RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (verżjoni kkodifikata)

6.4.2009 - (COM(2008)0715 – C6‑0479/2008 – 2008/0219(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2008/0219(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0248/2009
Testi mressqa :
A6-0248/2009
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (verżjoni kkodifikata)

(COM(2008)0715 – C6‑0479/2008 – 2008/0219(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0715),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0479/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0248/2009),

A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

 

 

 

Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv

tas-Servizzi Ġuridiċi

Brussell, it-23 ta’ Frar 2009

OPINJONI

           GĦALL-ATTENZJONI TAL- PARLAMENT EWROPEW

                                                              IL-KUNSILL

                                                              IL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae

COM(2008)715 of 21.11.2008 – 2008/0219(CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikolari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fit-3 ta’ Diċembru 2008 għall-fini ta’ eżaminar, fost affarijiet oħrajn, tal-proposta msemmija qabel sottomessa mill-Kummissjoni.

F’dik il-laqgħa[1], eżami tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae, irriżulta fl-istabbiliment tal-punti li ġejjin, permezz ta’ qbil komuni, mill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv.

1) F’Premessa 3, il-kliem “il-moviment ta’ equidae bejn l-Istati Membri” għandha tiġi adattata biex tinqara “il-moviment ta’ equidae bejn u ġewwa l-Istati Membri”.

2) Għal dak li jikkonċerna l-ewwel paragrafu ta' Artikolu 3, u b'mod iktar speċifiku l-kliem “il-moviment ta’ equidae rreġistrati fit-territorju tagħhom”, ġie rikonoxxut li jidher li teżisti diskrepanza serja bejn il-verżjoni Ingliża u dik Ġermaniża tad-Direttiva 90/426/KEE. Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv huwa tal-opinjoni li diskrepanza bħal din milli jidher għandha tiġi kkoreġuta.

3) L-eżistenza ta’ diskrepanza serja oħra bejn il-verżjoni bl-Ingliż tal-att u verżjonijiet b’lingwi oħra ġiet rikonoxxuta b’rigward tal-Artikolu 4(5)(a)(iv). F’dak il-każ ukoll, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv fisser l-opinjoni tiegħu li d-diskrepanza milli jidher għandha tiġi kkoreġuta.

4) Fl-Artikolu 4(6), il-kliem introduttorju għandu jiġi mibdul b’dan it-test: “Fejn Stat Membru iħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obbligatorju għal marda li l-equidae huma suxxettibbli għaliha, jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, sa sitt xhur mill-4 ta’ Lulju 1990 għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit, mill-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, mill-1 ta’ Mejju 2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja u mill-1 ta’ Jannar 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija, b’enfażi partikolari fuq:

5) Fl-Artikolu 13(2)a, ir-referenza magħmula għal “Artikolu 5(2) u (3)” għandha tiġi adattata biex tinqara bħala referenza għal “Artikolu 5(2) u (5)”.

6) Fl-Artikolu 15(a), il-kliem “u t-tip ta’ importazzjoni” għandu jitneħħa.

7) Fl-Artikolu 16(1)(f), il-kliem “Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk jagħmlu użu minn din l-għażla”, li jidher fit-test applikabbli bħalissa tal-punt li jikkorrispondi fid-Direttiva 90/426/KEE, għandu jerġa’ jiġi mdaħħal.

8) Fl-Artikolu 19(a), il-kliem “jew tipi ta’ importazzjoni” għandu jitneħħa.

9) F’Anness V, Taqsima B, b’korrispondenza mal-indikazzjoni "2006/104/KE" il-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni ta’ dik id-direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tiġi msemmija. Skont l-Artikolu 2(1), l-ewwel sottoparagrafu, tad-Direttiva 2006/104/KE, “Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux wara d-data ta' sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea”.

Bħala konsegwenza, l-eżami tal-proposta wassal lill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv sabiex jikkonkludi, mingħajr divrenzja ta’ opinjonijiet, li l-proposta hija kodifikazzjoni sempliċi ta’ testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                                      C.-F.DURAND

Ġuriskonsult                                     Ġuriskonsult                                     Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni b’lingwi differenti tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni bl-Ingliż, li hija l-verżjoni fil-lingwa tal-ewwel kopja oriġinali tat-test li qiegħed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2008)0715 – C6-0479/2008 – 2008/0219(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

8.12.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.12.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

3.11.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Data tat-tressiq

6.4.2009