-partijiet interessati diġà ġew żviluppati u l-Kummissjoni għandha tkun imħeġġa tissokta b’dawn il-prattiki; il-Kummissjoni, bla dubju, hija ħielsa li ssib kwalunkwe mezz ieħor xieraq biex tibqa’ f’kuntatt mal-partijiet interessati. Marbuta mal-emenda fuq il-Premessa 23.

Emenda 24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħrajn u organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali għandha tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u ma’ pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. L-ipejjeż relatati m’għandhomx ikunu koperti mill-programm ISA.

2. Il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali għandha wkoll tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u s-Sħubija mal-Lvant u ma' pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed. L-ispejjeż relatati m’għandhomx ikunu koperti mill-programm ISA.

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tal-pajjiżi li magħhom għandha tiġi inkoraġġita l-koperazzjoni internazzjonali għandu jitwessa'. Marbuta mal-emenda tal-Premessa 27.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-programm ISA għandu jippromwovi l-użu mill-ġdid tal-benefiċċji tiegħu minn pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Il-kisbiet tal-interoperabilità għandhom jinqasmu ma’ pajjiżi terzi.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. 50% tal-baġit tal-programm ISA għandu jiġi allokat għall-interoperabilità tas-sistemi tal-kompjuter tal-awtoritajiet lokali.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta personali maħżuna hija miżmuma mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali u għahekk huwa importanti għalihom li tkun interkonnessa fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-interoperabilità fi ħdan l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li twaqqaf programm ta' qafas pluriennali għas-Soluzzjonijiet Interoperabbli għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA - 2008/0185 (COD)). L-għan tal-programm ISA huwa li titħaffef l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali effikaċi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi elettroniċi Ewropej billi jiġu megħjuna jegħlbu x-xkiel elettroniku dovut għan-nuqqas ta' interoperabilità; bħala tali, jgħin ukoll liċ-ċittadini u n-negozji jitħalltu aktar faċilment mal-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Il-programm ISA se jkun is-suċċessur tal-programm li għaddej bħalissa IDABC u l-predeċessur tiegħu, il-programm IDA; għalhekk, jirrappreżenta sforz u impenn kontinwu mill-Komunità lejn l-interoperabilità.

Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2006 diġa' appella biex issir enfasi fuq il-kwistjonijiet tal-interoperabilità u l-aħjar prattiki fis-servizzi elettroniċi tas-servizz pubbliku għaċ-ċittadini u n-negozji bl-objettiv prinċipali li jiġu ffaċilitati l-moviment ħieles u mingħajr xkiel, l-istabbiliment u l-impjieg taċ-ċittadini fl-Istati Membri; u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-inizjattivi u l-programmi i2010 fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħhom sabiex jipprovdu servizzi aħjar, aktar effiċjenti u aktar aċċessibbli faċilment għall-SMEs, kif ukoll għaċ-ċittadini tagħhom.¹

Ir-rapporteur jikkunsidra li biex tkun tista' tilħaq aħjar l-objettivi tagħha, il-proposta tista' tkun imtejba billi tittieħed konsiderazzjoni tal-ħtiġiet tal-amministrazzjoni pubblika (bħal ma huma l-utenti tal-għodod u s-servizzi offruti mill-programm), iċ-ċittadini u n-negozji (bħala benefiċjarji indiretti tal-programm), u l-industrija (bħala fornitriċi tal-għodod u s-servizzi). Għalhekk jipproponi sett ta' emendi fuq dawn il-linji ewlenin segwenti:

(i)        Tinħoloq pjattaforma interattiva għal dawk kollha interessati fis-settur biex isir skambju miftuħ ta' fehmiet;

(ii)       Tkun enfasizzata aktar il-ħtieġa għan-newtralità u l-adattabilità teknoloġici, u l-ħarsien tal-privatezza u s-sigurtà;

(iii)      Tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-programm;

(iv)      Ikunu inkoraġġiti l-akbar numru possibbli ta' Stati Membri biex jissieħbu fil-proġetti u l-istudji żviluppati skont il-programm;

(v)       Tkun promossa definizzjoni komuni ta' standards miftuħin.

(i)       Tinħoloq pjattaforma interattiva għal dawk kollha mdaħħlin fis-settur biex isir skambju bil-miftuħ ta' fehmiet

Dawk kollha interessati u l-benefiċjarji tal-programmi għandu jkollhom forum għal skambju ta' opinjonijiet kif ukoll mal-Kummissjoni dwar oqsma u kwistjonijiet indirizzati mill-programm ISA; u għalhekk, biex jipprovdu stampa ċara dwar x'inhuma l-ħtiġiet li qed ifiġġu u x'inhuma s-soluzzjonijiet il-ġodda li qed jiġu żviluppati. Għalhekk qed jiġi propost li titwaqqaf pjattaforma interattiva ġdida (il-Pjattaforma għall-Interoperabilità) bil-għan li jinġiebu flimkien il-Kummissjoni u dawk kollha mdaħħlin fis-settur b'mod miftuħ u interattiv. Il-Pjattaforma m'għandhiex tfixkel il-proċedura ta' komitoloġija u għalhekk ma għandhiex tidħol fuq il-kompetenzi tal-Kummissjoni. (Emendi relatati: Emenda 6 għal Premessa 23 u Emenda 14 għal Artikolu 13a (ġdid).)

(ii)      It-tkomplija tal-enfasi fuq il-ħtieġa tan-newtralità u l-adattabilità teknoloġici, u l-ħarsien tal-privatezza u s-sigurtà

Għandha ssir aktar enfasi fuq il-prinċipji bażiċi li fuqhom twaqqaf il-programm, bħal ma huma n-newtralità u l-adattabilità teknoloġiċi, u l-ħarsien tal-privatezza u s-sigurtà. Dawn il-prinċipji bażiċi għandhom japplikaw f'kull ċirkostanza. (Emenda relatata: Emenda 5 għal Premessa 20; u Emenda 9 għal Artikolu 4.)

(iii)     Il-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-programm;

Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-programm ISA tkun pass importanti ħafna fit-tħejjija tal-amministrazzjoni pubblika tagħhom għax-xogħol kollu u l-metodi kollha ta' ħidma derivati mis-sħubija fl-UE; għalhekk il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-programm għandha tkun inkoraġġita u l-użu tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni intiżi għal dak il-għan għandhom jiġu esplorati aktar. (Emenda relatata: Emenda 8 għal Premessa 27.)

(iv)      L-inkoraġġiment biex l-akbar numru possibbli ta' Stati Membri jissieħbu fil-proġetti u l-istudji żviluppati skont il-programm

Għalkemm proġett jew studju fi ħdan programm jista' jitnieda biss bil-parteċipazzjoni fih ta' grupp iżgħar ta' Stati Membri, xorta l-proġetti u l-istudji li jkunu għaddejjin għandhom jinżammu miftuħin għall-adeżjoni ta' Stati Membri oħrajn fi stadju ulterjuri, u dan sabiex jiġi żgurat li l-akbar numru possibbli ta' ċittadini u negozji jkunu qed jibbenefikaw mill-eżitu pożittiv ta' dawn il-proġetti. (Emenda relatata: Emenda 11 għal Artikolu 8(2).)

(v)       Il-promozzjoni ta' definizzjoni komuni ta' standards miftuħin

L-użu ta' standards miftuħin għas-softwer fis-settur pubbliku għandu jiġi inkoraġġit aktar; il-Kummissjoni għandha tkun inkoraġġita biex taħdem fuq definizzjoni komuni ta' standards miftuħin. (Emendi relatati: Emenda 4 għal Premessa 18.)

PROĊEDURI

Titolu

Soluzzjonijiet ta’ interoperabilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

Referenzi

COM(2008)0583 – C6-0337/2008 – 2008/0185(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.9.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

9.10.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

9.10.2008

IMCO

9.10.2008

LIBE

9.10.2008

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

5.11.2008

IMCO

1.12.2008

LIBE

9.2.2009

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dragoş Florin David

22.10.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

4.11.2008

20.1.2009

17.2.2009

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Françoise Grossetête, Marie-Noëlle Lienemann, Erika Mann, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Hannes Swoboda, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) skont l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Stavros Arnaoutakis, Elisabetta Gardini, Manolis Mavrommatis

Data tat-tressiq

16.3.2009