Proċedura : 2009/0012(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0019/2009

Testi mressqa :

A7-0019/2009

Dibattiti :

PV 19/10/2009 - 18
CRE 19/10/2009 - 17

Votazzjonijiet :

PV 20/10/2009 - 7.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0042

RAPPORT     *
PDF 170kWORD 85k
5 t'Ottubru 2009
PE 428.193v01-00 A7-0019/2009

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(COM(2009)0048 – C7-0015/2009 – 2009/0012(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Simon Busuttil

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(COM(2009)0048 – C7-0015/2009 – 2009/0012(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0048),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62(2)(b)(i) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0015/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0019/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Mawrizju.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 emenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea (lista negattiva), u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (lista pożittiva) - inter alia – bi trasferiment ta’ sitt pajjiżi terzi mil-lista negattiva għal dik pożittiva. Dawn huma l-Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis, u s-Seychelles. Ir-Regolament jirrimarka wkoll li l-eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ ftehim bilaterali għall-eżenzjoni tal-viża bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi in kwistjoni. Dan ir-Regolament ġie adottat fil-21 ta’ Diċembru 2006 u daħal fis-seħħ f’Jannar 2007.

Sadanittant, sa mill-15 ta’ Jannar 2007, il-pajjiżi tal-CARICOM introduċew skema għal viża speċjali għaċ-ċittadini ta' bosta Stati Membri tal-UE (iċ-ċittadini tal-UE ma kinux trattati l-istess peress li ċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra baqgħu eżentati mill-obbligu tal-viża) minħabba l-Kampjonat tad-Dinja tal-Cricket tal-2007 li sar fil-Komunità tal-Karibew. L-introduzzjoni ta’ din il-ħtieġa għall-viża, minkejja d-dispożizzjonijiet favorevoli tar-Regolament il-ġdid tal-Komunità, wasslet għall-posponiment tal-preparazzjoni tal-abbozzi tal-mandati għan-negozjati ma’ dawn il-pajjiżi terzi dwar l-eżenzjoni tal-viża.

Wara li kkunsidra d-data ta’ skadenza tas-sistema temporanja tal-viża fil-15 ta' Mejju 2007, fil-5 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir. In-negozjati dwar il-ftehim infetħu fl-4 ta' Lulju 2008 u kienu konklużi fis-16 ta' Ottubru 2008. Bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim mibdi fi Brussell fid-19 ta’ Novembru 2008 għandu jiġi ffirmat.

Il-kontenut finali ta' dan il-ftehim jista’ jitqassar kif ġej:

Għan: dan il-ftehim jipprovdi li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jivvjaġġaw mingħajr viża u li ċ-ċittadini tal-Mawrizju ukoll jivvjaġġaw mingħajr viża meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

Il-Mawrizju diġà jeżenta ċ-ċittadini ta’ bosta Stati Membri mill-obbligu tal-viża. Sabiex jitħares it-trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE, ġiet inkluża dispożizzjoni fil-Ftehim li tistabbilixxi li l-Mawrizju jista' biss jissospendi jew itemm il-Ftehim, fir-rigward tal-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea, u b’mod reċiproku, il-Komunità tistà tissospendi u ttemm ukoll il-Ftehim, fir-rigward tal-Istati Membri kollha tagħha f'daqqa. Is-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit u tal-Irlanda hija riflessa fil-preambolu.

Skop: L-eżenzjoni tal-viża tkopri l-kategoriji kollha ta’ persuni (dawk li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku jew uffiċjali/għas-servizz) li jivvjaġġaw għal għanijiet differenti, bl-eċċezzjoni għall-għan ta’ attivitajiet bi ħlas. Għal din il-kategorija tal-aħħar, kull Stat Membru u anke l-Mawrizju jibqgħu ħielsa li jimponu l-ħtieġa tal-viża fuq iċ-ċittadini tal-Parti l-oħra skont il-liġi Komunitarja jew nazzjonali applikabbli. Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni armonizzata, dikjarazzjoni konġunta hi mehmuża mal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni tal-kategorija ta' persuni li jivvjaġġaw għall-għan ta’ attivitajiet bi ħlas.

Dewmien taż-żjara: Il-ftehim jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li għadhom ma applikawx l-acquis ta' Schengen b’mod sħiħ. Sakemm huma mhumiex parti miż-żona ta’ Schengen mingħajr fruntieri interni, l-eżenzjoni tal-viża tagħti dritt liċ-ċittadini tal-Mawrizju biex jibqgħu għal tliet xhur fit-territorju ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri (Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija), b’mod indipendenti mill-perjodu kkalkulat għaż-żona sħiħa ta’ Schengen.

Applikazzjoni territorjali: fil-każ ta’ Franza u tal-Olanda, l-eżenzjoni tal-viża għandha tintitola liċ-ċittadini tas-sitt pajjiżi biex jibqgħu biss f’dawk it-territorji Ewropej tal-Istati Membri.


PROĊEDURA

Titolu

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

Referenzi

COM(2009)0048 – C7-0015/2009 – 2009/0012(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

5.6.2009

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.7.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

14.7.2009

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

DEVE

21.7.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Simon Busuttil

29.9.2009

 

 

Rapporteur(s) preċedenti

Roberta Angelilli

 

 

Eżami fil-kumitat

29.9.2009

30.9.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

30.9.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Vilija Blinkevičiūtė, Louis Bontes, Simon Busuttil, Philip Claeys, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Jeanine Hennis-Plasschaert, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Claude Moraes, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Rui Tavares, Wim van de Camp, Axel Voss, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Nadja Hirsch, Ramón Jáuregui Atondo, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Cecilia Wikström

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Judith A. Merkies

Aġġornata l-aħħar: 8 t'Ottubru 2009Avviż legali