RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007

23.3.2009 - (C6‑0429/2008 – 2008/2256(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Christofer Fjellner

Proċedura : 2008/2256(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0169/2009
Testi mressqa :
A6-0169/2009
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007

(C6‑0429/2008 – 2008/2256(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007[1],

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[2],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6‑0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[4], u partikularment l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[5], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0169/2009),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u sabiex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007

(C6‑0429/2008 – 2008/2256(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007[6],

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[7],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6‑0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[9], u partikularment l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0169/2009),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2007

(C6‑0429/2008 – 2008/2256(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007[11],

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[12],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6‑0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[14], u partikularment l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0169/2009),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta’ min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.  billi fit-22 ta' April 2008 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006[16];

1.  Jinnota b'mod pożittiv li, bħal fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006, il-QEA kkunsidrat li l-Aġenzija implimentat il-baġit b'mod sodisfaċenti;

2.  Ifakkar li l-mandat tal-Aġenzija jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2008;

Segwitu għall-eżerċizju dwar il-kwittanza tal-2006

3.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza tal-Kummissjoni tal-2006, hu talab lill-Kummissjoni biex iżommu infurmat b'mod regolari dwar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet;

4.  Jinnota li l-Kummissjoni, fil-paragrafi 201 u 203 tas-segwitu tagħha għall-kwittanza tal-2006, wiegħdet li żżomm lill-Parlament infurmat dwar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet u dwar l-istadji differenti tal-għeluq tal-Aġenzija[17];

5.  Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, fis-segwitu tagħha tal-kwittanza tal-2006, li l-Aġenzija se ttemm l-attivitajiet operattivi kollha sa tmiem Settembru 2008; li l-Aġenzija ikollha tliet xhur, minn Ottubru sa Diċembru 2008, biex tiffinalizza l-għeluq amministrattiv tagħha; u li fl-2009, 'ċellula tal-għeluq' bħala parti mill-Kummissjoni se tieħu ħsieb l-għeluq tal-attivitajiet amministrattivi li jifdal matul perjodu limitat ta' ftit xhur;

6.  Jinnota li l-Kummissjoni bagħtet ġabra ta' noti ta' informazzjoni dwar il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni 2007-2008 liċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit[18];

7.  Jinnota mir-raba' nota ta' informazzjoni tas-7 ta' Ottubru 2008 li l-Kummissjoni se tressaq rapport finali dwar l-għeluq tal-Aġenzija meta jitlestew il-kontijiet finali tal-Aġenzija u ċ-ċellula tal-għeluq tkun temmet ix-xogħol tagħha; jistenna bil-ħerqa dan ir-rapport;

Riskju potenzjali dwar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet

8.  Jinnota li l-QEA, fir-rapport annwali tagħha għall-2007, identifikat tliet riskji potenzjali dwar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet:

(a) minħabba l-karattru pluriennali tal-attività tal-Aġenzija, għad hemm approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati ta' EUR 453,000,000 li għandhom ikunu implimentati fis-snin wara l-2008, li hi l-aħħar sena tal-Aġenzija;

(b) in-nota ta' gwida maħruġa mill-Kummissjoni fil-11 ta' Ġunju 2008 dwar it-trasferiment tal-fajls ma tkoprix il-punti kollha li hemm fil-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija;

(c)             il-bilanċ favorevoli akkumulat ta' EUR 180,000,000 muri fil-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija fil-31 ta' Diċembru 2007 se jkollu jittieħed mill-Kummissjoni u jkun ġestit minnha meta jispiċċa l-mandat tal-Aġenzija;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Kumitat kompetenti tal-Parlament dwar:

(a)  kif l-approprjazzjonijiet mhux użati tal-baġit se jkunu implimentati;

(b) jekk kienx konkluż memorandum ta' ftehim li jkopri l-punti kollha fuq il-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni, jew kif il-Kummissjoni b'xi mod ieħor assigurat it-tkomplija tat-trasferiment tal-fajls u tal-materji kollha;

(c) kif il-bilanċ favorevoli akkumulat ta' EUR 180,000,000 li jidher fil-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija tal-31 ta' Diċembru 2007 se jkun gestit mill-Kummissjoni;

°

° °

10. Jirreferi għal osservazzjonijiet oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' … April 2009 dwar il-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju tal-aġenziji tal-UE[19].

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

16.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Costas Botopoulos, Mogens Camre, Paulo Casaca, Antonio De Blasio, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Aurelio Juri, Dan Jørgensen, Nils Lundgren, Marusya Ivanova Lyubcheva, Hans-Peter Martin, Ashley Mote, Jan Mulder, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vasilica Viorica Dăncilă, Christopher Heaton-Harris, Edit Herczog

  • [1]  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 13.
  • [2]  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 42.
  • [3]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [4]  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.
  • [5]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [6]  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 13.
  • [7]  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 42.
  • [8]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [9]  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.
  • [10]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [11]  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 13.
  • [12]  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 42.
  • [13]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [14]  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.
  • [15]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [16]  Test adottati, P6_TA(2008)0149.
  • [17]  Dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni, anness mar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza tal-2006 (SEC (2008)2579).
  • [18]  In-noti jinsabu fuq il-website tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.
  • [19]  Testi adottati, P6_TA-PROV(2009)...